Official Journal L 061 , 01/03/2001 P. 0013 - 0013
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 162/1999 tas-26 ta' Novembru 1999 li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, testijiet u ċertifikazzjonijiet tekniċi) għall-Qbil taż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra il-Qbil dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim fuq iż- Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'il quddiem msejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 63/1999 tat-28 ta' Mejju 1999 [1]. (2) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 98/101/KE tat-22 ta' Diċembru 1998 tadatta għal progress tekniku, Direttiva tal-Kunsill 91/157/ŻEE dwar batteriji u akkumulaturi li jkunu nstabu fihom ċerti sostanzi perikolużi [2], għandha tkun inkoroporata fil-Ftehim, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 L-inċiż li ġej għandu jiżdied f'punt 11 (Direttiva tal-Kunsill 91/157/ŻEE) f'Kapitolu XV ta' l-Anness II għall-Ftehim: 398 L 0101 : : Id-Direttiva tal-Kummissjoni 98/101/KE tat-22 Diċembru 1998 (ĠU L 1, tal-5.1.1999, p. 1)." Artikolu 2 It-testi tad-Direttiva tal-Kummissjoni 98/101/KE fil-lingwi ta' l-Iżlanda u tan-Norveġja, li huma annessi mal-verżjonijiet tal-lingwi rispettivi ta' din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-27 ta' Novembru 1999, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ingħataw lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fit-taqsima taż-ŻEE tal-, u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmul fi Brussel, 26 Novembru 1999. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President N. v. Liechtenstein [1] ĠU L 284, tad-9.11.2000, p. 45. [2] ĠU L 1, tal-5.1.1999, p. 1. --------------------------------------------------