21999A0728(02)



Official Journal L 196 , 28/07/1999 P. 0003 - 0045


Ftehim ta' sħubija u koperazzjoni

bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Kazakhstan [1]

IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA' SPANJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

IR-RENJU TA' L-OLANDA,

IR-REPUBBLIKA TA' L-AWSTRIJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-REPUBBLIKA TA' L-IŻVEZJA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITANNJA U L-IRLANDA TA' FUQ,

Partijiet Kontraenti tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, tat-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, u tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika,

minn issa 'l quddiem imsejħa "l-Istati Membri", u

IL-KOMUNITÀ EWROPEA, IL-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-FAĦAM U L-AZZAR, U L-KOMUNITÀ EWROPEA DWAR L-ENERĠIJA ATOMIKA,

minn issa 'l quddiem imsejħa "il-Komunità",

mill-parti l-waħda,

U R-REPUBBLIKA TAL-KAZAKHSTAN

mill-parti l-oħra,

WARA LI KKUNSIDRAW ir-rabtiet bejn il-Komunità, l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Kazakhstan u l-valuri komuni li jaqsmu bejniethom,

FILWAQT LI JAGĦRFU illi l-Komunità u r-Repubblika tal-Kazakhstan jixtiequ jsaħħu dawn ir-rabtiet u li jwaqqfu sħubija u koperazzjoni li jsaħħu u jwessgħu r-relazzjonijiet stabbiliti fl-imgħoddi partikolament bil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Unjoni tar-Repubbliki Sovjetiċi Soċjalisti dwar il-Kummerċ u l-l-Koperazzjoni Kummerċjali u Ekonomika, iffirmat fil-18 ta' Diċembru 1989,

WARA LI KKUNSIDRAT l-impenn tal-Komunità u ta' l-Istati Membri tagħha u tar-Repubblika tal-Kazakhstan sabiex isaħħu l-libertajiet politiċi u ekonomiċi tagħhom li jikkostitiwixu l-veru sies tas-sħubija,

WARA LI KKUNSIDRAT l-impenn tal-Partijiet sabiex imexxu 'l quddiem il-paċi u s-sigurtà internazzjonali kif ukoll is-soluzzjoni prattika tal-kontroversji u li jikkoperaw għal dan il-għan fil-qafas tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-Konferenza dwar is-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa,

WARA LI KKUNSIDRAT l-impenn sod tal-Komunità u ta' l-Istati Membri tagħha u tar-Repubblika tal-Kazakhstan sabiex jimplimentaw għal kollox il-prinċipji u d-disposizzjonijiet kollha li jinsabu fl-Att Finali tal-Konferenza dwar is-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa (CSCE), id-dokumenti ta'l-Għeluq tal-Laqgħat ta' Segwiment ta' Madrid u ta' Vjenna, il-Karta ta' Pariġi għal Ewropa Ġdida u d-Dokument tal-CSCE ta' Helsinki (1992) dwar "L-Isfidi tal-Bidla",

FILWAQT LI JIKKONFERMAW il-ġibda tal-Komunità u ta' l-Istati Membri tagħha u tar-Repubblika tal-Kazakhstan għall-Karta Ewropea dwar l-Enerġija,

KONVINTI mill-importanza enormi ta' l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, partikolarment dawk tal-minoritajiet, it-twaqqif ta' sistema ta' ħafna partiti b'elezzjonijiet ħielsa u demokratiċi u l-liberalizzazzjoni eknomika mirata lejn it-twaqqif ta' ekonomija tas-suq,

FILWAQT LI JEMMNU illi l-implimentazzjoni sħiħa ta' dan il-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni trid tiddependi u tikkontribwixxi kemm għall-issoktar u kemm għat-twettiq tar-riformi politiċi, ekonomiċi u legali fir-Repubblika tal-Kazakhstan, kif ukoll għad-dħul tal-fatturi meħtieġa għall-koperazzjoni, notabbilment fid-dawl tal-konklużjonijiet tal-Konferenza tal-CSCE ta' Bonn,

XEWQANA li jinkoraġġixxu l-proċess tal-koperazzjoni reġjonali fl-oqsma koperti b'dan il-Ftehim ma' pajjiżi ġirien sabiex imexxu 'l quddiem il-progress u l-istabbilità tar-reġjun,

XEWQANA li jistabbilixxu u jiżviluppaw djalogu politiku regolari dwar kwistjonijiet bilaterali u internazzjonali ta' interess għal xulxin

FILWAQT LI JQISU r-rieda tal-Komunità li tipprovdi koperazzjoni ekonomika u għajnuna teknika kif xieraq,

FILWAQT LI JINŻAMMU FIL-MOĦĦ id-disparitajiet ekonomiċi u soċjali bejn il-Komunità u r-Repubblika tal-Kazakhstan,

FILWAQT LI JAGĦRFU illi wieħed mill-għanijiet ta' dan il-Ftehim għandu jkun li jiffaċilita l-eliminazzjoni ta' dawn id-disparitajiet permezz tal-għajnuna tal-Komunità għall-iżvilupp u l-bini mill-ġdid ta' l-ekonomija tal-Kazakhstan,

FILWAQT LI JŻOMMU F'MOĦĦHOM l-utilita tal-Ftehim biex jiffavorixxi avviċinament bil-mod il-mod bejn ir-Repubblika tal-Kazakhstan u firxa iktar wiesgħa ta' koperazzjoni fl-Ewropa u fir-reġjuni ġirien u l-integrazzjoni progressiva fis-sistema internazzjonali miftuħa,

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW l-impenn tal-Partijiet li jilliberalizzaw il-kummerċ, imsejjes fuq il-prinċipji li jinsabu fil-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT/GATT),

KONXJI mill-ħtieġa li jtejbu l-kondizzjonijiet li jaffettwaw in-negozju u l-investiment, u l-kondizzjnijiet f'oqsma bħalma huma t-twaqqif ta' kumpanniji, ix-xogħol, il-provvista tas-servizzi u ċ-ċaqliq tal-kapital, u tax-xewqa li jimxu lejn il-konċessjoni ta' trattament nazzjonali għall-kumpanniji ta' xulxin,

KONVINTI illi dan il-Ftehim irid joħloq klima ġdida għar-relazzjonijiet ekonomiċi bejn il-Partijiet u partikolarment għall-iżvilupp tal-kummerċ u ta' l-investiment, li huma essenzjali għall-bini mill-ġdid ta' l-ekonomija u għall-modernizzazzjoni teknoloġika,

XEWQANA li jistabbilixxu koperazzjoni mill-qrib fil-qasam tal-protezzjoni ta' l-ambjent filwaqt li jqisu l-inter-dipendenza li teżisti bejn il-Partijiet f'dan il-qasam,

XEWQANA li jistabbilixxu koperazzjoni mill-qrib partikolarment fil-qasam ta' l-enerġija u tas-sigurta nukleari ċivili,

FILWAQT LI JŻOMMU F'MOĦĦHOM l-intenzjoni tal-Partijiet li jiżviluppaw il-koperazzjoni tagħhom fil-qasam tar-riċerka dwar l-ispazju bil-ħsieb li jikkumplimentaw l-attivitajiet tagħhom f'dan il-qasam,

XEWQANA li jistabbilixxu koperazzjoni kulturali u li jtejbu l-mixi tat-tagħrif,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Hija hawnhekk imwaqqfa Sħubija bejn il-Komunità u l-Istati Membri tagħha mill-parti l-waħda, u r-Repubblika tal-Kazakhistan mill-parti l-oħra. Il-għanijiet immedjati ta' din is-sħubija huma:

- li jipprovdu qafas xieraq għad-djalogu politiku bejn il-Partijiet li jippermetti l-iżvilupp tar-relazzjonijiet politiċi,

- li jmexxu 'l quddiem il-kummerċ u l-investiment u l-iżvilupp ta' relazzjonijiet ekonomiċi armonjużi bejn il-Partijiet u b'hekk jitrawwem l-iżvilupp ekonomiku sostenibbli tagħhom,

- li jipprovdu bażi għall-koperazzjoni leġislattiva, ekonomika, soċjali, finanzjarja, xjentifika, teknoloġika u kulturali,

- li jappoġġjaw l-isforzi Kazakhin sabiex tikkonsolida d-demokrazija tagħha u biex tiżvluppa l-ekonomija tagħha u tikkompleta t-transizzjoni għal ekonomija tas-suq,

TITOLU I

PRINĊIPJI ĠENERALI

Artikolu 2

Rispett għad-demokrazija, il-prinċipji tal-ligi internazzjonali u d-drittijiet umani kif spejagati speċifikament fil-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, I-Att Finali ta' Ħelsinki u l-Karta ta' Parigi għal Ewropa Ġdida, kif ukoll il-prinċipji ta' l-ekonomija tas-suq, inklużi dawk imsemmija fid-dokumenti tal-Konferenza tas-CSCE ta' Bonn, jiċċaraw il-politiki interni u esterni tal-partijiet u element essenzjali tas-sħubija u ta' dan il-ftehim.

Artikolu 3

Il-Partijiet jikkunsidraw illi huwa essenzjali għall-prosperità u l-istabbilità ġejjiena tar-reġjun ta' dik li qabel kienet l-Unjoni Sovjetika illi l-istati indipendenti ġodda li ħarġu mix-xoljiment ta' l-Unjoni tar-Repubbliki Sovjetiċi Soċjalisti, minn issa 'l quddiem imsejħa l-"Istati Indipendenti", għandhom iżommu u jiżviluppaw il-koperazzjoni ta' bejniethom b'konformità mal-prinċipji ta' l-Att Finali ta' Helsinki u mal-liġijiet internazzjonali u l-ispirtu ta' relazzjonijiet tajba ta' ġirien u għandhom jagħmlu kull sforz sabiex jinkoraġġixxu dan il-proċess.

TITOLU II

ID-DJALOGU POLITIKU

Artikolu 4

Għandu jitwaqqaf djalogu politiku regolari bejn il-Partijiet li beħsiebhom jiżviluppaw u jintensifikaw. Dan id-djalogu Għandu jakkumpanja u jikkonsolida l-avviċinament bejn il-Komunità u r-Repubblika tal-Kazakhstan, jappoġġja l-bidliet politiċi u ekonomiċi li għaddejjin f'dan il-pajjiż u jikkontribwixxu għat-twaqqif ta' għamliet ġodda ta' koperazzjoni. Id-djalogu politiku:

- irid isaħħaħ ir-rabtiet tar-Repubblika tal-Kazakhstan mal-Komunità u l-Istati Membri tagħha, u b'daqsekk mal-komunità tan-nazzjonijiet demokratiċi kollha. Il-konverġenza ekonomika miksuba permezz ta' dan il-Ftehim trid twassal għal relazzjonijiet politiċi iktar intensi,

- trid iġġib konverġenza dejjem tiżdied tal-posizzjonijiet dwar kwistjonijiet internazzjonali ta' interess għal xulxin biex b'hekk jiżdiedu s-sigurtà u l-istabbilità.

Artikolu 5

Fil-livell ministerjali, d-djalogu politiku għandu jsir ġewwa l-Kunsill ta' Koperazzjoni mwaqqaf bl-Artikolu 76 u f'okkażjonijiet oħra bi ftehim ta' bejn xulxin.

Artikolu 6

Għandhom jitwaqqfu proċeduri u mekkaniżmi oħra mill-Partijiet, u b'mod partikolari fl-għamliet li ġejjin:

- laqgħat regolari fil-livell ta' uffiċjali anzjani bejn ir-rappreżentanti tal-Komunità u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-waħda, u r-rappreżentanti tar-Repubblika tal-Kazakhstan min-naħa l-oħra,

- it-teħid tal-vantaġġ sħiħ tal-kanali diplomatiċi bejn il-Partijiet inklużi l-kuntatti xierqa fil-qasam bilaterali kif ukoll dak multi-laterali bħalma huma l-laqgħat tan-Nazzjonijiet Uniti, tal-CSCE u mkejjen oħra,

- kull mezz ieħor, inkluża l-possibbilita ta' laqgħat ta' l-esperti li jridu jikkontribwixxu sabiex jkkonsolidaw u jiżviluppaw dan id-djalogu.

Artikolu 7

Id-djalogu politiku fil-livell parlamentari għandu jsir ġewwa l-qafas tal-Kumitat Parlamentari ta' Koperazzjoni mwaqqaf bl-Artikolu 81.

TITOLU III

IL-KUMMERĊ F'MERKANZIJA

Artikolu 8

1. Il-Partijiet għandhom jikkonċedu lil xulxin it-trattament ta' nazzjon l-iżjed favorit fl-oqsma kollha rigward:

- id-dazji u d-drittijiet/ħlasijiet dovuti tad-dwana applikati għall-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet, inkluż il-metodu tal-ġbir ta' dawn id-dazji u drittijiet/ħlasijiet dovuti,

- id-disposizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-ħruġ tal-permessi tad-dwana, it-transitu, l-imħażen u t-trasbord,

- it-taxxi u d-drittijiet/ħlasijiet dovuti l-oħra ta' kull kwalità applikati direttament jew indirettament fuq il-merkanzija importata,

- il-metodi tal-ħlas u tat-trasferiment ta' dawn il-ħlasijiet,

- ir-regoli li għandhom x'jaqsmu mal-bejgħ, ix-xiri, il-ġarr, it-tqassim u l-użu tal-merkanzija fis-suq domestiku.

2. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għal:

(a) il-vantaġġi konċessi bil-għan li joħolqu unjoni tad-dwana jew firxa ta' kummerċ ħieles jew bħala segwiment tal-ħolqien ta' din l-unjoni jew firxa;

(b) il-vantaġġi konċessi lil pajjiżi partikolari b'mod konformi mal-GATT u ma' arranġamenti internazzjonali oħra favur il-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw;

(ċ) il-vantaġġi konċessi lill-pajjiżi li jmissu magħhom sabiex jiffaċilitaw it-traffiku fuq il-fruntiera.

3. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw, matul perjodu transitorju taż-żmien li jagħlaq fid-data li fiha r-Repubblika tal-Kazakhstan taċċedi għall-GATT jew fil-31 ta' Diċembru 1998, liema minnhom tiġi l-ewwel, għall-vantaġġi definiti fl-Anness I konċessi mir-Repubbika tal-Kazakhstan lill-Istati l-oħra li ħarġu mix-xoljiment ta' l-URSS.

Artikolu 9

1. Il-Partijiet jaqblu illi l-prinċipju ta' transitu ħieles huwa kondizzjoni essenzjali sabiex jinkisbu l-għanijiet immedjati ta' dan il-Ftehim.

B'konnessjoni ma' dan, kull Parti għandha tiżgura transitu mingħajr restrizzjoni permezz jew ġewwa t-territorju tad-dwana tagħha tal-merkanzija li toriġina fit-territorju tad-dwana tal-Parti l-oħra jew destinat lejn dan it-territorju.

2. Ir-regoli deskritti fil-paragrafi 2, 3, 4 u 5 ta' l-Artikolu V tal-GATT huma applikabbli bejn iż-żewġ Partijiet.

3. Ir-regoli li jinsabu f'dan l-Artikolu huma mingħajr preġudizzju għal kull regola speċjali li għandha x'taqsam ma' setturi speċifiċi, bħalma huwa t-trasport, jew għall-prodotti miftiehma bejn il-Partijiet.

Artikolu 10

Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligi li joħorġu minn konvenzjonijiet internazzjonali dwar il-permessi temporanji tad-dħul tal-merkanzija li jorbtu liż-żewġ Partijiet, kull waħda mill-Partijiet għandha barra minn hekk tikkonċedi lill-Parti l-oħra eżenzjoni mid-drittijiet/ħlasijiet dovuti fuq il-merkanzija mdaħħla temporanjament, fil-każijiet u skond il-proċeduri stipulati minn kull konvenzjoni oħra internazzjonali dwar din il-materja li torbotha, b'konformità mal-leġislazzjoni tagħha. Għandhom jitqiesu l-kondizzjonijiet li fuqhom ikunu ġew aċċettati l-obbligi li joħorgu minn konvenzjoni bħal din mill-Parti fil-kwistjoni.

Artikolu 11

1. Il-merkanzija li toriġina fir-Repubblika tal-Kazakhstan għandha tiġi importata fil-Komunità ħielsa minn restrizzjonijiet kwantitattivi mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 13, 16 u 17 ta' dan il-Ftehim u għad-disposizzjoniet ta' l-Artikoli 77, 81, 244, 249 u 280 ta' l-Att tas-Sħubija ta' Spanja u tal-Portugall fil-Komunità Ewropea.

2. Il-merkanzija li toriġina fil-Komunità għandha tiġi importata fir-Repubblika tal-Kazakhstan ħielsa mir-restrizzjonijiet kwantitattivi kollha u minn miżuri b'effett ekwivalenti migħajr preġudizzju għall-Artikoli 13, 16 u 17 ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 12

Il-merkanzija għandha tiġi nnegozjata bejn il-Partijiet bi prezzijiet relatati mas-suq.

Artikolu 13

1. Fejn prodott ikun qiegħed jiġi importat fit-territorju ta' waħda mill-Partijiet fi kwantitajiet hekk miżjuda u skond kondizzjonijiet hekk li jikkawża jew jhedded li jikkawża ħsara lill-produtturi domestiċi ta' l-istess prodotti jew ta' prodotti direttament f'kompetizzjoni miegħu (il-prodott importat), il-Komunità jew ir-Repubblika tal-Kazakhstan, liema minnhom tkun involuta, għandhom jieħdu miżuri xierqa b'mod konformi mal-proċeduri u l-kondizzjonijiet li ġejjin.

2. Qabel tittieħed kull miżura, jew malajr kemm jista' jkun wara fil-każijiet li għalihom japplika l-Artikolu 4, il-Komunità jew ir-Repubblika tal-Kazakhstan skond kif ikun il-każ għandhom ifornu lill-Kunsill ta' Koperazzjoni bit-tagħrif kollu rilevanti bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni aċċettabbli għaż-żewġ Partijiet kif provvdut fit-Titolu IX.

3. Jekk, bħala riżultat tal-konsultazzjonijiet, il-Partijiet ma jilħqux ftehim fi żmien 30 jum mir-riferiment lill-Kunsill ta' Koperazzjoni dwar azzjonijiet biex tiġi evitata s-sitwazzjoni, il-Parti li tkun talbet il-konsultazzjonijiet għandha tkun ħielsa li tirrestrinġi l-importazzjonijiet tal-prodott involut safejn u sakemm u għal dak iż-żmien li jkun meħtieġ sabiex tiġi prevenuta jew rimedjata l-ħsara, jew li tadotta miżuri oħra xierqa.

4. F'ċirkustanzi kritiċi fejn id-dewmien jikkawża ħsara diffiċli li tissewwa, il-Partijiet jistgħu jieħdu l-miżuri qabel il-konsultazzjonijiet, bil-kondizzjoni illi jiġu offruti l-konsultazzjoniet fil-pront wara li tittieħed din l-azzjoni.

5. Fil-għażla tal-miżuri skond dan l-Artikolu, il-Partijiet Kontraenti għandhom jagħtu l-prijorita lil dawk li l-inqas li joħolqu tfixkil għall-kisba ta'l-għanijiet ta' dan il-Ftehim.

6. Xejn f'dan l-Artikolu ma għandu jippreġudika jew b'xi mod jaffettwa t-teħid, minn kull waħda mill-Partijiet, ta' miżuri kontra l-fqigħ tas-suq jew ta' kontro-bilanċ b'mod konformi ma' l-Artikolu VI tal-GATT, il-Ftehim dwar l-implimentazzjoni ta' l-Artikolu VI tal-GATT, il-Ftehim dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta' l-Artikoli VI, XVI u XXIII tal-GATT jew il-leġislazzjoni interna li jkollha x'taqsam magħhom.

Artikolu 14

Il-Partijiet jindaħlu biex jikkunsidraw l-iżvilupp tad-disposizzjonijiet f'dan il-Ftehim dwar il-kummerċ bejniethom f'merkanzija, skond kif jippermettu ċ-ċirkustanzi, inkluża s-sitwazzjoni li toħroġ mis-sħubija tar-Repubblika tal-Kazakhstan fil-GATT. Il-Kunsill ta' Koperazzjoni jista' jagħmel lill-Partijiet rakkommandazzjonijiet dwar dawn l-iżviluppi li jkunu jistgħu jiddaħħlu fis-seħħ, fejn aċċettat, bis-saħħa ta' ftehim bejn il-Partijiet b'mod konformi ml-proċeduri rispettivi tagħhom.

Artikolu 15

Il-Ftehim ma għandux jipprekludi projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet fuq l-importazzjonijiet, l-esportazzjonijiet jew fuq merkanzija fit-transitu ġustifikati għal raġunijiet xierqa ta' moralità pubblika, politika pubblika jew sigurtà pubblika; il-protezzjoni tas-saħħa u l-ħajja tal-bniedem, ta' l-annimali u tal-pjanti; il-protezzjoni tar-riżorsi naturali; il-protezzjoni ta' teżori nazzjonali ta' valur artistiku, storiku jew arkeoloġiku jew il-protezzjoni tal-proprjeta intellettwali, industrijali u kummerċjali jew ir-regoli li għandhom x'jaqsmu mad-deheb u l-fidda. Dawn il-projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet ma għandhomx, madankollu, jikkostitwixxu mezz ta' diskrimanzzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija dwar il-kummerċ bejn il-Partijiet.

Artikolu 16

Dan it-titolu ma għandux japplika għall-kummerċ fil-prodotti tessili li jidħlu fil-Kapitolu 50 tan-Nomenkaltura Magħquda. Il-kummerċ f'dawn il-prodotti għandu jkun regolat bi ftehim separat, inizjalat fil-15 ta' Ottubru 1993 u applikat proviżorjament mill-1 ta' Jannar 1993.

Artikolu 17

1. Il-kummerċ fil-prodotti koperti bit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar għandu jkun regolat mid-disposizzjonijiet ta' dan it-Titolu, bl-eċċezzjoni ta' l-Artikolu 11 u mad-dħul fis-seħħ tiegħu, mid-disposizzjonjiet ta' ftehim dwar l-arranġamenti kwantitattivi li jirrigwardaw l-iskambji ta' prodotti ta' l-azzar tal-KEFA.

2. Għandu jitwaqqaf grupp tal-kuntatt dwar materji li għandhom x'jaqsmu mal-faħam u l-azzar, li jkun kompost minn rappreżentanti tal-Komunità, mill-banda l-waħda, u minn rappreżentanti tar-Repubblika tal-Kazakhstan mill-banda l-oħra.

Il-grupp tal-kuntatt għandu jpartat, fuq bażi regolari, tagħrif dwar il-materji kollha dwar il-faħam u l-azzar ta' interess lill-Partijiet.

Artikolu 18

Il-kummerċ fil-materjali nukleari għandu jkun bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta' Ftehim speċifiku li jrid jiġi konkluż bejn il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u r-Repubblika tal-Kazakhstan.

TITOLU IV

DISPOSIZZJONIJIET LI JAFFETTWAW IL-KUMMERĊ U L-INVESTIMENTI

KAPITOLU I

IL-KONDIZZJONIJIET TAX-XOGĦOL

Artikolu 19

1. Bla ħsara għal-liġijiet, il-kondizzjonijiet u l-proċeduri li japplikaw f'kull wieħed mill-Istati Membri, l-Komunità u l-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilthom kollha sabiex jiżguraw illi t-trattament konċess liċ-ċittadini nazzjonali tar-Repubblika tal-Kazakhstan, impjegati legalment fit-territorju ta' Stat Membru, għandu jkun ħieles minn kull diskriminazzjoni msejsa fuq in-nazzjonalità, rigward il-kondizzjonijiet tax-xogħol, ir-rimunerazzjoni jew it-tkeċċija, paragunat maċ-ċittadini nazzjonali tiegħu stess.

2. Bla ħsara għal-liġijiet, il-kondizzjonijiet u l-proċeduri li japplikaw fir-Repubblika tal-Kazakhstan, ir-Repubblika tal-Kazakhstan għandha tagħmel ħiltha kollha sabiex tiżgura illi t-trattament konċess liċ-ċittadini nazzjonali ta' l-Istati Membri, impjegati legalment fit-territorju tar-Repubblika tal-Kazakhstan, għandu jkun ħieles minn kull diskriminazzjoni msejsa fuq in-nazzjonalità, rigward il-kondizzjonijiet tax-xogħol, ir-rimunerazzjoni jew it-tkeċċija, paragunat maċ-ċittadini tagħha stess.

Artikolu 20

Il-Kunsill ta' Koperazzjoni għandu jeżamina liema sforzi konġunti jistgħu jsiru sabiex jikkontrollaw l-immigrazzjoni illegali filwaqt li jitiqesu l-prinċipju u l-prattika tal-permess tad-dħul mill-ġdid.

Artikolu 21

Il-Kunsill ta' Koperazzjoni għandu jeżamina liema titjib jista' jsir fil-kondizzjonijiet tax-xogħol għan-nies tan-negozju konsistenti ma' l-impenji internazzjonali tal-partijiet, inklużi dawk dikjarati fid-dokument tal-Konferenza ta' Bonn tal-CSCE.

Artikolu 22

Il-Kunsill ta' Koperazzjoni għandu jagħmel rakkommandazzjonijiet sabiex jiġu implimentati l-Artikolu 19, 20 u 21.

KAPITOLU II

IL-KONDIZZJONIJIET LI JAFFETTWAW IT-TWAQQIF U L-ĦIDMIET TA' KUMPANNIJI

Artikolu 23

1. (a) Il-Komunità u l-Istati Membri tagħha għandhom jikkonċedu għat-twaqqif ta' kumpanniji Kazakhin fit-territorji tagħhom trattament mhux inqas favorevoli minn dak konċess lill-kumpanniji ta' kull pajjiż terz, u dan b'konformità mal-leġislazzjoni u r-regolamenti tagħhom.

(b) Mingħajr preġudizzju għar-riservi mniżżla fil-lista fl-Anness II, il-Komunità u l-Istati Membri tagħha għandhom jikkonċedu lis-sussidjarji ta' kumpanniji Kazakhin imwaqqfa fit-territorji tagħhom trattament mhux inqas favorevoli minn dak konċess lil kull kumpannija tal-Komunità, rigward il-ħidma tagħhom, u dan b'mod konformi mal-leġislazzjoni u r-regolamenti tagħhom.

(ċ) Il-Komunità u l-Istati Membri tagħha għandhom jikkonċedu lill-fergħat ta' kumpanniji Kazakhin imwaqqfa fit-territorji tagħhom trattament mhux inqas favorevoli minn dak konċess lill-fergħat ta' kumpanniji ta' kull pajjiż terz, rigward il-ħidma tagħhom, u dan b'konformità mal-leġislazzjoni u r-regolamenti tagħhom.

2. Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 34 u 85, ir-Repubblika tal-Kazakhstan għandha tikkonċedi lill-kumpanniji Komunitarji u lill-fergħat tagħhom trattament mhux inqas favorevoli minn dak konċess lill-kumpanniji tar-Repubblika tal-Kazakhstan u lill fergħat tagħhom jew lill-kumpanniji u lill-fergħat tagħhom ta' kull pajjiż terz, liema trattament ikun l-aħjar, rigward it-twaqqif u l-ħidma tagħhom, kif definit fl-Artiklu 25, fit-territorju tagħha u dan b'konformità mal-leġislazzjoni u r-regolamenti tagħha.

Artikolu 24

1. Id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 23 ma għandhomx japplikaw għat-trasport bl-ajru, t-trasport bit-toroq ta' l-ibħra interni u t-trasport marittimu.

2. Madankollu, rigward l-attivitajiet midħula għalihom mill-aġenziji tat-trasport bil-baħar għall-provvista/disposizzjoni ta' servizzi tat-trasport marittimu internazzjonali, inklużi l-attivitajiet inter-modali li jinvolvu kompetenza fit-tbaħħir ('sea leg'), kull waħda mill-Partijiet għandha tippermetti lill-kumpanniji tal-Parti l-oħra l-preżenza kummerċjali tagħhom fit-territorju tagħha fil-għamla ta' sussidjarji jew fergħat, skond kondizzjonijiet tat-twaqqif u tal-ħidma mhux inqas favorevoli minn dawk konċessi lill-kumpanniji tagħha jew lis-sussidjarji u l-fergħat ta' kull pajjiż terż, liema minnhom ikunu l-aħjar.

Dawn l-attivitajiet jinkludu, imma mhux limitati għal:

(a) il-bejgħ fis-suq u l-bejgħ ta' servizzi tat-trasport bil-baħar jew ta' servizzi li għandhom x'jaqsmu miegħu permezz ta' kuntatt dirett mal-klijenti, mill-kwotazzjoni sal-fattura, sewwa jekk dawn is-servizzi jkunu mħaddma jew offruti mill-fornitur tas-servizz innifsu u sewwa minn fornituri tas-servizzi li magħhom il-fornitur tas-servizz ikun stabbilixxa arranġamenti permanenti tan-negozju;

(b) ix-xiri u l-użu, jew f'isimhom jew f'isem il-klijenti tagħhom (u l-bejgħ mill-ġdid lill-klijenti tagħhom) ta' kull trasport u servizzi li għandhom x'jaqsmu mat-trasport, inklużi s-servizzi tat-trasport lejn il-pajjiż b'kull mod, partikolarment bit-toroq ta' l-ibħra interni, bit triq u bil-ferrovija, meħtieġa għall-provista ta' servizz integrat;

(ċ) it-tħejjija tad-dokumentazzjoni li tirrigwarda d-dokumenti tat-trasport, id-dokumenti tad-dwana, jew dokumenti oħra li għandhom x'jaqsmu ma' l-oriġini u n-natura tal-merkanzija trasportata;

(d) il-provvista/disposizzjoni ta' tagħrif dwar in-negozju b'kull mezz, inklużi s-sistemi komputerizzati tat-tagħrif u l-bdil ta' fatti magħrufa bl-elettronika (bla ħsara għal restrizzjonijiet mhux diskriminatorji li jirrigwardaw it-telekomunikazzjonijiet);

(e) it-twaqqif ta' kull arranġament tan-negozju, inklużi l-parteċipazzjoni fil-ħażna finanzjarja tal-kumpannija u l-ħatra tal-personal imqabbad jadem lokalment (jew, fil-każ ta' personal barrani, bla ħsara għad-disposizzjonijiet rilevanti ta' dan il-Ftehim) ma' kull aġenzija tat-trasport bil-baħar imwaqqfa lokalment;

(f) l-aġir f'isem il-kumpanniji, l-organizzazzjoni tas-sejħa tal-bastiment jew it-teħid ta' merkanzija meta meħtieġa.

Artikolu 25

Għall-għanijiet ta' dan il-Ftehim:

(a) "kumpannija Komunitarja" jew "kumpannija Kazakha" rispettivament għandhom ifissru kumpannija mwaqqfa b'mod konformi mal-liġijiet ta' l-Istati Membri jew tar-Repubblika tal-Kazakhstan rispettivament u li jkollhom l-uffiċċju reġistrat jew l-amministrazzjoni ċentrali tagħhom, jew il-post ewlieni tan-negozju, fit-territorju tal-Komunità jew tar-Repubblika tal-Kazakhstan rispettivament. Madankollu, jekk il-kumpannija titwaqqaf b'mod konformi mal-liġijiet ta' Stat Membru jew tar-Repubblika tal-Kazakhstan rispettivament, il-kumpannija għandha tiġi konsidrata bħala kumpannija Komunitarja jew Kazakha rispettivament jekk l-operati tagħha jkollhom rabta reali u kontinwa ma' l-ekonomija ta' wieħed mill-Istati Membri jew tar-Repubblika tal-Kazakhstan rispettivament;

(b) "sussidjarja" ta' kumpannija għandha tfisser kumpannija li hija effettivament kontrollata mill-ewwel kumpannija;

(ċ) "fergħa" ta' kumpannija għandha tfisser post tan-negozju li ma jkollux personalità legali imma li jkollu d-dehra ta' permanenza, bħalma hija l-estenzjoni tal-korp ġenitur, li jkollu tmexxija u li jkun materjalment imgħammar sabiex imexxi negozju ma' partijiet terzi sabiex dawn ta' l-aħħar, minkejja li jafu li jrid ikun hemm, jekk ikun meħtieġ, rabta legali mal-korp ġenitur, li l-uffiċċju tiegħu huwa barra mill-pajjiż, ma jkollhomx għalfejn jinnegozjaw direttament ma' dan il-korp ġenitur imma jistgħu jmexxu n-negozju fil-post tan-negozju li jikkostitwixxi l-estensjoni

(d) "twaqqif/stabbiliment" għandhom ifissru d-dritt tal-kumpanniji Komuntarji jew Kazakhin riferit fil-punt (a) li jaqbdu attivitajiet ekonomiċi permezz tat-twaqqif ta' sussidjarji u ta' fergħat fir-Repubblika tal-Kazakstan jew fil-Komunità rispettivament;

(e) "ħidma/operat" għandhom ifissru s-segwiment ta' attivitajiet ekonomiċi;

(f) "attivitajiet ekonomiċi" għandhom ifissru l-attivitajiet ta' natura industrijali, kummerċjali u professjonali;

(g) Rigward it-trasport marittimu internazzjonali, inklużi l-operati inter-modali li jinvolvu kompetenza fit-tbaħħir, iċ-ċittadini nazzjonali ta' l-Istati Membri jew tar-Repubblika tal-Kazakhstan stabbiliti barra mill-Komunità jew barra mir-Repubblika tal-Kazakhstan rispettivament, u kumpanniji tat-trasport bil-baħar barra mill-Komunità u barra mir-Repubbika tal-Kazakhstan u kontrollati minn ċittadini nazzjonali ta' Stat Membru jew tar-Repubblika tal-Kazakhstan rispettivament, għandhom ukoll ikunu benefiċjarji tad-disposizzjoniet ta' dan il-Kapitolu u tal-Kapitolu III jekk il-bastimenti tagħhom ikunu reġistrati f'dan l-Istat Membru jew fir-Repubblika tal-Kazakhsan rispettivament b'mod konformi mal-leġislazzjoni rispettiva tagħhom.

Artikolu 26

1. Minkejja kull disposizzjoni oħra tal-Ftehim, Parti ma għandhiex tiġi prevenuta milli tieħu miżuri għal raġunijiet ta' prudenza, inklużi miżuri għall-protezzjoni ta' l-investituri, tad-depożitaturi, ta' l-azzjonisti jew ta' persuni li lihom huwa dovut obbligu finanzjarju minn fornitur ta' servizz, jew li jiżguraw l-integrità u l-istabbilità tas-sistema finanzjarja. Fejn dawn il-miżuri ma jikkonformawx mad-disposizzjonijiet tal-Ftehim, ma għandhomx jiġu wżati bħala mezz sabiex jevadu l-obbligi ta' Parti skond il-Ftehim.

2. Xejn f'dan il-Ftehim ma għandu jiġi mifhum li jeħtieġ lil Parti li tikxef tagħrif li għandu x'jaqsam man-negozju u l-kontijiet ta' klijenti individwali jew ta' kull tagħrif kunfidenzali jew proprjetarju fil-pussess ta' entitajiet pubbliċi.

Artikolu 27

Id-disposizzjonijiet ta' dan il-Ftehim ma għandhomx jippreġudikaw l-applikazzjoni minn kull waħda mill-Partijiet ta' kull miżura meħtieġa sabiex tipprevjieni t-tidwir tal-fatti dwar il-miżuri tagħha li jirrigwardaw l-aċċess għas-suq minn pajjiżi terzi, permezz tad-disposizzjonijiet ta' dan il-Ftehim

Artikolu 28

1. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-Kapitolu I ta' dan it-Titolu, kumpannija Komunitarja jew kumpannija Kazakha imwaqqfin fit-territorju tar-Repubblika tal-Kazakhstan jew tal-Komunità rispettivament għandhom ikunu intitolati li jimpjegaw, jew li jkunu impjegaw f'waħda mis-sussidjarji jew fergħat tagħhom, b'mod konformi mal-leġislazzjoni fis-seħħ fil-pajjiż tal-lqugħ ta' l-istabbiliment, ħaddiema li huma ċittadini nazzjonali ta' l-Istati Membri tal-Komunità jew tar-Repubbika tal-Kazakhstan rispettivament, basta iżda illi dawn il-ħaddiema jkunu ħaddiema importanti kif definit fil-paragrafu 2, u li jkunu impjegati esklussivament mill-kumpanniji, jew il-fergħat. Il-permessi tar-residenza u tax-xogħol ta' dawn il-ħaddiema għandhom ikopru biss il-perjodu taż-żmien għal dan ix-xogħol.

2. Persuni importanti tal-kumpanniji msemmija hawn fuq, minn issa 'l quddiem imsejħa "organizzazzjonijiet" huma "persuni trasferiti ġewwa l-korporazzjoni" kif definit fiċ-(ċ) fil-kategoriji li ġejjin, basta iżda illi l-organizazzjoni tkun persuna legali u illi l-persuni interessati jkunu ġew impjegati minnha jew kienu msieħba fiha (għajr azzjonisti maġġoritarji), għal mill-inqas sena immedjatament qabel dan iċ-ċaqliq:

(a) persuni li jaħdmu f'posizzjoni għolja ma' organizzazzjoni, li primarjament jidderieġu t-tmexxija ta' l-istabbiliment, jirċievu sorveljanza ġenerali prinċipalment mill-bord tad-diretturi jew mill-azzjonisti tan-negozju jew l-ekwivalenti tagħhom, inklużi:

- id-direzzjoni ta' l-istabbiliment jew ta' dipartiment jew subdiviżjonijiet ta' l-istabbiliment,

- is-sorveljanza u l-kontroll tax-xogħol ta' impjegati oħra tas-sorveljanza, professjonali jew tat-tmexxija,

- dawk bl-awtorità personali li jqabbdu għax-xogħol jew ikeċċu jew jirrakkommandaw l-għoti tax-xogħol jew it-tkeċċija jew azzjonijiet oħra dwar il-personal;

(b) persuni li jkunu qegħdin jaħdmu ġewwa organizzazzjoni li jkunu fil-pussess ta' għerf essenzjali għas-servizz, it-tagħmir tar-riċerka, il-modi tat-teknika jew it-tmexxija ta' l-istabbiliment. L-istima ta' dan il-għerf jista' jirrifletti, barra minn għerf speċifiku għall-istabbiliment, livell għoli ta' kwalifika li jirreferi għat-tip tax-xogħol jew tas-sengħa li jeħtieġu għerf tekniku speċifiku, inkluż is-sħubija fi professjoni akkreditata;

(ċ) "persuna trasferita ġewwa l-korporazzjoni" hija definita bħala persuna naturali li taħdem ġewwa organizzazzjoni fit-territorju ta' Parti u li tkun trasferita temporanjament fil-kuntest tal-qadi ta' attivitajiet ekonomiċi fit-territorju tal-Parti l-oħra; l-organizzazzjoni interessata jrid ikollha l-post ewlieni tan-negozju tagħha fit-territorju ta' Parti u t-trasferiment isir lejn stabbiliment (fergħa jew sussidjarja) ta' din l-organizzazzjoni, li effettivament tkun qiegħda taqdi attivitajiet ekonomiċi fit-terriotrju tal-Parti l-oħra.

Artikolu 29

1. Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom kollha sabiex jevitaw li jieħdu kull miżura jew azzjoi li jwasslu li l-kondizzjonijiet tat-twaqqif u tal-ħidma tal-kumpanniji ta' xulxin ikunu iktar restrittivi mis-sitwazzjoni li tkun teżisti fi-jum ta' qabel id-data tal-firma tal-Ftehim.

2. Id-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu huma mingħajr preġudizzju għal dawk ta' l-Artikolu 37: is-sitwazzjonijiet koperti b'dan l-Artikolu 37 għandhom ikunu regolati biss bid-disposizzjonijiet tiegħu bl-esklużjoni ta' kull waħda oħra.

3. Filwaqt li jaġixxi fl-ispirtu ta' sħubija u koperazzjoni u fid-dawl tad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 43, il-Gvern tar-Repubblika tal-Kazakhstan għandu jgħarraf lill-Komunità bl-intenzjonijiet tiegħu li jissottometti leġislazzjoni ġdida jew li jadotta regolamenti ġoddali jistgħu jwasslu l-kondizzjonijiet tat-twaqqif jew tal-ħidma tal kumpanniji sabiex ikunu iktar restrittivi mis-sitwazzjoni li tkun teżisti fil-jum ta' qabel id-data tal-firma tal-Ftehim. Il-Komunità tista' titlob lir-Repubblika tal-Kazakhstan li tikkomunika l-abbozzi ta' din il-leġislazzjoni jew ta' dawn ir-reglamenti u li tidħol f'konsultazzjonijiet dwar dawn l-abbozzi.

4. Fejn il-leġislazzjoni l-ġdida jew ir-regolamenti l-ġodda mdaħħla fir-Repubblika tal-Kazakhstan jirriżultaw illi jwasslu għal kondizzjonijiet tax-xogħol tas-sussidjarji u tal-fergħat ta' kumpanniji Komunitarji mwaqqfa fil-Kazakhstan li jkunu iktar restrittivi mis-sitwazzjoni li kienet teżisti fil-jum tal-firma tal-Ftehim, din il-leġislazzjoni jew dawn ir-regolamenti ma għandhomx japplikaw matul it-tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' l-att rilevanti għal dawk is-sussidjarji u fergħat diġa mwaqqfa fir-Repeubblika tal-Kazakhstan fil-waqt tad-dħul fis-seħħ ta' l-att rilevanti.

KAPITOLU III

IL-PROVVISTA TAS-SERVIZZI LI JAQSMU L-FRUNTIERA BEJN IL-KOMUNITÀ U R-REPUBBLIKA TAL-KAZAKHSTAN

Artikolu 30

1. Il-Partijiet jimpenjaw ruħhom b'mod konformi mad-disposizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu illi jieħdu l-passi meħtieġa li jippermettu progressivament il-provvista tas-servizzi ta' kumpanniji Komunitarji jew Kazakhin li huma stabbiliti f'Parti oħra għajr dik tal-persuna li għaliha s-servizzi jkunu maħsuba filwaqt li jitqies l-iżvilupp tas-setturi tas-servizzi fil-Partijiet.

2. Il-Kunsill ta' Koperazzjoni għandu jagħmel rakkommandazzjonijiet sabiex jiġi implimentat il-paragrafu 1.

Artikolu 31

Il-Partijiet għandhom jikkoperaw bil-għan li jiżviluppaw settur tas-servizzi orjentat lejn is-suq fir-Repubblika tal-Kazakhstan.

Artikolu 32

1. Il-Partijiet jindaħlu sabiex japplikaw effettivament il-prinċipju ta' aċċess mingħajr restrizzjonijiet għas-suq u għat-traffiku marittimi internazzjonali fuq bażi kummerċjali.

(a) id-disposizzjoni ta' hawn fuq ma tippreġudikax id-drittijiet u l-obbligi li joħorġu mill-Konvenzjoni tan-Nazzjoniiet Uniti dwar Kodiċi ta' Kondotta għall-Konferenzi tal-Bastimenti tal-Linja, kif japplikaw lil Parti Kontraenti jew lil oħra ta' dan il-Ftehim. Linji li mhumiex fil-Konferenza jridu jkunu ħielsa li joperaw f'kompetizzjoni ma' linja tal-konferenza safejn u sakemm jaderixxu mal-prinċipju tal-kompetizzjoni bil-fier fuq bażi kummerċjali;

(b) il-Partijiet jaffermaw l-impenn tagħhom għal ambjent liberament kompetittiv bħala karatteristika essenzjali għall-kummerċ niexef jew likwidu bil-massa.

2. Huma u japplikaw il-prinċipji tal-paragrafu 1, il-Partijiet:

(a) ma għandhom japplikaw, mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, l-ebda disposizzjoni ta' tqassim bejn xulxin ta' ftehimijiet bilaterali bejn kull Stat Membru tal-Komunità u dik li qabel kienet l-Unjoni Sovjetika;

(b) ma għandhomx idaħħlu klawsoli ta' tqassim ta' merkanzija bejniethom fi ftehim bilaterali tal-ġejjieni ma' pajjiżi terzi, għajr dawk f'ċirkustanzi eċċezzjonali fejn il-kumpanniji tat-trasport bil-bastimenti tal-linja minn waħda jew l-oħra mill-Partijiet f'dan il-Ftehim ma jkollhomx opportunità effettiva xorta oħra li jsalpaw għall-kummerċ minn u lejn il-pajjiż terz interessat;

(ċ) għandhom jipprojbixxu l-arranġamenti ta' tqassim tal-merkanzija bejn xulxin fi ftehim bilaterali tal-ġejjieni li jirrigwardaw kummerċ niexef jew likwidu bil-massa;

(d) għandhom jabolixxu mad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, il-miżuri unilaterali kollha amminitrattivi tekniċi u xkelijiet oħra li jista' jkollhom effetti restrittivi jew diskriminatorji fuq il-provvista ħielsa tas-servizzi fit-trasport marittimu internazzjonali.

Kull waħda mill-Partijiet għandha tikkonċedi, fost ħwejjeġ oħra, trattament mhux inqas favorevoli, lill-bastimenti mħaddma miċ-ċittadini nazzjonali jew minn kumpanniji tal-Parti l-oħra, minn dak konċess lill-bastimenti tal-Parti nfisha, rigward l-aċċess għall-portijiet miftuħa għall-kummerċ internazzjonali, rigward l-użu ta' l-infrastruttura u s-servizzi awżiljari marittimi tal-portijiet, rigward il-faċilitajiet tad-dwana u rigward l-għoti ta' l-irmiġġi u rigward il-faċilitazzjonijiet tat-tagħbija u l-ħatt.

3. Iċ-ċittadini nazzjonali u l-kumpanniji Komunitarji li jipprovdu servizzi tat-trasport marittimu internazzjonali għandhom ikunu ħielsa li jipprovdu servizzi internazzjonali bil-baħar u/jew bix-xmajjar fl-ibħra interni tar-Repubblika tal-Kazakhstan u bil-maqlub.

Artikolu 33

Bil-ħsieb li jiġi żgurat żvilupp kordinat tat-trasport bejn il-Partijiet, adatt għall-ħtiġiet kummerċjali tagħhom, il-kondizzjonijiet għall-aċċess ta' bejn xulxin u d-disposizzjoni tas-servizzi tat-trasport bit-triq, fil-ferrovija u fl-ibħra interni u, fejn japplika, tat-trasport bl-ajru jistgħu jiġu trattati fi ftehim speċifiċi negozjati fejn xierqa bejn il-Partijiet wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 34

1. Id-disposizzjonijiet ta' dan it-Titolu għandhom jiġu applikati bla ħsara għal-limitazzjonijiet ġustifikati fuq raġunijiet ta' politika pubblika, ta' sigurtà pubblika jew tas-saħħa pubblika.

2. Ma għandhomx japplikaw għall-attivitajiet li fit-territroju ta' waħda jew l-oħra mill-Partijiet ikunu konnessi, saħansitra okkażjonalment, ma' l-eżerċizzju ta' l-awtorità uffiċjali.

Artikolu 35

Għall-għanijiet ta' dan it-Titolu, xejn f'dan il-Ftehim ma għandu jipprevjieni lill-Partijiet milli japplikaw il-liġijiet u r-regolamenti tagħhom rigward id-dħul u l-waqfien, ix-xogħol, il-kondizzjonijiet tax-xogħol u l-istabbiliment ta' persuni naturali u l-provvista tas-servizzi, basta iżda li b'dan il-għemil ma japplikawhomx f'manjiera li jxejnu jew jagħmlu ħsara lill-benefiċċji li jibbenefikaw lil kull Parti skond it-termini ta' disposizzjoni speċifika tal-Ftehim. Id-disposizzjoni ta' hawn fuq ma tippreġudikax l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 54.

Artikolu 36

Il-kumpanniji li huma kontrollati u pussess esklussivament minn kumpanniji Kazakhin u kumpanniji Komunitarji konġunti għandhom ukoll ikunu benefiċjarji tad-disposizzjonijiet tal-Kapitoli II, III u IV.

Artikolu 37

It-trattament konċess hawn taħt minn waħda miż-żewġ Partijiet lill-oħra, mill-jum li jiġi xahar qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' l-obbligi rilevanti tal-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ u s-Servizzi (GATS), rigward is-setturi jew il-miżuri koperti bil-GATS, bl-ebda mod ma għandu jkun iktar favorevoli minn dak konċess minn din l-ewwel Parti skond id-disposizzjonijiet tal-GATS u dan rigward kull settur u subsettur tas-servizzi u l-mod tal-provvista.

Artikolu 38

Għall-għanijiet tal-Kapitoli II, III u IV, l-ebda qies ma għandu jingħata tat-trattament konċess mill-Komunità, mill-Istati Membri tagħha jew mir-Repubblika tal-Kazakhstan skond l-impenji midħula għalihom fi ftehim dwar l-integrazzjoni ekonomika b'mod konformi mal-prinċipji ta' l-Artikolu V tal-GATS

Artikolu 39

1. It-trattament ta' nazzjon l-iżjed favorit konċess b'mod konformi mad-disposizzjonijiet ta' dan it-Titolu ma għandux japplika għall-vantaġġi fit-taxxi li l-Partijiet qegħdin jipprovdu jew għad iridu jipprovdu fil-ġejjieni fuq il-bażi ta' ftehim sabiex tiġi evitata t-taxxa doppja jew arranġamenti oħra dwar it-taxxi.

2. Xejn f'dan it-Titoli ma għandu jiġi mifhum li jipprevjieni l-adozzjoni u l-infurzar mill-Partijiet ta' kull miżura mirata li tipprevjieni l-ħrib jew l-evażjoni mit-taxxi skond id-disposizzjonijiet dwar it-taxxi ta' ftehim sabiex tiġi evitata t-taxxa doppja u arranġementi oħra dwar it-taxxi, jew il-liġislazzjoni fiskali domestika.

3. Xejn f'dan it-Titolu ma għandu jiġi mifhum li jipprevjieni lill-Istati Membri jew lir-Repubblika tal-Kazakhstan milli jiddistingwu, fl-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet rilevanti tal-leġislazzjoni fiskali tagħhom, bejn dawk li jħallsu t-taxxi li ma humiex f'sitwazzjonijiet identiċi rigward il-post tagħhom tar-residenza.

Artikolu 40

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 28, l-ebda disposizzjoni tal-Kapitoli II, III and IV ma għandha tiġi interpretata li tagħti d-dritt lil:

- iċ-ċittadini nazzjonali ta' l-Istati Membri jew tar-Repubblika tal-Kazakhstan rispettivament li jidħlu, jew li joqogħdu fit-territorju tar-Repubblika tal-Kazakhstan jew tal-Komunità rispettivament f'kull kapaċità tkun liema tkun, u partikolarment bħala azzjonist jew imsieħeb f'kumpannija jew manager jew impjegat tagħha jew fornitur jew riċevitur ta' servizzi,

- is-sussidjarji jew il-fergħat Komunitarji ta' kumpannija Kazakha li jimpjegaw jew ikunu impjegaw fit-territorju tal-Komunità ċittadini nazzjonali tar-Repubblika tal-Kazakhstan,

- is-sussidjarji jew il-fergħat Kazakhin ta' kumpanniji Komunitarji li jimpjegaw jew ikunu impjegaw fit-territorju tar-Repubblika tal-Kazakhstan ċittadini nazzjonali ta' l-Istati Membri,

- il-kumpanniji Kazakhin jew is-sussidjarji jew il-fergħat Komunitarji ta' kumpanniji Kazakhin milli jfornu persuni Kazakhin li jaġixxu għal jew taħt il-kontroll ta' persuni oħra fuq kuntratti temporanji tax-xogħol,

- il-kumpanniji Komunitarji jew is-sussidjarji jew il-fergħat Kazakhin ta' kumpanniji Komunitarji milli jfornu ħaddiema li jkunu ċittadini ta' l-Istati Membri fuq kontratti temporanji tax-xogħol.

KAPITOLU V

IL-ĦLASIJIET KURRENTI U L-KAPITAL

Artikolu 41

1. Il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li jawtorizzaw f'munita korrenti konvertibbli liberament, kull ħlas fuq il-kont korrenti tal-bilanċ tal-pagamenti bejn ir-residenti tal-Komunità u dawk tar-Repubblika tal-Kazakstan konness maċ-ċaqliq tal-merkanzija, tas-servizzi jew tal-persuni magħmul b'mod konformi mad-disposizzjonijiet ta' dan il-Ftehim.

2. Rigward it-transazzjonijiet fuq il-kont kapitali tal-bilanċ tal-pagamenti, mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, għandhom jiġu żgurati ċ-ċaqliq ħieles tal-kapital li għandu x'jaqsam ma' l-investimenti diretti magħula fil-kumpanniji mwaqqfa b'mod konformi mal-liġijiet tal-pajjiż tal-lqugħ u ta' l-investimenti magħmula b'mod konformi mad-disposizzjonijiet tal-Kapitolu II, u l-likwidazzjoni jew ir-ripatrijazzjoni ta' dawn l-investimenti u ta' kull qligħ li joħroġ minnhom.

3. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 jew il-paragrafu 5, mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, ma għandhom jiddaħħlu l-ebda restrizzjonijiet dwar iċ-ċaqliq tal-kapital u tal-ħlasijiet kurrenti konnessi magħhom bejn ir-residenti tal-Komunità u dawk tar-Repubblika tal-Kazakhstan u l-arranġamenti eżistenti ma għandhomx isiru iktar restrittivi.

4. Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin bil-ħsieb li jiffaċilitaw iċ-ċaqliq ta' għamliet ta' kapital għajr dak riferit fil-paragrafu 2 bejn il-Komunità u r-Repubblika tal-Kazakhstan sabiex jitmexxew 'il quddiem il-għanijiet immedjati ta' dan il-Ftehim

5. B'riferenza għad-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu, sakemm tiddaħħal il-konvertibbilita sħiħa tal-munita kurrenti Kazakha fit-tifsira ta' l-Artikolu VIII tal-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF), ir-Repubblika tal-Kazakhstan tista' f'ċirkustanzi eċċezzjonali tapplika restrizzjonijiet fuq il-kambju li jkollhom x'jaqsmu mal-konċessjoni ta' krediti finanzjarji fuq skondi qosra u medji safejn u sakemm dawn ir-restrizzjonijiet jiġu imposti fuq ir-Repubblika tal-Kazakhstan għall-konċessjoni ta' dawn il-krediti u jiġu permessi b'mod konformi ma' l-istatus tar-Repubblika tal-Kazakhstan skond l-IMF. Ir-Repubblika tal-Kazakhstan għandha tapplika dawn ir-restrizzjonijiet f'manjiera mhux diskriminatorja. Dawn ir-restrizzjonijiet Għandhom jiġu applikati f'manjiera hekk li jikkawżaw l-inqas taqlib posibbli għal dan il-Ftehim. Ir-Repubblika tal-Kazakhstan għandha tgħarraf lill-Kunsill ta' Koperazzjoni fil-pront bid-dħul ta' dawn il-miżri u b'kull bidla fihom.

6. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2, fejn, f'ċirkustanzi eċċezzjonali, ċ-ċaqliq tal-kapital bejn il-Komunità u r-Repubblika tal-Kazakhstan jikkawża, jew jhedded li jikkawża diffikultajiet serji fit-tħaddim tal-politika tar-rata tal-kambju jew tal-politika monetarja fil-Komunità jew fir-Repubblika tal-Kazakhstan, il-Komunita' u r-Repubblika tal-Kazakhstan, rispettvament, jistgħu jieħdu miżuri ta' salvagward rigward iċ-ċaqliq tal-kapital bejn il-Komunità u r-Repubblika tal-Kazakhstan għal perjodu taż-żmien li ma jaqbiżx is-sitt xhur jekk dawn il-miżuri jkunu strettament meħtieġa

KAPITOLU VI

IL-PROTEZZJONI TAL-PROPRJETA INTELLETTWALI, INDUSTRIJALI U KUMMERĊJALI

Artikolu 42

1. Skond id-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu u ta' l-Anness III, ir-Repubblika tal-Kazakhstan għandha tissokta ttejjeb il-protezzjoni tad-drittijiet dwar il-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali sabiex, mat-tmiem tal-ħames sena mid-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, tipprovdi livell ta' protezzjoni simili għal dawk li jeżistu fil-Komunità, inklużi l-mezzi effettivi sabiex dawn id-drittijiet jiġu infurzati.

2. Sat-tmiem tal-ħames sena mid-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, ir-Repubblika tal-Kazakhstan għandha taċċedi għall-konvenzjonijiet multi-laterali dwar id-drittijiet għall-proprjeta intellettwali, industrijali u kummerċjali riferiti fil-paragrafu 1 ta' l-Anness III li tagħhom l-Istati Membri huma partijiet jew li huma applikati de facto mill-Istati Membri, skond id-disposizzjonijiet rilevanti li jinsabu f'dawn il-konvenzjonijiet

TITOLU V

IL-KOPERAZZJONI LEĠISLATTIVA

Artikolu 43

1. Il-Partijiet jagħrfu illi kondizzjoni importanti għat-tisħiħ tar-rabtiet ekonomiċi bejn ir-Repubblika tal-Kazakhstan u l-Komunità hija t-tqarrib lejn xulxin tal-leġislazzjoni eżisteni u ġejjiena tar-Repubblika tal-Kazakhstan u l-leġislazzjoni eżistenti u ġejjiena tal-Komunità. Ir-Repubblika tal-Kazakhstan għandha tagħmel ħilitha kollha sabiex tiżgura illi l-leġislazzjoni tagħha tiġi magħmula kompatibbli bil-mod il-mod ma' dik tal-Komunità.

2. It-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet għandu jinfirex partikolarment fuq l-oqsma li ġejjin: il-liġijiet tad-dwana, l-liġijiet tal-kumpanniji, l-liġijiet tal-banek, il-kontijiet u t-taxxi tal-kumpanniji, il-proprjeta intellettwali, l-protezzjoni tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol, is-servizzi finanzjarji, ir-regoli tal-kompetizzjoni inklużi kull kwistjoni li għandha x'taqsam magħhom u l-prattiċi li jaffettwaw il-kummerċ, il-kisba pubblika, l-protezzjoni tal-ħajja tal-bniedem, ta' l-annimali u tal-pjanti, l-ambjent, il-protezzjoni tal-konsumatur, it-taxxi indiretti, r-regoli u l-livelli stabbiliti tekniċi, l-liġijiet nukleari u t-trasport.

3. Il-Komunità għandha tipprovdi lir-Repubblika tal-Kazakhstan il-għajnuna teknika sabiex timplimenta dawn il-miżuri, li jistgħu jinkludu, fost ħwejjeġ oħra:

- l-iskambju ta' esperti,

- il-provvista/disposizzjoni ta' tagħrif bikri speċjalment dwar il-leġislazzjoni rilevanti,

- l-organizzazzjoni ta' seminarji,

- attivitajiet ta' taħriġ,

- għajnuna għat-traduzzjoni tal-leġislazzjoni Komunitarja fis-setturi rilevanti.

4. Il-partijiet jaqblu li jeżaminaw manjieri sabiex japplikaw il-liġijiet rispettivi tagħhom dwar il-kompetizzjoni fuq bażi orkestrata f'dawk il-każijiet fejn jiġi effetwat il-kummerċ ta' bejniethom.

TITOLU VI

IL-KOPERAZZJONI EKONOMIKA

Artikolu 44

1. Il-Komunità u r-Repubblika tal-Kazakhstan għandhom jistabbilixxu koperazzjoni ekonomika mirata li tikkontribwixxi għall-proċess tar-riforma u l-irkupru ekonomiċi u ta' l-iżvilupp sostenibbli tar-Repubblika tal-Kazakhstan. Din il-koperazzjoni għandha ssaħħaħ ir-rabtiet ekonomiċi eżistenti, għall-benefiċċju taż-żewġ Partijiet.

2. Il-politiki u miżuri oħra jridu jiġu disinjati sabiex iġibu r-riformi ekonomiċi u soċjali tas-sistema ekonomika fir-Repubblika tal-Kazakhstan u jridu jiġu gwidati mill-ħtiġiet tas-sostenibbilità u ta' l-iżvilupp soċjali armonjuż; għandhom ukoll jinkorporaw fis-sħiħ konsiderazzjonijiet ambjentali.

3. Għal dan il-għan il-koperazzjoni għandha tikkonċentra, partikolarment, fuq l-iżvilupp ekonomiku u soċjali, fuq l-iżvilupp tar-riżorsi umani, fuq l-appoġġ għall-intrapriżi (inklużi l-privatizzazzjoni, l-investiment u l-iżvilupp tas-servizzi finanzjarji), fuq il-biedja u l-ikel, fuq l-enerġija u s-sigurtà nukleari ċivili, fuq it-trasport, fuq it-turiżmu, fuq il-protezzjoni ta' l-ambjent, u fuq il-koperazzjoni reġjonali.

4. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-miżuri kapaċi li jinkoraġixxu l-koperazzjoni ma' l-Istati Indipendenti bil-ħsieb li jistimulaw l-iżvilupp armonjuż tar-reġjun.

5. Fejn xieraq, il-koperazzjoni ekonomika u għamliet oħra ta' koperazzjoni jistgħu jiġu appoġġjati bil-għajnuna teknika mill-Komunità, filwaqt li jitqies ir-regolament rilevanti tal-Kunsill tal-Komunità li japplika għall-għajnuna teknika lill-Istati Indipendenti, skond il-prijoritajiet miftiehma fi programm indikattiv li għandu x'jaqsam ma l-għajnuna teknika Komunitarja lir-Repubblika tal-Kazakhstan u mal-proċeduri tiegħu ta' koordinazzjoni u implimentazzjoni.

Artikolu 45

Il-koperazzjoni industrijali

1. Il-Koperazzjoni għandha timmira li tmexxi 'l quddiem partikolarment dan li ġej:

- l-iżvilupp ta' rabtiet tan-negozju bejn l-operaturi ekonomiċi taż-żewġ naħat,

- il-parteċipazzjoni tal-Komunità fl-isforzi Kazakhini sabiex tibni mill-ġdid l-industrija tagħha,

- it-titjib tat-tmexxija,

- it-titjib tal-kwalità tal-prodotti industrijali,

- l-iżvilupp ta' produzzjoni effiċjenti u ta' kapaċità fl-ipproċessar fis-settur tal-materja prima,

- l-iżvilupp ta' regoli u prattiċi xierqa inkluż il-bejgħ fis-suq tal-prodott,

- il-protezzjoni ta' l-ambjent,

- il-qlib tad-difiża.

2. Id-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu ma għandhomx jaffettwaw ir-regoli Komunitarji tal-kompetizzjoni li japplikaw għall-impriżi.

Artikolu 46

Il-promozzjoni u l-protezzjoni ta' l-investimenti

1. Filwaqt li jinżammu fil-moħħ il-poteri u l-kompetenzi tal-Komunità u ta' l-Istati Membri, il-koperazzjoni għandha tistabbilixxi klima favorevoli għall-investiment privat, kemm domestiku u kemm barrani, speċjalment permezz ta' kondizzjonijiet aħjar għall-protezzjoni ta' l-investmenti, tat-trasferiment tal-kapital u l-iskambju tat-tagħrif dwar l-opportunitajiet għall-investiment.

2. Il-għanijiet tal-koperazzjoni għandhom ikunu partikolarment:

- il-konklużjoni, fejn xierqa, bejn l-Istati Membri u r-Repubblika tal-Kazakhstan ta' ftehim għall-promozzjoni u l-protezzjoni ta' l-investimenti,

- il-konklużjoni fejn xierqa, bejn l-Istati Membri u r-Repubblika tal-Kazakhstan ta' ftehim biex jevadu t-taxxa doppja,

- il-ħolqien ta' kondizzjonijiet favorevoli sabiex jiġbdu l-investimenti barranin fl-ekonomija Kazakha,

- it-twaqqif ta' liġijiet u kondizzjonijiet stabbli u adegwati dwar in-negozju, u l-iskambju ta' tagħrif dwar il-liġijiet, ir-regolamenti u l-prattiċi amministrattivi fil-qasam ta' l-investiment,

- l-iskambju ta' tagħrif dwar l-opportunitajiet għall-investiment fil-għamla, fost ħwejjeġ oħra, ta' fieri kummerċjali, wirjiet, ġimgħat tal-kummerċ u okkażjonijiet oħra.

Artikolu 47

Il-kisba pubblika

Il-Partijiet għandhom jikkoperaw sabiex jiżviluppaw kondizzjonijiet għall-konċessjoni miftuħa u kompetittiva ta' kuntratti għall-merkanzija u għas-servizzi partikolarment bis-sejħa għall-offerti.

Artikolu 48

Il-koperazzjoni fil-qasam tal-livelli stabbiliti u l-istima tal-konformità

1. Il-koperazzjoni bejn il-Partijiet għandha tippromwovi l-allineament ma' kriterji, prinċipji u linji-gwida miftiehma internazzjonklment segwiti fil-qasam tal-kwalità. L-azzjonijiet meħtieġa jridu jiffaċilitaw il-progress lejn il-għarfien ta' bejn xulxin fil-qasam ta' l-istima tal-konformità, kif ukoll it-titjib tal-kwalità tal-prodott Kazakhi.

2. Għal dan il-għan għandhom ifittxu li jikkoperaw fi proġetti ta' għajnuna teknika li jridu:

- jippromwovi koperazzjoni xierqa ma' l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet speċjalizzati f'dawn l-oqsma,

- jippromwovu l-użu tar-regolamenti tekniċi Komunitarji u l-applikazzjoni tal-livelli stabbiliti Ewropej u l-proċeduri ta' l-istimi tal-konformità,

- jippermettu t-tqassim bejniethom ta' l-esperjenza u tat-tagħrif tekniku fil-qasam tal-maniġġjar tal-kwalità.

Artikolu 49

It-tħaffir tal-minjieri u l-materja prima

1. Il-Partijiet għandhom jimmiraw li jżidu l-investimenti u l-kummerċ fit-tħaffir tal-minjieri u fil-materji prima.

2. Din il-koperazzjoni għandha tiffoka partikolarment fuq l-oqsma li ġejjin:

- l-iskambju tat-tagħrif dwar il-prospetti tas-setturi tat-tħaffir tal-minjieri u tal-metalli mhux tal-ħadid,

- it-twaqqif ta' qafas legali għall-koperazzjoni,

- materji li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ,

- l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni dwar l-ambjent,

- it-taħriġ,

- is-sigurtà fl-industrija tal-minjieri.

Artikolu 50

il-koperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija

1. Il-Partijiet għandhom imexxu 'l quddiem il-koperazzjoni fir-riċerka xjentifika ċivili u l-iżvilupp teknoloġiku (RTD) fuq il-bażi ta' benefiċċju għal xulxin u, filwaqt li titqies id-disponibbilità tar-riżorsi, għandhom imexxu 'l quddiem aċċess adegwat għall-programmi rispettivi taghom u bla ħsara għal-livelli xierqa ta' protezzjoni effettiva tad-drittijiet dwar il-proprjeta intellettwali, industrijali u kumerċjali (IPR).

2. Il-koperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija għandha tkopri:

- l-iskambju ta' tagħrif xjentifiku u tekniku,

- attivitajiet konġunti tar-RTD,

- attivitajiet ta' taħriġ u programmi ta' mobbilità għax-xjenzati, r-riċerkaturi u l-ħaddiema tekniċi imqabbda fir-RTD fuq iż-żewġ naħat.

Fejn din il-koperazzjoni tieħu l-għamla ta' attivitajiet li jinvolvu l-edukazzjoni u/jew it-taħriġ, għandha titwettaq b'mod konformi mad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 51.

Fuq il-bażi ta' ftehim ta' bejn xulxin, il-Partijiet jistgħu jindaħlu għal għamliet oħra ta' koperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija.

Fit-twettiq ta' dawn l-attivitajiet ta' koperazzjoni, għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-iskjerament mill-ġdid ta' l-inġiniera, r-riċerkaturi u l-ħaddiema tekniċi li jkunu jew li kienu mqabbda jaħdmu fir-riċerka u/jew il-produzzjoni ta' l-armi ta' qerda tal-massa.

3. Il-koperazzjoni koperta b'dan l-Artikolu għandha tiġi implimentata skond arranġamenti speċjali li jridu jiġu negozjati u konklużi b'mod konformi mal-proċeduri adottati minn kull waħda mill-Partijiet, u li għandhom jiddikjaraw, fost ħwejjeġ oħra, id-disposizzjonijiet xierqa tad-IPR.

Artikolu 51

L-edukazzjoni u t-taħriġ

1. Il-Partijiet għandhom jikkoperaw bil-għan li jgħollu l-livell ta' l-edukazzjoni ġenerali u tal-kwalifiki professjonali fir-Repubblika tal-Kazakhstan, kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f'dak privat.

2. Il-koperazzjoni għandha tiffoka partikolarment fuq l-oqsma li ġejjin:

- l-aġġornament ta' l-edukazzjoni għolja u s-sistemi tat-taħriġ fir-Repubblika tal-Kazakhstan, inkluża s-sistema taċ-ċertifikazzjoni ta' l-istabbilmenti ta' l-edukazzjoni għolja u d-diplomi ta' l-edukazzjoni għolja,

- it-taħriġ ta' l-uffiċjali eżekuttivi fis-settur pubbliku u dak privat u ta' uffiċjali fis-servizz pubbliku fl-oqsma ta' prijorita li jridu jiġu stabbiliti,

- il-koperazzjoni bejn l-istabbilimenti edukattivi u bejn l-istabbilimenti edukattivi u d-ditti,

- il-mobbilità ta'l-għalliema, tal-gradwati, ta' l-amministraturi, tax-xjenzati u tar-riċerkaturi żgħażagħ, u taż-żgħażagħ,

- it-tmexxija 'l quddiem tat-tagħlim fil-qasam ta' l-Istudji Ewropej ġewwa istituzzjonijiet xierqa,

- it-tagħlim ta' l-ilsna tal-Komunità,

- it-taħriġ ta' wara l-ewwel grad ta' l-interpreti għall-konferenzi,

- it-taħriġ tal-ġurnalisti,

- it-taħriġ ta' min iħarreġ.

3. Il-parteċipazzjoni possibbli ta' waħda mill-Partijiet fil-programmi rispettivi fil-qasam ta' l-edukazzjoni u tat-taħriġ tal-Parti l-oħra tista' tiġi konsidrata b'mod konformi mal-proċeduri rispettivi tagħhom u, fejn xieraq, għandhom imbagħad jitwaqqfu strutturi istituzzjonali u pjani ta' koperazzjoni billi jibnu fuq il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kazakhstan fil-programm Tempus tal-Komunità.

Artikolu 52

Il-biedja u s-settur ta' l-agro-industrija

Il-għan tal-koperazzjoni f'dan il-qasam għandu jkun is-segwiment tar-riforma agrarja, l-modernizzazzjoni, l-privatizzazzjoni u l-istrutturazzjoni mill-ġdid tal-biedja, ta' l-agro-industrija u tas-settur tas-servizzi fir-Repubblika tal-Kazakhstan, l-iżvilupp tas-swieq domestiċi u barranin għall-prodotti Kazakhin f'kondizzjonijiet li jiżguraw il-protezzjoni ta' l-ambjent, filwaqt li jitqiesu l-ħtieġa li tittejjeb is-sigurtà tal-provvista ta' l-ikel kif ukoll l-iżvilupp tan-negozju agrikolu, l-iproċessar u t-tqassim tal-prodotti agrikoli. Il-Partijiet għandhom ukoll jimmiraw li jqarrbu bil-mod il-mod il-livelli stabbiliti Kazakhin lejn ir-regolamenti tekniċi Komunitarji li jirrigwardaw il-prodotti industrijali u agrikoli ta' l-ikel inklużi l-livelli stabbiliti sanitarji u fito-sanitarji.

Artikolu 53

L-enerġija

1. Il-koperazzjoni għandha ssir ġewwa l-prinċipji ta' l-ekonomija tas-suq u l-Karta Ewropea ta' l-Enerġija, fl-isfond ta' l-integrazzjoni progressiva tas-swieq ta' l-enerġija fl-Ewropa.

2. Il-koperazzjoni għandha tinkludi fost oħrajn l-oqsma li ġejjin:

- l-impatt fuq l-ambjent tal-provvista u l-konsum tal-produzzjoni ta' l-enerġija, sabiex jipprevjieni jew jimminimizza l-ħsara lill-ambjent li tirriżulta minn dawn l-attivitajiet,

- it-titjib fil-kwalità u s-sigurtà tal-provvista ta' l-enerġija, inkluża d-diversifikazzjoni tal-provvista, f'manjiera ekonomika u soda għall-ambjent,

- il-formulazzjoni tal-politika dwar l-enerġija,

- it-titjib fil-maniġġjar u r-regolamentazzjoni tas-settur ta' l-enerġija f'linja ma' l-ekonomija tas-suq,

- id-dħul ta' firxa ta' kondizzjonijiet istituzzjonali, legali, fiskali u oħrajn meħtieġa sabiex jinkoraġġixxu ż-żieda fil-kummerċ u l-investiment fl-enerġija,

- it-tmexxija 'l quddiem tat-tifdil ta' l-enerġija u ta' l-effettività ta' l-enerġija,

- il-modernizzazzjoni ta' l-infrastruttura ta' l-enerġija,

- it-titjib fit-teknoloġija ta' l-enerġija fil-provvista u fl-użu aħħari fuq firxa ta' tipi ta' enerġija,

- il-maniġġjar u t-taħriġ tekniku fis-settur ta' l-enerġija,

- is-sigurtà fil-provvista, fit-trasport u fit-transitu ta' l-enerġija u tal-materjali ta' l-enerġija.

Artikolu 54

L-ambjent

1. Filwaqt li jżommu f'moħħhom il-Karta Ewropea dwar l-Enerġija, il-Partijiet għandhom jiżviluppaw il-koperazzjoni tagħhom dwar l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem.

2. Il-koperazzjoni għandha timmira li tikkumbatti d-deterjorazzjoni ta' l-ambjent u partikolament:

- il-monituraġġ effettiv tal-livelli stabbiliti tat-tniġġis u l-istima ta' l-ambjent; sistema ta' tagħrif dwar l-istat ta' l-ambjent,

- il-ġlieda kontra t-tniġġis ta' l-ilma u ta' l-arja lokali, reġjonali u li jaqsam il-fruntieri,

- ir-restorazzjoni ekoloġika,

- il-produzzjoni u l-użu sostenibbli, effiċjenti u effettivi għall-ambjent ta' l-enerġija,

- is-sigurtà ta' l-impjanti industrijali,

- il-klassifika u t-tqandil fis-sigurtà tal-kimiċi,

- il-kwalità ta' l-ilma,

- it-tnaqqis, ir-riċiklaġġ u r-rimi fis-sigurtà ta' l-iskart, l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Basilea,

- l-impatt ta' l-agrikolura, l-erożjoni tal-ħamrija u tat-tniġġis kimiku fuq l-ambjent,

- il-protezzjoni tal-foresti,

- il-konservazzjoni tal-bijo-diversita, ta' firxiet protetti u l-użu u l-maniġġjar sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi,

- il-pjanifikazzjoni ta' l-użu ta' l-art, inklużi l-kostruzzjoni u l-pjanifikazzjoni urbana,

- l-użu ta' strumenti ekonomiċi u fiskali,

- il-bidla fil-klima globali,

- l-edukazzjoni dwar l-ambjent u l-konoxxenza tiegħu,

- l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Espoo dwar l-Istima ta' l-Impatt fuq l-Ambjent f'kuntest li jaqsam il-fruntieri.

3. Il-koperazzjoni għandha ssir partikolarment permezz ta':

- il-pjanifikazzjoni kontra d-diżastri u sitwazzjonijiet oħra ta' emerġenza,

- l-iskambju tat-tagħrif u ta' esperti, inklużi t-tagħrif u l-esperti li jittrattaw it-trasferiment ta' tekonolġiji nodfa u l-użu fis-sigurtà u ambjentalment sod tal-bijo-teknoloġiji,

- attivitajiet konġunti ta' riċerka,

- it-titjib tal-liġijiet lejn livelli stabbiliti Komunitarji,

- il-koperazzjoni fil-livell reġjonali, inklużi l-koperazzjoni ġewwa l-qafas ta' l-Aġenzija Ewropea dwar l-Ambjent, u fuq livell internazzjonali,

- l-iżvilupp ta' strateġiji, partikolament rigward kwistjonijiet globali u klimatiċi u wkoll bil-ħsieb li jinkiseb żvilupp sostenibbli,

- studji dwar l-impatt fuq l-ambjent.

Artikolu 55

It-trasport

Il-Partijiet għandhom jiżviluppaw u jsaħħu l-koperazzjoni bejniethom fil-qasam tat-trasport.

Din il-koperazzjoni għandha timmira, fost ħwejjeġ oħra, għall-bini mill-ġdid u l-modernizzazzjoni tas-sistemi u tax-xbieki tal-komunikazzjoni tat-trasport fir-Repubblika tal-Kazakhstan, u li tiżviluppa u tiżgura, fejn xierqa, l-kompatibbilità tas-sistemi tat-trasport fil-kuntest tal-kisba ta' sistema tat-trasport iktar globali.

Fost ħwejjeġ oħra, il-koperazzjoni għandha tinkludi:

- il-modernizzazzjoni tal-maniġġjar u ta' l-operati tat-trasport bit-triq, bil-ferroviji, tal-portijiet u ta' l-ajruporti,

- il-modernizzazzjoni u l-iżvilupp ta' l-infrastruttura tal-ferroviji, tat-toroq ta' l-ibħra interni, tat-toroq, tal-portijiet, ta' l-ajruporti u tan-navigazzjoni bl-ajru inklużi l-modernizzazzjoni tat-toroq ewliena u r-rabtiet trans-Ewropej tal-modi ta' hawn fuq,

- il-promozzjoni u l-iżvilupp tat-trasport multi-modali,

- il-promozzjoni ta' programmi konġunti ta' riċerka u ta' żvilupp,

- it-tħejjija tal-qafas leġislattiv u istituzzjonali għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika inkluża l-privatizzazzjoni fis-settur tat-trasport.

Artikolu 56

L-ispazju

Filwaqt li jżommu f'moħħhom il-kompetenzi rispettivi tal-Komunità, ta' l-Istati Membri tagħha u ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Ispazju, il-Partijiet għandhom imexxu l-quddiem fejn xieraq il-koperazzjoni fit-tul fl-oqsma tar-riċerka, ta' l-iżvilupp u ta' l-applikazzjonijiet kummerċjali ta' l-ispazju ċivili. Il-Partijiet iridu jagħtu attenzjoni partikolari lill-inizjattivi li jagħmlu użu sħiħ tal-kumplimentarjeta ta' l-attivitajiet spazjali rispettivi tagħhom.

Artikolu 57

Is-servizzi postali u t-telekomunikazzjonijiet

Fil-poteri u l-kompetanzi rispettivi tagħhom il-Partijiet għandhom iwessgħu u jsaħħu l-koperazzjoni fl-oqsma li ġejjin:

- it-twaqqif ta' politiki u ta' linji-gwida għall-iżvilupp tas-settur tat-telekomunikazzjonijiet u tas-servizzi postali,

- l-iżvilupp tal-prinċipji ta' politika tat-tariffi u tal-bejgħ fis-suq tat-telekomunikazzjonijiet u tas-servizzi postali,

- l-inkoraġġiment ta' l-iżvilupp ta' proġetti għat-telekomunikazzjonijiet u għas-servizzi postali u l-ġbid ta' l-investiment,

- it-titjib ta' l-effiċjenza u tal-kwalità tal-provvista tat-telekomunikazzjonijiet u tas-servizzi postali, fost ħwejjeġ oħra permez tal-liberalizzazzjoni ta' l-attivitajiet tas-sub-setturi,

- l-applikazzjoni avvanzata tat-telekomunikazzjonijiet, notabbilment fil-qasam tat-trasferiment tal-fondi bl-elettronika,

- il-maniġġjar tax-xbieki tal-komunikazzjoni tat-telekomunikazzjonijiet u l-"ottimizzazzjoni" tagħhom,

- bażi regolatorju xieraq għall-provvista tat-telekomunikazzjonijiet u tas-servizzi postali u ta' l-użu ta' firxa tal-frekwenzi tar-radju,

- it-taħriġ fil-qasam tat-telekomunikazzjonijiet u tas-servizzi postali għall-operati f'kondizzjonijiet tas-suq.

Artikolu 58

Is-servizzi finanzjarji

Il-koperazzjoni għandha timmira partikolarment li tiffaċilita l-involviment tar-Repubblika tal-Kazakhstan f'sistemi universalment aċċettabbli ta' soluzzjonijiet tal-kontroversji ta' bejn xulxin. Il-għajnuna teknika għandha tiffoka fuq:

- l-iżvilupp tas-servizzi bankarji u finanzjarji, l-iżvilupp ta' suq komuni għar-riżorsi ta' kreditu, l-involviment tar-Repubblika tal-Kazakhstan f'sistema universalment aċċettabbli ta' soluzzjonijiet tal-kontroversji ta' bejn xulxin,

- l-iżvilupp tas-sistema fiskali, ta' l-istituzzjonijiet fiskali fir-Repubbika tal-Kazakhstan u tat-taħriġ tal-personal f'materji fiskali,

- l-iżvilupp tas-servizzi ta' l-assikurazzjoni, li jrid, fost ħwejjeġ oħra, joħloq qafas favorevoli għall-parteċipazzjoni tal-kumpanniji Komunitarji fit-twaqqif ta' impriżi konġunti fis-settur ta' l-assikurazzjoni fir-Repubbika tal-Kazakhstan, kif ukoll l-iżvilupp ta' l-assigurazzjoni dwar il-kreditu ta' l-esportazzjoni.

Din il-koperazzjoni għandha tikkontribwixxi partikolarment għall-iżvilupp tar-relazzjonijiet fis-settur finanzjarju bejn ir-Repubblika tal-Kazakhstan u l-Istati Membri.

Artikolu 59

Il-ħasil tal-flus

1. Il-Partijiet jaqblu dwar il-ħtieġa li jagħmlu sforzi u jikkoperaw sabiex jipprevjienu l-użu tas-sistemi finanzjarji tagħhom għall-ħasil tad-dħul tal-flus minn attivitajiet kriminali b'mod ġenerali u minn offiżi dwar id-drogi b'mod partikolari.

2. Il-koperazzjoni f'dan il-qasam għandha tinkudi l-għajnuna amministrattiva u teknika bil-għan li jiġu stabbiliti livelli stabbiliti xierqa kontra l-ħasil tal-flus ekwivalenti għal dawk adottati mill-Komunità u minn fora internazzjonali f'dan il-qasam, inklużi l-Forzi Armati ta' Azzjoni Finanzjarja (FATF)

Artikolu 60

L-iżvilupp reġjonali

1. Il-Partijiet għandhom isaħħu l-koperazzjoni dwar l-iżvilupp reġjonali u l-pjanifikazzjoni ta' l-użu ta' l-art,

2. Għal dan il-għan għandhom jinkoraġġixxu l-iskambju tat-tagħrif minn awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali rigward il-politika reġjonali u tal-pjanifikazzjoni ta' l-użu ta' l-art u dwar metodi tal-formulazzjoni tal-politika reġjonali b'enfasi speċjali fuq l-iżvilupp ta' firxiet żvantaġġati.

Għandhom jinkoraġġixxu wkoll il-kuntatti diretti bejn ir-reġjuni rispettivi u l-organizzazzjonijiet pubbliċi responsabbli mill-pjanifikazzjoni ta' l-iżvilupp reġjonali bil-għan, fost ħwejjeġ oħra, li jpartu metodi u manjieri biex irawmu l-iżvlupp reġjonali.

Artikolu 61

Il-koperazzjoni soċjali

1. Rigward is-saħħa u s-sigurtà, l-Partijiet għandhom jżviluppaw il-koperazzjoni bejniethom bil-għan li jtejbu l-livell tal-protezzjoni tas-saħħa u tas-sigurtà tal-ħaddiema.

Il-koperazzjoni għandha tinkludi notabbilment:

- l-edukazzjoni u t-taħriġ dwar kwistjonijiet ta' saħħa u ta' sigurtà b'attenzjoni speċifika għall-attività tas-setturi b'riskju għoli,

- l-iżvilupp u l-promozzjoni ta' miżuri preventivi sabiex jikkumbattu l-mard li għandu x'jaqsam max-xogħol u wġigħ ieħor li għandu x'jaqsam max-xogħol,

- il-prevenzjoni ta' riskji ta' inċidenti maġġuri u l-maniġġjar ta' kimiċi tossiċi,

- ir-riċerka sabiex tiżviluppa l-bażi ta' l-għerf fejn għandhom x'jaqsmu l-ambjent u s-saħħa u s-salvagward tal-ħaddiema.

2. Rigward l-impjiegi, il-koperazzjoni għandha tinkludi notabbilment l-għajnuna teknika għal:

- l-ottimizzazzjoni tas-suq tax-xogħol,

- il-modernizzazzzjoni tas-servizzi tat-tfittix tax-xogħol u tal-konsulenza,

- il-pjanifikazzjoni u l-maniġġjar ta' programmi ta' strutturazzjoni mill-ġdid,

- l-inkoraġġiment ta' l-iżvilupp tax-xogħol lokali,

- l-iskambju tat-tagħrif dwar il-programmi ta' xogħol flessibbli, inklużi dawk li jistimulaw ix-xogħol għal rasu u l-promozzjoni ta' l-intrapriza.

3. Il-Partijiet għandhom jagħtu attenzjoni speċjali għall-koperazzjoni fl-isfera tal-protezzjoni soċjali li, fost ħwejjeġ oħra, għandha tinkludi l-koperazzjoni fil-pjanifikazzjoni u l-implimentazzjoni tar-riformi tal-protezzjoni soċjali fir-Repubblika tal-Kazakhstan.

Dawn ir-riformi għandhom jimmiraw li jiżviluppaw fir-Repubblika tal-Kazakhstan il-metodi ta' protezzjoni intrinsiċi għall-ekonomiji tas-suq u għandu jkun fihom id-direzzjonijiet kollha tal-protezzjoni soċjali.

Artikolu 62

It-turiżmu

Il-Partijiet għandhom iżidu u jiżviluppaw il-koperazzjoni bejniethom li għandha tinkludi:

- il-faċilitazzjoni ta' l-industrija tat-turiżmu,

- iż-żieda fil-mixi tat-tagħrif,

- it-trasferiment tal-kompetenza fis-sengħa,

- l-istudju ta' opportunitajiet għal attivitajiet konġunti,

- il-koperazzjoni bejn il-korpi uffiċjali tat-turiżmu,

- it-taħriġ għall-iżvilupp tat-turiżmu.

Artikolu 63

L-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju

1. Il-Partijiet għandhom jimmiraw li jżviluppaw u jsaħħu l-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju u l-assoċjazzjonijiet tagħhom u l-koperazzjoni bejn l-SMEs fil-Komunità u fir-Repubblika tal-Kazakhstan.

2. Il-koperazzjoni għandha tinkludi għajnuna teknika, partikolament fl-oqsam li ġejjin:

- l-iżvilupp ta' qafas leġislattiv għall-SMEs,

- l-iżvilupp ta' infrastruttura xierqa (aġenzija biex tappoġġja l-komunikazzjoni ta' l-SMEs, għajnuna għall-ħolqien ta' fond għall-SMEs,

- l-iżvilupp ta' parkeġġi teknoloġiċi,

Artikolu 64

It-tagħrif u l-komunikazzjoni

Il-Partijiet għandhom jappoġġjaw l-iżvilupp ta' metodi moderni ta' pproċessar tat-tagħrif, inkluża l-medja, u għandhom jistimulaw l-iskambju effettiv ta' bejn xulxin tat-tagħrif. Għandha tingħata prijorita lil programmi mirati li jipprovdu lill-pubbliku ġenerali tagħrif bażiku dwar il-Komunità u dwar ir-Repubblika tal-Kazakhstan, inkluż, fejn possibbli l-aċċess għall-bażijiet tal-fatti magħrufa, b'rispett sħiħ għad-drittijiet tal-proprjeta intellettwali.

Artikolu 65

Il-protezzjoni tal-konsumatur

Il-Partijiet iridu jidħlu f'koperazzjoni mill-qrib mirata li jiksbu l-kompatibilità bejn is-sistemi tagħhom ta' protezzjoni tal-konsumatur. Din il-koperazzjoni tista' tinkludi l-iskambju tat-tagħrif dwar ix-xogħol leġislattiv u r-riforma istituzzjonali, t-twaqqif ta' sisemi permanenti ta' tagħrif ta' bejn xulxin dwar prodotti perikolużi, it-titjib tat-tagħrif provvdut lill-konsumaturi speċjalment dwar il-prezzijiet, il-karatteristiċi tal-prodott u s-servizzi offruti, l-iżvilupp ta' l-iskambji bejn ir-rappreżentanti ta' interess għall-konsumatur, u ż-żieda tal-kompatibilità tal-politiki dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, u l-organizzazzjoni ta' seminarji u perjodi taż-żmien ta' taħriġ.

Artikolu 66

Id-dwana

1. Il-għan ta' din il-koperazzjoni huwa li tiggarantixxi l-konformità mad-disposizzjonijiet kollha skedati biex jiġu adottati f'konnessjoni mal-kummerċ u l-kummerċ bil-fier u li jikseb it-tqarrib tas-sistema tad-dwana tal-Kazakhstan lejn dik tal-Komunità.

2. Il-koperazzjoni għandha tinkludi partikolarment dan li ġej:

- l-iskambju tat-tagħrif,

- it-titjib fil-metodi tax-xogħol,

- id-dħul tan-Nomenkaltura Magħquda u tad-dokument waħdieni amministrattiv,

- l-inter-konnessjoni bejn is-sistemi tat-transitu tal-Komunità u tar-Repubblika tal-Kazakhstan,

- is-simplifikazzjoni ta' l-ispezzjonijiet u tal-formalitajiet rigward il-ġarr tal-merkanzija,

- l-appoġġ għad-dħul ta' sistemi moderni ta' tagħrif tad-dwana,

- l-organizzazzjoni ta' seminarji u perjodi taż-żmien ta' taħriġ,

Għandha tiġi provvduta għajnuna teknika fejn meħtieġ.

3. Mingħajr preġudizzju għal iktar koperazzjoni prevista f'dan il-Ftehim u partikolarment fl-Artikolu 69 il-għajnuna ta' bejn xulxin bejn l-awtoritajiet amministrattvi f'materji li għandhom x'jaqsmu mad-dwana tal-Partijiet għandhom isiru b'mod konformi mad-disposizzjonijiet tal-Protokoll mehmuż ma' dan il-Ftehim.

Artikolu 67

Il-koperazzjoni dwar l-istatistika

Il-koperazzjoni f'dan il-qasam għandu jkollha bħala l-għan tagħha l-iżvilupp ta' sistema effiċjenti ta' l-istatistika sabiex tipprovdi statitistiċi ta' min joqgħod fuqhom meħtieġa sabiex jappoġġjaw u tikkontrollaw il-proċess tar-riforma ekonomika u jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' l-intrapriżi privati fir-Repubblika tal-Kazakhstan.

Il-Partijiet għandhom jikkoperaw, b'mod partikolari, fl-oqsma li ġejjin:

- l-adattament tas-sistema Kazakhstan ta' l-istatistika għall-metodi, il-livelli stabbiliti u l-klassifika internazzjonali,

- l-iskambju ta' tagħrif statistiku,

- il-provvista/disposizzjoni ta' tagħrif statistiku makro-ekonomiku u mikro-ekonomiku meħtieġ sabiex jiġu implimentati u maniġġjati r-riformi ekonomiċi.

Il-Komunità għandha tikkontribwixxi għal dan il-għan billi tagħti għajnuna teknika lir-Repubblika tal-Kazakhstan.

Artikolu 68

Ix-xjenza ta' l-ekonomija

Il-Partijiet għandhom jiffaċilitaw il-proċess tar-riforma ekonomika u tal-kordinament tal-politiki ekonomiċi billi jikkoperaw sabiex imexxu 'l quddiem il-ftehim tal-pedamenti ta' l-ekonomiji tagħhom rispettivi u d-disinn u l-implimentazzjoni tal-politika ekonomika f'ekonomiji tas-suq. Għal dan il-għan il-Partijiet għandhom jpartu tagħrif dwar il-qadi tax-xogħol u l-prospetti makro-ekonomiċi.

Il-Komunità għandha tipprovdi għajnuna teknika hekk li:

- tgħin lir-Repubblika tal-Kazakhstan fil-proċess tar-riforma ekonomika billi tipprovdi għajnuna ta' konsulenza esperta u teknika,

- tinkoraġġixxi l-koperazzjoni fost l-ekonomisti sabiex jitħaffef it-trasferiment tal-kompetenza fis-sengħa għall-abbozzament tal-politiki ekonomiċi, u tipprovdi għal disseminazzjoni wiesa' tar-riċerka rilevanti għall-politika

Artikolu 69

Id-drogi

Ġewwa l-qafas tal-poteri u l-kompetenzi rispettivi tagħhom, il-Partijiet għandhom jikkoperaw fiż-żieda ta' l-effettività u l-effiċjenza tal-politiki u tal-miżuri sabiex jegħlbu l-produzzjoni, l-provvista u t-traffikar illeċiti tad-drogi narkotiċi u tas-sustanzi psikotropiċi, inklużi l-prevenzjoni tat-tagħwiġ ta' kimiċi prekursuri, kif ukoll billi jippromwovu l-prevenzjoni u t-tnaqqis tad-domanda għad-drogi. Il-koperazzjoni f'dan il-qasam għandha tkun imsejsa fuq il-konsultazzjoni ta' bejn xulxin u l-kordinament mill-qrib bejn il-Partijiet dwar l-għanijiet immedjati u l-miżuri f'oqsma varji li għandhom x'jaqsmu mad-drogi.

Artikolu 70

Il-koperazzjoni dwar il-prevenzjoni ta' attivitajiet illegali

Il-Partijiet għandhom jistabbilixxu koperazzjoni mirata li jipprevjienu attivitajiet illegali bħalma huma:

- l-immigrazzjoni illegali u l-preżenza illegali ta' persuni fiżiċi tan-nazzjonalità tagħhom fit-territorji rispettivi tagħhom, filwaqt li jitqiesu l-prinċipju u l-prattika tal-permess tad-dħul mill-ġdid,

- attivitajiet illegali fl-isfera tax-xjenza ta' l-ekonomija, inkluża l-korruzzjoni

- transazzjonijiet illegali dwar merkanzija varji, inkluż l-iskart industrijali,

- il-falsifikazzjoni,

- it-traffiku illeċitu tad-drogi narkotiċi, s-sustanzi psikotropiċi u l-armi.

Il-koperazzjoni fl-oqsma msemmija hawn fuq trid tkun imsejsa fuq konsultazzjonijiet ta' bejn xulxin u inter-azzjonijiet mill-qrib u għandha tipprovdi għajnuna teknika u amministrattiva li tinkludi:

- l-abbozz tal-leġislazzjoni nazzjonali fl-isfera tal-prevenzjoni ta' attivitajiet illegali,

- il-ħolqien ta' ċentri tat-tagħrif,

- iż-żieda fl-effiċjenza ta' l-istituzzjonijiet imqabbda jaħdmu fil-prevenzjoni ta' attivitajiet illegali,

- it-taħriġ tal-personal u l-iżvilupp ta' l-infrastrutturi tar-riċerka,

- l-elaborazzjoni ta' miżuri aċċettabbli bejn xulxin mirati li jimpedixxu attivitajiet illegali.

TITOLU VII

IL-KOPERAZZJONI KULTURALI

Artikolu 71

Il-Partijiet jindaħlu sabiex jippromwovu, jinkoraġġixxu u jiffaċilitaw il-koperazzjoni kulturali. Fejn xieraq, jistgħu jiġu żviluppati l-programmi Komunitarji ta' koperazzjoni kulturali jew dawk ta' Stat Membru jew iktar jistgħu jkunu bla ħsara għall-koperazzjoni u għal iktar attivitajiet ta' interess ta' bejn xulxin.

TITOLU VIII

IL-KOPERAZZJONI FINANZJARJA

Artikolu 72

Sabiex jinkisbu l-għanijiet immedjati ta' dan il-Ftehim u b'mod konformi ma' Artikoli 73, 74 u 75, ir-Repubblika tal-Kazakhstan għandha tibbenefika mill-għajnuna finanzjarja temporanja mill-Komunità permezz ta' għajnuna teknika fl-għamla ta' għotjiet sabiex jaċċeleraw it-trasformazzjoni ekonomika tar-Repubblika tal-Kazakhstan.

Artikolu 73

Din il-għajnuna finanzjarja għandha tkun koperta ġewwa l-qafas tat-TACIS prevista fir-Regolament rilevanti tal-Kunsill tal-Komunità.

Artikolu 74

Il-għanijiet immedjati u l-oqsma ta'l-għajnuna finanzjarja Komunitarja għandhom ikunu preskritti fi programm indikattiv li jirrifletti l-prijoritajiet stabbiliti li jridu jiġu miftiehma bejn iż-żewġ Partijiet filwaqt li jitqiesu l-ħtiġiet, il-kapaċitajiet ta' l-assorbiment u l-progress fir-riforma tar-Repubblika tal-Kazakhstan. Il-Partijiet għandhom jgħarrfu lill-Kunsill ta' Koperazzjoni b'dan.

Artikolu 75

Sabiex jippermettu l-aqwa użu tar-riżorsi disponibbli, l-Partijiet għandhom jiżguraw illi l-kontribuzzjonijiet Komunitarji ta' għajnuna teknika jsiru f'kordinamenrt mill-qrib ma' dawk minn għejun oħra bħalma huma l-Istati Membri, pajjiżi oħra, u organizzazzjonijiet internazzjonali bħalma huma l-Bank Internazzjonali ta' Rikostruzzjoni u Żvilupp u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp.

TITOLU IX

DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI, ĠENERALI U FINALI

Artikolu 76

Huwa hawnhekk imwaqqaf Kunsill ta' Koperazzjoni li għandu jissorvelja l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim. Għandu jiltaqa' fil-livell ministerjali darba fis-sena. Għandu jeżamina kull kwistjoni maġġuri li toħroġ minn ġewwa l-qafas ta' dan il-Ftehim u kull kwistjoni oħra bilaterali jew internazzjonali ta' interess ta' bejn xulxin bil-għan li jinkisbu l-għanijiet immedjati ta' dan il-Ftehim. Il-Kunsill ta' Koperazzjoni jista' wkoll jagħmel rakkommandazzjonijiet xierqa, bi ftehim bejn iż-żewġ Partijiet.

Artikolu 77

1. Il-Kunsill ta' Koperazzjoni għandu jikkonsisti minn membri tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u membri tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, mill-banda l-waħda, u minn membri tal-Gvern tar-Repubblika tal-Kazakhstan, mill-banda l-oħra.

2. Il-Kunsill ta' Koperazzjoni għandu jistabbilixxi r-regoli tiegħu ta' proċedura.

3. L-uffiċċju tal-President tal-Kunsill ta' Koperazzjoni għandu jinżamm darba wara l-oħra minn rappreżentant tal-Komunità u minn membru tal-Gvern tar-Repubblika tal-Kazakhstan

Artikolu 78

1. Il-Kunsill ta' Koperazzjoni għandu jiġi megħjun fil-qadi tad-dmirijiet tiegħu minn Kumitat ta' Koperazzjoni magħmul minn rappreżentanti tal-membri tal-Kunisll ta' l-Unjoni Ewropea u minn membri tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej min-naħa l-waħda u minn rappreżentanti tal-Gvern tar-Repubblika tal-Kazakhstan mill-banda l-oħra, normalment fil-livell ta' uffiċjali anzjani fis-servizz pubbliku. L-uffiċċju tal-President tal-Kumitat ta' Koperazzjoni għandu jinżamm darba wara l-oħra mill-Komunità u mir-Repubblika tal-Kazakhstan.

Fir-regoli tiegħu ta' proċedura, il-Kunsill ta' Koperazzjoni għandu jistabbilixxi d-dmirijiet tal-Kumitat ta' Koperazzjoni, li għandhom jinkludu t-tħejjija tal-laqgħat tal-Kunsill ta' Koperazzjoni, u kif għandu jaħdem il-Kumitat

2. Il-Kunsill ta' Koperazzjoni jista' jiddelega kull poter tiegħu lill-Kumitat ta' Koperazzjoni, li għandu jiżgura l-kontinwità bejn il-laqgħat tal-Kunsill ta' Koperazzjoni.

Artikolu 79

Il-Kunsill ta' Koperazzjoni jista' jiddeċiedi li jwaqqaf kull kumitat jew korp ieħor speċjali li jistgu jgħinuh fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu u għandu jistabbilixxi l-komposizzjoni u d-dmirijiet ta' dawn il-kumitati jew korpi u kif għandhom jaħdmu.

Artikolu 80

Meta jkun qiegħed jeżamina kull kwistjoni li toħroġ mill-qafas ta' dan il-Ftehim li jkollha x'taqsam ma' disposizzjoni li tirreferi għal Artikolu tal-GATT, il-Kunsill ta' Koperazzjoni għandu jqis, safejn u sakemm huwa l-iktar possibbli, l-interpretazzjoni li ġeneralment tingħata lill-Artikolu tal-GATT fil-kwistjoni mill-Partijiet Kontraenti tal-GATT.

Artikolu 81

Huwa hawnhekk imwaqqaf Kumitat Parlamentari ta' Koperazzjoni. Il-Kumitat Parlamentari ta' Koperazzjoni Għandu jservi ta' forum tal-Parlament Kazakhi u tal-Parlament Ewropew sabiex jiltaqgħu u jpartu l-opinjonijiet. Il-Kumitat Parlamentari ta' Koperazzjoni għandu jiltaqa' f'intervalli taż-żmien li huwa nnifsu għandu jistabbilixxi.

Artikolu 82

1. Il-Kumitat Parlamentari ta' Koperazzjoni għandu jikkonsisti minn membri tal-Parlament Ewropew, min-naħa l-waħda, u minn membri tal-Parlament Kazakhi, mill-banda l-oħra.

2. Il-Kumitat Parlamentari ta' Koperazzjoni għandu jistabbilixxi r-regoli tiegħu ta' proċedura.

3. Il-Kumitat Parlamentari ta' Koperazzjoni għandu jkun immexxi darba wara l-oħra mill-Parlament Ewropew u mill-Parlament Kazakhi, b'mod konformi mad-disposizzjonijiet li jridu jiġu preskrittti fir-regoli tiegħu ta' proċedura

Artikolu 83

Il-Kumitat Parlamentari ta' Koperazzjoni jista' jitlob it-tagħrif rilevanti li jirrigwarda l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim minn għand il-Kumitat ta' Koperazzjoni, li għandu mbagħad iforni lill Kumitat bit-tagħrif mitlub.

Il-Kumitat Parlamentari ta' Koperazzjoni għandu jiġi mgħarraf bir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill ta' Koperazzjoni.

Il-Kumitat Parlamentari ta' Koperazzjoni jista' jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill ta' Koperazzjoni.

Artikolu 84

1. Ġewwa l-iskop ta' dan il-Ftehim, kull waħda mill-Partijiet għandha timpenja ruħha li tiżgura illi l-persuni naturali u legali tal-Parti l-oħra jkollhom aċċess mingħajr diskriminazzjoni fejn għandhom x'jaqsmu ċ-ċittadini nazzjonali tagħha il-Parti nfisha għall-qrati kompetenti u għall-organi amministrattivi tal-Partijiet sabiex jiddefendu d-drittijiet individwali tagħhom u d-drittijiet tal-proprjetà tagħhom inklużi dawk li jirrigwardaw il-proprjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali

2. Fil-limiti tal-poteri u l-kompetenzi rispettivi tagħhom, il-Partijiet:

- għandhom jinkoraġġixxu l-adozzjoni ta' l-arbitraġġ għas-soluzzjoni tal-kontroversji li jinħolqu minn transazzjonijiet kummerċjali u ta' koperazzjoni konklużi minn operaturi ekonomiċi tal-Komunità u dawk tar-Repubblika tal-Kazakhstan,

- jaqblu illi fejn kontroversja tiġi sottomessa għall-arbitraġġ, kull parti fil-kontroversja tista', għajr fejn ir-regoli taċ-ċentru ta' l-arbitraġġ magħżul mill-partijiet jipprovdi xorta oħra, tagħżel l-arbitratur tagħha nfisha, irrispettivament min-nazzjonalità tiegħu, u li t-tielet arbitratur li jippresjiedi jista' jkun ċittadin nazzjonali ta' Stat terz,

- iridu jirrakkomandaw lill-operaturi ekonomiċi tagħhom li jagħżlu b'kunsens ta' bejn xulxin il-liġi li tapplika għall-kuntratti tagħhom,

- għandhom jinkoraġġixxu r-rikors għar-regoli ta' l-arbitraġġ elaborati mill-Kummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġijiet tal-Kummerċ Internazzjonali (UNCITRAL) u għall-arbitraġġ minn kull ċentru ta' Stat firmatarju tal-Konvenzjoni dwar il-Għarfien u l-Infurzar tad-Deċiżjonijiet ta' Arbitraġġi Barranin magħmula fi New York fil-10 ta' Ġunju 1958

Artikolu 85

Xejn f'dan il-Ftehim ma għandu jipprevjieni lil Parti milli tieħu kull miżura:

(a) li tikkonsidra meħtieġa sabiex tipprevjieni l-iżvelar ta' tagħrif kuntrarju għall-interessi essenzjali tagħha;

(b) li jkollu x'jaqsam mal-produzzjoni, jew il-kummerċ ta' l-armi, il-munizzjon jew materjali tal-gwerra jew tar-riċerka, l-iżvilupp jew il-produzzjoni indispensabbli għall-għanijiet tad-difiża, basta iżda illi dawn il-miżuri ma jagħmlux ħsara lill-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni rigward il-prodotti mhux maħsuba speċifikament għal għanijiet militari;

(ċ) li tikkonsidra essenzjali għas-sigurtà tagħha nfisha fil-każ ta' storbji serji interni li jaffettwaw iż-żamma tal-liġi u tal-bon ordni, fi żmien ta' gwerra jew ta' tensjoni serja internazzjonali li tikkostitwixxi theddida ta' gwerra jew sabiex twettaq l-obbligi li tkun aċċettat bil-għan li żżomm il-paċi u s-sigurtà interna;

(d) li tikkonsidra meħtieġa sabiex tirrispetta l-obbligi u l-impenji internazzjonali tagħha fil-kontroll ta' l-użu doppju tal-merkanzija industrijali u tat-tekonoloġija.

Artikolu 86

1. Fl-oqsma koperti b'dan il-Ftehim u mingħajr preġudizzju għal kull disposizzjoni speċjali misjuba fihom:

- l-arranġamenti applikati mir-Repubblika tal-Kazakhstan rigward il-Komunità ma għandhom joħolqu l-ebda diskriminazzjoni bejn l-Istati Membri, ċ-ċittadini nazzjonali jew il-kumpanniji tagħhom,

- l-arranġamenti applikati mill-Komunità rigward ir-Repubblika tal-Kazakhstan ma għandhom joħolqu l-ebda diskriminazzjoni bejn iċ-ċittadini nazzjonali Kazakhin jew il-kumpanniji jew id-ditti tagħha.

2. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 huma mingħajr diskriminazzjoni għad-dritt tal-Partijiet li japplikaw id-disposizzjonijiet rilevanti tal-leġislazzjoni fiskali tagħhom fuq dawk li jħallsu t-taxxi li ma humaiex f'sitwazzjonijiet identiċi rigward il-post tagħhom tar-residenza.

Artikolu 87

1. Kull waħda mill-Partijiet tista' tirreferi lill-Kunsill ta' Koperazzjoni kull kontroversja li jkollha x'taqsam ma' l-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni ta' dan il-Ftehim.

2. Il-Kunsill ta' Koperazzjoni jista' jsolvi kontroversja permezz ta' rakkommandazzjoni.

3. Fil-każ li ma tkunx tista' tinstab soluzzjoni għal kontroversja b'mod konformi mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, kull waħda miż-żewġ Partijiet tista' tinnotifika lill-Parti l-oħra bil-ħatra ta' konċiljatur; il-Parti l-oħra trid imbagħad taħtar it-tieni konċiljatur fi żmien xahrejn Għall-applikazzjoni ta' din il-proċedura, il-Komunità u l-Istati Membri għandhom jitqiesu bħala parti waħda fil-kontroversja.

Il-Kunsill ta' Koperazzjoni għandu jaħtar it-tielet konċiljatur,

Ir-rakkomandazzjonijiet tal-konċiljaturi għandhom jittieħdu bil-vot tal-maġġoranza. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet ma għandhomx jorbtu lill-Partijiet.

Artikolu 88

Il-Partijiet jaqblu li jikkonsultaw lil xulxin fil-pront permezz tal-kanali xierqa fuq it-talba ta' waħda jew l-oħra miż-żewġ Partijiet sabiex jiddiskutu kull materja li tirrigwarda l-interpretazzjoni jew l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim u aspetti oħra rilevanti dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Partijiet.

Id-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu ma għandhom bl-ebda mod jkunu ta' preġudizzju lill-Artikoli 13, 87 u 93.

Artikolu 89

It-trattament konċess lir-Repubblika tal-Kazakhstan hawn taħt ma għandu fl-ebda każ ma jkun iktar favorevoli minn dak konċess mill-Istati Membri lil xulxin.

Artikolu 90

Għall-għanijiet ta' dan il-Ftehim, il-kelma "Partijiet" għandha tfisser ir-Repubblika tal-Kazakhstan mill-banda l-waħda, u l-Komunità, jew l-Istati Membri, jew il-Komunità u l-Istati Membri, b'mod konformi mal-poteri rispettivi tagħhom, mill-banda l-oħra.

Artikolu 91

Safejn u sakemm il-materji koperti b'dan il-Ftehim huma koperti bit-Trattat dwar il-Karta dwar l-Enerġija u l-Protokolli ta' miegħu, dan it-Trattat u dawn il-Protokolli għandhom japplikaw mad-dħul fis-seħħ għal dawn il-materji imma biss safejn u sakemm din l-applikazzjoni hija provvduta fihom.

Artikolu 92

Dan il-Ftehim huwa magħmul għal perjodu iniżjali taż-żmien ta' 10 snin u wara dan iż-żmien il-Ftehim għandu jiġi mġedded awtomatikament kull sena basta iżda illi l-ebda Parti ma tagħti lill-Parti l-oħra notifika bil-kitba taċ-ċaħda ta' dan il-Ftehim sitt xhur qabel it-tmiem tiegħu.

Artikolu 93

1. Il-Partijiet għandhom jieħdu kull miżura ġenerali jew speċifika meħtieġa sabiex iwettqu l-obbligi tagħhom skond dan il-Ftehim. Għandhom jaraw illi jintlaħqu l-għanijiet immedjati dikjarati fil-Ftehim

2. Jekk xi waħda mill-Partijiet tikkonsidra illi l-Parti l-oħra tkun naqset milli twettaq obbligu skond dan il-Ftehim, tista' tieħu l-miżuri xierqa. Qabel ma tagħmel dan, għajr f'każijiet ta' urġenza speċjali, għandha tforni lill-Kunsill ta' Koperazzjoni t-tagħrif kollu rilevanti meħtieġ għal eżaminazzjoni bir-reqqa tas-sitwazzjoni bil-ħsieb li jinstab soluzzjoni aċettabbli għall-Partijiet.

Fil-għażla ta' dawn il-miżuri, għandha tingħata prijorità lil dawk li l-inqas ifixklu l-funzjonament tal-Ftehim. Dawn il-miżuri għandhom jiġu notifikati mill-ewwel lill-Kunsill ta' Koperazzjoni jekk il-Parti l-oħra titlob dan.

Artikolu 94

L-Annessi I, II u III flimkien mal-Protokoll għandhom jagħmlu parti integrali minn dan il-Ftehim.

Artikolu 95

Sakemm jinkisbu d-drittijiet ekwivalenti għall-individwi u l-operaturi ekonomiċi ta' hawn taħt, dan il-Ftehim ma għandux jaffettwa d-drittijiet żgurati lilhom permezz tal-Ftehim eżistenti li jorbtu Stat Membru jew iktar, mill-banda l-waħda, u lir-Repubblika tal-Kazakhstan, mill-banda l-oħra, għajr fl-oqsma li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Komunità u mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta' l-Istati Membri li jirriżultaw minn dan il-Ftehim f'oqsma li jaqgħu taħt il-kompetenza tagħhom.

Artikolu 96

Dan il-Ftehim għandu japplika, min-naħa l-waħda, għat-territorji li fihom il-Trattati li jwaqqfu l-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika jiġu applikati u skond il-kondizzjonijiet preskritti f'dawn it-Trattati u, min-naħa l-oħra, għat-territorju tar-Repubblika tal-Kazakhstan.

Artikolu 97

Is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea għandu jkun id-depożitarju ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 98

L-oriġinal ta' dan il-Ftehim, li tiegħu l-kopji fl-ilsien Daniż, Olandiż, Ingliż, Finlandiż, Ġermaniż, Grieg, Taljan, Portuġiż, Spanjol, Svediż u Kazakhi huma awtentiċi indaqs, għandu jiġi depożitat għand is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 99

Dan il-Ftehim irid jiġi approvat mill-Partijiet b'mod konformi mal-proċeduri tagħhom infushom.

Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea illi jkunu tlestew il-proċeduri rifereiti fl-ewwel paragrafu

Mad-dħul fis-seħħ tiegħu, u safejn u sakemm jirrigwarda r-relazzjonijiet bejn ir-Repubblika tal-Kazakhstan u l-Komunità, dan il-Ftehim għandu jieħu l-post tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġja Atomika u l-Unjoni tar-Repubbliki Sovjetiċi Soċjalisti dwar il-kummerċ u l-koperazzjoni ekonomika u kummerċjali firmat fi Brussel fit-18 ta' Diċembru 1989.

Artikolu 100

Fil-każ illi, sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, jiddaħħlu fis-seħħ fl-1994 id-disposizzjonijiet ta' ċerti disposizzjonijiet ta' dan il-Ftehim permezz ta' Ftehim Temporanju bejn il-Komunità u r-Repubblika tal-Kazakhstan, il-Partijiet Kontraenti jaqblu illi, f'dawn iċ-ċirkustanzi, l-frażi "data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim" għandha tfisser id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim Temporanju

+++++ TIFF +++++

Hecho en Bruselas, el veintitrés de enero de mil novecientos noventa y cinco.Udfærdiget i Bruxelles, den treogtyvende januar nitten hundrede og femoghalvfems.Geschehen zu Brüssel am dreiundzwanzigsten Januar neunzehnhundertfünfundneunzig.Έγινε στις Βρυξέλλες, στις είκοσι τρεις Ιανουαρίου χίλια εννιακόσια ενενήντα πέντε.Done at Brussels, on the twenty-third day of January in the year one thousand nine hundred and ninety-five.Fait à Bruxelles, le vingt-trois janvier mil neuf cent quatre-vingt-quinze.Fatto a Bruxelles, addì ventitré gennaio millenovecentonovantacinque.Gedaan te Brussel, de drieëntwintigste januari negentienhonderd vijfennegentig.Feito em Bruxelas, em vinte e três de Janeiro de mil novecentos e noventa e cinco.Tehty Brysselissä kahdentenakymmenentenäkolmantena päivänä tammikuuta vuonna tuhatyhdeksänsataayhdeksänkymmentäviisi.Som skedde i Bryssel den tjugotredje januari år ettusenniohundranittiofem.

Pour le Royaume de BelgiqueVoor het Koninkrijk BelgiëFür das Königreich Belgien

+++++ TIFF +++++

På Kongeriget Danmarks vegne

+++++ TIFF +++++

Für die Bundesrepublik Deutschland

+++++ TIFF +++++

Για την Ελληνική Δημοκρατία

+++++ TIFF +++++

Por el Reino de España

+++++ TIFF +++++

Pour la République française

+++++ TIFF +++++

Thar cheann Na hÉireannFor Ireland

+++++ TIFF +++++

Per la Repubblica italiana

+++++ TIFF +++++

Pour le Grand-Duché de Luxembourg

+++++ TIFF +++++

Voor het Koninkrijk der Nederlanden

+++++ TIFF +++++

Für die Republik Österreich

+++++ TIFF +++++

Pela República Portuguesa

+++++ TIFF +++++

Suomen tasavallan puolesta

+++++ TIFF +++++

För Konungariket Sverige

+++++ TIFF +++++

For the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland

+++++ TIFF +++++

Por las Comunidades Europeas

For De Europæiske Fællesskaber

Für die Europäischen Gemeinschaften

Για τις Ευρωπαϊκές Κοινότητες

For the European Communities

Pour les Communautés européennes

Per le Comunità europee

Voor de Europese Gemeenschappen

Pelas Comunidades Europeias

Euroopan yhteisöjen puolesta

På Europeiska gemenskapernas vägnar

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

[1] Il-ftehim stabbilit fil-ħdax-il lingwa uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (Spanjol, Daniż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Franċiż, Taljan, Olandiż, Portugiż, Finlandiż, Svediż) ġie ppubblikat fil-ĠU L 196 ta' 28.7.1999, p. 3.Il-verżjonijiet tal-lingwa Ċeka, Estonjana, Latvjana, Litwana, Ungeriża, Maltija, Pollakka, Slovakka u Slovena huma ppubblikati f'dan il-volum ta' l-Edizzjoni Speċjali 2004.

--------------------------------------------------

LISTA TA' DOKUMENTI MEHMUŻIN

Anness I | Lista indikattiva tal-vantaġġi konċessi mir-repubblika tal-kazakhstan lill-istati indipendenti b'mod konformi ma' l-artikolu 8(3) |

Anness II | Riservi komunitarji b'mod konformi ma' l-artikolu 23(1)(b) |

Anness III | Il-konvenzjonijiet dwar il-proprjeta' intellettwali, industrijali u kummerċjali msemmija fl-artikolu 42 |

Il- protokoll dwar il-għajnuna ta' bejn xulxin bejn l-awtoritajiet amministrattivi f'materji li għandhom x'jaqsmu mad-dwana |

--------------------------------------------------

ANNESS I

LISTA INDIKATTIVA TAL-VANTAĠĠI KONĊESSI MIR-REPUBBLIKA TAL-KAZAKHSTAN LILL-ISTATI INDIPENDENTI B'MOD KONFORMI MA' L-ARTIKOLU 8(3)

1. l-Armenja, il-Belarus, l-Estonja, il-Ġeorġja, il-Litwanja, il-Moldova, l-Ukrajna, it-Turkmenistan, ir-Russja:

Ma huma implimentati l-ebda dazji.

Ma huma implimentati l-ebda dazji fuq l-esportazzjoni rigward il-merkanzija kunsinjata skond il-permessi tal-ħruġ u l-ftehimijiet inter-statali fil-volumi stipulati f'dan il-ftehim.

Ma tiġi applikata l-ebda TVM fuq l-esportazzjoni u l-importazzjoni. Ma tiġi applikata l-ebda taxxa tas-sisa fur l-esportazzjoni.

l-Istati Indipendenti kollha:

Il-kwoti ta' l-esportazzjoni għall-kunsinni ta' prodotti skond il-ftehim tal-kummerċ u l-koperazzjoni inter-statali ta' kull sena huma miftuħa bl-istess mod bħall-kunsinni għall-ħtiġiet ta' l-Istat.

2. L-Armenja, il-Belarus, l-Estonja, il-Ġeorġja, il-Litwanja, il-Moldova, L-Ukrajna, it-Turkmenistan:

Il-ħlasijiet setgħu jsiru bir-rublu.

Ir-Russja:

Il-ħlasijiet setgħu jsiru bir-rublu jew bit-tenge.

L-Istati Membri kollha:

Sistema speċjali ta' ħidmiet mhux kummerċjali, inklużi l-ħlasijiet li jirriżultaw minn dawn il-ħidmiet.

3. L-Istati Indipendenti kollha:

Sistema speċjali tal-ħlasijiet korrenti.

4. L-Istati Indipendenti kollha:

Sistema speċjali ta' prezzijiet fil-kummerċ ta' xi materji primi u merkanzija nofshom lesti.

5. L-Istati Indipendenti kollha:

Kondizzjonjiet speċjali tat-transitu.

6. L-Istati Indipendenti kollha:

Kondizzjonijiet speċjali tal-proċeduri tad-dwana.

--------------------------------------------------

ANNESS II

RISERVI KOMUNITARJI B'MOD KONFORMI MA' L-ARTIKOLU 23(1)(b)

It-tħaffir tal-minjieri

F'xi wħud mill-Istati Membri, tista' tinħtieġ konċessjoni għad-drittijiet tat-tħaffir tal-minjieri u tal-minerali għall-kumpanniji kontrollati mhux mill-KE.

Is-sajd

L-aċċess għal u l-użu tar-riżorsi bijoloġiċi u tal-postijiet tas-sajd lokati fl-ibħra li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' l-Istati Membri tal-Komunità huma ristretti għall-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru tal-Komunità u reġistrati f'territorju Komunitarju għajr jekk provvdut xorta oħra.

Ix-xiri tal-proprjetà immobbli

F'xi wħud mill-Istati Membri, ix-xiri tal-proprjetà immobbli minn kumpannijiet mhux tal-KE huwa soġġett għal restrizzjonijiet.

Is-servizzi awdjo-viżiv inkluż ir-radju

Jista' jiġi riservat trattament nazzjonali rigward il-produzzjoni u t-tqassim, inklużi x-xandir u għamliet oħra ta' trasmissjonijiet għall-pubbliku, ta' xogħlijiet awdjo-viżiv li jilħqu ċerti kriterji dwar l-oriġini,

Is-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet inklużi s-servizzi mobbli u bis-satellita

Servizzi riservati

F'xi wħud mll-Istati Membri l-aċċess għas-suq li jirrigwarda s-servizzi kumplimentari u l-infrastruttura huwa ristrett.

Is-servizzi professjonali

Is-servizzi riservati għall-persuni naturali ċittadini nazzjonali ta' l-Istati Membri Dawn il-persuni jistgħu joħolqu kumpanniji skond ċerti kondizzjonijiet.

Il-biedja

F'xi wħud mill-Istati mhux applikabbli trattament nazzjonali għall-kumpanniji kontrollati mhux mill-KE li jixtiequ li jidħlu għall-intrapriża agrikola. Il-kisba ta' vinji minn kumpanniji kontrollati mhux mill-KE hija soġġetta għall-notifika, jew, kif meħtieġ, għal awtorizzazzjoni.

Is-servizzi ta' l-aġenziji ta' l-aħbarijiet

F'xi wħud mill-Istati Membri limitazzjonijiet fuq il-parteċipazzjoni barranija f'kumpanniji tal-pubblikazzjoni u kumpanniji tax-xandir.

--------------------------------------------------

ANNESS III

IL-KONVENZJONIJIET DWAR IL-PROPRJETA' INTELLETTWALI, INDUSTRIJALI U KUMMERĊJALI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 42

1. Il-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 42 jirrigwarda l-konvenzjonijiet multi-laterali li ġejjin:

- il-Konvenzjoni ta' Berna dwar il-Protezzjoni tax-Xogħlijiet Letterarji u Artistiċi (l-Att ta' Pariġi, 1971),

- Il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni ta' l-Artisti, il-Produtturi tal-Fonogrammi u l-Organizzazzjonijiet tax-Xandir (Ruma, 1961),

- Il-Protokoll li għandu x'jaqsam mal-Ftehim ta' Madrid li jirrigwarda r-Reġistrazzjoni Internazzjonali tal-Marki (Madrid, 1989),

- il-Ftehim ta' Nizza rigward il-Klassifika Internazzjonali tal-Merkanzija u s-Servizzi għall-għanijiet tar-Reġistrazzjoni tal-Marki (Ginevra 1977 u emendat fl-1979)

- it-Trattat ta' Budapest dwar il-Għarfien Internazzjonali tad-Depożitu tal-Mikro-organiżmi għall-għanijiet tal-Proċeduri tal-Patenti (1977, modifikat fl-1980),

- il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta' Varjetajiet Ġodda ta' Pjanti (UPOV) (l-Att ta' Ġinevra, 1991).

2. Il-Kunsill ta' Koperazzjoni jista' jirrakkomanda illi l-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 42 għandu japplika għal konvenzjonijiet multi-laterali oħra. Jekk jinqalgħu problemi fil-qasam tal-proprjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali li jaffettwaw il-kondizzjonijiet tal-kummerċ, iridu jsiru konsultazzjonijiet urġenti, fuq it-talba ta' waħda miż-żewġ Partijiet, bil-ħsieb li jintlaħqu soluzzjonijiet sodisfaċenti għal xulxin.

3. Il-Partijiet jikkonfermaw l-importanza li jagħtu lill-obbligi li joħorġu mill-konvenzjonijiet multilaterali li ġejjin:

- il-Konvenzjoni ta' Pariġi dwar il-Protezzjoni tal-Proprjetà Industrijali (l-Att ta' Stokkolma, 1967 u emendat fl-1979),

- il-Ftehim ta' Madrid li jirrigwarda r-Reġistrazzjoni Internazzjonali tal-Marki (l-Att ta' Stokkolma, 1967 u emendat fl-1979),

- it-Trattat ta' Koperazzjoni dwar il-Patentijiet (Washington 1970, emendat fl-1979 u modifikat fl-1984).

4. Mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, ir-Repubblika tal-Kazakhstan għandha tikkonċedi lill-kumpanniji u liċ-ċittadini nazzjonali tal-Komunità, rigward il-għarfien u l-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali, trattament mhux inqas favorevoli minn dak konċess minnha lil kull pajjiż terz skond ftehimijiet bilaterali

5. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 4 ma għandhomx japplikaw għall-vantaġġi konċessi mir-Repubblika tal-Kazakhstan lil kull pajjiż terz fuq bażi reċiproku effettiv u għall-vantaġġi konċessi mir-Repubblika tal-Kazakhstan lil pajjiż ieħor ta' dik li qabel kient l-URSS

--------------------------------------------------

IL-PROTOKOLL

dwar il-għajnuna ta' bejn xulxin bejn l-awtoritajiet amministrattivi f'materji li għandhom x'jaqsmu mad-dwana

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta' dan il-Protokoll:

(a) "leġislazzjoni tad-dwana" għandha tfisser id-disposizzjonijiet li japplikaw fit-territorji tal-Partijiet li jirregolaw l-importazzjoni, l-esportazzjoni, it-transitu tal-merkanzija u t-tqegħid tagħhom taħt kull proċedura tad-dwana, inklużi l-miżuri ta' projbizzjoni, restrizzjoni u kontroll u adottati mill-Partijiet imsemmija;

(b) "dazji tad-dwana" għandhom ifissru d-dazji, it-taxxi, il-miżati/drittijiet kollha u kull ħlas dovut ieħor li jiġu intaxxati u miġbura fit-territorji tal-Partijiet, imma ma jinkludux il-miżati/drittijiet u l-ħlasijiet dovuti li jkunu limitati fl-ammont għall-ispejjez approssimattivi tas-servizzi mogħtija

(ċ) "awtorità applikanti" għandha tfisser awtorità amministrattiva kompetenti li tkun ġiet maħtura minn Parti għal dan il-għan u li tagħmel talba għall-għajnuna dwar materji li għandhom x'jaqsmu mad-dwana;

(d) "awtorità mitluba" għandha tfisser awtorità amministrattiva kompetenti li tkun ġiet maħtura minn Parti għal dan il-għan u li tirċievi talba għall-għajnuna dwar materji li għandhom x'jaqsmu mad-dwana;

(e) "kontravenzjoni" għandha tfisser kull ksur/vjolazzjoni tal-leġislazzjoni tad-dwana kif ukoll kull attentat ta' ksur/vjolazzjoni ta' din il-leġislazzjoni.

Artikolu 2

Skop

1. Il-Partijiet għandhom jgħinu lil xulxin, skond il-kompetenzi tagħhom, fil-manjiera u skond il-kondizzjonijiet preskritti f'dan il-Protokoll, sabiex jiżguraw illi l-leġislazzjoni tad-dwana tiġi applikata korrettement, b'mod partikolari, bil-prevenzjoni, l-kxif u l-investigazzjoni ta' kontravenzjonijiet ta' din il-leġislazzjoni.

2. Il-għajnuna, f'materji li għandhom x'jaqsmu mad-dwana, kif provvduti f'dan il-Protokoll, tapplika għal kull awtorità amministrattiva tal-Partijiet li hija kompetenti sabiex tapplika dan il-Protokoll. Il-għajnuna Ma għandhiex tippreġudika r-regoli li jirregolaw il-għajnuna ta' bejn xulxin f'materji kriminali. Lanqas ma għandha tkopri t-tagħrif miksub skond il-poteri eżerċitati fuq it-talba ta' awtorità ġudizzjarja, għajr jekk dawn l-awtoritajiet jiftiehmu dan.

Artikolu 3

Il-għajnuna fuq talba

1. Fuq it-talba ta' l-awtorità applikanti, l-awtorità mitluba għandha tforniha bit-tagħrif rilevanti kollu sabiex tgħinha li tiżgura illi l-leġislazzjoni tad-dwana tiġi applikata korrettement, inkluż it-tagħrif li jirrigwarda l-ħidmiet notati jew pjanati li jiksru jew ikunu sejrin jiksru din il-leġislazzjoni.

2. Fuq it-talba ta' l-awtorità applikanti, l-awtorità mitluba għandha tgħarrafha jekk il-merkanzija esportata mit-territorju ta' waħda mill-Partijiet kienux ġew importati korrettement fit-territorju tal-Parti l-oħra, billi tispeċifika, fejn xieraq, il-proċedura tad-dwana applikata għall-merkanzija.

3. Fuq it-talba ta' l-awtorità applikanti, l-awtorità mitluba għandha tieħu l-passi meħtieġa sabiex tiżgura illi tinżamm sorverljanza fuq:

(a) persuni naturali jew legali li dwarhom ikun hemm raġuni xierqa li tagħti lil dak li jkun li jemmen illi jkunu qegħdin jiksru jew ikunu kisru l-leġislazzjoni tad-dwana;

(b) il-post fejn ikunu ġew miġbura ħażniet ta' merkanzija f'manjiera hekk li jkun hemm raġunijiet xierqa li jagħtu lil dak li jkun li jissoponi illi huma maħsuba għal ħidmiet kontra l-leġislazzjoni tal-Parti l-oħra

(ċ) iċ-ċaqliq ta' merkanzija notifikati bħala li possibbilment joħolqu kontravenzjonijiet sostanzjali għall-leġislazzjoni tad-dwana;

(d) il-mezzi tat-trasport li dwarhom ikun hemm raġunijiet xierqa li jagħtu lil dak li jkun li jemmen illi jkunu qegħdin jintużaw, jew li ġew intużati sabiex jiksru l-leġislazzjoni tad-dwana.

Artikolu 4

Il-għajnuna spontanea

Il-Partijiet għandhom jipprovdu lil xulxin, b'mod konformi mal-liġijiet, ir-regoli u l-istrumenti legali l-oħra tagħhom, il-għajnuna mingħajr talba minn qabel jekk jikkonsidraw dan meħtieġ għall-applikazzjoni korretta tal-leġislazzjoni tad-dwana, partikolarment meta jiksbu tagħrif dwar:

- ħidmiet li jkunu kisru, jiksru jew sejrin jiksru din il-leġislazzjoni u li jistgħu jkunu ta' interess għall-Partijiet l-oħra,

- mezzi jew metodi ġodda wżati sabiex isiru dawn il-ħidmiet,

- merkanzija magħrufa bħala soġġetti għal kontravenzjoni sostanzjali tal-leġislazzjoni tad-dwana.

Artikolu 5

Il-kunsinna/ in-notifika

Fuq it-talba ta' l-awtorità applikanti, l-awtorità mitluba għandha b'mod konformi mal-lesġislazzjoni tagħha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex:

- tikkunsinna d-dokumenti kollha,

- tinnotifika d-deċiżjonijiet kollha,

li jidħlu fl-iskop ta' dan il-Protokoll lil wieħed li jiġi indirizzat, li jirresjiedi jew li jistabbilixxi ruħu fit-territorju tagħha. F'dan il-każ japplika l-Artikolu 6(3).

Artikolu 6

Il-għamla u s-sustanza tat-talbiet għall-għajnuna

1. It-talbiet skond dan il-Protokoll għandhom isiru bil-kitba. Id-dokumenti meħtieġa sabiex jitwettqu dawn it-talbiet għandhom jakkumpanjaw it-talba. Meta meħtieġa minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni, jistgħu jiġu aċċettati talbiet bil-fomm, imma jridu jiġu konfermata bil-kitba fil-pront.

2. It-talbiet skond il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jinkludu t-tagħrif li ġej:

(a) l-awtorità applikanti li tagħmel it-talba;

(b) il-miżura mitluba;

(ċ) il-għan immedjat u r-raġuni għat-talba;

(d) il-liġijiet, ir-regoli u l-elementi legali l-oħra involuti;

(e) indikazzjonijiet eżatti u komprensivi kemm jista' jkun dwar il-persuni naturali jew legali li jkunu l-mira ta' l-investigazzjonijiet;

(f) sommarju tal-fatti rilevanti u ta' l-investigazzjonijiet diġa mwettqa, għajr fil-każi provduti fl-Artikolu 5.

3. It-talbiet għandhom jiġu sottomessi f'ilsien uffiċjali ta' l-awtorità mitluba jew f'ilsien aċċettabbli għal din l-awtorità.

4. Jekk talba ma tilħaqx il-ħtiġiet formali, jistgħu jiġu ordnati l-korrezzjoni jew it-tkomplija tagħha; madankollu, jistgħu jiġu ordnati miżuri prekawzjonarji.

Artikolu 7

It-twettiq tat-talbiet

1. Sabiex tikkonforma ma' talba għall-għajnuna, l-awtorità mitluba jew, fejn din ta' l-aħħar ma tistax taġixxi għal rasha, d-dipartiment amministrattiv li lilu t-talba tkun ġiet indirizzata minn din l-awtorità, għandha tipproċedi, skond il-kompetenza tagħha u r-risorsi disponibbli, daqs li kieku kienet qiegħda taġixxi minn rajha jew fuq it-talba ta' awtoritajiet oħra ta' l-istess parti, billi tforni t-tagħrif li diġa jkollha fil-pussess tagħha, billi twettaq l-investigazzjonijiet meħtieġa jew billi tirranġa li jitwettqu.

2. It-talbiet għall-għajnuna jridu jitwettqu b'mod konformi mal-liġijiet, ir-regoli u l-istrumenti legali l-oħra tal-Parti mitluba.

3. Uffiċjali ta' Parti awtorizzati kif mistħoqq jistgħu, bi ftehim mal-Parti l-oħra involuta u bil-kondizzjonijiet preskritti minn dan ta' l-aħħar, jiksbu mill-uffiċċji ta' l-awtorità mitluba jew ta' awtorità oħra li minnha tkun responsabbli l-awtorità mitluba, it-tagħrif li jkollu x'jaqsam mal-kontravenzjoni tal-leġislazzjoni tad-dwana li l-awtorità applikanti teħtieġ għall-għanijiet ta' dan il-Protokoll.

4. L-uffiċjali ta' Parti jistgħu, bi ftehim mal-Parti l-oħra involuta u bil-kondizzjonijiet preskritti minn din ta' l-aħħar, ikunu preżenti fl-investigazzjonijiet imwettqa fit-territorju ta' din ta' l-aħħar.

Artikolu 8

Il-għamla li fiha t-tagħrif irid jiġi komunikat

1. L-awtorità mitluba għandha tikkomunika r-riżultati ta' l-investigazzjonijiet lill-awtorità applikanti fil-għamla ta' dokumenti, kopji attestati tad-dokumenti, rapporti u bħal dawn.

2. Id-dokumenti provduti fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu mibdula f'tagħrif komputerizzat prodott f'kull għamla għall-istess għan.

Artikolu 9

Eċċezjonijiet għall-obbligu li tiġi provduta l-għajnuna

1. Il-Partijiet jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-għajnuna provduta f'dan il-Protokoll, fejn dan il-għemil iwassal li:

(a) x'aktarx jippreġudika s-sovranità, l-politika pubblika, s-sigurtà jew interessi essenzjali oħra; jew

(b) jinvolvi r-regolamenti tal-munita korrenti jew tat-taxxi għajr ir-regolamenti li jirrigwardaw id-dazji tad-dwana; jew

(ċ) jikser is-sigriet industrijali, kummerċjali jew professjonali.

2. Fejn l-awtorità applikanti titlob għajnuna li hija stess ma tkunx kapaċi tipprovdi jekk mitluba dan, għandha tiġbed l-attenzjoni għall-fatt fit-talba tagħha. Għandu mbagħad jitħalla għall-awtorità mitluba li tiddeċiedi kif twieġeb għal talba bħal din.

3. Jekk il-għajnuna tinżamm jew tiġi miċħuda, d-deċiżjoni u r-raġunijiet għal dan għandhom jiġu notifikati lill-awtorità applikanti mingħajr dewmien.

Artikolu 10

L-obbligu li tiġi osservata l-kunfidenzalità

1. Kull għamla ta' tagħrif skond dan il-Protokoll ikun f'liema għamla jkun għandu jkun ta' natura kunfidenzali. Għandu jkun kopert bl-obbligu tas-segretezza uffiċjali u għandu jgawdi l-protezzjoni mifruxa għal tagħrif bħal dan skond il-liġijiet rilevanti tal-Parti li tkun irċevietu u għad-disposizzjonijiet korrispondenti li japplikaw għall-awtoritajiet Komunitarji

2. Il-fatti magħrufa dwar l-ismijiet tal-persuni ma għandhomx jiġu trasmessi kull meta jkun hemm raġunijiet xierqa li jagħtu lil dak li jkun li jemmen illi t-trasferiment jew l-użu magħmula mill-fatti magħrufa trasmessi jkunu kuntrarju għall-prinċipji legali bażiċi ta' waħda mill-Partijiet, u, partikolarment, jekk il-persuna involuta ssofri żvantaġġi mhux mistħoqqa. Fuq talba, il-Parti riċevitur għandha tgħarraf lill-Parti fornitur dwar l-użu magħmul mit-tagħrif fornit u bir-riżultati miksuba.

3. Il-fatti magħrufa dwar l-ismijiet tal-persuni jistgħu jiġu trasmessi biss lill-awtoritajiet tad-dwana u, fil-każ ta' ħtieġa ta' prosekuzzjoni, lill-prosekuzzjoni pubblika u lill-awtoritajiet ġudizzjarji. Persuni jew awtoritajiet oħra jistgħu jkisbu dan it-tagħrif biss fuq l-awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtorità fornitur.

4. Il-Parti fornitur għandha tivverifika l-eżattezza tat-tagħrif li jrid jiġi trasferit. Kull meta jidher li t-tagħrif fornit ma kienx eżatt jew irid jitħassar, il-Parti riċevitur għandha tiġi notifikata mingħajr dewmien. Din ta' l-aħħar għandha tkun obbligata li twettaq il-korrezzjoni jew it-tħassir.

5. Mingħajr preġudizzju għall-każi ta' l-interess pubbliku li jkunu jipprevalu, l-persuna involuta tista', fuq talba, tikseb it-tagħrif fil-ħażniet tal-fatti magħrufa u il-għan ta' din il-ħażna.

Artikolu 11

L-użu tat-tagrif

1. It-tagħrif miksub għandu jintuża biss għall-għan ta' dan il-Protokoll u jista' jintuża ġewwa kull Parti għal għanijiet oħra biss bil-kunsens bil-miktub ta' l-awtorità amministrattva li tkun forniet it-tagħrif u għandu jkun bla ħsara għal kull restrizzjoni preskritta minn din l-awtorità.

2. Il-paragrafu 1 ma għandux jimpedixxi l-użu tat-tagħrif f'kull proċedura ġudizzjarja jew amministrattuiva sossegwentement istituwita minħabba n-nuqqas ta' ħarsien tal-leġislazzjoni tad-dwana.

3. Il-Partijiet jistgħu, fir-reġistrazzjoni tagħhom tax-xhieda, tar-rapporti u tat-testimonjanzi u fil-proċeduri u t-taħrikiet/ċitazzjonijiet miġjuba quddiem il-qrati, jużaw bħala xhieda t-tagħrif miksub u d-dokumenti konsultati b'mod konformi mad-disposizzjonijiet ta' dan il-Protokoll.

Artikolu 12

L-esperti u x-xiehda

Fuq talba, lista' jiġi awtorizzat uffiċjal sabiex jidher skond il-limitazzjonijiet ta' l-awrtorizzazzjoni konċessa, bħala espert jew xhud fil-proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi rigward il-materji koperti b'dan il-Protokoll fil-ġurisdizzjoni ta' Parti oħra, u jista' jipproduċi dawk l-oġġetti, id-dokumenti jew kopji awtentikati ta' dawn, skond kif ikunu meħtieġa għall-poċeduri. It-talba għal dehra trid tindika speċifikament fuq liema materji u bis-saħħa ta' liema titolu jew kwalifika jrid jiġi mistoqsi l-uffiċjali

Artikolu 13

L-ispejjeż ta'l-għajnuna

Il-Partijiet għandhom jirrinunzjaw għall-pretensjonijiet kollha għal xulxin dwar ir-rimborż ta' l-ispejjeż miġbura skond dan il-Protokoll, għajr, kif jixraq, għall-ispejjeż lill-esperti u x-xiehda u lill-intepreti u t-tradutturi li ma jkunux jiddependu mis-servizz pubbliku.

Artikolu 14

L-implimentazzjoni

1. It-tmexxija ta' dan il-protokoll għandha tiġi fdata f'idejn l-awrtoritajiet ċentrali tad-dwana tar-Repubblika tal-Kazakhstan mill-banda l-waħda u f'idejn is-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u, fejn xieraq, f'idejn l-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea mill-banda l-oħra. Dawn għandhom jiddeċiedu dwar il-miżuri prattiċi kollha meħtieġa għall-applikazzjoni tagħha (it-tmexxija), filwaqt li jitqiesu r-regoli fil-qasam tal-protezzjoni tal-fatti magħrufa. Jistgħu jirrakkommandaw lill-korpi kompetenti emendi li jikkonsidraw li jridu jsiru għal dan il-Protokoll.

2. Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin u sossegwentement iżommu lil xulxin imgħarrfa dwar ir-regoli dettaljati ta' l-implimentazzjoni li jiġu adottati b'mod konformi mad-disposizzjonijiet ta' dan il-Protokoll

Artikolu 15

Il-kumplimentarjeta

1. Dan il-Protokoll għandu jikkumplimenta u mhux jimpedixxi l-applikazzjoni ta' kull ftehim dwar il-għajnuna ta' bejn xulxin li tkun ġiet konkluża jew tista' tiġi konkluża bejn Stati Membri individwali ta' l-Unjoni Ewropea jew numru minnhom u r-Repubblika tal-Kazakhstan. Lanqas ma għandu jipprekludi l-għajnuna ta' bejn xulxin iktar estensiva konċessa skond dan il-ftehim.

2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11, dan il-ftehim ma jippreġudikawx id-disposizzjopnijiet Komunitarji li jirregolaw il-komunikazzjoni bejn is-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni u l-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri dwar kull tagħrif fuq materji li għandhom x'jaqsmu mad-dwana li jista' jkun ta' interess għall-Komunità.

--------------------------------------------------

L-ATT FINALI

Il-plenipotenzarji ta':

IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA' SPANJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

IR-RENJU TA' L-OLANDA,

IR-REPUBBLIKA TA' L-AWSTRIJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-RENJU TA' L-IŻVEZJA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITANNJA U L-IRLANDA TA' FUQ,

Partijiet kontraenti tal-ftehim li jistabilixxi L-KOMUNITÀ EWROPEA, tat-trattat li jistabbilixxi L-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-FAĦAM U L-AZZAR, u tat-trattat li jistabbilixxi L-KOMUNITÀ EWROPEA DWAR L-ENERĠIJA ATOMIKA,

minn issa 'l quddiem imsejħa "l-Istati Membri", u ta'

IL-KOMUNITÀ EWROPEA, IL-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-FAĦAM U L-AZZAR, u L-KOMUNITÀ EWROPEA DWAR L-ENERĠIJA ATOMIKA, minn issa 'l quddiem imsejħa "il-komunità",

mill-parti l-waħda, u

il-plenipotenzarji tar-REPUBBLIKA TAL-KAZAKHSTAN,

mill-parti l-oħra,

imlaqqgħin fi Brussel fit-23 ta' Jannar tas-sena elf disa' mija u ħamsa u disgħin għall-firma tal-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni li jistabilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti l-waħda, u r-Repubbika tal-Kazakhstan, mill-parti l-oħra, minn issa 'l quddiem imsejjaħ il-"Ftehim", adottaw it-testi li ġejjin:

il-Ftehim li jinkludi l-Annessi tiegħu u l-Protokoll li ġej:

il-Protokoll dwar il-għajnuna ta' bejn xulxin bejn l-awtoritajiet amministrattivi f'materji li għandhom x'jaqsmu mad-dwana.

Il-plenipotenzarji ta' l-Istati Membri u tal-Komunità u l-plenipotenzarji tar-Repubblika tal-Kazakhstan adottaw it-testi tad-Dikjarazzjonijiet Konġunti mniżżla fil-lista hawn taħt u mehmuża ma' dan l-Att Finali:

id-Dikjarazzjoni Konġunta li tirrigwarda l-Artikolu 13 ta' dan il-Ftehim

id-Dikjarazzjoni Konġunta li tirrigwarda l-Artikolu 23 ta' dan il-Ftehim

id-Dikjarazzjoni Konġunta li tirrigwarda l-idea ta' "kontroll" fl-Artikolu 25(b) u fl-Artikolu 36 tal-Ftehim

id-Dikjarazzjoni Konġunta li tirrigwarda l-Artikolu 42 tal-Ftehim

id-Dikjarazzjoni Konġunta li tirrigwarda l-Artikolu 93 tal-Ftehim.

Barra minn hekk, il-plenipotenzarji ta' l-Istati Membri tal-Komunità u l-plenipotenzarji tar-Repubblika tal-Kazakhstan ħadu nota tad-Dikjarazzjoni mir-Repubblika Franċiża mehmuża ma' dan l-Att Finali

Id-Dikjarazzjoni tal-Gvern Franċiż dwar il-pajjiżi u t-territorji tagħha lil hemm mill-baħar.

+++++ TIFF +++++

Hecho en Bruselas, el veintitrés de enero de mil novecientos noventa y cinco.Udfærdiget i Bruxelles, den treogtyvende januar nitten hundrede og femoghalvfems.Geschehen zu Brüssel am dreiundzwanzigsten Januar neunzehnhundertfünfundneunzig.Έγινε στις Βρυξέλλες, στις είκοσι τρεις Ιανουαρίου χίλια εννιακόσια ενενήντα πέντε.Done at Brussels, on the twenty-third day of January in the year one thousand nine hundred and ninety-five.Fait à Bruxelles, le vingt-trois janvier mil neuf cent quatre-vingt-quinze.Fatto a Bruxelles, addì ventitré gennaio millenovecentonovantacinque.Gedaan te Brussel, de drieëntwintigste januari negentienhonderd vijfennegentig.Feito em Bruxelas, em vinte e três de Janeiro de mil novecentos e noventa e cinco.Tehty Brysselissä kahdentenakymmenentenäkolmantena päivänä tammikuuta vuonna tuhatyhdeksänsataayhdeksänkymmentäviisi.Som skedde i Bryssel den tjugotredje januari år ettusenniohundranittiofem.

Pour le Royaume de BelgiqueVoor het Koninkrijk BelgiëFür das Königreich Belgien

+++++ TIFF +++++

På Kongeriget Danmarks vegne

+++++ TIFF +++++

Für die Bundesrepublik Deutschland

+++++ TIFF +++++

Για την Ελληνική Δημοκρατία

+++++ TIFF +++++

Por el Reino de España

+++++ TIFF +++++

Pour la République française

+++++ TIFF +++++

Thar cheann Na hÉireannFor Ireland

+++++ TIFF +++++

Per la Repubblica italiana

+++++ TIFF +++++

Pour le Grand-Duché de Luxembourg

+++++ TIFF +++++

Voor het Koninkrijk der Nederlanden

+++++ TIFF +++++

Für die Republik Österreich

+++++ TIFF +++++

Pela República Portuguesa

+++++ TIFF +++++

Suomen tasavallan puolesta

+++++ TIFF +++++

För Konungariket Sverige

+++++ TIFF +++++

For the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland

+++++ TIFF +++++

Por las Comunidades Europeas

For De Europæiske Fællesskaber

Für die Europäischen Gemeinschaften

Για τις Ευρωπαϊκές Κοινότητες

For the European Communities

Pour les Communautés européennes

Per le Comunità europee

Voor de Europese Gemeenschappen

Pelas Comunidades Europeias

Euroopan yhteisöjen puolesta

På Europeiska gemenskapernas vägnar

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Dikjarazzjoni Konġunta li tirrigwarda l-Artikolu 13

Il-Komunità u r-Repubblika tal-Kazakhstan jiddikjaraw illi test dwar il-klawsola tas-salvagwardji ma tikkonċedix it-trattament dwar is-salvagwardji tal-GATT.

--------------------------------------------------

Dikjarazzjoni Konġunta li tirrigwarda l-Artikolu 23

Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 37 u 40, il-Partijiet jaqblu illi l-kelmiet "b'konformità mal-leġislazzjoni u r-regolamenti tagħhom" imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' l-Artikolu 23 ifissru illi kull waħda mill-Partijiet tista' tirregola it-twaqqif u t-tħaddim ta' kumpanniji fit-territorju tagħha, basta iżda illi dawn ir-regolamenti ma joħolqux għat-twaqqif u t-tħaddim tal-kumpanniji tal-Parti l-oħra riservi ġodda li jirriżultaw fi trattament inqas favorevoli minn dak konċess lill-kumpanniji tagħhom stess jew lill-kumpanniji, fergħat jew sussidjarji tal-kumpanniji ta' kull pajjiż terz

--------------------------------------------------

Dikjarazzjoni Konġunta li tirrigwarda l-idea ta' "kontroll" fl-Artikolu 25(b) u fl-Artikolu 36

1. Il-Partijiet jikkonfermaw il-ftehim ta' bejn xulxin illi l-kwistjoni tal-kontroll tiddependi miċ-ċirkustanzi fattwali tal-każ partikolari.

2. Per eżempju, kumpannija għandha tiġi konsidrata bħala li tkun "kontrollata" minn kumpannija oħra, u għalhekk sussidjarja ta' din il-kumpannija l-oħra, jekk:

- il-kumpannija l-oħra jkollha direttament jew indirettament il-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot, jew

- il-kumpannija l-oħra jkollha d-dritt li taħtar jew tkeċċi l-maġġoranza ta' l-organu amministrattiv, ta' l-organu tat-tmexxija jew ta' l-organu tas-sorveljanza u hija fl-istess waqt azzjonista jew membru tas-sussidjarja.

3. Iż-żewġ Partijiet jikkonsidraw illi l-kriterji fil-paragrafu 2 ma humiex eżawrjenti.

--------------------------------------------------

Dikjarazzjoni Konġunta li tirrigwarda l-Artikolu 42

Il-Partijiet jaqblu illi għall-għan ta' dan il-Ftehim, il-proprjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali tinkludi b'mod partikolari d-dritt letterarju, inklużi d-dritt letterarju tal-programmi tal-komputer, u d-drittijiet ġirien, id-drittijiet li għandhom x'jaqsmu mal-patenti, d-disinji industrijali, l-indikazzjonijiet ġeografiċi, inklużi l-ismijiet ta' l-oriġini, l-marki tal-fabbriki u tas-servizzi, t-topografiji ta' ċirkwiti integrati kif ukoll il-protezzjoni tat-tagħrif mhux żvelat dwar il-kompetenza fis-sengħa.

--------------------------------------------------

Dikjarazzjoni Konġunta li tirrigwarda l-Artikolu 93

Il-Partijiet jaqblu, għall-għanijiet ta' l-interpretazzjoni korretta u l-applikazzjoni prattika tagħha, illi l-frażi "każijiet ta' urġenza speċjali" inkluża fl-Artikolu 93 tal-Ftehim tfisser każijiet ta' ksur materjali tal-Ftehim minn waħda mill-Partijiet. Ksur materjali tal-Ftehim jikkonsisti fi

(a) iċ-ċaħda tal-Ftehim mhux sanzjonata mir-reġoli ġenerali tal-liġijiet internazzjonali,

jew

(b) il-ksur/vjolazzjoni ta' l-elementi essenzjali tal-Ftehim dikjarati fl-Artikolu 2.

--------------------------------------------------

Dikjarazzjoni mill-Gvern Franċiż

Ir-Repubblika Franċiża tinnota illi l-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni mar-Repubblika tal-Kazakhstan ma japplikax għall-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej assoċjati mal-Komunità Ewropea skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

--------------------------------------------------