21999A0724(01)



Official Journal L 192 , 24/07/1999 P. 0048 - 0052


Ftehim f'għamla ta' skambju ta' ittri

bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta' l-Islanda, min-naħa l-oħra, dwar il-Protokoll 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Islanda

A. Ittra mill-Komunità

Brussel, 15 ta' Lulju 1999

Sinjur,

Għandi l-unur nikkonferma l-qbil tal-Komunità Ewropea mal-"Minuti Maqbula" annessi ma' dan dwar il-Protokoll 2 mal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Islanda.

Inkun nafulek jekk tikkonferma l-qbil tal-Gvern tar-Repubblika ta' l-Islanda mal-kontenut ta' din l-ittra.

Nitolbok tilqa', Sinjur, iċ-ċertezza ta' l-ogħla stima tiegħi.

Għall-Komunità Ewropea

+++++ TIFF +++++

B. Ittra mill-Islanda

Brussel, 15 ta' Lulju 1999

Sinjur,

Għandi l-unur nirrikonoxxi l-irċevuta ta' l-ittra tiegħek tal-lum fil-kliem li ġej:

"Għandi l-unur nikkonferma l-qbil tal-Komunità Ewropea mal-"Minuti Maqbula" annessi ma' dan dwar il-Protokoll 2 mal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Islanda

Inkun nafulek jekk tikkonferma l-qbil tal-Gvern tar-Repubblika ta' l-Islanda mal-kontneut ta' din l-ittra."

Għandi l-unur nikkonferma l-qbil tal-Gvern tiegħi mal-kontenut ta' l-ittra tiegħek u mad-data proposta għad-dħul fis-seħħ ta' l-aġġustament.

Nitolbok tilqa', Sinjur, iċ-ċertezza ta' l-ogħla stima tiegħi.

Għall-Gvern tar-Repubblika ta' l-Islanda

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

QBIL TA' MINUTI

I. INTRODUZZJONI

1) Wara numru ta' laqgħat li saru bejn uffiċjali tal-Kummissjoni tal-KE u l-Islanda ntlaħaq qbil biex ikunu ssosttomessi lill-awtoritajiet rispettivi tagħhom għal approvazzjoni serje ta' aġġustamenti għar-reġimi ta' importazzjoni applikati rispettivament mill-Komunità u l-Islanda għall-prodotti agrikoli pproċessati li jaqgħu fl-ambitu tal-Protokoll 2 mal-Ftehim dwar Kummerċ Liberu ta' l-1972.

Dawn l-aġġustamenti għandhom jidħlu fis-seħħ f'Awissu 1999.

2) Iż-żewġ partijiet qablu li l-implimentazzjoni tal-Ftehim tan-Negozjati ta' l-Urugwaj (Uruguay Round Settlement) miż-żewġ naħat irrikjeda adattazzjoni tad-dazji applikati fil-kummerċ bilaterali bejn il-Komunità u l-Islanda. Għal dan il-għan sar ftehim li jkunu applikati d-dazji miġjuba hawn iktar ‘l isfel.

3) Iż-żewġ partijiet qablu li jeżaminaw fuq bażi regolari l-funzjoni ta' dan il-Ftehim u l-possibbilta li jtejbuh.

II. REĠIM TA' IMPORTAZZJONI ISLANDIŻ

Id-dazji (ISK/kg) applikabbli għall-prodotti agrikoli pproċessati koperti bil-Protokoll 2 tal-Ftehim huma kif ġej:

Tariffa Nru | Deskrizzjoni | Dazju applikabbli (fi ISK/kg) |

0403 | Xorrox, ħalib imbaqat u krema, yoghurt, kephir u ħalibijiet u krema iffermentati oħrajn, sew jekk ikkonċentrati u anki jekk le, jew li jkun fihom żieda ta' zokkor jewta' xi materja oħra tal-ħlewwa jew b'xi togħma jew li jkun fihom żieda ta' frott, ġewż jew kawkaw | |

0403-1011 | Yoghurt li jkun fih il-kawkaw | 61 |

0403-1012 | Yoghurt li jkun fih frott jew ġewż | 61 |

0403-1021 | Yoghurt bħala xorb li jkun fih il-kawkaw | 52 |

0403-1022 | Yoghurt bħala xorb li jkun fih frott jew ġewż | 52 |

0403-9011 | Oħrajn li jkun fihom il-kawkaw | 53 |

0403-9012 | Oħrajn li jkun fihom il-frott jew ġewż | 53 |

0403-9021 | Oħrajn bħala xorb li jkun fihom il-kawkaw | 53 |

0403-9022 | Oħrajn bħala xorb li jkun fihom frott jew ġewż | 53 |

1517 | Marġerina: taħlitiet jew preparazzjonijiet tajbin għall-ikel mix-xaħmijiet jew miż-żjutta' l-annimali jew veġitali jew ta' frazzjonijiet ta' żjut jew xaħmijiet ta' dan il-kapitolu, apparti milli x-xaħmijiet jew iż-żjut tajbin għall-ikel jew il-frazzjonijiet tagħhom ta' l-intestatura Nru 1516: – Marġerina, eskluża l-marġerina likwida | |

1517-1001 | – – Li jkun fiha aktar minn 10 % imma mhux aktar minn 15 % bil-piż tal-grass tal-ħalib | 90 |

1517-9002 | – – Li jkun fiha aktar minn 10 % imma mhux aktar minn 15 % bil-piż tal-grass tal-ħalib | 90 |

1806-2003 | Trab tal-kawkaw li jkun fih bil-piż anqas minn 90 % imma aktar minn 30 % ta' trab ta' ħalib frisk u/jew trab ta' ħalib xkumat, sew jekk u anki jekk le, jkun fih żieda ta' zokkor jew xi materja oħra tal-ħlewwa, imma mhux imħallat ma sustanzi oħrajn | 111 |

1806-2004 | Li jkun fih bil-piż anqas minn 30 % ta' trab ta' ħalib frisk u/jew trab ta' ħalib xkumat | 40 |

1806-2005 | Oħrajn, li jkun fihom bil-piż aktar minn 30 % ta' trab ta' ħalib frisk u/jew trab ta' ħalib xkumat | 111 |

1806-2006 | Oħrajn, li jkun fihom bil-piż anqas minn 30 % ta' trab ta' ħalib frisk u/jew trab ta' ħalib xkumat | 40 |

1806-3101 | Ċikkulata mimlija f'ċangaturi jew strixxi | 52 |

1806-3109 | Oħrajn mimlija f'ċangaturi jew strixxi | 52 |

1806-3202 | Ċikkulata li jkun fiha l-għaġina tal-kawkaw, zokkor, kawkaw, butir u trab tal-ħalib, f'ċangaturi jew strixxi | 48 |

1806-3203 | Imitazzjoni taċ-ċikkulata f'ċangaturi jew strixxi | 40 |

1806-3209 | Oħrajn mhux mimlija f'ċangaturi jew strixxi | 21 |

1806-9011 | Materjal ippreparati tax-xorb l-aktar minn oġġetti fi 0401-0404, li jkun fihom bil-piż 10 % jew aktar ta' trab tal-kawkaw, li jkun fihom żokkor jew materja oħra tal-ħlewwa, u materjali u togħmiet oħrajn ta' ammont iżgħar | 22 |

1806-9012 | Ikel, speċjalment ippreparat għal skopijiet dietetiċi | 18 |

1806-9023 | Bajd ta' żmien l-Għid | 49 |

1806-9024 | Zlazi u dlik għall-ġelati | 49 |

1806-9025 | Miksija jew koperti, bħal ma huma żbib, ċereali "minfuħa", għud is-sus, karamella uġelatina | 54 |

1806-9026 | Krema taċ-ċikkulata | 49 |

1806-9027 | Ċereali tal-kolazzjon | – |

1806-9028 | Trab tal-kawkaw li jkun fih bil-piż anqas minn 90 % imma mill-anqas 30 % ta' trab tal-ħalib frisk u/jew trab tal-ħalib xkumat; sew jekk, u anki jekk le, jkun fih żieda ta' zokkor jew materja oħra tal-ħlewwa, imma li ma jkunx imħallat ma sustanzi oħrajn | 120 |

1806-9029 | Trab tal-kawkaw li jkun fih bil-piż anqas minn 30 % ta' trab tal-ħalib frisk u/jew trab tal-ħalib xkumat; sew jekk, u anki jekk le, jkun fih żieda ta' zokkor jew materja oħra tal-ħlewwa, imma li ma jkunx imħallat ma sustanzi oħrajn | 44 |

1806-9039 | Oħrajn | 48 |

1901 | Estratt tax-xgħir: preparazzjonijiet ta' l-ikel mit-tqiq, smida, lamtu jew estratt tax-xgħir, li ma jkunx fih it-trab tal-kawkaw jew li jkun fih it-trab tal-kawkaw bi proporzjon mal-piż ta' anqas minn 50 %, li mhux speċifikat jew inkluż x'imkien ieħor; preparazzjonijiet ta' l-ikel ta' l-intestaturi Nri 0401 sa 0404, li ma jkunx fihom it-trab tal-kawkaw jew li jkun fihom it-trab tal-kawkaw bi proporzjon mal-piż ta' anqas minn 10 %, li mhux speċifikat jew inkluż x'imkien ieħor: | |

1901-2012 | – – – Għall-preparazzjoni tal-ħobż tal-ġinġer jew ta' simili ta' l-intestatura Nru 1905-2000 | 25 |

1901-2013 | – – – Għall-preparazzjoni ta' gallettini ħelwin ta' l-intestaturi Nri 1905-3011 u 1905-3029 u simili | 17 |

1901-2014 | – – – Għall-preparazzjoni ta' bukkuni tal-ġinġer ta' l-intestatura Nru 1905-3021 | 30 |

1901-2015 | – – – Għall-preparazzjoni ta' biskutelli u biskuttini ta' l-intestatura Nru 1905-3030 | 10 |

1901-2016 | – – – Għall-preparazzjoni ta' biskuttini tat-trabi, ħobż mixwi u ħobż simili mixwi ta' l-intestatura Nru 1905-4000 | 15 |

1901-2017 | – – – Għall-preparazzjoni ta' ħobż ta' l-intestatura Nru 1905-9011 b'mili ibbażat fuq il-prodotti tal-butir jew tal-ħalib | 40 |

1901-2018 | – – – Għall-preparazzjoni ta' ħobż ta' l-intestatura Nru 1905-9019 | 5 |

1901-2019 | – – – Għall-preprazzjoni ta' gallettini sempliċi ta' l-intestatura Nru 1905-9020 | 5 |

1901-2022 | – – – Għall-preparazzjonijiet ta' kejkijiet u oġġetti ta' l-għaġina ta' l-intestatura Nru 1905-9051 | 34 |

1901-2023 | – – – Taħlitiet u għaġejjen, li jkun fihom il-laħam, għall- produzzjoni tal-pizza u oġġetti simili, ta' l-intestatura Nru 1905-9051 | 99 |

1901-2024 | – – – Taħlitiet u għaġejjen, li jkun fihom fihom ingredjenti apparti mill-laħam, għall-produzzjoni tal-pizza u oġġetti simili, ta' l-intestatura Nru 1905-9059 | 54 |

1901-2029 | – – – Għall-preparazzjoni tal-prodotti ta' l-intestatura Nru 1905-9000 | 44 |

1902 | Għaġin, sew jekk imsajjar u anki jekk le jew, mimli (bil-laħam jew sustanzi oħrajn jew b'mod ieħor ippreprat, bħal ma huma spagetti, imqarrun, fdewweċ, lasanja, njokki, ravjul, kanelloni; couscous, sew jekk ippreparat u anki jekk le | |

1902-1100 | – – Li jkun fih il-bajd | 8 |

1902-2022 | – – – Għaġin mimli li jkun fih minn 3 % sa 20 % bil-piż ta' zalzett, laħam, raċanċ tal-laħam, demm jew it-taħlita tagħhom | 42 |

1902-2031 | – – – Għaġin mimli li jkun fih minn 3 % bil-piż ta' ġobon | 36 |

1902-2042 | – – – Għaġin mimli bil-ġobon u l-laħam li jkun fih minn 3 % imam mhux aktarminn 20 % bil-piż ta' ġobon u laħam | 42 |

1902-3021 | – – – Għaġin ieħor li jkun fih aktar minn 3 % imma mhux aktar minn 20 % ta' zalzett, laħam, raċanċ tal-laħam, demm jew it-taħlita tagħhom | 42 |

1902-3031 | – – – Għaġin ieħor li jkun fih bil-piż aktar minn 3 % ta' ġobon | 36 |

1902-3041 | – – – Li jkun fih ta' laħam u ġobon li flimkien ikun aktar minn 3 % imma mhux aktar minn 20 % bil-piż | 42 |

1902-4021 | – – – Couscous li jkun fih aktar minn 3 % imma mhux aktar minn 20 % bil-piż ta' zalzett, laħam, raċanċ tal-laħam, demm jew xi taħlita tagħhom | 42 |

1904-9001 | – – Ikel ippreparat akkwistat mit-tinfiħ jew l-inkaljar tal-prodotti taċ-ċereali li jkun fih bil-piż aktar minn 3 % imma mhux aktar minn 20 % ta' laħam | 42 |

1905-3011 | – – – Gallettini ħelwin miksija jew koperti biċ-ċikkulata jew b'fondanti li jkun fihom iċ-ċikkulata | 17 |

1905-3019 | – – – Oħrajn miksija jew koperti biċ-ċikkulata jew b'fondanti li jkun fihom iċ-ċikkulata | 16 |

| – – – – Bukkuni tal-ġinġer | |

| – – – – Galletini ħelwin oħrajn u biskuttini | |

1905-3021 | – – – – Oħrajn | 32 |

1905-3029 | – Biskuttelli tat-trabi, ħobż mixwi u prodotti mixwija simili | 19 |

1905-3030 | – Oħrajn: | 11 |

1905-4000 | – – – Ħobż b'mili li essenzalment jikkonsisti minn butir jew | 16 |

| Oħrajn | |

| – – – | |

1905-9011 | prodotti oħrajn tal-ħalib (per eżempju l-butir tat-tewm) | 40 |

1905-9019 | – – – Oħrajn | 5 |

1905-9020 | Gallettini sempliċi | 5 |

1905-9040 | – – Kejkijiet u prodotti ta' l-għaġina | 36 |

| – –: … (pizza) | |

1905-9051 | – – – Tortini, inkluża l-pizza, li jkun fihom il-laħam | 99 |

1905-9059 | – – – Oħrajn | 54 |

1905-9060 | – – Ikliet żgħar, bħal ma huma frak, qxur, brim, ċrieki, tubi, bsaten u simili | – |

1905-9090 | – – – – Oħrajn | 46 |

2104 | Sopop u brodijiet u l-preparazzjonijiet tagħhom; preparazzjoni ta' l-ikel kompost, omoġenizzat: | |

2104-1001 | – – Preparazzjonijiet ta' sopop tal-ħaxix bl-ingredjenti bażiċi tat-tqiq, smida, lamtu jew estratti tax-xgħir | 3 |

2104-1003 | – – Sopop tal-ħut, fil-laned | 28 |

2104-1011 | – – Sopop oħrajn li jkun fihom bil-piż aktar minn 20 % ta' laħam | 80 |

2104-1012 | – – Sopop oħrajn li jkun fihom bil-piż mhux aktar minn 3 % imma aktar minn 20 % ta' laħam | 45 |

2104-1019 | – – – Sopop oħrajn | 21 |

| – – Oħrajn: | |

2104-1021 | – – – Oħrajn, li jkun fihom bil-piż aktar minn 20 % ta' laħam | 80 |

2104-1022 | – – – Oħrajn li jkun fihom bil-piż mhux aktar minn 3 % imma aktar minn 20 % ta' laħam | 45 |

2104-1029 | – – – Oħrajn | 21 |

2106-9041 | – – – Trab għall-preparazzjoni tad-deserta f'pakketti għall-bejgħ bl-imnut ta' 5 kg jew anqas | 68 |

2106-9049 | – – – Trab għall-preparazzjoni tad-deserta, oħrajn | 68 |

2106-9064 | – – Li jkun fih bil-piż aktar minn 3 % imma mhux aktar minn 20 % ta' laħam | 42 |

2202-9001 | – – Prodotti oħrajn tal-ħalib b'ingredjenti oħrajn, basta li l-prodotti tal-ħalib ikunu 75 % jew aktar bil-piż, eskluż l-ippakkjar | 42 |

III. REĠIM TA' IMPORTAZZJONI TAL-KOMUNITÀ

1) L-ammonti bażiċi li ġejjin għandhom jintużaw għall-kalkulazzjoni tal-komponenti agrikoli u d-dazji addizzjonali:

- Ċereali (qamħ komuni, qamħ durum, segala, xgħir u qamħirrum): EUR 7,817/100 kg

- Ross tawwali maħruġ mill-fosdqa: EUR 28,910/100 kg

- Trab tal-ħalib sħiħ: EUR 142,660/100 kg

- Trab tal-ħalib xkumat: EUR 118,800/100 kg

- Butir: EUR 207,333/100 kg

- Zokkor: EUR 43,675/100 kg

2) L-ammonti bażiċi preskritti fil-punt 1 jistgħu ma jkunux ogħla minn dawk applikati għal pajjiżi terzi.

3) Kwoti annwali ta' 300, 400 u 500 tunnellata metrika għandhom jinfetħu mill-Komunità rispettivament għall-1999, 2000 u 2001 u s-snin ta' wara, għal importazzjoni:

- Prodotti tal-ħelu miz-zokkor (inkluża ċikkulata bajda) li ma fihomx kawkaw li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 170490

u

- ċikkulata u preparazzjonijiet oħra ta' ikel li fihom kawkaw li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 180632, 180690 u 190530.

Id-dazji applikabbli għal din il-kwota għandhom ikunu d-dazji erga omnes mnaqqsa b' 50 % b'massimu ta' EUR 35,15/100 kg.

IV. SPIRITI

Iż-żewġ partijiet qablu li japplikaw reġim bla dazju mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim għal merkanzija li taqa' taħt il-kodiċijiet NM 220850, 220860 u 220890.

--------------------------------------------------