Official Journal L 175 , 10/07/1999 P. 0050 - 0060
Ftehim bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Gvern tal-Kanada rigward l-applikazzjoni tal-liġijiet tal-kompetizzjoni tagħhom IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-FAĦAM U L-AZZAR (il-Komunitajiet Ewropej) minn parti u L-GVERN TAL-KANADA (il-Kanada) mill-parti l-oħra (il-Partijiet): Waqt li jikkunsidraw ir-relazzjonijiet ekonomiċi mill-qrib bejniethom; Waqt li jirrikonoxxu li l-ekonomiji tad-dinja, inklużi dawk tal-partijiet, qed isiru dejjem aktar relatati ma' xulxin; Waqt li jinnutaw illi l-partijiet jikkondividu l-opinjoni illi l-infurzar sod u effettiv tal-liġi tal-kompetizzjoni hija suġġett ta' importanza għall-operat effiċjenti tas-swieq rispettivi tagħhom u għall-kummerċ bejniethom; Waqt li jirrikonoxxu l-impenn tagħhom biex isaħħu l-infurzar sod u effettiv tal-liġijiet tal-liġijiet tagħhom tal-kompetizzjoni permezz ta' koperazzjoni u, f'każi xierqa, kordinazzjoni bejniethom fl-applikazzjoni ta' dawk il-liġijiet; Waqt li jinnutaw li l-kordinazzjoni ta' l-attivitajiet ta' infurzar tagħhom jistgħu, f'ċerti każi, jirriżultaw f'soluzzjoni aktar effettiva ta' l-interessi dwar il-kompetizzjoni tal-Partijiet rispettivi minn dawk li jistgħu jinkisbu permezz ta' azzjoni indipendenti mill-Partijiet; Waqt li jirrikonoxxu l-impenn tal-Partijiet biex jagħtu kunsiderazzjoni kawta lill-interessi importanti ta' xulxin meta japplikaw il-liġijiet tagħhom tal-kompetizzjoni u biex jużaw l-aħjar sforzi biex jaslu biex jissalvagwardjaw dawk l-interessi; Wara li kkunsidraw ir-Rakkomandazzjoni ta' l-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp Rigward Koperazzjoni bejn Pajjiżi Membri fuq Prattiċi Restrittivi tan-Negozju li jolqtu l-Kummerċ Internazzjonali, adottata fis-27 u t-28 ta' Lulju 1995, u Wara li kkunsidraw il-Ftehim ta' Koperazzjoni Ekonomika bejn il-Kanada u l-Komunitajiet Ewropej adottat fis-6 ta' Lulju 1976, għad-Dikjarazzjoni tar-Relazzjonijiet Komunità Ewropea-Kanada adottata fit-22 ta' Novembru 1990 u għad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta fuq ir-Relazzjonijiet Kanada - UE u l-pjan ta' azzjoni ta' magħha adottat fis-17 ta' Diċembru, 1996; FTIEHMU KIF ĠEJ: I. Fini u definizzjonijiet 1. Il-fini ta' dan il-Ftehim hija li jippromwovu koperazzjoni u kordinazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Partijiet u biex inaqqsu l-possibbiltà jew l-impatt ta' differenzi bejn il-Partijiet meta japplikaw il-liġijiet tagħhom fuq il-kompetizzjoni. 2. F'dan il-Ftehim, "attivitajiet antikompetittivi" għandha tfisser kull imġiba jew transazzjoni li tista’ tkun soġġetta għal penali jew għajnuna oħra skond il-liġijiet tal-kompetizzjoni ta' Parti; "l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru" għandha tfisser dik l-awtorità ta' Stat Membru stipulata fl-Anness A. L-Anness A jista’ jiġi miżjud jew modifikat f'kull ħin mill-Komunitajiet Ewropej. Il-Kanada għandha tkun notifikata bil-miktub b'żidiet jew modifikazzjonijiet bħal dawn qabel ma xi informazzjoni tintbagħat lil awtorità elenkata ġdida; "awtorità tal-kompetizzjoni" u "awtoritajiet tal-kompetizzjoni" għandhom ifissru: (i) għall-Kanada, il-Kummissjunarju tal-Kompetizzjoni maħtur skond l-Att dwar il-Kompetizzjoni, u (ii) għall-Komunitajiet Ewropej, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, rigward ir-responsabbiltajiet tagħha skond il-liġijiet dwar il-kompetizzjoni tal-Komunitajiet Ewropej; "liġi jew liġijiet dwar il-kompetizzjoni" għandhom ifssru: (i) għall-Kanada, l-Att dwar il-Kompetizzjoni u regolamenti tiegħu, u (ii) għall-Komunitajiet Ewropej, l-Artikoli 85, 86, u 89 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4064/89 fuq il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi, l-Artikoli 65 u 66 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (KEFA), u r-Regolamenti tagħhom ta' implimentazzjoni skond it-Trattati msemmija inkluża d-Deċiżjoni ta' l-Awtorità Għolja Nru 2454, kif ukoll kull emenda għalihom u dawk il-liġijiet jew regolamenti l-oħra li l-partijiet jistgħu flimkien jiftiehmu bil-miktub biex tkun "il-liġi tal-kompetizzjoni" għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, u 'l-attività ta' l-infurzar għandha tfisser kull applikazzjoni ta' liġi dwar il-kompetizzjoni permezz ta' investigazzjoni jew proċediment immexxi mill-awtorità tal-kompetizzjoni ta' Parti minnhom. 3. Kull riferenza f'dan il-Ftehim għal disposizzjoni speċifika fil-liġi dwar il-kompetizzjoni ta' kull waħda mill-Partijiet għandha tiġi interpretata li tirreferi għal dik id-disposizzjoni kif emendat minn żmien għal żmien u għal kull disposizzjonijiet li jiġu wara. II. Notifika 1. Kull Parti għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra bil-mod previst b'dan l-Artikolu u l-Artikolu IX rigward l-attivitajiet tagħha ta' infurzar li jistgħu jolqtu interessi importanti tal-Parti l-oħra. 2. Attivitajiet ta' infurzar li jistgħu jolqtu l-interessi importanti tal-Parti l-oħra u għalhekk normalment jagħtu bidu għal ċirkustanzi li għandhom jiġu notifikati jinkludu dawk: (i) li huma relevanti ma' attivitajiet ta' infurzar tal-Parti l-oħra; (ii) li jinvolvu attivitajiet antikompetittivi, bl-eċċezzjoni ta' fużjonijiet jew akkwisti, imwettqa totalment jew in parti fit-territorju tal-Parti l-oħra; (iii) li jinvolvu mġieba meqjusa li tkun meħtieġa, inkoraġġita jew approvata mill-Parti l-oħra jew parti tal-provinċji tagħha jew l-Istati Membri; (iv) li jinvolvu fużjoni jew akkwist li fih: - wieħed jew aktar mill-partijiet tat-transazzjoni, jew - kumpannija li tikkontrolla waħda jew aktar mill-partijiet għat-transazzjoni, tkun kumpannija inkorporata jew organizzata skond il-liġijiet tal-Parti l-oħra jew waħda mill-provinċji jew Stati Membri, (v) li tinvolvi impożizzjoni ta', jew applikazzjoni għall-, rimedji minn awtorità għall-kompetizzjoni li tkun tinħtieġ jew tipprojbixxi kondotta fit-territorju tal-Parti l-oħra, jew (vi) li tinvolvi waħda mill-Partijiet li jfittxu informazzjoni allokata fit-territorju tal-Parti l-oħra. 3. Notifika skond dan l-Artikolu għandha normalment tingħata hekk kif l-awtorità għall-kompetizzjoni ssir taf li jkun hemm ċirkustanzi li jistgħu jkunu notifkati, u f'kull każ, skond il-paragrafi minn 4 sa 7 ta' dan l-Artikolu. 4. Fejn hemm ċirkustanzi li jistgħu jkunu notifikati rigward fużjonijiet jew akkwisti, notifika għandha tingħata: (a) fil-każ tal-Komunitajiet Ewropej, meta notifika tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali, skond l-Artikolu 4(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4064/89, jew meta notifika tat-transazzjoni tkun aċċettata skond l-Artikolu 66 tat-Trattat KEFA u awtorizzazzjoni minn qabel mill-Kummissjoni tkun meħtieġa skond dik id-disposizzjoni, u (b) fil-każ tal-Kanada, mhux aktar tard minn meta l-awtorità għall-kompetizzjoni tagħha toħroġ talba bil-miktub għall-informazzjoni taħt ġurament jew konferma, jew tikseb ordni skond l-artikolu 11 ta' l-Att dwar il-Kompetizzjoni, rigward it-transazzjoni. 5. (a) Meta l-awtorità għall-kompetizzjoni ta' Parti titlob li persuna tforni informazzjoni, dokumenti jew records oħra li jkunu fit-territorju tal-Parti l-oħra, jew titlob xhieda verbali fi proċess jew parteċipazzjoni f'intervista personali minn persuna li tkun fit-territorju tal-Parti l-oħra, għandha tingħata notifika fil-ħin jew qabel li ssir it-talba. (b) Notifika skond sottoparagrafu (a) ta' dan il-paragrafu hija meħtieġa minkejja li l-attività ta' infurzar li relatata magħha l-informazzjoni msemmija hija mitluba tkun ġiet notifikata minn qabel skond l-Artikolu II, paragrafi 1 sa 3. Minkejja dan, mhijiex meħtieġa notifika separata għal kull talba li ssir wara għal informazzjoni mill-istess persuna magħmula fl-andament ta' din l-attività ta' infurzar kemm-il darba l-Parti notifikata ma tindikax mod ieħor jew kemm-il darba l-Parti li tkun qed titlob l-informazzjoni ssir taf bi kwistjonijiet ġodda li jinfluwenzaw l-interessi importanti tal-Parti notifikata. 6. Fejn ikun hemm ċirkustanzi li jistgħu jiġu notifikati, notifika għandha wkoll tingħata bil-quddiem biżżejjed ta' kull wieħed mill-każijiet li ġejjin biex tippermetti li l-opinjonijiet tal-Parti l-oħra jkunu kkunsidrati: (a) fil-każ tal-Komunitajiet Ewropej, (i) meta l-awtorità għall-kompetizzjoni tiddeċiedi li tagħti bidu għal proċessi rigward il-konċentrazzjoni, skond l-Artikolu 6(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4064/89; (ii) f'każi oħra bl-eċċezzjoni ta' fużjonijiet jew akkwisti, il-kwistjoni ta' dikjarazzjoni ta' oġġezzjonijiet; jew (iii) l-adozzjoni ta' deċiżjoni jew ftehim milħuq, (b) fil-każ tal-Kanada, (i) meta tiġi ppreżentata applikazzjoni lit-Tribunal għall-Kompetizzjoni, (ii) meta jingħata bidu għal proċessi kriminali, (iii) meta jintlaħaq ftehim fuq kwistjoni permezz ta' ordni ta' inkarigu jew kunsens. 7. (a) Kull Parti għandha tgħarraf ukoll lill-parti l-oħra kull darba li l-awtorità tagħha għall-kompetizzjoni tintervjeni jew b'mod ieħor tipparteċipa fi proċess regolatorju jew ġuridiku, jekk il-kwistjonijiet li tindirizza fl-intervent jew parteċipazzjoni jistgħu jolqtu l-interessi importanti tal-Parti l-oħra. Notifika skond dan il-paragrafu għandha tgħodd biss għal: (i) proċedimenti regolatorji jew ġuridiċi li jkunu pubbliċi, jew (ii) intervent jew parteċipazzjoni li tkun pubblika u skond il-proċeduri formali. (b) Notifika għandha ssir fil-ħin ta' l-intervent jew parteċipazzjoni jew malajr wara kemm jista' jkun. 8. Notifiki għandhom ikunu dettaljati biżżejjed biex jippermettu lill-Parti notifikata bl-evalwazzjoni tal-bidu ta' l-effetti ta' l-attività ta' infurzar fuq l-interessi importanti tagħha. Notifiki għandhom jinkludu l-ismijiet u l-indirizzi tal-persuni naturalizzati jew legali involuti, in-natura ta' l-attivitajiet li jkunu qed jiġu investigati u d-disposizzjonijiet legali konċernati. 9. Notifiki li jkunu skond dan l-Artikolu għandhom jintbagħtu skond l-Artikolu IX. III. Konsultazzjonijiet 1. Kull Parti tista' titlob konsultazzjonijiet rigward kull materja relatata ma' dan il-Ftehim.It-talba għal konsultazzjonijiet għandha tindika r-raġunijiet għat-talba u jekk kull limitu ta' żmien proċedurali jew restrizzjonijiet oħra jirrikjedux li jitħaffu konsultazzjonijiet. Kull Parti tieħu l-inkarigu li tikkonsulta malajr meta tintalab bdan il-mod bil-għan li tasal għal konklużjoni li tkun konsistenti mal-prinċipji stipulati f'dan il-Ftehim. 2. Waqt il-konsultazzjonijiet taħt il-paragrafu 1, l-awtorità għall-kompetizzjoni ta' kull Parti għandha tikkunsidra b'attenzjoni r-rappreżentazzjonijiet tal-Parti l-oħra fl-isfond tal-prinċipji stipulati f'dan il-Ftehim u għandha tkun ippreparata li tispejaga lill-Parti l-oħra r-riżultati speċifiċi ta' l-applikazzjoni tagħha ta' dawk il-prinċipji fuq il-kwistjoni li tkun qed tiġi diskussa. IV. Kordinazzjoni ta' attivitajiet ta' infurzar 1. L-awtorità għall-kompetizzjoni ta' kull Parti għandha tagħti għajnuna lill-awtorità għall-kompetizzjoni tal-Parti l-oħra fl-attivitajiet ta' infurzar tagħha sal-punt li jkun kompatibbli mal-liġijiet u l-interessi importanti tal-Parti li tkun qed tagħti l-għajnuna. 2. F'każijiet fejn l-awtoritajiet għall-kompetizzjoni taż-żewġ partijiet ikollhom interess li jsegwu attivitajiet ta' infurzar rigward is-sitwazzjonijiet relatati, jistgħu jaqblu li jkun fl-interess reċiproku tagħhom li jikkoordinaw l-attivitajiet ta' infurzar tagħhom. Meta jikkunsidraw jekk attivitajiet ta' infurzar partikolari għandhomx jiġu kordinati, fl-intier jew f'parti minnhom, l-awtorità għall-kompetizzjoni ta' kull Parti għandha tikkunsidra l-fatturi li ġejjin, fost oħrajn: (i) l-effett ta' din il-kordinazzjoni fuq il-kapaċità ta' l-awtorità għall-kompetizzjoni ta' kull parti li tiksib l-għanijiet ta' l-attivitajiet ta' infurzar tagħha; (ii) il-kapaċità relattiva ta' l-awtorità għall-kompetizzjoni ta' kull parti biex tikseb l-informazzjoni meħtieġa biex tmexxi l-attivitajiet ta' infurzar; (iii) sa liema punt l-awtorità għall-kompetizzjoni ta' kull parti tista' tassigura għajnuna preliminari jew effettiva kontra l-attivitajiet antikompetittivi involuti. (iv) l-opportunità biex jużaw b'mod aktar effiċjenti r-riżorsi, u (v) it-tnaqqis li jista' jsir mill-isejjeż lil persuni soġġetti għal attivitajiet ta' infurzar. 3. (a) L-awtoritajiet għall-kompetizzjoni tal-Partijiet jistgħu jikkordinaw l-attivitajiet ta' infurzar tagħhom billi jiftehmu fuq l-għażla tal-mument adatt ta' dawk l-attivitajiet fi kwistjoni partikolari, waqt li jirrispettaw bis-sħieħ il-liġijiet u l-interessi importanti tagħhom. Din il-kordinazzjoni tista', kif miftiehma mill-awtoritajiet għall-kompetizzjoni tal-Partijiet, tirriżulta f'azzjoni ta' infurzar mill-awtoritajiet għall-kompetizzjoni ta' Parti waħda jew taż-żewġ Partijiet, kif tkun l-aktar adatta biex tikseb l-għanijiet tagħha. (b) Meta twettaq attività ta' infurzar koordinata, l-awtoritajiet għall-kompetizzjoni ta' kull Parti għandha tfittex li tkabbar il-possibbiltà li l-għanijiet ta' infurzar tal-Parti l-oħra jintlaħqu wkoll. (ċ) Kull Parti tista' f'kull ħin tgħarraf lill-Parti l-oħra li fi ħsieba tillimita jew ittemm il-kordinazzjoni u ssegwi l-attivitajiet ta' infurzar tagħha b'mod indipendenti u soġġett għad-disposizzjonijiet l-oħra ta' dan il-Ftehim. V. Koperazzjoni rigward l-attivitajiet antikompetittivi fit-territorju ta' Parti waħda li jolqtu b'mod negattiv l-interessi tal-Parti l-oħra 1. Il-Partijiet jinnotaw li attivitajiet antikompetittivi jistgħu jiġru fit-territorju ta' Parti waħda li, b'żieda li jiksru l-liġijiet dwar il-kompetizzjoni ta' dik il-Parti, jolqtu b'mod negattiv interessi importanti tal-Parti l-oħra. Il-Partijiet jifhmu li huwa fl-interess tagħhom it-tnejn li jindirizzaw attivitajiet antikompetittivi ta' dan in-tip. 2. Jekk Parti għandha raġuni biex tikkunsidra li attivitajiet antikompetittivi mwettqa fit-territorju tal-Parti l-oħra qegħdin jolqtu b'mod negattiv, jew jistgħu jolqtu b'mod negattiv l-interessi importanti ta' l-ewwel Parti, l-ewwel Parti tista' titlob li l-awtoritajiet għall-kompetittività tal-Parti l-oħra biex jagħtu bidu għall-attivitajiet xierqa ta' infurzar.Din it-talba għandha tkun speċifika kemm jista' jkun dwar it-tip ta' attivitajiet antikompetittivi u l-effetti tagħhom fuq l-interessi tal-Parti li tkun qed tagħmel it-talba, u għandha tinkludi offerta għal aktar informazzjoni bħal din u koperazzjoni oħra kif l-awtorità għall-kompetizzjoni tal-Parti li tkun qed tagħmel it-talba tkun tista' tipprovdi. 3. Il-Parti mitluba għandha tikkonsulta mal-Parti li tkun qed tagħmel it-talba u l-awtorità għall-kompetizzjoni tal-Parti mitluba għandha tagħti konsiderazzjoni sħiħa u sensittiva għat-talba biex tistabbilixxi jekk jingħatax bidu jew le, jew tespandix, l-attivitajiet ta' infurzar rigward l-attivitajiet antikompetittivi identifikati fit-talba. L-awtorità għall-kompetizzjoni tal-Parti mitluba għandha minnifuh tgħarraf lill-Parti l-oħra bid-deċiżjoni tagħha u r-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni. Jekk jingħata bidu għall-attivitajiet ta' infurzar, l-awtorità għall-kompetizzjoni tal-Parti mitluba għandha tagħti parir lill-Parti li tagħmel it-talba bl-iżviluppi sinifikanti u r-riżultat ta' l-attivitajiet ta' infurzar. 4. Xejn f'dan l-Artikolu ma jillimita d-diskrezzjoni ta' l-awtorità għall-kompetizzjoni tal-Parti mitluba skond il-liġijiet dwar il-kompetizzjoni u politika ta' infurzar jekk tidħolx biex twettaq jew le l-attivitajiet ta' infurzar rigward l-attivitajiet antikompettittivi identifikati fit-talba, jew tipprekludix l-awtorità għall-kompetizzjoni tal-Parti li tagħmel it-talba milli tieħu l-inkarigu biex twettaq l-attivitajiet ta' infurzar rigward dawn l-attivitajiet antikompetittivi. VI. Prevenzjoni ta' konflitt 1. Fil-qafas tal-liġijiet proprji tagħha u sa fejn ikun kompatibbli ma' l-interessi importanti tagħha, kull Parti għandha, wara li tkun ikkunsidrat il-fini ta' dan il-Ftehim kif stipulat fl-Artikolu 1, tagħti konsiderazzjoni kawta ta' l-interessi importanti tal-Parti l-oħra matul il-fażijiet kollha ta' l-attivitajiet ta' infurzar tal-kompetizzjoni, inklużi d-deċiżjoni rigward il-bidu ta' investigazzjoni jew proċediment, l-iskop ta' investigazzjoni jew proċediment u t-tip tar-rimedji jew penali mitluba f'kull każ. 2. Fejn jidher li l-attivitajiet ta' infurzar ta' Parti waħda jistgħu jolqtu b'mod negattiv l-interessi importanti tal-Parti l-oħra, kull Parti għandha, konsistentement mal-prinċipji ġenerali stipulati aktar qabel, tuża l-aqwa sforzi biex tasal għal aġġustament xieraq ta' l-interessi ta' kompetizzjoni tal-Partijiet u meta jagħmlu dan kull Parti għandha tikkunsidra l-fatturi relevanti kollha, inklużi: (i) is-sinifikat relattiv ma' l-attivitajiet antikompetittivi involuti fl-imġieba li jkunu jseħħu ġewwa t-territorju ta' Parti waħda meta mqabbla ma' l-imġieba li tkun qed isseħħ ġewwa t-territorju ta' l-oħra; (ii) is-sinifikat u previżjoni relattivi ta' l-effetti ta' l-attivitajiet antikompetittivi fuq l-interessi importanti ta' Parti waħda meta mqabbla ma' l-effetti fuq l-interessi importanti tal-Parti l-oħra; (iii) il-preżenza jew assenza ta' fini fuq il-parti ta' dawk li jkunu jwettqu l-attivitajiet antikompetittivi biex jaffettwaw lill-konsumaturi, fornituri jew kompetituri ġewwa t-territorju tal-Parti li tkun qed tinforza; (iv) il-livell ta' konflitt jew konsistenza bejn l-attivitajiet ta' infurzar u l-liġijiet jew politika ekonomika dikjarata tal-Parti l-oħra inklużi dawk murija fl-applikazzjoni ta', jew deċiżjonijiet skond, il-liġijiet ta' kompetizzjoni rispettivi tagħhom; (v) jekk persuni privati, sew naturalizzati jew legali, jaqgħux taħt rekwiżiti konflinġenti miż-żewġ Partijiet; (vi) il-preżenza jew assenza ta' aspettattivi raġonevoli li jistgħu jkunu avvanzati jew imfixkla mill-attivitajiet ta' infurzar; (vii) l-allokazzjoni ta' l-attivi relevanti; (viii) il-livell li rimedju, sabiex ikun effettiv, għandu jitwettaq fit-territorju tal-Parti l-oħra; (ix) il-ħtieġa li jitnaqqsu l-effetti negattivi fuq l-interessi importanti tal-Parti l-oħra, partikolarment meta timplimenta rimedji biex tindirizza effetti antikompetittivi fit-territorju tal-Parti, u (x) sa liema livell jistgħu jintlaqtu l-attivitajiet ta' infurzar tal-Parti l-oħra rigward l-istess persuni, inklużi ġudizzji jew responsabbiltajiet li jirriżultaw minn dawn l-attivitajiet. VII. Skambju ta' informazzjoni 1. Biex javvanzaw aktar il-prinċipji stipulati f'dan il-Ftehim, il-Partijiet jiftehmu li jkun fl-interess komuni tagħhom li jikkondividu informazzjoni li tħaffef l-applikazzjoni effettiva tal-liġijiet dwar il-kompetizzjoni rispettivi tagħhom u biex jippromwovu komprensjoni aħjar tal-politika u attivitajiet ta' infurzar ta' xulxin. 2. Kull Parti taqbel li tipprovdi lill-Parti l-oħra fuq talba dik l-informazzjoni li jkollha fil-pussess tagħha li l-Parti li tagħmel it-talba tista' tiddeskrivi li tkun relevanti għal attività ta' infurzar li tkun qed tiġi kkunsidrata jew immexxija mill-awtorità għall-kompetizzjoni tal-Parti li tkun qed tagħmel it-talba. 3. Fil-każ ta' azzjoni simultanja mill-awtoritajiet għal kompetizzjoni taż-żewġ Partijiet bil-għan li japplikaw il-liġi dwar il-kompetizzjoni tagħhom, l-awtorità għall-kompetizzjoni ta' kull Parti għandha, fuq talba mill-awtorità għall-kompetizzjoni tal-Parti l-oħra, tassigura jekk il-persuni naturalizzati jew persuni legali relatati jagħtux il-kunsens tagħhom biex jikkondividu l-informazzjoni konfidenzjali relatata magħhom bejn l-awtoritajiet għall-kompetizzjoni tal-Partijiet. 4. Waqt il-konsultazzjonijiet skond l-Artikolu III, kull Parti għandha tipprovdi lill-oħra b'dik l-informazzjoni li tkun kapaċi tagħti sabiex tiffaċilita diskussjoni l-aktar mifruxa possibbli rigward l-aspetti relevanti ta' transazzjoni partikolari. VIII. Laqgħat ta' kull sitt xhur 1. Biex ikomplu jippromwovu l-interess komuni tagħhom fil-koperazzjoni u kordinazzjoni rigward l-attivitajiet ta' infurzar tagħhom, uffiċjali adatti ta' l-awtoritajiet għall-kompetizzjoni tal-Partijiet għandhom jiltaqgħu darbtejn f'sena, jew inkella kif miftiehem bejn l-awtoritajiet għall-kompetizzjoni tal-Partijiet, sabiex: (a) jagħmlu skambju ta' l-informazzjoni fuq l-attivitajiet u prijoritajiet ta' infurzar preżenti tagħhom, (b) jagħmlu skambju ta' informazzjoni fuq setturi ekonomiċi ta' interess komuni, (ċ) jiddiskutu bidliet ta' politika li jkunu qegħdin jikkunsidraw, u (d) jiddiskutu materji oħra ta' interess reċiproku rigward l-applikazzjoni ta' liġijiet dwar il-kompetizzjoni. 2. Rapport fuq dawn il-laqgħat ta' kull sitt xhur għandu jkun disponibbli għall-Kumitat Konġunt dwar il-Koperazzjoni skond il-Qafas ta' Ftehim għal Koperazzjoni Kummerċjali u Ekonomika bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Kanada. IX. Komunikazzjonijiet skond dan il-Ftehim Komunikazzjonijiet skond dan il-Ftehim, inklużi notifiki skond l-Artikolu II u rikjesti skond l-Artikoli III u V, jistgħu jsiru b'komunikazzjoni diretta verbali, telefonika jew bil-fax bejn l-awtoritajiet għall-kompetizzjoni tal-Partijiet. Notifiki skond l-Artikolu II u rikjesti skond l-Artikoli III u V, madankollu, għandhom ikunu kkonfermati minnufih bil-miktub permezz ta' passaġġi diplomatiċi. X. Konfidenzjalità u użu ta' l-informazzjoni 1. Minkejja kull disposizzjoni oħra ta' dan il-Ftehim, l-ebda Parti mhija meħtieġa li tiżvela informazzjoni lill-Parti l-oħra fejn dan l-iżvelar ikun ipprojbit mil-liġijiet tal-Parti li jkollha l-informazzjoni jew jekk ikunu inkompatibbli ma' l-interessi importanti ta' dik il-Parti. 2. Kemm-il darba ma jkunx miftiehem mod ieħor mill-Partijiet, kull Parti għandha, sa kemm tista', iżżomm il-konfidenzalità ta' kull informazzjoni li jgħaddulha b'mod konfidenzali mill-Parti l-oħra skond dan il-Ftehim. Kull Parti għandha topponi, sakemm huwa possibbli, kull applikazzjoni minn terza Parti biex tiżvela informazzjoni bħal din. 3. (a) L-awtorità għall-kompetizzjoni tal-Komunitajiet Ewropej, wara avviż lill-awtorità għall-kompetizzjoni tal-Kanada, għandha tgħarraf bin-notifiki mibgħuta lilha mill-awtorità għall-kompetizzjoni Kanadiża lill-awtoritajiet għall-kompetizzjoni ta' l-Istat Membru jew Stati Membri. (b) L-awtorità għall-kompetizzjoni tal-Komunitajiet Ewropej, wara konsultazzjoni ma' l-awtorità għall-kompetizzjoni Kanadiża, għandha tgħarraf lill-awtoritajiet kompetenti b'dak l-Istat Membru jew Stati Membri b'kull koperazzjoni u kordinazzjoni ta' attivitajiet ta' infurzar. Madankollu, rigward dawn l-attvitajiet, l-awtorità għall-kompetizzjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tirrispetta t-talba ta' l-awtorità għall-kompetizzjoni Kanadiża li ma tiżvelax l-informazzjoni li tipprovdi meta jkun meħtieġ biex tiżgura kunfidenzjalità. 4. Qabel ma jieħdu kull azzjoni li tista' tirriżulta f'obbligu legali biex jagħmlu disponibbli lil terza parti informazzjoni provduta konfidenzalment skond dan il-Ftehim, l-awtoritajiet għall-kompetizzjoni tal-Partijiet għandhom jikkonsultaw ma' xulxin u jagħtu konsiderazzjoni xierqa lill-interessi importanti rispettivi tagħhom. 5. Informazzjoni li tkun waslet għand Parti skond dan il-Ftehim, apparti minn informazzjoni li tkun waslitilha skond l-Artikolu II, għandha tintuża biss għall-fini ta' infurzar tal-liġijiet ta' kompetizzjoni ta' dik il-Parti. Informazzjoni li tkun waslet skond l-Artikolu II għandha tintuża biss għall-fini ta' dan il-Ftehim. 6. Parti tista' tinħtieġ dik l-informazzjoni fornuta skond dan il-Ftehim biex tintuża bla ħsara għat-termini u kondizzjonijiet li tista' tispeċifika. Il-Parti riċeventi m'għandhiex tuża din l-informazzjoni b'mod kontrarju għal dawk it-termini u kondizzjonijiet mingħajr kunsens minn qabel tal-Parti l-oħra. XI. Liġi eżistenti Xejn minn dan il-Ftehim m'għandu jirrikjedi minn Parti biex tieħu azzjoni li tkun inkonsistenti mal-liġijiet eżistenti tagħha, jew tirrikjedi xi bidla fil-liġijiet tal-Partijiet jew tal-provinċji rispettivi tagħhom jew Stati Membri. XII. Dħul fis-seħħ u terminazzjoni 1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ kif jiġi ffirmat. 2. Dan il-Ftehim għandu jibqa' fis-seħħ sa 60 jum wara d-data li fiha waħda mill-Partijiet tgħarraf lill-Parti l-oħra bil-miktub li tixtieq li ttemm il-Ftehim. 3. Il-Partijiet għandhom jirrevedu l-operat ta' dan il-Ftehim mhux aktar minn 24 xahar mid-data tad-dħul tiegħu fis-seħħ, bil-għan li jagħmlu stima ta' l-attivitajiet ta' koperazzjoni tagħhom, jidentifikaw oqsma addizzjonali li fihom jistgħu jikkoperaw b'mod utili u jidentifikaw kull metodu ieħor li bih il-Ftehim jista' jittejjeb. Il-Partijiet jaqblu li din ir-reviżjoni għandha tinkludi, fost ħwejjeġ oħra, analiżi tal-każi attwali jew potenzali biex jistabbilixxu jekk l-interessi tagħhom jistgħux ikunu servuti aħjar permezz ta' koperazzjoni aktar fil-qrib. Mehmuża ma' dan il-Ftehim hemm tliet ittri skambjati bejn il-Partijiet. Dawn l-ittri jifformaw parti integrali minn dan il-Ftehim. EN FE DE LO CUAL, los abajo firmantes, debidamente autorizados, suscriben el presente Acuerdo.TIL BEKRÆFTELSE HERAF har undertegnede befuldmægtigede underskrevet denne aftale.ZU URKUND DESSEN haben die unterzeichneten Bevollmächtigten ihre Unterschriften unter dieses Abkommen gesetzt.ΣΕ ΠΙΣΤΩΣΗ ΤΩΝ ΑΝΩΤΕΡΩ, οι κάτωθι υπογεγραμμένοι, δεόντως εξουσιοδοτημένοι προς τούτο πληρεξούσιοι, υπέγραψαν την παρούσα συμφωνία.IN WITNESS WHEREOF, the undersigned, being duly authorised, have signed this Agreement.EN FOI DE QUOI, les soussignés, dûment habilités à cet effet, ont signé le présent accord.IN FEDE DI CHE i sottoscritti plenipotenziari hanno apposto le loro firme in calce al presente accordo.TEN BLIJKE WAARVAN de ondergetekenden, naar behoren hiertoe gemachtigd, hun handtekening onder deze overeenkomst hebben gesteld.EM FÉ DO QUE os plenipotenciários abaixo-assinados apuseram as suas assinaturas no presente acordo.TÄMÄN VAKUUDEKSI alla mainitut täysivaltaiset edustajat ovat allekirjoittaneet täman sopimuksen.TILL BEVIS HÄRPÅ har de undertecknade befullmäktigade undertecknat detta avtal. HECHO en Bonn, por duplicado, el diecisiete de junio de mil novecientos noventa y nueve en lenguas alemana, danesa, española, finesa, francesa, griega, inglesa, italiana, neerlandesa, portuguesa y sueca, cuyos textos en cada una de estas lenguas son igualmente auténticos.UDFÆRDIGET i Bonn den syttende juni nitten hundrede og nioghalvfems i to eksemplarer på engelsk, fransk, dansk, tysk, græsk, spansk, italiensk, nederlandsk, portugisisk, finsk og svensk, som alle er lige autentiske.GESCHEHEN zu Bonn, in zwei Exemplaren, am siebzehnten Juni neunzehnhundertneunundneunzig in dänischer, deutscher, englischer, finnischer, französischer, griechischer, italienischer, niederländischer, portugiesischer, schwedischer und spanischer Sprache, wobei jeder Wortlaut gleichermaßen verbindlich ist.ΕΓΙΝΕ στη Βόννη, εις διπλούν, στις δέκα επτά Ιουνίου χίλια εννιακόσια ενενήντα εννέα, στην αγγλική, γαλλική, γερμανική, δανική, ελληνική, ισπανική, ιταλική, ολλανδική, πορτογαλική, σουηδική και φινλανδική γλώσσα, και όλα τα κείμενα είναι εξίσου αυθεντικά.DONE at Bonn, in duplicate, on the seventeenth day of June in the year one thousand nine hundred and ninety-nine, in the English, French, Danish, German, Greek, Spanish, Italian, Dutch, Portuguese, Finnish and Swedish languages, each text being equally authentic.FAIT à Bonn, en double exemplaire, le dix-sept juin mil neuf cent quatre-vingt dix-neuf, en langues allemande, anglaise, danoise, espagnole, finnoise, française, grecque, italienne, néerlandaise, portugaise et suédoise, tous les textes faisant également foi.FATTO a Bonn, in duplice copia, addì diciassette giugno millenovecentonovantanove, nelle lingue danese, finlandese, francese, greco, inglese, italiano, olandese, portoghese, spagnolo, svedese e tedesco, tutti i testi facenti ugualmente fede.GEDAAN te Bonn, in tweevoud, de zeventiende juni negentienhonderd negenennegentig, in de Engelse, Franse, Deense, Duitse, Griekse, Spaanse, Italiaanse, Nederlandse, Portugese, Finse en Zweedse taal, zijnde de teksten in al deze talen gelijkelijk authentiek.FEITO em Bona, em duplo exemplar, em dezassete de Junho de mil novecentos e noventa e nove, nas línguas alemã, dinamarquesa, espanhola, finlandesa, francesa, grega, inglesa, italiana, neerlandesa, portuguesa e sueca, fazendo igualmente fé todos os textos.TEHTY Bonnissa kahtena kappaleena seitsemäntenätoista paivänä kesäkuuta vuonna tuhatyhdeksänsataayhdeksänkymmentäyhdeksän englannin, espanjan, hollannin, italian, kreikan, portugalin, ranskan, ruotsin, saksan, suomen ja tanskan kielellä, ja jokainen teksti on yhtä todistusvoimainen.SOM SKEDDE i Bonn i två exemplar den sjuttonde juni nittonhundranittionio på danska, engelska, finska, franska, grekiska, italienska, nederländska, portugisiska, spanska, svenska och tyska språken, vilka samtliga texter är lika giltiga. Por la Comunidad EuropeaFor Det Europæiske FællesskabFür die Europäische GemeinschaftΓια την Ευρωπαϊκή ΚοινότηταFor the European CommunityPour la Communauté européennePer la Comunità europeaVoor de Europese Economische GemeenschapPela Comunidade EuropeiaEuroopan yhteisön puolestaPå Europeiska gemenskapens vägnar +++++ TIFF +++++ Por la Comunidad Europea del Carbón y del AceroFor Det Europæiske Kul- og StålfællesskabFür die Europäische Gemeinschaft für Kohle und StahlΓια την Ευρωπαϊκή Κοινότητα Άνθρακα και ΧάλυβαFor the European Coal and Steal CommunityPour la Communauté européenne du charbon et de l'acierPer la Comunità europea del carbone e dell'acciaioVoor de Europese Economische Gemeenschap voor Kolen en StaalPela Comunidade Europeia do Carvão e do AçoEuroopan hiili- ja teräsyhteisön puolestaPå Europeiska kol- och stålgemenskapens vägnar +++++ TIFF +++++ Por el Gobierno de CanadáFor Canadas regeringFür die Regierung von KanadaΓια την κυβέρνηση του ΚαναδάFor the Government of CanadaPour le gouvernement du CanadaPer il governo del CanadaVoor de regering van CanadaPelo Governo do CanadáKanadan hallituksen puolestaPå Kanadas regerings vägnar +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- L-ANNESS A L-AWSTRIJA Bundesministerium für wirtschaftliche Angelegenheiten Abteilung X/A/6 (Wettbewerbsangelegenheiten) IL-BELĠJU Ministerie van Economische Zaken - Ministère des Affaires Economiques Algemene Inspectie van de Prijzen en de Mededinging - Inspection Générale des Prix et de la Concurrence ID-DANIMARKA Konkurrencerådet IL-FINLANDJA Kilpailuvirasto/Konkurrensverket FRANZA Ministère de l'Economie et des Finances Direction Générale de la Concurrence, de la Consommation et des Fraudes IL-ĠERMANJA Bundeskartellamt IL-GREĊJA Επιτροπή ανταγωνισμού L-IRLANDA Competition Authority L-ITALJA Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato IL-LUSSEMBURGU Ministère de l'Economie L-OLANDA Ministerie van Economische Zaken IL-PORTUGALL Ministério da Economia Direcção-Geral do Coméricio e Concorrência SPANJA Dirección General Política Económica y Defensa de la Competencia L-ISVEZJA Konkurrensverket IR-RENJU UNIT Office of Fair Trading -------------------------------------------------- L-ANNESS B DIKJARAZZJONI MILL-KUMMISSJONI (rigward l-informazzjoni li għandha tkun fornuta mill-Istati Membri) Skond il-prinċipji li jirregolaw ir-relazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri fl-applikazzjoni tar-regoli tal-Kompetizzjoni kif inhuma protetti, per eżempju, fir-Regolament Nru 17, u skond l-Artikolu X(3) tal-Ftehim bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Kanada rigward l-applikazzjoni tal-liġijiet għall-kompetizzjoni tagħhom, - il-Kummissjoni għandha tgħaddi lill-Istat Membru jew lill-Istati Membri li l-interessi importanti tagħhom huma effettwati n-notifika mibgħuta mill-Kummissjoni jew li tkun waslet mill-awtorità għall-kompetizzjoni Kanadiża. L-Istati Membri għandhom ikunu notifkati kemm jista' jkun malajr u fil-lingwa li biha jsir l-iskambju. Billi l-Kummissjoni tibgħat informazzjoni lill-awtoritajiet Kanadiżi, Stati Membri għandhom ikunu informati fl-istess ħin, - il-Kummissjoni għandha tgħarraf ukoll lill-Istat Membru jew Stati Membri li l-interessi importanti tagħhom jintlaqtu minn kull koperazzjoni jew kordinazzjoni ta' attivitajiet ta' infurzar, hekk kif ikun raġonevolment possibbli. Għall-finijiet ta' din id-dikjarazzjoni, huwa kkunsidrat illi l-interessi importanti ta' Stat Membru jintlaqtu fejn l-attivitajiet ta' infurzar fil-kwistjonijiet: (i) ikunu relevanti ma' attivitajiet ta' infurzar ta' l-Istat Membru; (ii) jinvolvu attivitajiet antikompetittivi, bl-eċċezzjoni ta' fużjonijiet jew akkwisti, imw-ettqa totalment jew in parti fit-territorju ta' l-Istat Membru; (iii) jinvolvu mġieba maħsuba li tkun meħtieġa, inkoraġġita jew approvata mill-Istat Membru; (iv) jinvolvu fużjoni jew akkwist li fiha: - wieħed jew aktar mill-partijiet tat-transazzjoni, jew - kumpannija li tikkontrolla waħda jew aktar mill-partijiet għat-transazzjoni, tkun kumpannija inkoporata jew organizzata skond il-liġijiet ta' l-Istat Membru; (v) jinvolvu impożizzjoni ta', jew applikazzjoni għall-, rimedji li jkunu jeħtieġu jew jipprojbixxu mġiba fit-territorju ta' l-Istat Membru; jew (vi) jinvolvu l-awtorità għall-kompetizzjoni li tfittex informazzjoni allokata fit-territorju ta' l-Istat Membru. B'żieda ma' dan, ta' l-anqas darbtejn fis-sena f'laqgħat ta' speċjalisti għall-kompetizzjoni tal-gvern, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri kollha dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim, u partikolarment fuq il-kuntatti li jkunu saru ma' l-awtorità għall-kompetizzjoni Kanadiża rigward l-informazzjoni li jgħaddu lill-Istati Membri li jkunu rċivew mill-Kummissjoni skond il-Ftehim. -------------------------------------------------- L-ANNESS Ċ Skambju ta' ittri A. Ittra lill-Gvern tal-Kanada Għażiż…, Fuq…, il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej iffirmaw il-Ftehim bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Gvern tal-Kanada rigward l-applikazzjoni tal-liġijiet tal-kompetizzjoni tagħhom. Sabiex niżguraw li fhimna b'mod ċar l-interpretazzjoni tal-Komunitajiet Ewropej tal-Ftehim, aħna stipulajna aktar ′l isfel żewġ dikjarazzjonijiet interpretattivi. 1. Fl-isfond ta' l-Artikolu XI tal-Ftehim, l-Artikolu X(1) għandu jiftiehem li jfisser li l-informazzjoni koperta mid-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 20 tar-Regolament Nru 17 tal-Kunsill jew b'disposizzjonijiet ekwivalenti f'regolamenti oħra fil-qasam ta' kompetizzjoni ma tista’ fl-ebda ċirkustanza tintbagħat lill-awtorità għall-kompetizzjoni Kanadiża, bl-eċċezzjoni meta jkun hemm ftehim dikjarat ta' minn fejn tkun inġabet dik l-informazzjoni. Bl-istess mod, l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli II(8) u VII tal-Ftehim ma tistax tinkludi informazzjoni koperta bl-Artikolu 20 tar-Regolament Nru 17 lanqas b'disposizzjonijiet ekwivalenti f'regolamenti oħra fil-qasam tal-kompetizzjoni, bl-eċċezzjoni ta' ftehim dikjarat ta' l-għejun konċernat. 2. Fl-isfond ta' l-Artikolu X(2) tal-Ftehim, l-informazzjoni kollha mogħtija b'mod konfidenzjali minn waħda mill-Partijiet skond il-Ftehim għandha tkun ikkunsidrata bħala konfidenzjali mill-Parti riċeventi li għandha topponi kull talba biex tiżvela lil terza parti kemm-il darba dan l-isvelar ma jkunx (a) awtorizzat mill-Parti li tkun qed tipprovdi l-informazzjoni jew (b) meħtieġ skond il-liġi tal-Parti riċeventi. Dan hu mifhum li jfisser illi: - kull Parti tassigura l-kunfidenzjalità ta' l-informazzjoni kollha mogħtija b'mod konfidenzjali mill-Parti l-oħra skond ir-regoli applikabbli tal-Parti riċeventi, inklużi dawk ir-regoli maħsuba biex jassiguraw il-konfidenzalità ta' informazzjoni miġbura matul l-attivitajiet ta' infurzar ta' Parti nnifisha, - kull Parti għandha tuża l-mezzi legali kollha għad-disposizzjoni tagħha biex topponi l-isvelar ta' din l-informazzjoni. Aħna nikkonfermaw ukoll illi, jekk Parti ssir taf illi, minkejja l-aħjar sforzi tagħha, informazzjoni intużat aċċidentalment jew ġiet svelata b'mod kuntrarju għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu X, dik il-Parti għandha tgħarraf lill-Parti l-oħra minnufih. Tistgħux ġentilment tikkonfermaw b'ittra ta' tweġiba jekk din l-interpretazzjoni ġġibx xi diffikultajiet mal-Gvern Kanadiż. Ilqa’ jekk jogħġbok, Sinjur, l-assigurazzjoni ta' l-ogħla konsiderazzjoni tagħna. Għall-Komunità Ewropea u għall-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar B. Risposta mill-Gvern tal-Kanada Servizzi Legali, Industrija l-Kanada Place du Portage, Fażi 1 50 Victoria Street Hull, Quebec (K1A 0C9)Tel. (819) 997 3325 Fax(819) 953 9267 Sur… Membru tal-Kummissjoni Ewropea 200 rue de la Loi B - 1049 Brussel Data: … Għażiż Kummissarju Nirringrazzjak għall-ittra tiegħek iddatata (…). Ninsabu kuntenti ħafna li l-Ftehim bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Gvern tal-Kanada rigward l-applikazzjoni tal-liġijiet għall-kompetizzjoni rispettivi tagħna ma ġiex konkluż. Id-dikjarazzjonijiet interpretattivi u oħrajn inklużi fl-ittra tiegħek huma konsistenti ma’ kif nifhmu l-Ftehim aħna. Nixtieq nikkonferma wkoll illi, rigward l-applikazzjoni ta' l-Artikolu XI, u biex inkunu aktar ċerti, ma jista’ jkun hemm skambju ta' l-ebda informazzjoni mill-Kanada skond dan il-Ftehim li ma setax ikun hemm skambju tagħha fl-assenza ta' dan il-Ftehim. Nixtieq nitolbok li tikkonferma dak li int fhimt għal dan il-għan b'ittra ta' tweġiba. Nistennew bil-ħerqa li nkomplu u li mmexxu ’l quddiem ir-relazzjoni tagħna dwar il-koperazzjoni tal-liġi dwar il-kompetizzjoni kif murija fil-Ftehim u l-imġiba reċiproka tagħna sa issa. Jekk jogħġbok ilqa’, Sinjur, l-assigurazzjoni ta' l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi. Konrad Von Finckenstein Kummissjunarju għall-Kompetizzjoni Ċ. Risposta lill-Gvern tal-Kanada Għażiż… Nirringrazzjak għall-ittra tiegħek iddatata (…). Nikkonfremaw li l-ittra tiegħek ma tagħti bidu għall-ebda diffikultà għall-Komunitajiet Ewropej. Aħna ninsabu kuntenti ħafna li l-Ftehim bejn il-Komunitajiet Ewropea u l-Kanada ġie konkluż u nħarsu ’l quddiem lejn koperazzjoni mill-qrib fil-futur. Jekk jogħġbok ilqa’, Sinjur, l-assigurazzjoni ta' l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi. Għall-Komunità Ewropea u għall-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar --------------------------------------------------