Official Journal L 310 , 19/11/1998 P. 0019 - 0019
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 32/98 tat-30 ta' April 1998 li temenda l-Anness XIII (Trasport) għall-Ftehim taż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala l-Ftehim, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi l-Anness XIII għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 23/97 tat-30 ta' April 1997 [1]; Billi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2433/97 tat-8 ta' Diċembru 1997 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1102/89 li jistabbilixxi ċerti miżuri għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1101/89 dwar titjib strutturali fit-trasport f'mogħdijat interni ta' l-ilma [2] għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 45 (Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1102/89) fl-Anness XIII għall-Ftehim: - "— 397 R 2433: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2433/97 tat-8 ta' Diċembru 1997 (ĠU L 337, tad-9.12.1997, p. 10)." . Artikolu 2 It-testi tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2433/97 il-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li huma annessi għall-verżjonijiet rispettivi tal-lingwa għal din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta' Mejju 1998, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Brussel, 30 ta' April 1998. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President F. Barbaso [1] ĠU L 242, ta' l-4.9.1997, p. 70 [2] ĠU L 337, tad-9.12.1997, p. 10. --------------------------------------------------