21998D1008(09)



Official Journal L 272 , 08/10/1998 P. 0013 - 0013


Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 9/98

tas-6 ta' Marzu 1998

li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjonijiet tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala l-Ftehim, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi l-Anness II għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 92/97 tad-9 ta' Diċembru 1997 [1];

Billi d-Direttiva tal-Kummissjoni 97/10/KE tas-26 ta' Frar 1997 li taddatta għall-progress tekniku għat-tielet darba l-Anness I għad-Direttiva 76/769/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar ir-restrizzjonijiet fuq l-użu u l-marketing ta' ċerti sostanzi u preparazzjonijiet perikolużi (CMRs) [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 4 (Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE) fil-Kapitolu XV ta' l-Anness II għall-Ftehim:

"- 397 L 0010: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 97/10/KE tas-26 ta' Frar 1997 (ĠU L 68, tat-8.3.1997, p. 24)."

.

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva tal-Kummissjoni (KE) Nru 97/10/KE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li huma annessi għall-verżjonijiet rispettivi tal-lingwa għal din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-7 ta' Marzu 1998, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fis-6 ta' Marzu 1998.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

F. Barbaso

[1] ĠU L 193, tat-9.7.1998, p. 48.

[2] ĠU L 68, tat-8.3.1997, p. 24.

--------------------------------------------------