21998D0709(12)



Official Journal L 193 , 09/07/1998 P. 0051 - 0051


Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 95/97

tad-9 ta' Diċembru 1997

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzj oni) mal-Ftehim dwar iż-ŻEE

Il-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftegim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustjat bil-Protokoll li Jaġġustja l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala l-Ftehim, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi l-Anness II mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 16/97 tas-26 ta' Marzu 1997 [1];

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 69/493/KEE tal-15 ta' Diċembru 1969 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri konnessi mal-ħġieġ tal-kristall [2] għandha tkun inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jkun inserit wara l-punt 3f (Deċiżjoni 3052/95/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XIX ta' l-Anness II mal-Ftehim:

"3g. 369 L 0493: Direttiva tal-Kunsill 69/493/KEE tal-15 ta' Diċembru 1969 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri konnessi mal-ħġieġ tal-kristall (ĠU L 326, tad-29.12.1969, p. 36)."

.

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva tal-Kunsill 69/493/KEE fil-lingwi Islandiża u Norveġiża, li huma annessi mal-versjonijiet fil-lingwa rispettiva ta' din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-10 ta' Diċembru 1997, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fit-Taqsima ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE ma', il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fid-9 ta' Diċembru 1997.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

E. Bull

[1] ĠU L 182, ta' l-10.7.1997, p. 49.

[2] ĠU L 326, tad-29.12.1969, p. 36.

--------------------------------------------------