Official Journal L 193 , 09/07/1998 P. 0043 - 0043
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 88/97 tad- 9 ta' Diċembru 1997 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat mill-Protokoll li Jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-Ftehim, u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu, Billi l-Anness II tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 64/97 ta' l-4 ta' Ottubru 1997 [1]; Billi d-Direttiva 96/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Ottubru 1996 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 80/777/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri konnessa ma' l-esplojtazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' ilma minerali naturali [2] għandha tkun inkorporata fil-Ftehim, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 L-inċiż li ġej għandu jiżded fil-punt 26 (Direttiva tal-Kunsill 80/777/KEE) tal-Kapitolu XII ta' l-Anness II tal-Ftehim: "- 396 L 0070: Id-Direttiva 96/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU Nru L 299, tat-23.11.1996, p. 26)." . Artikolu 2 It-testi tad-Direttiva 96/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-lingwi Islandiża u dik Norveġiża, li huma annessi mal-verżjonijiet tal-lingwa rispettivi għal din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-10 ta' Diċembru 1997, bil-kondizzjoni illi jkunu saru n-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lil Kumitat Konġunt taż-ŻEE. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Brussel, fid-9 ta' Diċembru 1997. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President E. Bull [1] ĠU L 30, tal-5.2.1998, p. 38 [2] ĠU L 299, tat-23.11.1996, p. 26. --------------------------------------------------