21998D0205(09)



Official Journal L 030 , 05/02/1998 P. 0040 - 0040


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 68/97

ta' l-4 ta' Ottubru ta' l-1997

li jemenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif irranġat mill-Protkoll li jirranġa l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

billi l-Anness II għall-Ftehim ġie emendat mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 7/94 tal-21 ta' Marzu ta' l-1994 li jemenda l-Protokoll 47 u ċerti l-Annessi għall-Ftehim taż-ŻEE [1];

billi d-Direttiva 96/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Settembru ta' l-1996 li temenda d-Direttiva 89/686/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar l-apparat personali protettiv [2] għandha tiġi nkluża f'dan il-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud f'punt 1 (Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE) tal-Kapitolu XXII ta' l-Anness II tal-Ftehim:

"- 396 L 0058: Direttiva 96/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Settembru ta' l-1996 (ĠU L 236, tad-18.9.1996, p. 44)."

.

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 96/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-lingwi ta' l-Islanda u tan-Norveġja, li huma annessi mal-verżjonijiet tal-lingwi rispettivi ta' din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-5 ta' Ottubru ta' l-1997, jekk in-notifikazzjonijiet kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE tal-, u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmul fi Brussel, fl-4 ta' Ottubru ta' l-1997.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

E. Bull

[1] ĠU L 160, tat-28.6.1994, p. 1.

[2] ĠU L 236, tat-18.9.1996, p. 44.

--------------------------------------------------