21998A0710(01)



Official Journal L 194 , 10/07/1998 P. 0016 - 0024


Ftehim

Bejn il-Komunità Ewropea, l-Aġenzija Spazjali Ewropea u l-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni ta' l-Ajru dwar Kontribuzzjoni Ewropea għall-iżvilupp ta' Sistema Globali għan-Navigazzjon bis-Satellita (SGNS)

IL-KOMUNITÀ EWROPEA, hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejħa "il-Komunità'", irrappreżentata minn

u

L-AĠENZIJA SPAZJALI EWROPEA, stabbilita mill-Konvenzjoni dwar l-Aġenzija Spazjali Ewropea miftuħa għall-firem f'Pariġi fit-30 ta' Mejju 1975, (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejħa "l-ASE"), irrappreżentata minn Antonio Rodotà, Direttur Ġenerali,

u

L-ORGANIZZAZZJONI EWROPEA GĦAS-SIGURTÀ TAN-NAVIGAZZJONI TA' L-AJRU, stabbilita mill-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni għas-Sigurtà dwar Navigazzjoni ta' l-Ajru tat-13 ta' Diċembru 1960, kif emendata mill-Protokoll tat-12 ta' Frar 1981 (hawnhekk iżjed 'il quddiem magħruf bħala "Eurocontrol"), irrappreżentata minn Yves Lambert, Direttur Ġenerali,

Hawnhekk iżjed 'il quddiem magħrufa bħala "l-Partijiet"),

WAQT LI JIEĦDU KONT li studji dwar navigazzjoni bis-satellita qegħdin jevolvu minn riċerka għad-definizzjoni ta' sistema operazzjonali ta' applikazzjoni u li dawn laħqu livell suffiċjenti ta' maturità għal kontribuzzjoni Ewropea għal sistema ta' navigazzjoni globali bis-satellita, u b'hekk ittejjeb l-involviment ta' l-industrija Ewropea f'dan il-kamp;

WAQT LI JIEĦDU KONT ta' l-interess espress mill-Gvernijiet Ewropej f'kontribuzzjoni Ewropea għal navigazzjoni bis-satellita kif espress fl-okkażjoni tal-Konferenza Ewropea ta' l-Avjazzjoni Ċivili ta' l-10 ta' Ġunju 1994;

WAQT LI JIKKUNSIDRAW il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (hawnhekk iżjed 'il quddiem magħrufa bħala "il-Kummissjoni") dwar servizzi ta' navigazzjoni bis-satellita ta' l-14 ta' Ġunju 1994, ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Novembru 1994, ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea tad-19 ta' Diċembru 1994 dwar il-kontribuzzjoni Ewropea għall-iżvilupp ta' Sistema ta' Navigazzjoni Globali bis-Satellita (SNGS), il-konklużjonijiet tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea ta' l-14 ta' Marzu 1995, li jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tas-Sistema ta' Navigazznoni Globali bis-Satellita (SGNS 1) billi tieħu l-passi kollha neċessarji għall-kiri tat-transponders AOR-E u IOR Inmarsat III, u d-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 1996 dwar linji ta' gwida Komunitarji għall-iżvilupp tan-network tat-trasport trans-Ewropew;

WAQT LI JIKKUNSIDRAW l-approvazzjoni tal-Kunsill ta' l-ASE ta' dan il-Ftehim fl-24 ta' Ġunju 1997 taħt l-Artikolu 14(1) tal-Konvenzjoni ta' l-Aġenzja Spazjali Ewropea;

WAQT LI JIKKUNSIDRAW il-Miżura 83/22 meħuda mill-Kummissjoni Permanenti tal-Eurocontrol fil-31 ta' Jannar 1995, skond l-Artikolu 11 tal-Konvenzjoni dwar Kooperazzjoni għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni ta'l-Ajru, kif emendata fit-12 ta' Frar 1981;

WAQT LI JIRRIKONOXXU n-neċessità jiġu kkoordinati aktar l-attivitajiet tagħhom sabiex tiġi assigurata l-kredibilità u l-effettività ta' involviment Ewropew f'dan il-kamp, partikolarment fir-rigward ta' l-iżvilupp ta' sistema ta' navigazzjoni bis-satellita bl-użu ta' payloads ta' navigazzjoni ta' l-Inmarsat III li għalihom il-Partijiet issottomettew proposta intitolata "Servizz ta"Overlay tan-Navigazzjoni Ewropea Ġeostazzjonarja (EGNOS) li ġiet aċċettata mill-Kunsill ta' l-Inmarsat fil-21 ta' Novembru 1994 u wkoll fil-15 ta' Novembru 1995;

FTEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Għan

L-iskop ta' dan il-Ftehim għandu jkun li tiġi stabbilita kooperazzjoni bejn il-Partijiet bi skop li tiġi fornita kontribuzzjoni Ewropea għall-iżvilupp ta' Sistema ta' Navigazzjoni Globali bis-Satellita. Dak l-isforz konġunt għandu skop li jqiegħed lill-Ewropa f'pożizzjoni li tippermetti disposizzjoni għal servizz ta' navigazzjoni bis-satellita li, sa fejn huwa prattikabbli, jissoddisfa l-ħtiġiet ta' utenti ċivili għall-użu operazzjonali indipendentement minn mezzi oħrajn ta' navigazzjoni u pożizzjoni bir-radju.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskop ta' dan il-Ftehim:

"Sistema ta' Navigazzjoni Globali bis-Satellita" hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejħa "GNSS" tfisser sistema ta' pożizzjoni, veloċità u ta' determinazzjoni tal-ħin ibbażata fuq satellita fid-dinja kollha li tissodisfa fuq bażi permanenti ħtiġiet potenzjali ta' utenti għal applikazzjonijiet ċivili.

"GNSS 1": tfisser implimentazzjoni inizjali ta' GNSS, ibbażata fuq is-sistemi militari ta' navigazzjoni bis-satellita ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika u tar-Russja, awmentati b'sistemi ċivili, iddiżinjati biex jipprovdi lill-utent b'monitoraġġ suffiċjenti indipendenti tas-sistema kollha.

"GNSS 2": tfisser sistema dinjija ta' navigazzjoni ċivili bis-satellita li għandha tiġi kkontrollata u ġestita internazzjonalment, li tissodisfa l-ħtiġiet tal-kategoriji kollha ta' utenti għad-determinazzjoni ta' pożizzjoni, veloċità u ħin.

"Servizz"Overlay tan-Navigazzjoni Ġeostazzjonarja Ewropea (EGNOS): tfisser awmentazzjoni Ewropea ta' sistemi eżistenti ta' navigazzjoni u pożizzjoni bis-satellita, bl-użu ta' satelliti ġeostazzjonarji, bl-iskop li tittejjeb il-ħidma ta' dawn is-sistemi fl-Ewropa u li tiġi pprovduta kapaċità fuq iż-żona intiera ġeostazzjonarja ta' xandir. EGNOS hija komponent Ewropew ta' SGNS 1.

Artikolu 3

Il-kamp ta' applikazzjoni

L-iskop tal-kooperazzjoni bejn il-Partijiet huwa kopert b'dan il-Ftehim u ddettaljat oltre fl-Annessi I u II. Ikopri l-attivitajiet kollha li ġejjin:

(a) l-iżvilupp u l-validazzjoni ta' kapaċità operazzjonali ta' kontribuzzjoni Ewropea lejn GNSS 1, bl-użu ta' sistemi tas-satellita eżistenti u kull awmentazzjonijiet xierqa sabiex jintlaħqu l-ħtiġiet ta' l-utenti;

(b) koordinazzjoni ta' l-azzjonijiet ta' kull Parti biex tintlaħaq kapaċità operazzjonali sħiħa ta' GNSS 1;

(ċ) parallelli ma' GNSS 1, xogħol preparatorju għad-definizzjoni u ddisinjar ta' GNSS 2.

Artikolu 4

Il-kontribuzzjonijiet tal-Partijiet għal GNSS 1

Il-Partijiet għandhom jieħdu l-miżuri approprjati, skond ir-regoli u l-proċeduri rispettivi tagħhom, u għandhom jagħmlu l-aħjar sforzi sabiex jikkontribwixxu fiż-żmien dovut għal GNSS 1 kif speċifikat fl-Anness II, kif ġej:

(a) l-ESA għandha tikkontribwixxi permezz ta' l-implimentazzjoni tal-Programm ta' Riċerka Avvanzata fis-Sistemi ta' Telekomunikazzjonijiet (RAST) tagħha, b'mod partikolari l-element 9, li jinkludi l-iżviluppi tekniċi ta' EGNOS u l-operazzjoni tiegħu għall-iskopijiet tat-testing u validazzjoni teknika;

(b) Il-Eurokontroll għandha tipprovdi l-ħtiġiet ta' l-utent ta' l-avjazzjoni ċivili u tivvalida s-sistema riżultanti fid-dawl ta' dawn il-ħtiġiet. Il-Eurocontrol għandha wkoll tappoġġa l-isforzi Ewropej sabiex tassigura li GNSS 1 huwa operazzjonalment aċċettabbli għall-avjazzjoni ċivili;

(ċ) Il-Komunità għandha tikkontribwixxi għall-konsolidazzjoni tal-ħtiġiet ta' l-utenti kollha u għall-validazzjoni tas-sistema riżultanti fid-dawl ta' dawn il-ħtiġiet, b'mod partikolari fil-qafas tan-Networks Transewropej tagħha u ta' l-azzjonijiet ta' Riċerka u Żvilupp', mingħajr preġudizzju għal leġislazzjoni dwar proċeduri ta' armonizzazzjoni teknika bħal dawk dwar inġenji ta' l-ajru u tagħmir ta' mmaniġġar tat-traffiku ta' l-ajru.

Il-Komunità għandha, b'mod partikolari, tipprovdi wkoll għall-istabbiliment ta' l-EGNOS billi tieħu l-miżuri kollha approprjati, inkluż il-kiri ta' transponders ġeostazzjonarji.

Artikolu 5

Arranġamenti ta' xogħol bejn il-Partijiet

1. Sabiex jiġi aċċertat żvilupp progressiv tal-kooperazzjoni tagħhom, Kumitat Konġunt Tripartit kompost mill-Partijiet huwa hawnhekk stabbilit bl-objettiv tal-monitoraġġ ta' l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim. Il-Kumitat Konġunt Tripartit għandu jiltaqa' għall-inqas darba fis-sena jew aktar spiss, jekk neċessarju, fuq talba ta' waħda mill-Partijiet, u għandu jadotta r-regoli proprji ta' proċedura.

2. Il-Kumitat Konġunt Tripartit għandu jiġi assistit minn Segretarjat sabiex jipprovdi appoġġ amministrattiv ta' kuljum u, fuq talba, jorganizza appoġġ tekniku. Il-Partijiet għandhom iġibu ruħhom, skond ir-regoli u l-proċeduri rispettivi tagħhom, li jikkontribwixxu konġuntement għal dan l-appoġġ amministrattiv.

3. Il-Kumitat Konġunt Tripartit għandu jwettaq ix-xogħlijiet speċifikati f'dan il-Ftehim billi:

(a) jiskambja informazzjoni tal-progess li sar f'attivitajiet relatati ma' l-iskop ta' dan il-Ftehim u jiskambja dokumentazzjoni rilevanti u riżultati li joħorġu mill-kontribuzzjonijiet tal-Partijiet taħt dan il-Ftehim;

(b) jistiednu rappreżentanti minn kull Parti biex jipparteċipaw f'laqgħat dwar dawk l-attivitajiet li jiffurmaw il-bażi ta' dan il-Ftehim;

(ċ) jiskambja informazzjoni u jikkoordina, sa fejn possibbli, qabel kuntatti ma' partijiet terzi non-Ewropej meta dawn il-kuntatti huma rilevanti għal dan il-Ftehim;

(d) jifformola proposti lejn arranġamenti neċessarji għas-servizz operazzjonali futur ta' pożizzjonar u navigazzjoni;

(e) jissottometti proposti għall-organizzazzjoni ta' l-appoġġ tas-Segretarjat.

4. Kull modifika jew aġġornament dwar il-kontenut tekniku ta' l-Annessi I u II li m'għandhom l-ebda impatt fuq l-iskop ta' dan il-Ftehim, speċjalment fuq il-pożizzjonijiet finanzjarji u operazzjonali tiegħu, jistgħu jiġu approvati mill-Kumitat Konġunt Tripartit, b'deċiżjoni unanima.

Artikolu 6

L-Iskambju u l-kxif ta' informazzjoni

1. Kull Parti għandha tiskambja mal-Partijiet l-oħrajn l-informazzjoni kollha a disposizzjoni tagħha li tista' tkun meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim, bla ħsara għar-regoli proprji tagħha dwar skambju ta' informazzjoni.

2. Ħlief kif provdut xort' oħra, l-ebda Parti m'għandha tikxef informazzjoni skambjata fir-rigward ta' dan il-Ftehim lil kull persuna ta' xort' oħra minn dawk impjegati minnhom jew uffiċjalment intitolati li jużaw din l-informazzjoni (inklużi l-Istat Membru ta' kull organizzazzjoni) u lanqas jużawha għal skopijiet kummerċjali. Dan il-kxif għandu jestendi biss sa fejn jista' jkun neċessarju għall-iskop ta' dan il-Ftehim u għandu jkun f'kunfidenza stretta.

Artikolu 7

Drittijiet u proprjetajiet

1. Kull Parti għandha, skond ir-regoli u l-proċeduri proprji tagħha, tamministra jew iżżomm il-proprjetà u drittijiet kummerċjali fis-software, it-tagħmir u dokumentazzjoni li tkun iffinanzjat u żviluppat fil-kwadru ta' l-attivitajiet proprji tagħha fl-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim.

2. Arranġamenti speċifiċi bejn il-Partijiet jistgħu jkunu meħtieġa għall-iskop ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 8

Arranġamenti finanzjarji

1. Kull Parti għandha tassigura li jsiru l-arranġamenti finanzjarji approprjati f'ħin xieraq u skond il-proċeduri proprji sabiex jiġu skarikati r-responsabbilitajiet proprji tagħha skond dan il-Ftehim u l-Annessi.

2. Mal-kompletazzjoni tat-testing u tal-validazzjoni teknika EGNOS, arranġamenti finanzjarji ġodda huwa meħtieġ li jkunu f'posthom.

Artikolu 9

Awtorità kuntrattwali u proċeduri

Il-kuntratti kollha meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim u li huma konklużi minn parti waħda jiġu konklużi skond il-proċeduri normali ta' dik il-Parti, bla ħsara ta' l-Artikolu 7(2).

Artikolu 10

Liabilità

1. Il-Partijiet b'dan jiftiehmu illi, fir-rigward ta' l-attivitajiet meħuda skond dan il-Ftehim, l-ebda Parti m'għandha tagħmel pretensjoni kontra Parti oħra fir-rigward ta' inġurja jew mewt ta' l-impjegati tagħha, jew ta' kwalunkwe persuna li taġixxi f'isimha, jew fir-rigward ta' ħsara ta' kull tip jew għal telf ta' proprjetà, ikkawżat minn kwalunkwe mill-Partijiet, kemm jekk din l-inġurja, mewt, jew telf jirriżultaw minn negliġenza jew xort' oħra, ħlief fil-każ ta' negliġenza grossa jew miskondotta volontarja.

2. Fil-każ ta' talba minn terz li tirriżulta mill-implimentazzjoni tal-Partijiet tal-kontribuzzjonijiet rispettivi kif speċifikat fl-Anness II, kull Parti hija responsabbli biss sa fejn it-talba tirrelata għall-kontribuzzjoni ta' dik il-Parti.

3. Il-Partijiet hawnhekk jiftiehmu li biss il-Parti li tkun ikkuntrattat ma' parti terza fil-kuntest ta' esekuzzjoni tal-kontribuzzjonijiet tal-Partijiet kif speċifikat fl-Anness II għandha tkun responsabbli għal pretensjonijiet minn dik il-parti terza li jirriżultaw minn dak il-kuntratt in kwistjoni.

Artikolu 11

Force majeure

L-ebda Parti m'għandha titqies li vvjolat dan il-Ftehim jekk in-nuqqas li tiġi pprovduta l-kontribuzzjoni hawn taħt toriġina minn jew hi kkawżata minn force majeure.

Artikolu 12

Relazzjonijiet Pubbliċi

1. Kull Parti għandha tieħu fuqha li tikkoordina ma' l-oħrajn bil-quddiem fir-rigward ta' l-attivitajiet ta' relazzjonijiet pubbliċi proprji jew konġunti li jirrigwardaw suġġetti koperti minn dan il-Ftehim.

2. Fl-attivitajiet rilevanti kollha tal-media, ir-rwol ta' kull Parti f'dan il-Ftehim għandu jiġi identifikat b'mod ċar u jissemma.

3. L-arranġamenti dettaljati għall-implimentazzjoni ta' attivitajiet ta' relazzjonijiet pubbliċi previsti f'dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati konġuntement.

Artikolu 13

Emendi

1. Dan il-Ftehim għandu jiġi emendat biss bi ftehim unanimu bil-miktub tal-Partijiet.

2. Fil-każ li xi Parti tiltaqa' ma' problemi tul il-kontribuzzjoni rispettiva tagħha, inkluż kontribuzzjoni finanzjarja, il-Partijiet jiftiehmu li jeżaminaw, fil-kwadru tal-Kumitat Tripartit Konġunt,modi biex jilħqu l-kontribuzzjonijiet ippjanati u jirrevedu, sa fejn neċessarju, l-objettivi u l-kontenut ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 14

Parteċipazzjoni minn partijiet terzi

Dan il-Ftehim jista' jinfetaħ għall-parteċipazzjoni minn partijiet oħrajn li jistgħu jikkontribwixxu għas-sodisfazzjon tax-xogħlijiet taħt dan il-Ftehim. L-emendi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 jistgħu mbagħad isiru għal dak l-iskop.

Artikolu 15

Riżoluzzjoni tat-tilwimiet

1. Kull tilwima li tista' toriġina bejn partijiet li jirrelataw għall-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim jew l-Annessi tiegħu għandha tiġi sottomessa għal negozjati diretti fil-Kumitat Tripartit Konġunt.

2. Jekk mhuwiex possibbli li t-tilwima tiġi riżolta skond il-paragrafu 1, kull Parti tista' tinnotifika lill-oħrajn bl-appuntament ta' arbitru; il-Partijiet l-oħrajn għandhom imbagħad jaħtru l-arbitru tagħhom fi żmien xahrejn.

3. Il-Kumitat Tripartit Konġunt għandu jaħtar żewġ arbitri addizzjonali b'deċiżjoni unanima.

4. Id-deċiżjonijiet ta' l-arbtiri għandhom jittieħdu b'vot tal-maġġoranza.

5. Kull parti għat-tilwima għandha tieħu l-passi approprjati meħtieġa biex jiġu implimentati d-deċiżjonijiet ta' l-arbitri.

Artikolu 16

Annessi

Dan il-Ftehim jikkontjieni l-Annessi I u II li għandhom jiffurmaw parti integrali tiegħu. L-Artikolu 5(4) jikkontjieni l-proċedura għall-aġġornar u l-modifikar ta' l-Annessi.

Artikolu 17

Dħul fis-seħħ u terminazzjoni

1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet jiffirmawh, u għandu jibqa' fis-seħħ sal-kompletazzjoni ta' l-attivitajiet speċifikati fl-Annessi I u II jew sa dak iż-żmien meta l-Ftehim jiġi sostitwit bi ftehim ieħor ta' kooperazzjoni.

2. Minkejja l-paragrafu 1, kull Parti tista' madanakollu ttemm dan il-Ftehim mal-kompletazzjoni tal-validazzjoni teknika u operazzjonali ta' l-EGNOS, billi tinnotifika lill-Partijiet l-oħrajn bl-intenzjoni tagħha sitt xhur bil-quddiem.

3. F'każ ta' terminazzjoni tal-Ftehim minn waħda mill-Partijiet skond il-paragrafu 2, il-Partijiet għandhom jiftiehmu dwar il-miżuri approprjati li għandhom jittieħdu.

Artikolu 18

Testi Awtentiċi

Dan il-Ftehim huwa ffirmat fi tliet kopji oriġinali bil-lingwi: Daniż, Ingliż, Olandiż, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Taljan, Portugiż, Spanjola u Svendiż, u kull test huwa ugwalment awtentiku.

En fe de lo cual, los abajo firmantes, debidamente facultados, han firmado el presente Acuerdo.Til bekræftelse heraf har undertegnede befuldmægtigede underskrevet denne aftale.Zu Urkund dessen haben die hierzu gehörig befugten Unterzeichneten dieses Übereinkommen unterzeichnet.Προς πίστωση των ανωτέρω, οι υπογράφοντες, δεόντως εξουσιοδοτημένοι, υπέγραψαν την παρούσα συμφωνία.In witness whereof, the undersigned, duly empowered to that effect, have signed this Agreement.En foi de quoi, les soussignés, dûment habilités, ont signé le présent accord.In fede di che, i sottoscritti, debitamente autorizzati, hanno firmato il presente accordo.Ten blijke waarvan de ondergetekenden, daartoe naar behoren gemachtigd, deze overeenkomst hebben ondertekend.Em fé do que, os abaixo assinados, devidamente autorizados para o efeito, assinam o presente acordo.Tämän vakuudeksi alla mainitut täysivaltaiset edustajat ovat allekirjoittaneet tämän sopimuksen.Till bevis härpå har undertecknade befullmäktigade undertecknat detta avtal.

Hecho en Luxemburgo, el dieciocho de junio de mil novecientos noventa y ocho.Udfærdiget i Luxembourg, den attende juni nitten hundrede og otteoghalvfems.Geschehen zu Luxemburg am achtzehnten Juni neunzehnhundertachtundneunzig.Έγινε στο Λουξεμβουργο, στις δεκαοκτώ Ιουνίου χίλια εννιακόσια ενενήντα οκτώ.Done at Luxembourg on the eighteenth day of June in the year one thousand nine hundred and ninety-eight.Fait à Luxembourg, le dix-huit juin mil neuf cent quatre-vingt-dix-huit.Fatto a Lussemburgo, l' diciotto giugno millenovecentonovantotto.Gedaan te Luxemburg, de achttiende juni negentienhonderd achtennegentig.Feito no Luxemburgo, em dezoito de Junho de mil novecentos e noventa e oito.Tehty Luxemburgissa kahdeksantenatoista päivänä kesäkuuta vuonna tuhatyhdeksänsataayhdeksänkymmentäkahdeksan.Som skedde i Luxemburg den artonde juni nittonhundranittioåtta.

Por la Comunidad EuropeaFor Det Europæiske FælleskabFür die Europäische GemeinschaftΓια την Ευρωπαϊκή ΚοινότηταFor the European CommunityPour la Communauté européennePer la Comunità europeaVoor de Europese GemeenschapPela Comunidade EuropeiaEuroopan yhteisön puolestaFör Europeiska gemenskapen

+++++ TIFF +++++

Por la Agencia Espacial EuropeaFor Den Europæiske RumorganisationFür die Europäische WeltraumorganisationΓια την Ευρωπαϊκή Υπηρεσία ΔιαστήματοςFor the European Space AgencyPour l'Agence spatiale européennePer l'Agenzia spaziale europeaVoor het Europees RuimteagentschapPela Agência Espacial EuropeiaEuroopan avaruusjärjestön puolestaFör Europeiska rymdorganisationen

+++++ TIFF +++++

Por la Organización Europea para la Seguridad de la Navegación AéreaFor Den Europæiske Organisation for LuftfartssikkerhedFür die Europäische Organisation zur Sicherung der LuftfahrtΓια τον Ευρωπαϊκό Οργανισμό για την Ασφάλεια της ΑεροναυτιλίαςFor the European Organisation for the Safety of Air NavigationPour l'Organisation européenne pour la sécurité de la navigation aériennePer l'Organizzazione europea per la sicurezza della navigazione aereaVoor de Europese Organisatie voor de veiligheid van de luchtvaartPela Organização Europeia para a Segurança da Navegação AéreaEuroopan lentoturvallisuusjärjestön puolestaFör Europeiska organisationen för luftfartssäkerhet

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS 1

1. Introduzzjoni

L-iskop tal-kooperazzjoni bejn il-Partijiet, kif stabbilit fl-Artikolu 3 ta' dan il-Ftehim, huwa ddettaljat fl-Attivitajiet hawn taħt.

2. Kontribuzzjoni Ewropea għal SGNS 1: l-Artikolu 3(a)

Din il-kontribuzzjoni tinvolvi l-iżvilupp ta' sistemi ta' awmentazzjoni għas-sistemi kurrenti bbażati fuq satellite għan-navigazzjoni bir-radju u ppożizzjonar sabiex jiġu sodisfatti ħtiġiet ċivili ta' l-utenti (ħtiġiet ta' trasport għall-utenti bl-art, bil-baħar, bl-ajru u oħrajn) fl-Ewropa u fl-arji ta' xandir ġeostazzjonarji kollha.

Tikkonsisti fl-attivitajiet maġġuri li ġejjin:

- identifikazzjoni tal-ħtiġiet ta' l-utenti

- l-iżvilupp, l-ittestjar, il-validazzjoni teknika u operazzjonali tas-Servizz Ewropew Ġeostazzjonarju ta' Operazzjoni (EGNOS), li hija awmentazzjoni f'arja wiesa' tas-sistemi eżistenti ta' navigazzjoni bir-radju u ta' pożizzjoni bbażati fuq is-satellita (EGNOS), li tiddependi fuq l-użu ta' satelliti ġeostazzjonarji, li jipprovdu kapaċità addizzjonali ta' firxa tas-satelliti, integrità u informazzjoni differenzjali fuq arja wiesa' għall-utenti,

- awmentazzjoni addizzjonali (eż awmentazzjoni ta' arja lokali, monitoraġġ ta' riċevitur ta' integrità awtonoma, eċċ.),

- żvilupp, testjar u validazzjoni ta' tagħmir ta' l-utent,

- ċertifikazzjoni ta' Elementi Ewropei ta' GNSS 1.

L-Anness II jagħti deskrizzjoni aktar dettaljata tal-kontribuzzjoni Ewropea għall-GNSS 1.

3. Transizzjoni għal kapaċità operazzjonali sħiħa ta' GNSS 1: l-Artikolu 3(b)

Il-Partijiet jobbligaw ruħhom li jidentifikaw mekkaniżmi sabiex jakkomodaw inputs ulterjuri possibbli biex jissodisfaw kapaċità operazzjonali sħiħa ta' GNSS 1, li tkun teħtieġ partikolarment kapċità addizzjonali ta' spazju.

4. Xogħol preparatorgju għal GNSS 2: l-Artikolu 3(ċ)

Il-Partijiet għandhom jaħdmu flimkien fuq xogħol preparatorju għad-definizzjoni u d-disinn ta' GNSS 2, inklużi studji għall-preparazzjoni ta' dimostrazzjoni in-orbit li għandha ssir fit-terminu 1997-2000. Konfigurazzjonijiet ta' sistema kandidata għandhom jiġu studjati sabiex sussegwentement jidentifikaw u jibdew riċerka kritika inizjali u żviluppi teknoloġiċi u jwettqu provi kmieni ta' kunċetti ta' GNSS 2.

Ix-xogħol preparatorju għal GNSS 2 jinkludi dan li ġej.

- definizzjoni tal-missjoni (identifikazzjoni ta' ħtiġiet addizzjonali ta' l-utenti, ħtiġiet tad-disinn tas-sinjal, definizzjoni ta' l-applikazzjonijiet tas-sistemi dimostrattivi),

- Definizzjoni tas-sistema (għażliet tas-sistema, disinn tas-sistema dimostrattiva, definizzjoni tal-programm tad-dimostrazzjoni),

- attivitajiet preżvilupp bi preparazzjoni għat-teknoloġija GNSS 2,

- żvilupp ta' payload ta' navigazzjoni esperimentali u t-twettieq ta' testijiet tas-simulazzjoni tas-sistema u dimostrazzjonijiet ta' titjiriet in-orbit,

- disinn arkitettoniku ta' GNSS 2 (disinn ta' sistema ta' navigazzjoni kompleta bis-satellita, inklużi l-aspetti loġistiċi u operazzjonali tagħha).

--------------------------------------------------

ANNESS II

1. Introduzzjoni

Dan l-Anness jipprovdi tqassim tal-kontribuzzjonijiet tal-Partijiet imsemmija fl-Artikolu 4. Huma relatati mad-disinn, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' l-EGNOS sal-kompletazzjoni ta' l-ewwel fażi ta' implimentazzjoni li tinvolvi l-użu ta' mill-inqas żewġ transponders tan-navigazzjoni ġeostazzjonarja. Hawn taħt tingħata deskrizzjoni ta' l-EGNOS.

Is-sistema EGNOS hija awmentazzjoni għas-sistemi kurrenti bbażati fuq satellita għan-navigazzjoni bir-radju u pożizzjonar bl-użu ta' satelliti ġeostazzjonarji li jtejbu l-ħidma ta' dawn is-sistemi fl-Ewropa u ġeneralment fl-arja(i) ġeostazzjonarji ta' xandir.

Bl-użu ta' transponders tan-navigazzjoni fuq satelliti ġeostazzjonarji u bl-ipproċessar tad-data minn network ta' stazzjonijiet terrestrijali ta' monitoraġġ, l-EGNOS tagħti kapaċità akbar ta' żona tas-satellita, integrità tas-servizz u data tal-korrezzjoni tad-differenzjal fuq Arja Wiesgħa (DAW). L-iskop tas-servizz WAD huwa li tittejjeb il-preċiżjoni ta' sistemi eżistenti ta' navigazzjoni bir-radju bbażati fuq satellita, partikolarment fl-Ewropa. Is-sistema EGNOS ittejjeb id-disponibbiltà globali tas-servizz tan-navigazzjoni bis-satellita.

L-infrastruttura ta' l-EGNOS tikkonsisti f':

- Ċentri tal-kontroll tal-missjoni (ĊKM)

- transponders tan-navigazzjoni fuq satelliti ġeostazzjonarji

- stazzjonijiet ta' navigazzjoni fuq l-art (NLESs) għall-aċċess ta' transponders tan-navigazzjoni

- stazzjonijiet ta' monitoraġġ ta' firxa u integrità (RIMSs),

- RIMSs imtejba għal determinazzjoni ta' l-orbitu preċiż tas-satelliti ġeostazzjonarji li jospitaw it-transponders tan-navigazzjoni,

- networks ta' stazzjonijiet ta' referenza għall-verifika ta' l-intregrità tal-korrezzjonijiet tal-WAD ikkomputati mill-EGNOS. Jintużaw ir-RIMSs simplifikati bħala stazzjonijiet ta' referenza.

2. Kontribuzzjoni ta' l-ESA

L-ESA għandha tikkontribwixxi permezz ta' l-implimentazzjoni tal-programm tagħha ta' l-ARTES, b'mod partikolari l-Element 9 tiegħu.

B'mod partikolari, l-ESA għandha tieħu dawn l-attivitajiet f'idejha:

- l-amministrazzjoni tal-proġett ta' l-EGNOS

- analiżi tal-missjoni u definizzjoni tas-sistema

- provi kmieni

- test u simulazzjoni,

- żvilupp tas-sistema tal-gradar.

- żvilupp tas-sistema ta' l-integrità

- żvilupp tas-sistema tad-WAD

- testjar u validazzjoni teknika ta' EGNOS, inklużi disposizzjonijiet għal komunikazzjonijiet fuq l-art u spejjeż għall-ġestjoni tal-MCC tul it-testing u l-validazzjoni.

3. Kontribuzzjoni tal-Eurocontrol

Il-Eurocontrol għandha tagħmel, fil-kuntest ta' l-attivitajiet tagħha dwar applikazzjonijiet tan-navigazzjoni bis-satellita u b'kooperazzjoni mill-qrib ma' l-Organizzazzjoni Internazzjonali ta' l-Avjazzjoni Ċivili (ICAO) dawn li ġejjin:

- disposizzjoni għall-ħtiġiet ta' l-utenti ta' l-avjazzjoni ċivili

- testjar u validazzjoni operazzjonali għal utenti ta' l-avjazzjoni ċivili ta' GNSS 1. Dan jinkludi miżuri ta' art statika, provi tat-titjir iddedikat, u kampanji għar-reġistrar tad-data fuq linji ta' l-ajru kummerċjali,

- appoġġ għall-attivitajiet Ewropej biex jiġi aċċertat illi l-GNSS huwa operazzjonalment aċċettabbli għall-avjazzjoni ċivili. Dan ix-xogħol jitwettaq bl-akbar kooperazzjoni possibbli fl-ambjent ta' l-avjazzjoni ċivili, inklużi l-Awtoritajiet Konġunti ta' l-Avjazzjoni (JAA).

4. Kontribuzzjoni Komunitarja

Il-Komunità għandha tobbliga ruħha, skond il-proċeduri rilevanti tagħha fil-kuntest tan-Network TransEwropea u l-programmi ta' qafas dwar riċerka u żvilupp, sabiex tikkontribwixxi għax-xogħolijiet li ġejjin:

- konsolidazzjoni tal-ħtiġiet ta' l-utenti dwar GNSS 1,

- disinn, żvilupp u appoġġ għall-isforzi ta' l-istandardizzazzjoni tat-tagħmir ta' l-utenti GNSS 1, għat-tipi kollha ta' applikazzjoni (marittima, avjazzjoni ċivili, transport fuq l-art),

- analiżi ta' l-aspetti ta' integrazzjoni fil-vetturi ta' l-utenti, fil-preparazzjoni ta' provi ta' validazzjoni

- fornitura ta' għall-inqas żewġ konnessjonijiet tas-satelliti għall-implimentazzjoni ta' l-EGNOS (b'mod partikolari kiri ta' transponders AOR-E u IOR Inmarsat III u ta' faċilitajiet neċessarji f' NLES korrispondenti),

- twettiq ta' provi f'kondizzjonijiet operazzjonali sabiex jiġu validati l-ħtiġiet ta' l-utenti u l-prototipi tat-tagħmir ta' l-utenti.

--------------------------------------------------