Official Journal L 189 , 03/07/1998 P. 0017 - 0041
Ftehim fuq l-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fuq il-Liġi tal-Baħar ta' l-10 ta' Diċembru 1982 dwar il-konservazzjoni u l-amministrazzjoni ta' ħażniet ta' ħut li jpassu f'żona limitata (straddling) u ħażniet ta' ħut li jpassu ħafna (highly migratory). L-ISTATI PARTIJIET GĦAL DAN IL-FTEHIM, WAQT LI JIFTAKRU fid-disposizzjonijiet relevanti tan-Nazzjonijiet Uniti fuq il-Liġi tal-Baħar ta' l-10 ta' Diċembru 1982, DETERMINATI biex jassiguraw il-konservazzjoni fit-tul u l-użu sostennibbli, ta' ħażniet ta' ħut li jpassu f'żona limitata u ħażniet ta' ħut li jpassu ħafna RIŻOLUTI biex itejbu koperazzjoni bejn Stati għal dak il-għan, JAGĦMLU SEJĦA għal infurzar aktar effettiv minn Stati tal-bandiera, Stati ta' portijiet u Stati ta' kosta ta' miżuri ta' konservazzjoni u amministrazzjoni adottati għal ħażniet bħal dawn. IFITTXU li jindirizzaw b'mod partikolari il-problemi identifikati f'Kapitolu 17, programm żona Ċ ta' Aġenda 21 adottat mill-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti fuq l-Ambjent u l-Iżvilupp, jiġifieri, li l-amministrazzjoni ta' sajd fl-ibħra miftuħa mhux adegwat f’ħafna żoni u li xi riżorsi huma utilizzati eċċessivament; jinnotaw li hemm problemi ta' sajd mhux regolat, kapitalizzar żejjed, kobor ta' flotot eċċessiv, bdil ta' bnadar biex ikunu evitati kontrolli, armar insuffiċjentement selettiv, ħażniet ta' data (databases) mhux ta' min joqgħod fuqhom u nuqqas ta' koperazzjoni suffiċjenti bejn l-Istati. JIKKOMMETTU ruħhom għal sajd responsabbli, KONXJI għall-ħtieġa li jkunu evitati impatti kontra fuq l-ambjent marin, tkun priservata l-biodiversità, tinżamm l-integrità ta' ekosistemi marini u jkun minimizzat ir-riskju ta' effetti fit-tul jew irriversibbli ta' operazzjonijiet ta' sajd. JIRRIKONOXXU l-ħtieġa għal assistenza speċifika, inkluża assistenza finanzjarja, xjentifika u tekonoloġika, biex Stati li qed jiżviluppaw jkunu jistgħu jipparteċipaw effettivament fil-konservazzjoni, amministrazzjoni u użu sostennibbli ta' ħażniet ta' ħut li jpassu f'żona limitata u ħażniet ta' ħut li jpassu ħafna. KONVINTI li ftehim għall-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet relevanti tal-Konvenzjoni għandhom iservu bl-aħjar mod għal dawn l-għanijiet u jikkontribwixxu għaż-żamma ta' paċi u sigurtà internazzjonali. JAFFERMAW li materji mhux regolati mill-Konvenzjoni jew minn dan il-Ftehim jibqgħu jkunu regolati mir-regoli u prinċipji tal-liġi ġenerali internazzjonali, FTIEHMU KIF ĠEJ: PARTI I DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI Artikolu 1 Użu ta' termini u għan 1. Għall-għanijiet ta' dan il-Ftehim: (a) "Konvenzjoni" tfisser il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fuq il-Liġi tal-Baħar ta' l-10 ta' Diċembru 1982; (b) "konservazzjoni u miżuri ta' amministrazzjoni" tfisser miżuri biex ikun konservat u amministrat wieħed jew aktar speċi ta' riżorsi marini ħajjin li huma adottati u applikati konsistenti mar-regoli relevanti tal-liġi internazzjonali kif riflessa fil-Konvenzjoni u f'dan il-Ftehim; (ċ) "ħut" tinkludi molluski u krustaċeji barra dawk li jappartjenu għal speċi sedentarji kif imfisser fl-Artikolu 77 tal-Konvenzjoni; u (d) "arranġament" tfisser mekkaniżmu koperattiv stabbilit skond il-Konvenzjoni u dan il-Ftehim minn tnejn jew aktar Stati għall-għan, inter alia, biex ikunu stabbiliti miżuri ta' konservazzjoni u amministrazzjoni f'subreġjun jew reġjun għal wieħed jew aktar ħażniet ta' ħut li jpassu f'żona limitata u ħażniet ta' ħut li jpassu ħafna. 2. (a) "Stati Partijiet" tfisser Stati li taw il-kunsens tagħhom biex jintrabtu b'dan il-Ftehim u li għalihom dan il-ftehim hu viġenti. (b) Dan il-Ftehim japplika mutatis mutandis: (i) għal kull entità msejħa fl-Artikolu 305(1)(ċ), (d) u (e), tal-Konvenzjoni u (ii) bla ħsara għall-Artikolu 47, għal kull entità msejħa "organizzazzjoni internazzjonali" f'L-Anness IX, l-Artikolu 1, tal-Konvenzjoni li ssir Parti minn dan il-Ftehim, u għal dak il-għan "Stati Partijiet" tirreferi għal dawk l-entitajiet. 3. Dan il-Ftehim japplika mutatis mutandis għal entitajiet ta' sajd oħrajn li l-bastimenti tagħhom jistadu fl-ibħra miftuħa. Artikolu 2 Għan L-għan ta' dan il-Ftehim hu li jassigura fit-tul il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli ta' ħażniet ta' ħut li jpassu f'żona limitata u ħażniet ta' ħut li jpassu ħafna permezz ta' implimentazzjoni effettiva tad-disposizzjonijiet relevanti tal-Konvenzjoni. Artikolu 3 Applikazzjoni 1. Sakemm mhux previst mod ieħor, dan il-Ftehim japplika għall-konservazzjoni u l-amministrazzjoni ta' ħażniet ta' ħut li jpassu f'żona limitata u ħażniet ta' ħut li jpassu ħafna lil hinn minn żoni taħt ġurisdizzjoni nazzjonali, bl-eċċezzjoni li l-Artikoli 6 u 7 japplikaw ukoll għall-konservazzjoni u l-amministrazzjoni ta' ħażniet bħal dawn li jinsabu f'żoni taħt ġurisdizzjoni nazzjonali, bla ħsara għal reġimi legali differenti li japplikaw għal żoni li jinsabu taħt ġurisdizzjoni nazzjonali u f'żoni lil hinn mill-ġurisdizzjoni nazzjonali kif previst fil-Konvenzjoni. 2. Fl-eżerċizzju tad-drittijiet sovrani tagħhom biex isir esplorar u esplojtazzjoni, konservazzjoni u amministrazzjoni ta' ħażniet ta' ħut li jpassu f'żona limitata u ħażniet ta' ħut li jpassu ħafna f'żoni taħt ġurisdizzjoni nazzjonali, l-Istat tal-kosta għandu japplika mutatis mutandis il-prinċipji ġenerali innumerati fl-Artikolu 5. 3. L-Istati għandhom jagħtu konsiderazzjoni serja lill-kapaċitàjiet rispettivi ta' l-Istati li qed jiżviluppaw biex japplikaw l-Artikoli 5, 6 u 7 f'żoni taħt ġurisdizzjoni nazzjonali u l-ħtieġa tagħhom għal għajnuna kif previst f'dan il-Ftehim. Għalhekk, Parti VII tapplika mutatis mutandis fejn għandhom x'jaqsmu żoni taħt ġurisdizzjoni nazzjonali. Artikolu 4 Relazzjoni bejn dan il-Ftehim u l-Konvenzjoni Xejn f'dan il-Ftehim ma għandu jippreġudika d-drittijiet, ġurisdizzjoni u obbligi ta' Stati taħt din il-Konvenzjoni. Dan il-Ftehim għandu jkun interpretat u applikat fil-kuntest ta' u b'mod konsistenti mal-Konvenzjoni. PARTI II KONSERVAZZJONI U AMMINISTRAZZJONI TA' ĦAŻNIET TA' ĦUT LI JPASSU F'ŻONA LIMITATA U ĦAŻNIET TA' ĦUT LI JPASSU ĦAFNA Artikolu 5 Prinċipji ġenerali Biex ikunu konservati u amministrati ħażniet ta' ħut li jpassu f'żona limitata u ħażniet ta' ħut li jpassu ħafna, Stati tal-kosta u Stati li jistadu fl-ibħra miftuħa għandhom, billi jeffettwaw l-obbligi tagħhom biex jikkoperaw skond il-Konvenzjoni: (a) jadottaw miżuri biex jassiguraw sostenibbilità fit-tul ta' ħażniet ta' ħut li jpassu f'żona limitata u ħażniet ta' ħut li jpassu ħafna u jippromovu l-għan ta' utilizzar ottimu tagħhom; (b) jassiguraw li miżuri bħal dawn ikunu bażati fuq l-aħjar evidenza xjentifika disponibbli u jkunu mfassla biex iżommu jew ifornu f'livelli li kapaċi jipproduċu prodott sostenibbli massimu, kif kwalifikat minn fatturi ambjentali u ekonomiċi relevanti, inklużi l-ħtiġiet speċjali ta' Stati li qed jiżviluppaw, u jittieħdu in konsiderazzjoni mudelli ta' sajd, l-interdipendenza ta' ħażniet u kull standard minimu internazzjonali ġeneralment rakkomandat, kemm jekk u subreġjonali, reġjonali jew globali; (ċ) japplikaw l-approċċ prekawzjonarju skond l-Artikolu 6; (d) jagħmlu stima ta' l-impatti ta' sajd, attivitajiet umani oħra u fatturi ambjentali fuq in-numru immirat ta' ħażniet u speċi li jappartjenu għall-istess ekosistema jew assoċjati ma’ jew dipendenti fuq in-numru immirat ta' ħażniet; (e) jadottaw, fejn meħtieġ, miżuri ta' konservazzjoni u amministrazzjoni għal speċi li jappartjenu għall-istess ekosistema jew assoċjati ma’ jew dipendenti fuq in-numru immirat ta' ħażniet, bil-ħsieb li jinżammu jew jkunu fornuti popolazzjonijiet ta' speċi bħal dawn f'livelli il-fuq minn dawk fejn ir-riproduzzjoni tagħhom tista’ tkun mhedda serjament; (f) ikun minimizzat it-tniġġis, l-iskart, il-fdalijiet, il-qbid permezz ta' apparat mitluf jew abbandunat, il-qbid ta' speċi mhux immirat għal qabda, kemm ħut u speċi li mhux ħut, (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "speċi non-target)" u impatti fuq speċi assoċjati jew dipendenti, b'mod partikolari speċi fil-periklu, permezz ta' miżuri li jinkludu, kemm jista jkun prattikabbli, l-iżvilupp u l-użu ta' apparat ta' sajd u metodi ta' teknika selettivi, ambjentalment żguri u effettivi taħt il-profil ta' spejjeż; (g) jipproteġu l-biodiversità fl-ambjent marin; (h) jieħdu miżuri biex ma jitħalliex jew ikun eliminat sajd esaġerat u sajd fl-eċċess tal-kapaċità u biex ikun assigurat li livelli ta' impenn ta' sajd ma jeċċedix dawk proporzjonati ma’ l-użu sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd; (i) jieħdu in konsiderazzjoni l-interessi ta' sajjieda artiġġjanali u li jinħtieġu sostenn; (j) jiġbru u jaqsmu, f'waqtha, data komplita u eżatta li tikkonċerna attivitajiet ta' sajd fuq, inter alia, pożizzjoni ta' bastiment, qabda ta' speċi tat-tip target u non-target u impenn ta' sajd, kif stabbilit fl--Anness I, kif ukoll informazzjoni minn programmi ta' riċerka nazzjonali u internazzjonali; (k) jippromovu u jmexxu riċerka xjentifika u jiżviluppaw teknoloġiji xierqa bħala sostenn għall-konservazzjoni u amminstrazzjoni ta' sajd, u (l) jimplimentaw u jinforzaw miżuri ta' konservazzjoni u amministrazzjoni permezz ta' monitorjar effettiv, kontroll u sorveljanza. Artikolu 6 Applikazzjoni ta' approċċ prekawzjonarju 1. L-Istati għandhom japplikaw l-approċċ prekawzjonarju b'mod wiesa’ għal konservazzjoni, amministrazzjoni u esplojtazzjoni ta' ħażniet ta' ħut li jpassu f'żona limitata u ħażniet ta' ħut li jpassu ħafna biex ikunu protetti r-riżorsi marini ħajjin u biex ikun priservat l-ambjent marin. 2. L-Istati għandhom ikunu aktar kawti meta informazzjoni tkun inċerta, mhux ta' min joqgħod fuqha jew mhux adegwata. L-assenza ta' informazzjoni xjentifika adegwata m'għandiex tkun użata bħala raġjuni għal posponiment jew nuqqas li jittieħdu miżuri ta' konservazzjoni u amministrazzjoni. 3. Waqt li jimplimentaw l-approċċ prekawzjonarju, l-Istati għandhom: (a) itejbu t-teħid tad-deċiżjonijiet għal konservazzjoni u amministrazzjoni tar-riżorsa tas-sajd billi jiksbu u jaqsmu l-aħjar informazzjoni xjentifika disponibbli u billi jimplimentaw metodi ta' teknika aħjar biex jittrattaw ir-riskju u l-inċertezza; (b) japplikaw il-linji ta' gwida stabbiliti fl-Anness II u jistabilixxu, fuq bażi ta' l-aħjar informazzjoni xjentifika disponibbli, punti ta' referenza speċifiċi fuq ħażniet u l-azzjoni li għandha tittieħed jekk huma jkunu eċċeduti; (ċ) jieħdu in konsiderazzjoni, inter alia, inċertezzi relatati mad-daqs u l-produttività tal-ħażniet, punti ta' referenza, kondizzjoni ta' ħażniet f'relazzjoni ma’ punti ta' referenza, livelli u tqassim ta' mortalità ta' ħut u l-impatt ta' attivitajiet ta' sajd fuq speċi non-target u assoċjati jew dipendenti, kif ukoll dawk eżistenti u kondizzjonijiet oċeaniċi, ambjentali u soċjo-ekonomiċi imbassra, u (d) jiżviluppaw ġbir ta' data u programmi ta' riċerka biex jagħmlu stima ta' l-impatt ta' sajd fuq speċi non-target u assoċjati jew dipendenti u l-ambjent tagħhom, u jadottaw pjanijiet li huma meħtieġa biex jassiguraw il-konservazzjoni ta' speċi bħal dawn u biex jipproteġu habitats ta' importanza speċjali. 4. L-Istati għandhom jieħdu miżuri biex jassiguraw li, meta punti ta' referenza jkunu approċċjati, huma ma jkunux eċċeduti. F'każ li huma jkunu eċċeduti, l-Istati għandhom, mingħajr telf ta' ħin, jieħdu azzjoni kif stabbilit taħt paragrafu 3(b) biex ikunu fornuti l-ħażniet. 5. Fejn l-statut tal-ħażniet tat-tip target jew non-target jew assoċjati jew dipendenti hu inkwetanti, l-Istati għandhom jissoġġettaw ħażniet bħal dawn u speċi għal monitorjar aħjar biex ikun rivedut l-istatut tagħhom u l-effiċjenza ta' miżuri ta' konservazzjoni u amministrazzjoni. Huma għandhom jirrevedu dawk il-miżuri regolarment fid-dawl ta' informazzjoni ġdida. 6. Għal sajd ġdid jew esploratorju, l-Istati għandhom jadottaw kemm jista’ jkun malajr miżuri kawti ta' konservazzjoni u amministrazzjoni, inklużi, inter alia, limiti ta' qbid u limiti ta' impenn. Miżuri bħal dawn għandhom jibqgħu viġenti sakemm ikun hemm data suffiċjenti biex tippermetti stima ta' l-impatt tas-sajd fuq is-sostenibbilita fit-tul tal-ħażniet, fejn hekk il-miżuri ta' konservazzjoni u amministrazzjoni bbażati fuq dik l-istima għandhom ikunu implimentati. Il-miżuri imsemmijin l-aħħar għandhom, jekk xieraq, jippermettu għall-iżvilupp gradwali tas-sajd. 7. Jekk fenomenu naturali għandu impatt sinjifikanti kontrarju fuq l-istatut ta' ħażniet ta' ħut li jpassu f'żona limitata u ħażniet ta' ħut li jpassu ħafna, l-Istati għandhom jadottaw miżuri ta' konservazzjoni u amministrazzjoni fuq bażi ta' emerġeneza biex jassiguraw li attività ta' sajd ma taggravax tali impatt kontrarju. L-Istati għandhom ukoll jadottaw miżuri bħal dawn fuq bażi ta' emerġenza fejn attività ta' sajd tippreżenta theddida serja għas-sostenibbilità ta' ħażniet bħal dawn. Miżuri meħuda fuq bażi ta' emerġenza għandhom ikunu temporanji u għandhom ikunu bbażati fuq l-aħjar evidenza xjentifika disponibbli. Artikolu 7 Kompatibilità ta' miżuri ta' konservazzjoni u amministrazzjoni 1. Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet sovrani ta' l-Istati tal-kosta għal għan ta' esplorar u esplojtazzjoni, konservazzjoni u amministrazzjoni ta' riżorsi marini ħajjin fiż-żoni taħt ġurisdizzjoni nazzjonali kif previst fil-Konvenzjoni, u d-dritt ta' l-Istati kollha għaċ-ċittadini tagħhom li jipprattikaw is-sajd fl-ibħra miftuħa skond il-Konvenzjoni: (a) fejn jikkonċerna l-ħażniet ta' ħut li jpassu f'żona limitata, l-Istati tal-kosta relevanti u l-Istati li ċċitadini tagħhom jistadu għal ħażnai bħal dawn fl-ibħra miftuħa fil-viċin għandhom ifittxu, kemm direttament jew permezz tal-mekkaniżmi xierqa għal koperazzjoni previsti f'Parti III, biex jiftehmu fuq il-miżuri meħtieġa għall-konservazzjoni ta' dawn il-ħażniet fiż-żoni ta' l-ibħra fil-viċin; (b) għar-rigward ta' ħażniet ta' ħut li jpassu ħafna, l-Istati tal-kosta relevanti u Stati oħra li ċċitadini tagħhom jistadu għal ħażniet bħal dawn fir-reġjun għandhom jikkoperaw, kemm direttament jew permezz ta' mekkaniżmi xierqa għal koperazzjoni previsti f'Parti III, bi pjan biex tkun assigurata l-konservazzjoni u ikun promoss l-għan ta' utilizzar ottimu ta' ħażniet bħal dawn fir-reġjun kollu, kemm fi u lil hinn miż-żoni taħt ġurisdizzjoni nazzjonali. 2. Miżuri ta' konservazzjoni u amministrazzjoni stabbiliti għall-ibħra miftħuha u dawk adottati għal żoni taħt ġurisdizzjoni nazzjonali ta' ħażniet ta' ħut li jpassu f'żona limitata u ħażniet ta' ħut li jpassu ħafna fl-intier tagħhom.. Għal dan il-għan, l-Istati tal-kosta u Stati li jistadu fl-ibħra miftuħa għandhom l-obbligu li jikkoperaw biex jinkisbu miżuri kompatibbli rigward ħażniet bħal dawn. Biex jistabilixxu miżuri ta' konservazzjoni u amministrazzjoni kompatibbli, l-Istati għandhom: (a) jieħdu in konsiderazzjoni il-miżuri ta' konservazzjoni u amministrazzjoni, adottati u applikati skond l-Artikolu 61 tal-Konvenzjoni fir-rigward ta' l-istess ħażniet minn Stati tal-kosta, f'żoni taħt ġurisdizzjoni nazzjonali u jassiguraw li miżuri stabbiliti fir-rigward ta' ħażniet bħal dawn għall-ibħra miftuħa ma jnaqqsux l-effettività ta' miżuri bħal dawn; (b) jieħdu in konsiderazzjoni miżuri miftehma qabel stabbiliti u applikati għall-ibħra miftuħa skond il-Konvenzjoni fir-rigward ta' l-istess ħażniet minn Stati tal-kosta relevanti u Stati li jistadu fl-ibħra miftuħa; (ċ) jieħdu in konsiderazzjoni miżuri miftehma qabel stabbiliti u applikati skond il-Konvenzjoni fir-rigward ta' l-istess ħażniet minn organizzazzjoni jew arranġament amministrattiv subreġjonali jew reġjonali dwar sajd; (d) jieħdu in konsiderazzjoni l-unità bijoloġika u karatteristiċi bijoloġiċi oħra tal-ħażniet u r-relazzjoni bejn id-distribuzzjoni tal-ħażniet, is-sajd u partikolaritajiet ġeografiċi tar-reġjun konċernat, inkluż l-estent sa’ fejn il-ħażniet ikunu jinsabu u jkunu mistada f'żoni taħt ġurisdizzjoni nazzjonali; (e) jieħdu in konsiderazzjoni id-dipendenza rispettiva ta' l-Istati tal-kosta u l-Istati li jistadu fl-ibħra miftuħa fuq il-ħażniet konċernati, u (f) jassiguraw li miżuri bħal dawn ma jirriżultawx f'impatt ta' ħsara fuq ir-riżorsi marini ħajjin in ġenerali. 3. Waqt li jeffetwaw l-obbligi tagħhom biex jikkoperaw, l-Istati għandhom jagħmlu kull sforz biex jaqblu fuq miżuri ta' konservazzjoni u amministrazzjoni kompatibbli f'perjodu ta' żmien raġonevoli. 4. Jekk l-ebda ftehim ma jkun jista’ jintlaħaq f'perjodu ta' żmien raġonevoli, kull Stat konċernat jista’ jinvoka proċeduri għall-ftehim (settlement) ta' kwistjonijiet previsti f'Parti VIII. 5. F'każi ta' ftehim pendenti fuq miżuri ta' konservazzjoni u amministrazzjoni kompatibbli, l-Istati konċernati, fi spirtu ta' komprensjoni u koperazzjoni, għandhom jagħmlu kull sforz biex jidħlu f'arranġamenti temporanji ta' natura prattika. F'każ li huma mhumiex kapaċi jaqblu fuq arranġamenti bħal dawn, kull Stat konċernat jista’, għal għan li jikseb miżuri temporanji, jissottometti l-kwistjoni lil qorti jew tribunal skond il-proċeduri għal ftehim (settlement) ta' kwistjonijiet previsti f'Parti VIII. 6. Arranġamenti jew miżuri temporanji miftehma jew preskritti skond paragrafu 5 għandhom jieħdu in konsiderazzjoni id-disposizzjonijiet ta' din il-Parti, għandhom jagħtu każ tad-drittijiet u l-obbligazzjonijiet ta' l-Istati kollha konċernati, m'għandhomx jippreġudikaw jew jostakolaw milli jintlaħaq ftehim finali fuq miżuri ta' konservazzjoni u amministrazzjoni kompatibbli u għandhom isiru mingħajr preġudizzju għar-riżultat finali ta' xi proċedura ta' ftehim dwar xi kwistjoni. 7. Stati tal-kosta għandhom regolarment jinformaw Stati li jistadu fl-ibħra miftuħa fis-subreġjun jew reġjun, kemm direttament jew permezz ta' organizzazzjonijiet jew arranġamenti amministrattivi dwar sajd subreġjonali jew reġjonali xierqa, jew permezz ta' mezzi xierqa oħra, bil-miżuri li huma adottaw għal ħażniet ta' ħut li jpassu f'żona limitata u ħażniet ta' ħut li jpassu ħafna fiż-żoni taħt ġurisdizzjoni nazzjonali. 8. Stati li jistadu fl-ibħra miftuħa għandhom regolarment jinformaw Stati interessati oħra, kemm direttament jew permezz ta' organizzazzjonijiet jew arranġamenti amministrattivi dwar Sajd subreġjonali jew reġjonali xierqa, jew permezz ta' mezzi xierqa oħra, bil-miżuri li huma jkunu adottaw biex jirregolaw l-attivitajiet ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom li jistadu għal ħażniet bħal dawn fl-ibħra miftuħa. PARTI III MEKKANIŻMI GĦAL KOPERAZZJONI INTERNAZZJONALI DWAR ĦAŻNIET TA' ĦUT LI JPASSU F'ŻONA LIMITATA Artikolu 8 Koperazzjoni għal konservazzjoni u amministrazzjoni 1. Stati tal-kosta u Stati li jistadu fl-ibħra miftuħa għandhom, skond il-Konvenzjoni, isegwu koperazzjoni fir-rigward ta' ħażniet ta' ħut li jpassu f'żona limitata u ħażniet ta' ħut li jpassu ħafna kemm direttament jew permezz ta' organizzazzjonijiet jew arranġamenti amministrattivi dwar Sajd subreġjonali jew reġjonali xierqa, waqt li jieħdu in konsiderazzjoni l-karatteristiċi speċifiċi tas-subreġjonali jew reġjonali, biex jassiguraw konservazzjoni u amministrazzjoni effettiva ta' ħażniet bħal dawn. 2. L-Istati għandhom jidħlu f'konsultazzjonijiet b'rieda tajba u mingħajr ħela ta' żmien, b'mod partikolari fejn hemm evidenza li l-ħażniet ta' ħut li jpassu f'żona limitata u l-ħażniet ta' ħut li jpassu ħafna konċernati jistgħu jkunu taħt theddia ta' esplojtazzjoni esaġerata jew fejn sajd ġdid qed jiġi żviluppat għal ħażniet bħal dawn. Għal dan il-għan, konsultazzjonijiet jistgħu jkunu mibdija wara talba ta' kull Stat interessat bil-pjan li jkunu stabbiliti arranġamenti xierqa biex tkun assigurata konservazzjoni u amministrazzjoni tal-ħażniet. Waqt ftehim pendenti fuq arranġamenti bħal dawn, l-Istati għandhom josservaw id-disposizzjonijiet ta' dan il-Ftehim u għandhom jimxu b'rieda tajba u b'rispett dovut lejn id-drittijiet, interessi u obbligi ta' Stati oħra. 3. Fejn organizzazzjoni jew arranġament amministrattiv dwar sajd subreġjonali jew reġjonali għandhom il-kompetenza li jistabbilixxu miżuri ta' konservazzjoni u amministrazzjoni għal ħażniet ta' ħut li jpassu f'żona limitata u ħażniet ta' ħut li jpassu ħafna partikolari, Stati li jistadu għal ħażniet fl-ibħra miftuħa u Stati tal-kosta relevanti għandhom jeffettwaw l-obbligu tagħhom li jikkoperaw billi jsiru membri ta' organizzazzjoni bħal din jew parteċipanti f'arranġament bħal dan, jew billi jaċċettaw li japplikaw il-miżuri ta' konservazzjoni u amministrazzjoni stabbiliti minn organizzazzjoni jew arranġament bħal din/dan. Stati li għandhom interess reali fis-Sajd konċernat jista’ jsiru membri ta' organizzazzjoni bħal din jew parteċipanti f'tali arranġament. Il-kondizzjonijiet ta' parteċipazzjoni f'organizzazzjoni jew arranġament bħal din/dan m'għandhomx jipprekludu Stati bħal dawn minn sħubija jew parteċipazzjoni; lanqas m'għandhom ikunu applikati b'mod li jiddiskrimina kontra xi Stat jew grupp ta' Stati li għandhom interess reali fis-Sajd konċernat. 4. Dawk l-Istati biss li huma membri ta' tali organizzazzjoni jew parteċipanti f'arranġament bħal dan, jew li jiftehmu li japplikaw il-miżuri ta' konservazzjoni u amministrazzjoni stabbiliti minn tali organizzazzjoni jew arranġament, għandhom ikollhom aċċess għar-riżorsi ta' sajd li għalihom dawk il-miżuri japplikaw. 5. Fejn m'hemmx organizzazzjoni jew arranġament amministrattiv dwar Sajd subreġjonali jew reġjonali biex tistabbilixxi miżuri ta' konservazzjoni u amministrazzjoni għal ħażniet ta' ħut li jpassu f'żona limitata u ħażniet ta' ħut li jpassu ħafna partikolari, Stati tal-kosta relevanti u Stati li jistadu fl-ibħra miftuħin għal tali ħażna fis-subreġjun jew reġjun għandhom jikkoperaw biex jistabbilixxu tali organizzazzjoni jew jidhlu f'arranġamenti oħra xierqa biex jassiguraw konservazzjoni u amministrazzjoni ta' tali ħażna u għandhom jipparteċipaw fix-xogħol ta' l-organizzazzjoni jew arranġament. 6. Kull Stat li għandu ħsieb li jipproponi li għandha tittieħed xi azzjoni minn organizzazzjoni intergovermentali li għandha l-kompetenza fir-rigward ta' riżorsi ħajjin għandu, fejn azzjoni bħal din għandu jkollha effett sinjifikanti fuq miżuri ta' konservazzjoni u amministrazzjoni diġà stabbiliti minn organizzazzjoni jew arranġament amministrattiv dwar Sajd subreġjonali jew reġjonali kompetenti, jikkonsulta permezz ta' dik l-organizzazzjoni jew arranġament mal-membri tagħha jew parteċipanti. Sa fejn hu prattikabbli, konsultazzjoni bħal din għandha issir qabel is-sottomissjonijiet tal-proposta lill-organizzazzjoni intergovernamentali. Artikolu 9 Organizzazzjonijiet u Arranġamenti amministrattivi dwar Sajd subreġjonali u reġjonali 1. Meta jistabbilixxu organizzazzjonijiet amministrattivi dwar Sajd subreġjonali u reġjonali jew meta jidħlu f'arranġamenti amministrattivi dwar Sajd subreġjonali jew reġjonali għal ħażniet ta' ħut li jpassu f'żona limitata u ħażniet ta' ħut li jpassu ħafna, l-Istati għandhom jiftehmu, inter alia, fuq: (a) il-ħażniet li għalihom il-miżuri ta' konservazzjoni u amministrazzjoni japplikaw, waqt li jieħdu in konsiderazzjoni l-karatteristiċi bijoloġiċi konċernati u n-natura tas-Sajd involut; (b) Iż-żona ta' applikazzjoni, waqt li jittieħed in konsiderazzjoni l-Artikolu 7(1), u l-karatteristiċi tas-subreġjuni u reġjuni inklużi fatturi soċjo-ekonomiċi, ġeografiċi u ambjentali; (ċ) ir-relazzjoni bejn ix-xogħol ta' l-organizzazzjoni jew arranġament ġdid(a) u r-rwol, għanijiet u operazzjonijiet ta' kull organizzazzjoni jew arranġament amministrattiv dwar Sajd relevanti, u (d) il-mekkaniżmi li permezz tagħhom l-organizzazzjoni jew arranġament jiksbu parir xjentifiku u jagħmlu reviżjoni ta' l-istatut tal-ħażniet, inkluż, fejn xieraq, il-ħolqien ta' korp konsulenza xjentifika. 2. Stati li jikkoperaw fil-formazzjoni ta' organizzazzjoni jew arranġament amministrattiv dwar Sajd subreġjonali u reġjonali għandhom jinformaw Stati oħrajn li huma konxji li għandhom interess reali fix-xogħol ta' l-organizzazzjon jew arranġament propost ta' koperazzjoni bħal din. Artikolu 10 Funzjonijiet ta' organizzazzjonijiet u arranġamenti dwar Sajd subreġjonali u reġjonali Waqt li jaderixxu ma’ l-obbligazzjoni li jikkoperaw permezz ta' organizzazzjonijiet u arranġamenti subreġjonali u reġjonali, l-Istati għandhom: (a) jaqblu fuq u jħarsu miżuri ta' konservazzjoni u amministrazzjoni biex jassiguraw is-sostenibbilità fit-tul ta' ħażniet ta' ħut li jpassu f'żona limitata u ħażniet ta' ħut li jpassu ħafna; (b) jablu, kif xieraq, fuq drittijiet parteċipatorji bħal allokazzjonijiet ta' qbid permess jew livelli ta' impenn ta' sajd (fishing effort); (ċ) jadottaw u japplikaw standards minimi internazzjonali ġeneralment rakkomandati għall-aġir responsabbli ta' operazzjonijiet ta' sajd; (d) jiksbu u jevalwaw parir xjentifiku, jirrevedu l-istatut tal-ħażniet u jagħmlu stima ta' l-impatt ta' sajd fuq speċi non-target u assoċjati jew dipendenti; (e) jaqblu fuq standards ta' ġbir, rapportaġġ, verifika u skambju ta' data fuq sajd għall-ħażniet; (f) jiġbru u jxerrdu data statistika preċiża u komplita, kid deskrit f'L-Anness I, biex jassiguraw li l-aħjar evidenza xjentifika tkun disponibbli, waqt li tinzamm il-kunfidenzjalità fejn xieraq; (g) jippromovu u jmexxu stimi xjentifiċi tal-ħażniet u riċerka relevanti u jxerrdu r-riżultati relatati; (h) jistabbilixxu mekkaniżmi koperattivi xierqa għal monitoraġġ, kontroll, sorveljanza u infurzar effettiv; (i) jiftehmu fuq mezzi li bihom l-interessi tas-sajd ta' membri ġodda ta' l-organizzazzjoni jew parteċipanti ġodda fl-arranġament ikunu akkomodati; (j) jiftehmu fuq proċeduri dwar teħid ta' deċiżjonijiet li jiffaċilitaw l-adottar ta' miżuri ta' konservazzjoni u amministrazzjoni f'waqtu u b'mod effettiv; (k) jippromovu il-ftehim bonarju ta' kwistjonijiet skond Parti VIII; (l) jassiguraw il-koperazzjoni sħiħa ta' l-aġenziji u industriji nazzjonali relevanti biex ikunu implimentati ir-rakkomandazzjonijiet u deċiżjonijiet ta' l-organizzazzjoni jew arranġament, u (m) jagħtu pubbliċità dovuta għall-miżuri ta' konservazzjoni u amministrazzjoni stabbiliti mill-organizzazzjoni jew arranġament. Artikolu 11 Membri jew parteċipanti ġodda Waqt li jistabbilixxu in-natura u l-estent ta' drittijiet parteċipatorji għal membri ġodda ta' organizzazzjoni amministrattiva dwar Sajd subreġjonali jew reġjonali, jew għal parteċipanti ġodda f'arranġament amministrattiv dwar Sajd subreġjonali jew reġjonali, l-Istati għandhom jieħdu in konsiderazzjoni, inter alia: (a) l-istatut tal-ħażniet ta' ħut li jpassu f'żona limitata u ħażniet ta' ħut li jpassu ħafna u l-livell eżistenti ta' impenn ta' sajd fiż-żona tas-sajd; (b) l-interessi rispettivi, mudelli ta' sajd u prattiċi ta' sajd ta' membri jew parteċipanti ġodda u eżistenti; (ċ) il-kontribuzzjonijiet rispettivi ta' membri jew parteċipanti ġodda u eżistenti għal konservazzjoni u amministrazzjoni tal-ħażniet, għall-ġbir u provvediment ta' data eżatta u għat-tmexxija ta' riċerka xjentifika fuq il-ħażniet; (d) il-ħtiġiet ta' komunitajiet ta' sajd tal-kosta li huma dipendenti prinċipalment fuq sajd għall-ħażniet; (e) il-ħtiġiet ta' Stati tal-kosta li l-ekonmiji tagħhom huma immensament dipendenti fuq l-esplojtazzjoni ta' riżorsi marini ħajjin, u (f) l-interessi ta' Stati li qed jiżviluppaw mis-subreġjun jew reġjun li fiż-żoni tagħhom ta' ġurisdizzjoni nazzjonali l-ħażniet huma preżenti wkoll. Artikolu 12 Trasparenza f'attivitajiet ta' organizzazzjonijiet u arranġamenti amministrattivi dwar Sajd subreġjonali u reġjonali. 1. L-Istati għandhom jipprovdu għal trasparenza fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u attivitajiet oħra ta' organizzazzjonijiet u arranġamenti amministrattivi dwar Sajd subreġjonali u reġjonali. 2. Rappreżentanti minn organizzazzjonijiet intergovernamentali oħra u rappreżentanti minn organizzazzjonijiet non-governamentali li jikkonċernaw ħażniet ta' ħut li jpassu f'żona limitata u ħażniet ta' ħut li jpassu ħafna għandhom jingħataw l-opportunità li jieħdu sehem f'laqgħat ta' organizzazzjonijiet u arranġamenti amministrattivi dwar Sajd subreġjonali u reġjonali bħala osservaturi jew mod ieħor, kif xieraq, skond il-proċeduri ta' l-organizzazzjoni jew arranġament konċernat/a. Proċeduri bħal dawn m'għandhomx jirrestrinġu żżejjed f'dan l-aspett. Organizzazzjonijiet intergovernamentali u organizzazzjonijiet non-governamentali bħal dawn għandhom ikollhom aċċess f'waqtu għar-rekords u rapporti ta' organizzazzjonijiet u arranġamenti bħal dawn, bla ħsara għal regoli proċedurali fuq aċċess għalihom. Artikolu 13 Tisħiħ ta' organizzazzjonijiet u arranġamenti eżistenti L-Istati għandhom jikkoperaw biex isaħħu organizzazzjonijiet u arranġamenti amministrattivi dwar Sajd subreġjonali u reġjonali eżistenti biex tkun imtejba l-effettività tagħhom biex jistabbilixxu u jimplimentaw miżuri ta' konservazzjoni u amministrazzjoni għal ħażniet ta' ħut li jpassu f'żona limitata u ħażniet ta' ħut li jpassu ħafna. Artikolu 14 Ġbir u provvediment ta' informazzjoni u koperazzjoni fir-riċerka xjentifika 1. L-Istati għandhom jassiguraw li bastimenti ta' sajd li jtajru l-bandiera tagħhom jipprovdu din l-informazzjoni kif ikun meħtieġ biex jaderixxu ma’ l-obbligazzjonijiet tagħhom taħt dan il-Ftehim. Għal dan il-għan, Stati għandhom skond l-Anness I: (a) jiġbru u jiskambjaw data xjentifika, teknika u ta' statistika fir-rigward ta' attività ta' sajd għal ħażniet ta' ħut li jpassu f'żona limitata u ħażniet ta' ħut li jpassu ħafna; (b) jassiguraw li data tkun miġbura f'dettal suffiċjenti biex tkun faċilitata stima effettiva ta' ħażna u li jkunu provduti f'waqthom biex ikunu sodisfatti il-ħtiġiet ta' organizzazzjonijiet u arranġamenti amministrattivi dwar Sajd subreġjonali u reġjonali, u (ċ) jieħdu miżuri xierqa biex jivverifikaw l-eżattezza ta' data bħal din. 2. L-Istati għandhom jikkoperaw, kemm direttament jew permezz ta' organizzazzjonijiet u arranġamenti amministrattivi dwar Sajd subreġjonali u reġjonali: (a) biex jaqblu fuq l-ispeċifikazzjoni ta' data u format li fih għandhom ikunu provduti lil tali organizzazzjonijiet u arranġamenti, waqt li jieħdu in konsiderazzjoni n-natura tal-ħażniet u l-attività ta' sajd għal dawn il-ħażniet, u (b) biex jiżviluppaw u jiskambjaw metodi ta' teknika analitiċi u metodoloġiji ta' assessjar ta' ħażna biex ikun mtejba miżuri ta' konservazzjoni u amministrazzjoni ta' ħażniet ta' ħut li jpassu f'żona limitata u ħażniet ta' ħut li jpassu ħafna. 3. Konsistenti ma’ Parti XIII tal-Konvenzjoni, l-Istati għandhom jikkoperaw, kemm direttament jew permezz ta' organizzazzjonijiet internatzzjonali kompetenti, biex tissaħħaħ il-kapaċità ta' riċerka xjentifika fil-qasam ta' sajd u biex tkun promossa riċerka xjentifika relatata mal-konservazzjoni u amministrazzjoni ta' ħażniet ta' ħut li jpassu f'żona limitata u ħażniet ta' ħut li jpassu ħafna għal benefiċċju ta' kulħadd. Għal dan il-għan, Stat jew organizzazzjoni internazzjonali kompetenti li tmexxi riċerka bħal din lil hinn minn żoni taħt ġurisdizzjoni nazzjonali għandhom jippromovu b'mod attiv il-pubblikazzjoni u disseminazzjoni lil kull Stati interessati bir-riżultati ta' dik ir-riċerka u informazzjoni relatata ma’ l-għanijiet tagħha u metodi u, b'mod prattikabbli, jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni ta' xjentisti minn dawk l-iStati f'riċerka bħal din. Artikolu 15 Ibħra magħluqa u semi-magħluqa Fl-implimentar ta' dan il-Ftehim f'baħar magħluq u semi-magħluq, l-Istati għandhom jieħdu in konsiderazzjoni l-karatteristiċi naturali ta' dak il-baħar u għandhom ukoll jimxu b’mod konsistenti ma’ Parti IX tal-Konvenzjoni u disposizzjonijiet relevanti oħra misjuba fih. Artikolu 16 Żoni ta' ibħra miftuħa mdawra totalment minn żona taħt ġurisdizzjoni nazzjonali ta' Stat uniku 1. Stati li jistadu għal ħażniet ta' ħut li jpassu f'żona limitata u ħażniet ta' ħut li jpassu ħafna f'żona ta' ibħra miftuħa mdawra totalment minn żona taħt ġurisdizzjoni nazzjonali ta' Stat uniku u dan l-Istat ta' l-aħħar għandu jikkopera biex jistabbilixxi miżuri ta' konservazzjoni u amministrazzjoni fir-rigward ta' dawk il-ħażniet fiż-żona ta' ibħra miftuħa. Wara li kkunsidraw il-karatteristiċi naturali taż-żona, l-Istati għandhom jagħtu attenzjoni speċjali għall-ħolqien ta' miżuri ta' konservazzjoni u amministrazzjoni kompatibbli għal ħażniet bħal dawn skond l-Artikolu 7. Miżuri mittieħda fir-rigward ta' l-ibħra miftuħa għandhom jieħdu in konsiderazzjoni id-drittijiet, obbligi u interessi ta' l-Istati tal-kosta taħt il-Konvenzjoni, għandhom ikunu bbażati fuq l-aħjar evidenza xjentifika disponibbli u għandhom ukoll jieħdu in konsiderazzjoni kull miżuri ta' konservazzjoni u amministrazzjoni adottati u applikati fir-rigward ta' l-istess ħażniet skond l-Artikolu 61 tal-Konvenzjoni mill-Istat tal-kosta fiż-żona taħt ġurisdizzjoni nazzjonali. L-Istati għandhom ukoll jaqblu fuq miżuri ta' monitoraġġ, kontroll, sorveljanza u infurzar biex jassiguraw konformità mal-miżuri ta' konservazzjoni u amministrazzjoni fir-rigward ta' l-ibħra miftuħa. 2. Skond l-Artikolu 8, l-Istati għandhom jimxu b'rieda tajba u jagħmlu kull sforz biex jaqblu mingħajr ħela ta' ħin fuq miżuri ta' konservazzjoni u amministrazzjoni li għandhom ikunu applikati fit-tmexxija ta' operazzjonijiet ta' fiż-żona riferuta fil-paragrafu 1. Jekk, f'perjodu ta' żmien raġonevoli, l-Istati li jistadu konċernati u l-Istati tal-kosta m'humiex kapaċi jaqblu fuq tali miżuri, huma għandhom, rigward paragrafu 1, japplikaw l-Artikolu 7(4)(5) u (6) relatati ma’ arranġamenti jew miżuri temporanji. Sakemm il-ħolqien ta' arranġamenti jew miżuri bħal dawn jibqgħu pendenti, l-Istati konċernati għandhom jieħdu miżuri fir-rigward ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom biex huma ma jipprattikawx sajd li jista’ jipperikola l-ħażniet konċernati. PARTI IV DAWK MHUX MEMBRI U MHUX PARTEĊIPANTI Artikolu 17 Dawk mhux membri ta' organizzazzjonijiet u dawk mhux parteċipanti f'arranġamenti 1. Stat li mhux membru ta' orgarnizzazzjoni amministrattiva dwar Sajd subreġjonali jew reġjonali jew li mhux parteċipant f'arranġament amministrattiva dwar Sajd subreġjonali jew reġjonali, u li b'mod ieħor ma japbilx li japplika il-miżuri ta' konservazzjoni u amministrazzjoni stabbiliti minn tali organizzazzjoni jew arranġamenti, mhux meħlus minn l-obbligazzjoni li jikkopera, skond il-Konvenzjoni u dan il-Ftehim, fil-konservazzjoni u amministrazzjoni tal-ħażniet ta' ħut li jpassu f'żona limitata u ħażniet ta' ħut li jpassu ħafna relevanti. 2. Stati bħal dawn m'għandhomx jawtorizzaw bastimenti li jtajru il-bandiera tagħhom biex jipprattikaw operazzjonijiet ta' sajd għall-ħażniet ta' ħut li jpassu f'żona limitata u ħażniet ta' ħut li jpassu ħafna li huma soġġetti għall-miżuri ta' konservazzjoni u amministrazzjoni stabbiliti minn organizzazzjoni jew arranġament bħal din/dan. 3. Stati li huma membri ta' organizzazzjoni amministrattiva dwar Sajd subreġjonali jew reġjonali jew parteċipanti f'arranġament amministrattiv dwar Sajd subreġjonali jew reġjonali għandhom, individwalment jew flimkien, jitolbu lill-entitajiet tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 1(3) li għandhom vaprui fiż-żona relevanti biex jikkoperaw bis-sħiħ ma’ tali organizzazzjoni jew arranġament fl-implimentazzjoni tal-miżuri ta' konservazzjoni u amministrazzjoni li hi stabbiliet, bi pjan li jkunu applikati de facto dawn il-miżuri kemm jista’ jkun estensivament possibbli għal attivitajiet ta' sajd fiż-żona relevanti. Entitajiet ta' sajd bħal dawn għandhom igawdu benefiċċji minn parteċipazzjoni fl-attività ta' sajd proporzjonata ma’ l-impenn tagħhom biex jinkonformaw mal-miżuri ta' konservazzjoni u amministrazzjoni fir-rigward tal-ħażniet. 4. Stati li huma membri ta' tali organizzazzjoni jew parteċipanti f'arranġament bħal dan għandhom jiskambjaw informazzjoni fir-rigward ta' l-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandieri ta' Stati li la huma membri ta' l-organizzazzjoni u lanqas parteċipanti fl-arranġament u li huma okkupati fl-operazzjonijiet ta' sajd għall-ħażniet relevanti. Huma għandhom jieħdu miżuri konsistenti ma’ dan il-Ftehim u liġi internazzjonali biex ikun ta' deterrent għal attivitajiet ta' vaspuri bħal dawn li jippreġudikaw l-effettività ta' miżuri ta' konservazzjoni u amministrazzjoni subreġjonali jew reġjonali. PARTI V OBBLIGI TA' L-ISTAT TAL-BANDIERA Artikolu 18 Obbligi ta' l-Istat tal-bandiera 1. Stat li l-bastimenti tiegħu jistadu fl-ibħra miftuħa għandhu jieħu dawk il-miżuri li jistgħu jkunu meħtieġa biex jassigura li l-basatiment li jtajjar il-bandiera tiegħu jinkonformaw ma’ miżuri ta' konservazzjoni u amministrazzjoni subreġjonali u reġjonali u li dawn il-bastimenti ma jippratikawx f'xi attività li tnaqqas l-effettività ta' miżuri bħal dawn. 2. Stat għandu jawtorizza l-użu ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu għal sajd fl-ibħra miftuħa biss fejn hu kapaċi jeżerċita r-responsabbilitajiet tiegħu effettivament fir-rigward ta' bastimenti bħal dawn taħt il-Konvenzjoni u dan il-Ftehim. 3. Miżuri li għandhom jittieħdu minn Stat fir-rigward ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu għandhom jinkludu: (a) kontroll ta' bastimenti bħal dawn li jbaħħru fl-ibħra miftuħa permezz ta' liċenzi ta' sajd, awtorizzazzjonijiet jew permess, skond xi proċeduri applikabbli miftehma f'livell subreġjonali, reġjonali jew globali; (b) Stabbiliment ta' regolamenti: (i) biex ikunu applikati termini u kondizzjonijiet għal-liċenza, awtorizzazzjoni jew permess suffiċjenti biex jissodisfa kull obbligazzjonijiet subreġjonali, reġjonali jew globali ta' l-Istat tal-bandiera, (ii) biex ikun projbit sajd fl-ibħra miftuħa minn bastimenti li m'humiex liċenzati jew awtorizzati kif meħtieġ, jew sajd fl-ibħra miftuħa minn bastimenti b'xi mod ieħor li mhux skond it-termini u kondizzjonijiet ta' xi liċenza, awtorizzazzjoni jew permess, (iii) biex ikun jinħtieġ li bastimenti li jistadu fl-ibħra miftuħa li jġorru abbord f'kull ħin il-liċenza, awtorizzazzjoni jew permess u li jipproduċha fuq talba għal spezzjonar minn persuna awtorizzata kif mistħoqq, (iv) biex jassiguraw li bastimenti li jtajru il-bandiera tagħhom ma jipprattikawx sajd mhux awtorizzat fiż-żoni taħt il-ġurisdizzjoni nazzjonali ta' Stati oħrajn; (ċ) stabbiliment ta' rekord nazzjonali ta' bastimenti tas-sajd awtorizzati li jistadu fl-ibħra miftuħa u provvediment ta' aċċess għall-informazzjoni li qiegħda f'dak ir-rekord fuq talba minn Stati direttament interessati, waqt li jittieħdu in konsiderazzjoni liġijiet nazzjonali ta' l-Istat tal-bandiera fir-rigward tar-rilaxx ta' informazzjoni bħal din; (d) ħtiġiet għal markar ta' bastimenti tas-sajd u apparat tas-sajd għal identifikar skond sistemi uniformi u internazzjonali ta' għarfien ta' bastimenti u markar ta' apparat, bħall-Organizzazzjoni Għall-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti dwar Speċifikazzjonijiet Standard għall-Immarkar u Identifikazzjoni ta' Bastimenti tas-Sajd; (e) ħtiġiet għar-reġistrazzjoni u rapportar fil-ħin tal-pożizzjoni ta' bastiment, qabda ta' speċi target u non-target, impenn ta' sajd u data dwar sajd ieħor relevanti skond standards subreġjonali, reġjonali u globali għal ġbir ta' data bħal din; (f) ħtiġiet għal verifikar ta' qabda ta' speċi target u non-target permezz ta' mezzi bħal dawn bħal programmi ta' osservatur, skemi ta' spezzjoni, rapporti dwar ħatt ta' tagħbija, superviżjoni ta' trasbord u monitoraġġ ta' żbark ta' qabdiet (ta' ħut) u statistiċi tas-suq; (g) monitoraġġ, kontroll u sorveljanza ta' bastimenti bħal dawn, l-operazzjonijiet ta' sajd tagħhom u attivitajiet relatati minn, inter alia: (i) l-implimentazzjoni ta' skemi ta' spezzjonar nazzjonali u skemi subreġjonali u reġjonali għal koperazzjoni fl-infurzar skond l-Artikoli 21 u 22, inklużi ħtiġiet għal bastimenti bħal dawn biex ikun permess aċċess minn spetturi awtorizzati skond kif meħtieġ minn Stati oħra, (ii) l-implimentazzjoni ta' programmi ta' osservatur nazzjonali u programmi ta' osservatur subreġjonali u reġjonali li fih l-Istat tal-bandiera huwa parteċipant, inklużi ħtiġiet għal vaprui bħal dawn għal permess għal aċċess minn osservaturi minn Stati oħra biex imexxu l-funzjonijiet miftehma taħt il-programmi, (iii) l-Iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' sistemi ta' monitoraġġ ta' bastimenti, inklużi, kif xieraq, sistemi ta' trasmetturi b'satellita, skond xi programmi nazzjonali u dawk li kienu miftehma b'mod subreġjonali, reġjonali jew globali bejn l-Istati konċernati; (h) regolar ta' trasbord fl-ibħra miftuħa biex ikun assigurat li l-effetività ta' miżuri ta' konservazzjoni u amministrazzjoni ma tkunx imnaqqsa; (i) regolar ta' attivitajiet ta' sajd biex tkun assigurata konformità ma’ miżuri subreġjonali, reġjonali jew globali, inklużi dawk immirati għat-tnaqqis ta' qabdiet ta' speċi non-target. 4. Fejn b’mod subreġjonali, reġjonali jew globali hemm għaddejja sistema miftehma ta' monitoraġġ, kontroll u sorveljanza, l-Istati għandhom jassiguraw li l-miżuri li huma jimponu fuq bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom huma kompatibbli ma’ dik is-sistema. PARTI VI KONFORMITÀ U INFURZAR Artikolu 19 Konformità u infurzar mill-Istat tal-bandiera 1. Stat għandu jassigura konformità minn bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom ma’ miżuri ta' konservazzjoni u amministrazzjoni subreġjonali u reġjonali għal ħażniet ta' ħut li jpassu f'żona limitata u ħażniet ta' ħut li jpassu ħafna. Għal dan il-għan, dak l-Istat għandu: (a) jinfurza miżuri bħal dawn irrispettivament minn fejn isiru il-vjolazzjonijiet; (b) jinvestiga mill-ewwel u b'mod komplet kull vjolazzjoni allegata ta' miżuri ta' konservazzjoni u amministrazzjoni subreġjonali jew reġjonali, li jistgħu jinkludu l-ispezzjoni fiżika tal-bastimenti konċernati, u jirraportaw mill-ewwel lill-Istat li qed jallega l-vjolazzjoni u lill-organizzazzjoni jew arranġamenti relevanti subreġjonali jew reġjonali fuq il-progress u r-riżultat ta' l-investigazzjoni; (ċ) jinfurza l-ħtieġa li kull bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu biex jagħti informazzjoni lill-awtorità investigattiva rigward pożizzjoni tal-bastiment, qabdiet, apparat ta' sajd, operazzjonijiet ta' sajd u attivitajiet relatati fiż-żona tal-vjolazzjoni allegata; (d) jekk sodisfatt li evidenza suffiċjenti hi disponibbli fir-rigward ta' allegazzjoni ta' vjolazzjoni, jirreferi il-każ lill-awtoritajiet teigħu bi pjan biex jinbdew proċeduri mingħajr telf ta' żmien skond il-liġijiet tagħha u, fejn xieraq, ikun miżmum il-bastiment konċernat; (e) jassigura li, fejn ġie stabbilit, skond il-liġijiet tagħha, li bastiment kien ġie involut fl-att ta' vjolazzjoni serja ta' tali miżuri, il-bastiment ma jipprattikax operazzjonijiet ta' sajd fl-ibħra miftuħa sa’ dak iż-żmien li is-sanzjonijiet pendenti imposti mill-Istat tal-bandiera fir-rigward tal-vjolazzjoni ikunu ġew imħarsa. 2. L-investigazzjonijiet u proċeduri ġudizzjarji kollha għandhom ikunu immexxija b’ħeffa. Sanzjonijiet applikabbli fir-rigward ta' vjolazzjonijiet għandhom ikunu adegwati severament biex ikunu effettivi biex tkun assigurata konformità u biex ikunu skuraġġiti vjolazzjonijiet fejn isiru u għandhom iċaħħdu lil dawk li jkunu kisru l-liġi mill-benefiċċji li jidħlu mill-attivitajiet illegali tagħhom. Miżuri applikabbli fir-rigward ta' kaptani u uffiċjali oħra ta' bastimenti ta' sajd għandhom jinkludu disposizzjonijiet li jistgħu jippermettu, inter alia, rifjut, irtirar jew sospensjoni ta' awtorizzazzjonijiet biex iservu ta' kaptani jew uffiċjali fuq bastimenti bħal dawn. Artikolu 20 Koperazzjoni internazzjonali fl-infurzar 1. L-Istati għandhom jikkoperaw, kemm direttament jew permezz ta' organizzazzjonijiet jew arranġamenti amministrattivi dwar Sajd subreġgjonali jew reġjonali, biex jassiguraw konformità ma’ u infurzar ta miżuri ta' konservazzjoni u amministrazzjoni subreġjonali u reġjonali għal ħażniet ta' ħut li jpassu f'żona limitata u ħażniet ta' ħut li jpassu ħafna. 2. Stat tal-bandiera li jkun qed imexxi investigazzjoni ta' allegata vjolazzjoni ta' miżuri ta' konservazzjoni u amministrazzjoni għal ħażniet ta' ħut li jpassu f'żona limitata u ħażniet ta' ħut li jpassu ħafna jista’ jitlob l-għajnuna ta' xi Stat ieħor li l-koperazzjoni tiegħu tista’ tkun utli fit-tmexxija ta' dik l-investigazzjoni. L-Istati kollha għandhom jagħmlu ħilithom biex jilqgħu talbiet raġonevoli magħmula minn Stat ta' bandiera fir-rigward ta' investigazzjonijiet bħal dawn. 3. Stat ta' bandiera jista’ jidħol għal investigazzjonijiet bħal dawn direttament, f'koperazzjoni ma’ Stati oħra interessati jew permezz ta' organizzazzjoni jew arranġament amministrattiv dwar Sajd subreġjonali jew reġjonali. Informazzjoni fuq il-progress u r-riżultat ta' l-investigazzjonijiet għandhom ikunu provduti lill-Istati kollha li għandhom interess fi, jew ikunu affetwati minn, l-allegata vjolazzjoni. 4. L-Isati għandhom jassistu lil xulxin biex ikunu identifikati bastimenti li jkunu rrapportati li ipprattikaw attivitajiet li jagħmlu ħsara lill-effetività ta' miżuri ta' konservazzjoni u amministrazzjoni subreġjonali, reġjonali jew globali. 5. L-Istati għandhom, safejn hu permess mil-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali, jistabbilixxu arranġamenti biex joffru lil awtoritajiet tal-prosekuzzjoni fi Stati oħrajn evidenza relatata ma’ allegati vjolazzjonijiet ta' miżuri bħal dawn. 6. Fejn hemm raġunijiet xierqa biex jemmnu li xi bastiment fl-ibħra miftuħa kien ipprattika sajd mhux awtorizzat fiż-żona taħt ġurisdizzjoni ta' Stat tal-kosta, l-Istat tal-bandiera ta' dak il-bastiment, wara talba ta' l-Istat tal-kosta konċernat, għandu immedjatament u bis-sħiħ jinvestiga l-materja. L-Istat tal-bandiera għandu jikkopera ma’ l-Istat tal-kosta biex tittieħed azzjoni ta' infurzar xieraq f’każi bħal dawn u jista’ jawtorizza lill-awtoritajiet relevanti ta' l-Istat tal-kosta biex jitla’ abbord u jispezzjona l-bastiment fl-ibħra miftuħa. Dan il-paragrafu hu mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 111 tal-Konvenzjoni. 7. Stati Partijiet li huma membri ta' organizzazzjoni amministrattiva dwar Sajd subreġjonali jew reġjonali jew parteċipanti f'arranġament amministrattiv dwar Sajd subreġjonali jew reġjonali jistgħu jieħdu azzjoni skond liġi internazzjonali, inkluż permezz ta' rikors ta' proċeduri stabbiliti subreġjonali jew reġjonali għal dan il-għan, biex iżommu bastimenti li pprattikaw attivitajiet li jippreġudikaw l- awtorità ta' jew b’mod ieħor jiksru l-miżuri ta' konservazzjoni u amministrazzjoni stabbiliti minn dik l-organizzazzjoni jew arranġament milli jistadu fl-ibħra miftuħa fis-subreġjun jew reġjun sa’ dak ż-żmien kif xieraq meta azzjoni tittieħed mill-Istat tal-bandiera. Artikolu 21 Koperazzjoni subreġjonali u reġjonali fl-infurzar 1. F'kull żona ta' ibħra miftuħa koperta minn organizzazzjoni jew arranġament amministrattiv dwar Sajd subreġjonali jew reġjonali, Stat Parti li hu membru ta' organizzazzjoni bħal din jew parteċipant f'tali arranġament jista’, permezz ta' l-ispetturi awtorizzati xierqa, jitilgħu abbord u jispezzjonaw, skond paragrafu 2, bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta' Stat Parti għal dan il-Ftehim ieħor, kemm jekk hu jew mhux ukoll Stat Parti membru ta' l-organizzazzjoni jew parteċipant fl-arranġament, għall-għan li tkun assigurata konformità mal-miżuri ta' konservazzjoni u amministrazzjoni għal ħażniet ta' ħut li jpassu f'żona limitata u ħażniet ta' ħut li jpassu ħafna stabbiliti minn dik l-organizzazzjoni jew arranġament. 2. L-Istati għandhom jistabbilixxu, peremezz ta' organizzazzjonijiet jew arranġamenti amministrattivi dwar Sajd subreġjonali jew reġjonali, proċeduri għal tlugħ abbord u spezzjonijiet skond paragrafu 1, kif ukoll proċeduri biex jkun implimentati disposizzjonijiet oħra ta' dan l-Artikolu. Proċeduri bħal dawn għandhom ikunu konsistenti ma’ dan l-Artikolu u l-proċeduri bażiċi stabbiliti fl-Artikolu 22 u m'għandhomx jiddiskriminaw kontra dawk li mhux membri ta' l-organizzazzjoni jew mhux parteċipanti fl-arranġament. Tlugħ abbord u spezzjonar kif ukoll kull azzjoni ta' infurzar sussegwenti għandhom isiru skond proċeduri bħal dawn. L-Istati għandhom jagħtu pubbliċità xierqa għal proċeduri stabbiliti skond dan il-paragrafu. 3. Jekk, fi żmien sentejn minn l-adozzjoni ta' dan il-Ftehim, xi organizzazzjoni jew arranġament ikun għadu ma stabbilix proċeduri bħal dawn, tlugħ abbord u spezzjonar skond paragrafu 1, kif ukoll xi azzjoni ta' infurzar sussegwenti għandu, sakemm l-istabbiliment ta' tali proċeduri jibqgħu pendenti, għandu jsir skond dan l-Artikolu u l-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 22. 4. Qabel ma’ tittieħed azzjoni taħt dan l-Artikolu, Stati li jispezzjonaw għandhom, kemm direttament jew permezz ta' organizzazzjoni jew arranġament amministrattiv dwar Sajd subreġjonali jew reġjonali, jinformaw lill-Istati kollha li l-bastimenti tagħhom jistadu fl-ibħra miftuħa fis-subreġjun jew reġjun dwar il-forma ta' identifikazzjoni maħruġa lill-ispetturi awtorizzati xierqa tagħhom. Il-bastimenti użati għal tlugħ abbord u spezzjonar għandhom ikunu mmarkati b'mod ċar u jkunu identifikabbli bħala li huma fuq servizz governattiv. Fil-mument li jsir Parti għal dan il-Ftehim, Stat għandu jinnomina awtorità xierqa biex tirċievi notifikazzjonijiet skond dan l-Artikolu u għandu jagħti pubbliċità xierqa ta' nomina bħal din permezz ta' l-organizzazzjoni jew l-arranġament amministrattiv dwar Sajd subreġjonali jew reġjonali relevanti. 5. Fejn, wara tlugħ abbord u spezzjoni, ikun hemm raġunijiet ċari biex wieħed jemmen li bastiment ikun ipprattika attività kontrarja għall-miżuri ta' konservazzjoni u amministrazzjoni imsemmija fil-paragrafu 1, l-Istat li jispezzjona għandu, fejn xieraq, jassigura evidenza u għandu mill-ewwel jinnotifika l-Istat tal-bandiera bl-allegata vjolazzjoni. 6. L-Istat tal-bandiera għandu jirrispondi għan-notifika msemmija fil-paragrafu 5 fi żmien tlett ijiem tax-xogħol minn mindu tkun irċevuta jew perjodu ieħor tali kif jista’ jkun preskritt fi proċeduri stabbiliti skond paragrafu 2, u għandu jew: (a) jissodisfa, mingħajr ħela ta' ħin, l-obbligazzjonijiet tagħhom taħt l-Artikolu 19 biex jinvestiga u, jekk l-evidenza titlob hekk, jieħu azzjoni ta' infurzar fir-rigward tal-bastiment, f'liema każ hu għandu mill-ewwel jinforma lill-Istat li jispezzjona dwar ir-riżultati ta' l-investigazzjoni u b'xi azzjoni ta' infurzar mittieħda; jew (b) jawtorizza lill-Istat li jispezzjona li jinvestiga. 7. Fejn l-Istat tal-bandiera jawtorizza lill-Istat li jispezzjona biex jinvestiga allegata vjolazzjoni, l-Istat li jispezzjona għandu, mingħajr telf ta' żmien, jikkomunika r-riżultati ta' dik l-investigazzjoni lill-Istat tal-bandiera. L-Istat tal-bandiera għandu, jekk l-evidenza titlob hekk, jissodisfa l-obbligazzjonijiet tiegħu biex jieħu azzjoni ta' infurzar fir-rigward tal-bastiment. Alternattivament, l-Istat tal-bandiera jista’ jawtorizza lill-Istat li jispezzjona biex jieħu tali azzjoni ta' infurzar skond kif jista’ jispeċifika l-Istat tal-bandiera fir-rigward tal-bastiment, konsistenti mad-drittijiet u obbligazzjoni ta' l-Istat tal-bandiera taħt dan il-Ftehim. 8. Fejn, wara tlugħ abbord u spezzjonar, ikun hemm raġunijiet ċari biex wieħed jemmen li bastiment ikkommetta vjolazzjoni serja, u l-Istat tal-bandiera jew naqas li jirrispondi jew naqas li jieħu azzjoni kif meħtieġ taħt paragrafi 6 jew 7, l-ispetturi jistgħu jibqgħu abbord u jassigura evidenza u jistgħu jitolbu l-kaptan biex jassisti f'aktar investigazzjoni inkluż, fejn xieraq, billi jieħu l-bastiment mingħajr telf ta' żmien lejn l-iktar port viċin xieraq, jew lejn xi port ieħor kif jista’ jkun speċifikat fil-proċeduri stabbiliti skond paragrafu 2. L-Istat li jispezzjona għandu immedjatament jinforma l-Istat tal-bandiera bl-isem tal-port li lejħ il-bastiment għandu jipproċedi. L-Istat li jispezzjona u l-Istat tal-bandiera u, kif xieraq, l-Istat tal-port għandhom jieħdu l-passi meħtieġa kollha biex jassiguraw is-saħħa ta' l-ekwipaġġ hi x'inhi in-nazzjonalità tagħhom. 9. L-Istat li jispezzjona għandu jinforma l-Istat tal-bandiera u l-organizzazzjoni relevanti jew lill-parteċipanti fl-arranġament relevanti bir-riżultati ta' xi investigazzjoni oħra. 10. L-Istat li jispezzjona għandu jitlob li l-ispetturi tiegħu josservaw regolamenti, proċeduri u prattiċi ġeneralment aċċettati internazzjonalment u li huma relatati mas-sigurtà tal-bastiment u l-ekwipaġġ, jimminimizza tfixkil ma’ l-operazzjonijiet ta' sajd u, kemm jista’ jkun prattikabbli, jevita azzjoni li tista’ taffettwa b'mod żvantaġġuż il-kwalità tal-qabda. L-Istat li jispezzjona għandu jassigura li tlugh abbord u spezzjonar ma jkunx imexxi b'mod li jista’ jikkostitwixxi tfixkil (harassment) lil xi bastiment tas-sajd. 11. Għall-għanijiet ta' dan l-Artikolu, vjolazzjoni serja tfisser: (a) sajd mingħajr liċenza valida, awtorizzazzjoni jew permess maħruġ mill-Istat tal-bandiera skond l-Artikolu 18(3)(a); (b) nuqqas ta' żamma ta' rekords preċiżi ta' qabda u data dwar qabda, kif meħtieġ mill-organizzazzjoni jew arranġament amministrattiv/a dwar Sajd subreġjonali jew reġjonali relevanti, jew rapportar serjament falz ta' qabda, kontrarji għall-ħtiġiet ta' rapportaġġ fuq qbid ta' tali organizzazzjoni jew arranġament; (ċ) sajd f'żona magħluqa, sajd waqt l-istaġun il-magħluq jew sajd mingħajr, jew wara l-kisba ta', kwota stabbilita minn organizzazzjoni jew arranġament amministrattiv dwar Sajd subreġjonali jew reġjonali relevanti; (d) tmexxija ta' sajd għal ħażna li hu suġġett għal moratorium jew li għalih sajd hu projbit; (e) użu ta' apparat ta' sajd projbit; (f) falsifikar jew ħabi ta' marki, identità jew reġistrazzjoni ta' bastiment tas-sajd; (g) ħabi, tbagħbis ma’ jew disponiment ta' evidenza relatata ma’ investigazzjoni; (h) vjolazzjonijiet multipli li flimkien jikkostitwixxu indifferenza serja tal-miżuri ta' konservazzjoni u amministrazzjoni; jew (i) vjolazzjonijiet oħra bħal dawn li jistgħu jkunu speċifikati fi proċeduri stabbiliti minn organizzazzjoni jew arranġament amministrattiv/a dwar Sajd subreġjonali jew reġjonali relevanti. 12. Minkejja d-disposizzjonijiet l-oħra ta' dan l-Artikolu, l-Istat tal-bandiera jista’, f'kull ħin, jieħu azzjoni biex jissodisfa l-obbligazzjonijiet tiegħu taħt l-Artikolu 19 fir-riward ta' allegata vjolazzjoni. Fejn il-bastiment ikun taħt id-direzzjoni ta' l-Istat li jispezzjona, l-Istat li jispezzjona għandu, wara t-talba ta' l-istat tal-bandiera, jirrilaxxa l-bastiment lill-Istat tal-bandiera flimkien ma’ informazzjoni sħiħa fuq il-progress u r-riżultat ta' l-investigazzjoni tiegħu. 13. Dan l-Artikolu hu mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' l-Istat tal-bandiera li jieħu xi miżuri, inklużi proċeduri biex jimponi penalitajiet, skond il-liġijiet tiegħu. 14. Dan l-Artikolu japplika mutatis mutandis għal tlugħ abbord u spezzjonar minn Stat Parti li hu membru ta' organizzazzjoni amministrattiva dwar Sajd subreġjonali jew reġjonali jew parteċipant f'arranġament amministrattiv dwar Sajd subreġjonali jew reġjonali u li għandu raġunijiet ċari biex jemmen li bastiment tas-sajd li jtajjar ta' Stat Parti ieħor kien ippratika xi attività kontrarja għal miżuri relevanti ta' konservazzjoni u amministrazzjoni msejħa fil-paragrafu 1 fl-ibħra miftuħa koperti minn tali organizzazzjoni jew arranġament, u tali bastiment kien sussegwentement, waqt l-istess vjaġġ ta' sajd, daħal f'żona taħt il-ġurisdizzjoni nazzjonali ta' Stat li qed jispezzjona. 15. Fejn organizzazzjoni jew arranġament amministrattiv dwar Sajd subreġjonali jew reġjonali stabbilixxa mekkaniżmu alternattiv li effettivament jeħles membri jew parteċipanti tagħha mill-obbligazzjoni taħt dan il-Ftehim li jassiguraw konformità mal-miżuri ta' konservazzjoni u amministrazzjoni stabbiliti mill-organizzazzjoni jew arranġament, membri ta' tali organizzazzjoni jew parteċipanti f'tali arranġament jistgħu jaqblu biex jillimitaw l-applikazzjoni ta' paragrafu 1 bejniethom fir-rigward ta' miżuri ta' konservazzjoni u amministrazzjoni li jkunu ġew stabbiliti fiż-żona relevanti ta' ibħra miftuħa. 16. Azzjoni meħuda minn Stati oħra barra l-Istat tal-bandiera fir-rigward ta' bastimenti li pprattikaw attivitajiet kontrarji għal miżuri ta' konservazzjoni u amministrazzjoni subreġjonali u reġjonali għandhom ikunu proporzjonati mas-serjeta tal-vjolazzjoni. 17. Fejn jeżistu raġunijiet raġonevoli biex ikun suspettat li bastiment tas-sajd fl-ibħra miftuħa hu mingħajr nazzjonalità, billi Stat jista’ jitla’ abbord u jispezzjona l-bastiment. Fejn evidenza hekk tirrikjedi, l-Istat jista’ jieħu tali azzjoni kif xieraq skond il-liġi internazzjonali. 18. Stati għandhom ikunu responsabbli għal danni jew telf attribwit lejhom li joħroġ minn azzjoni meħuda skond dan l-Artikolu meta tali azzjoni tkun illegali jew teċċedi dik raġonevolment meħtieġa fid-dawl ta' informazzjoni disponibbli biex ikunu implimentati d-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu. Artikolu 22 Proċeduri basiċi għal tlugħ abbord u spezzjonar skond l-Artikolu 21 1. L-Istat li jispezzjona għandu jassigura li l-ispetturi awtorizzati skond kif meħtieġ tiegħu: (a) jippreżentaw kredenzali lill-kaptan tal-bastiment u jipproduċu kopja tat-test tal-miżuri relevanti ta' konservazzjoni u amministrazzjoni jew regoli u regolamenti viġenti fl-ibħra miftuħa relevanti, skond dawk il-miżuri; (b) tinbeda notifika lill-Istat tal-bandiera fil-ħin tat-tlugħ abbord u spezzjoni; (ċ) ma jindaħlux lill-kaptan fl-abiltà tiegħu li jikkomunika ma’ l-awtoritajiet ta' l-Istat tal-bandiera waqt it-tlugħ abbord u l-ispezzjonar; (d) jipprovdu kopja ta' rapport fuq it-tlugħ abbord u spezzjonar lill-kaptan u lill-awtoritajiet ta' l-Istat tal-bandiera waqt li jinnotaw dak il-ħin xi oġġezzjoni jew dikjarazzjoni li l-kaptan jixtieq li jkollu inkluża fir-rapport; (e) jitilqu minn fuq il-bastiment immedjatament wara t-tlestija ta' l-ispezzjoni jekk huma ma jsibux l-ebda evidenza ta' vjolazzjoni serja; u (f) jevitaw li jużaw forza imbarra biex u sal-livell meħtieġ jassiguraw is-sigurtà ta' l-ispetturi u fejn l-ispetturi jkunu mfixkla fl-esekuzzjoni tad-doveri tagħhom. Il-livell ta' forza użata m'għandhiex teċċedi dik raġonevolment meħtieġa fiċ-ċirkostanzi. 2. L-ispetturi awtorizzati kif xieraq ta' l-Istat li jisepezzjona għandhom ikollhom l-awtorità li jispezzjonaw il-bastiment, il-liċenza, apparat, rekords, faċilitajiet, ħut u prodotti ta' sajd u kull dokumenti relevanti meħtieġa biex jivverifikaw konformità mal-miżuri relevanti ta' konservazzjoni u amministrazzjoni. 3. L-Istat tal-bandiera għandu jassigura li l-kaptani tal-bastimenti: (a) jaċċettaw u jiffaċilitaw tlugħ abbord ta' l-ispetturi b'mod immedjat u mingħajr periklu; (b) jikkoperaw ma’ u jassistu fl-ispezzjonar tal-bastiment li tkun qed titmexxa skond dawn il-proċeduri; (ċ) ma jkunux ta' xkiel, jintimidaw jew jinterompu lill-ispetturi fit-twettiq tad-doveri tagħhom; (d) jħallu l-ispetturi jikkomunikaw ma’ l-awtoritajiet ta' l-Istat tal-bandiera u l-Istat li jispezzjona waqt it-tlugħ abbord u l-ispezzjoni; (e) jipprovdu faċilitajiet raġonevoli, inkluż, fejn xieraq, ikel u akkomodazzjoni, lill-ispetturi; (f) jiffaċilitaw żbarkar mingħajr periklu mill-ispetturi. 4. F'każ li l-kaptan tal-bastiment jirrifjuta li jaċċetta t-tlugħ abbord u l-ispezzjoni skond dan l-Artikolu u l-Artikolu 21, l-Istat tal-bandiera, għandu, barra f'ċirkostanzi fejn, skond regolamenti, proċeduri u prattiċi internazzjonali ġeneralment aċċettati, relatati mas-sigurtà fuq il-baħar, ikun meħtieġ li jkun ittardjat it-tlugħ abbord u l-ispezzjonar, jordna lill-kaptan tal-bastiment biex jissottometti ruħu immedjatament għal tlugħ abbord u spezzjonar u, jekk il-kaptan ma jaderixxix ma’ tali ordni, għandu jissosspendi l-awtorizzazzjoni tal-bastiment għal sajd u jordna l-bastiment biex jirritorna immedjatament lejn il-port. L-Istat tal-bandiera għandu jagħti parir lill-Istat li jispezzjona bl-azzjoni li hu jkun ħa meta ċ-ċirkostanzi imsemmija f'dan il-paragrafu jqumu. Artikolu 23 Miżuri meħuda minn Stat ta' port 1. Stat ta' port għandu id-dritt u d-dover li jieħu miżuri, skond l-liġi internazzjonali, biex jippromovi l-awtorità ta' miżuri ta' konservazzjoni u amministrazzjoni subreġjonali, reġjonali u globali. Meta jieħu miżuri bħal dawn Stat ta' port m'għandux jiddiskrimina fil-forma jew fil-fatt kontra l-bastimenti ta' xi Stat. 2. Stat ta port jista’, inter alia, jispezzjona dokumenti, apparat ta' sajd u qabda abbord bastimenti tas-sajd, meta bastimenti bħal dawn ikunu volontarjament fil-portijiet tagħha jew fit-terminals 'l barra mix-xtut tagħha. 3. L-Istati jistgħu jadottaw regolamenti li jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet nazzjonali relevanti li jipprojbixxu żbarkar u trasbord fejn kien stabbilit li l-qabda kienet saret b'mod li jipperikola l-effettività ta' miżuri ta' konservazzjoni u amministrazzjoni subrġjonali, reġjonali u globali fl-ibħra miftuħa. 4. Xejn f'dan l-Artikolu ma jaffettwa l-eżerċizzju minn Stati tas-sovranità tagħhom fuq portijiet fit-territorju tagħhom skond il-liġi internazzjonali. PARTI VII ĦTIĠIET TA' STATI LI QED JIŻVILUPPAW Artikolu 24 Għarfien ta' ħtiġiet speċjali ta' Stati li qed jiżviluppaw 1. Stati għandhon jagħtu għarfien totali għall-ħtiġiet speċjali ta' Stati li qed jiżviluppaw fir-rigward ta' konservazzjoni u amministrazzjoni ta' ħażniet ta' ħut li jpassu f’żona limitata u ħażniet ta' ħut li jpassu ħafna ta' każi ta' sajd għal ħażniet bħal dawn. Għal dan il-għan, l-Istati għandhom, kemm direttament jew permezz tal-Programm ta' Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti, l-Organizzazzjoni ta' l-Ikel u Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti u aġenziji speċjalizzati oħra, il-Faċilita’ Ambjentali Globali, il-Kummissjoni fuq Żvilupp Sostenibbli u organizzazzjonijiet u korpi xierqa internazzjonali u reġjonali oħra, jipprovdu assistenza lil Stati li qed jiżviluppaw. 2. Waqt li jagħtu effett għad-dover tagħhom li jikkoperaw fil-ħolqien ta' miżuri ta' konservazzjoni u amministrazzjoni għal ħażniet ta' ħut li jpassu f'żona limitata u ħażniet ta' ħut li jpassu ħafna, Stati għandhom jieħdu in konsiderazzjoni l-ħtiġiet speċjali ta' Stati taħt żvilupp, b'mod partikolari: (a) il-vulnerabilità ta' Stati taħt żvilupp li huma dipendenti fuq l-esplojtazzjoni ta' riżorsi marini ħajjin, inkluż li jintlaħqu l-ħtiġiet nutrizzjonali tal-popolazzjonijiet jew partijiet tagħhom: (b) il-ħtieġa biex ikunu evitati impatti kontrarji fuq, u jassiguraw aċċess għal sajd, taħt sostenn, dak fuq skala żgħira u minn sajjieda artiġjanali u minn ħaddiema fis-sajd nisa, kif ukoll minn nies indiġeni fi Stati taħt żvilupp, b'mod partikolari Stati taħt żvilupp fi gżejjer żgħar; (ċ) il-ħtieġa li jkun assigurat li miżuri bħal dawn ma jirriżultawx fi trasferiment, direttament jew indirettament, piż sproporzjonat ta' azzjoni ta' konservazzjoni fuq Stati taħt żvilupp. Artikolu 25 Forom ta' koperazzjoni ma’ Stati taħt żvilupp 1. L-Istati għandhom jikkoperaw, kemm direttament jew permezz ta' organizzazzjonijiet subreġjonali, reġjonali jew globali: (a) biex itejbu l-kapaċità ta' Stati taħt żvilupp, b'mod partikolari dawk l-anqas żviluppati fosthom u Stati taħt żvilupp li huma gżejjer żgħar, biex jikkonservaw u jamministraw ħażniet ta' ħut li jpassu f'żona limitata u ħażniet ta' ħut li jpassu ħafna u biex jiżviluppaw is-sajd tagħhom għal ħażniet bħal dawn; (b) biex jassistu Stati taħt żvilupp, b'mod partikolari dawk l-anqas żviluppati fosthom u Stati taħt żvilupp li huma gżejjer żgħar, biex ikunu jistgħu jipparteċipaw f'sajd fl-ibħra miftuħa għal ħażniet bħal dawn, inkluża l-faċilità għal aċċess għal sajd bħal dawn bla ħsara għall-Artikoli 5 u 11; (ċ) biex tkun faċilitata l-parteċipazzjoni ta' Stati taħt żvilupp f'organizzazzjonijiet u arranġamenti amministrattivi ta' sajd subreġjonali u reġjonali. 2. Koperazzjoni ma’ Stati taħti żvilupp għall-għanijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu għandha tinkludi id-dispożizzjoni ta' assistenza finanzjarja, assistenza relatata ma’ żvilupp ta' riżorsi umani, assistenza teknika, trasferiment ta' tekonoloġija, kif ukoll permezz ta' arranġamenti ta' intrapriża konġunta, u servizzi ta' pariri u konsultazzjoni. 3. Assistenza bħal din għandha, inter alia, tkun diretta speċifikament lejn: (a) konservazzjoni u amministrazzjoni mtejba ta' ħażniet ta' ħut li jpassu f'żona limitata u ħażniet ta' ħut li jpassu ħafna permezz ta' ġbir, rapportar, verifika, skambju u analiżi ta' data dwar sajd u informazzjoni relatata; (b) stima ta' ħażna u riċerka xjentifika; (ċ) monitorjar, kontroll, sorveljanza, konformità u infurzar, inkluż taħriġ u formazzjoni ta' kapaċità fil-livell lokali, żvilupp u finanzjar ta' programmi ta' osservatur nazzjonali u reġjonali u aċċess għal tekonoloġija u apparat. Artikolu 26 Assistenza speċjali fl-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim 1. L-Istati għandhom jikkoperaw biex jistabbilixxu fondi speċjali biex jassistu Stati taħt żvilupp fl-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim, inkluż li jkunu assisti Stati taħt żvilupp biex jilqgħu l-ispejjeż involuti f'kull proċedura għall-ftehim (settlement) ta' kwistjonijiet li minnhom huma jistgħu jagħmlu parti. 2. Stati u organizzazzjonijiet internazzjonali għandhom jassistu Stati taħt żvilupp biex jistabbilixxu organizzazzjonijiet jew arranġamenti amministrattivi dwar Sajd subreġjonali jew reġjonali ġodda, jew biex isaħħu organizzazzjonijiet jew arranġamenti eżistenti, għall-konservazzjoni u amministrazzjoni ta' ħażniet ta' ħut li jpassu f'żona limitata u ħażniet ta' ħut li jpassu ħafna. PARTI VIII FTEHIM BONARJU TA' KWISTJONIJIET Artikolu 27 Obbligazzjoni biex ikunu miftiehma kwistjonijiet permezz ta' mezzi bonarji L-Istati għandhom l-obbligazzjoni li jaslu għal ftehim aħħari fuq il-kwistjonijiet tagħhom permezz ta' negozjar, inkjesta, medjazzjoni, konċiljazzjoni, arbitraġġ, ftehim ġudizzjarju, billi jirrikorru għal aġenziji jew arranġamenti reġjonali, jew mezzi bonarji oħra ta' l-għażla tagħhom. Artikolu 28 Prevenzjoni ta' kwistjonijiet L-Istati għandhom jikkoperaw biex jipprevenu kwistjonijiet. Għal dan il-għan, l-Istati għandhom jaqblu fuq proċeduri dwar teħid tad-deċiżjonijiet effiċjenti u mħaffa fil-qafas ta' organizzazzjonijiet u arranġamenti amministrattivi dwar Sajd subreġjonali u reġjonali u għandhom isaħħu proċeduri eżisteni dwar teħid tad-deċiżjonijiet kif meħtieġ. Artikolu 29 Kwistjonijiet ta' natura teknika Fejn kwistjoni tikkonċerna materja ta' natura teknika, l-Istati konċernati jistgħu jirreferu l-kwistjoni lil grupp ta' esperti ad hoc stabbilit minnhom. Il-grupp ta' esperti għandu jitħadded ma’ l-Istati konċernati u għandu jagħmel minn kollox biex jirriżolvi l-kwistjoni b’ħeffa mingħajr rikors għal proċeduri li jorbtu għall-ftehim aħħari tal-kwistjonijiet. Artikolu 30 Proċeduri għal ftehim aħħari ta' kwistjonijiet 1. Id-disposizzjonijiet relatati mal-ftehim ta' kwistjonijiet stabbiliti f'Parti XV tal-Konvenzjoni japplikaw mutatis mutandis għal kull kwistjoni bejn Stati Partijiet għal dan il-Ftehim fejn jikkonċerna l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim, kemm jekk huma wkoll Partijiet għall-Konvenzjoni jew le. 2. Id-disposizzjonijiet relatati mal-ftehim ta' kwistjonijiet stabbiliti f'Parti XV tal-Konvenzjoni japplikaw mutatis mutandis għal kull kwistjoni bejn Stati Partijiet għal dan il-Ftehim fejn jikkonċerna l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' ftehim dwar Sajd subreġjonali, reġjonali jew globali relatat ma’ ħażniet ta' ħut li jpassu f'żona limitata u ħażniet ta' ħut li jpassu ħafna li tiegħu huma partijiet, inkluża xi kwistjoni li tikkonċerna l-konservazzjoni u amministrazzjoni ta' ħażniet bħal dawn, kemm jekk huma Partijiet għall-Konvenzjoni jew le. 3. Kull proċedura aċċettata minn Stat Parti għal dan il-Ftehim u l-Konvenzjoni skond l-Artikolu 287 tal-Konvenzjoni għandhom japplikaw għall-ftehim tal-kwistjonijiet taħt din il-Parti, sakemm dak l-Istat Parti, meta iffirma, irratifika jew aċċeda għal dan il-Ftehim, jew f'xi ħin wara, ikun aċċetta proċedura oħra skond l-Artikolu 287 għall-ftehim ta' kwistjonijiet taħt din il-Parti. 4. Stat Parti għal dan il-Ftehim li mhux Parti għall-Konvenzjoni, meta ffirma, irratifika jew aċċeda għal dan il-Ftehim, jew f'xi ħin wara, għandhu jkun liberu li jagħżel, permezz ta' dikjarazzjoni bil-miktub, wieħed jew aktar mill-mezzi stabbiliti fl-Artikolu 287(1), tal-Konvenzjoni għall-ftehim ta' kwistjonijiet taħt din il-Parti. L-Artikolu 287 għandu jgħodd għal dikajrazzjoni bħal din, kif ukoll għal kull kwistjoni li għaliha tali Stat hu parti li ma hiex koperta minn dikjarazzjoni viġenti. Għall-għanijiet ta' konċiljazzjoni u arbitraġġ skond l-Annessi V, VII u VIII għall-Konvenzjoni, tali Stat għandu jkun intitolat li jinnomina konċiljaturi, arbitri u esperti biex ikunu inklużi fil-listi msemmija fl-Anness V, l-Artikolu 2, l-Anness VII, l-Artikolu 2, u l-Anness VIII, l-Artikolu 2, għall-ftehim ta' kwistjonijiet taħt din il-Parti. 5. Kull qorti jew tribunal li lilu tkun ġiet sottomessa kwistjoni taħt din il-Parti għandha tapplika d-disposizzjonijiet relevanti tal-Konvenzjoni, ta' dan il-Ftehim u kull ftehim dwar sajd relevanti subreġjonali, reġjonali jew globali, kif ukoll standards ġeneralment aċċettati għall-konservazzjoni u amministrazzjoni ta' riżorsi marini ħajjin u regoli oħra ta' liġi internazzjonali li mhux kompatibbli mal-Konvenzjoni, bil-ħsieb li tkun assigurata l-konservazzjoni tal-ħażniet ta' ħut li jpassu f'żona limitata u ħażniet ta' ħut li jpassu ħafna konċernati. Artikolu 31 Miżuri temporanji 1. Waqt li l-ftehim ta' xi kwistjoni jkun pendenti skond din il-Parti, il-partijiet għall-kwistjoni għandhom jagħmlu kollox biex jidħlu f'arranġamenti temporanji ta' natura prattika. 2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 290 tal-Konvenzjoni, il-qorti jew tribunal li lilu tkun ġiet sottomessa l-kwistjoni taħti din il-Parti tista’ tippreskrivi kull miżura temporanja li hi tikkonsidra xierqa taħt iċ-ċirkostanzi biex tippriserva d-drittijiet rispettivi tal-partijiet għall-kwistjoni jew biex tippreveni ħsara għall-ħażniet in kwistjoni, kif ukoll fiċ-ċirkostani msemmija fl-Artikolu 7(5), u l-Artikolu 16(2). 3. Stat Parti għal dan il-Ftehim li mhux Parti għall-Konvenzjoni jista’ jiddikjara li, minkejja l-Artikolu 290(5), tal-Konvenzjoni, it-Tribunal Internazzjonali għal-Liġi tal-Baħar m'għandux ikun intitolat li jippreskrivi, jimmodifika jew jirrevoka miżuri temporanji mingħajr il-qbil ta' tali Stat. Artikolu 32 Limitazzjonijiet fuq l-applikabilità ta' proċeduri għall-ftehim ta' kwistjonijiet L-Artikolu 297(3), tal-Konvenzjoni japplika wkoll għal dan il-Ftehim. PARTI IX DAWK LI M'HUMIEX PARTI GĦAL DAN IL-FTEHIM Artikolu 33 Dawk li m‘humiex parti għal dan il-ftehim 1. Stati Partijiet għandhom jinkoraġġixxu dawk li m'humiex parti għal dan il-Ftehim li jsiru partijiet u jadottaw liġijiet u regolamenti konsistenti mad-disposizzjonijiet. 2. Stati Partijiet għandhom jieħdu miżuri konsistenti ma’ dan il-Ftehim u liġi internazzjonali biex jinżammu l-attivitajiet ta' bastimenti li jtajru l-bandiera ta' dawk li m'humiex parti li Stati Partijiet li jippreġudikaw l-implimentazzjoni effettiva ta' dan il-Ftehim. PARTI X BONA VOLONTÀ U ABBUŻ TA' DRITTIJIET Artikolu 34 Bona volontà u abbuż ta' drittijiet Stati Partijiet għandhom jissodisfaw f'bona volontà l-obbligazzjonijiet aċċettati taħt dan il-Ftehim u għandhom jeżerċitaw id-drittijiet rikonoxxuti f'dan il-Ftehim b'mod li ma jkunx kostitwit xi abbuż ta' dritt. PARTI XI RESPONSABBILITÀ U LIJABILITÀ Artikolu 35 Responsabbilità u lijabilità Stati Partijiet huma responsabbli skond il-liġi internazzjonali għal ħsara jew telf attribwit lejhom fir-rigward ta' dan il-Ftehim. PARTI XII KONFERENZA TA' REVIŻJONI Artikolu 36 Konferenza ta' reviżjoni 1. Erba’ snin wara d-data tal-bidu fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti għandu jlaqqa’ konferenza bil-ħsieb li ssir stima ta' l-awtorità ta' dan il-Ftehim biex tkun assigurata l-konservazzjoni u amministrazzjoni ta' ħażniet ta' ħut li jpassu f'żona limitata u ħażniet ta' ħut li jpassu ħafna. Is-Segretarju Ġenerali għandu jinvita għall-konverenza l-Istati Partijiet kollha u dawk l-Istat u entitajiet li huma intitolati li jsiru Partijiet għal dan il-Ftehim kif ukoll dawk l-organizzazzjonijiet intergovernamentali u non-governamentali intitolati li jipparteċipaw bħal osservaturi. 2. Il-Konferenza għandha tirrevedi u tagħmel stima ta' l-adegwatezza tad-disposizzjonijiet ta' dan il-Ftehim u, jekk meħtieġ, tipproponi mezzi ta' tisħiħ tas-sustanza u metodi ta' implimnetazzjoni ta' dawk id-disposizzjonijiet biex ikunu inidrizzati aħjar problemi kontinwi fil-konservazzjoni u amministrazzjoni ta' ħażniet ta' ħut li jpassu f'żona limitata u ħażniet ta' ħut li jpassu ħafna. PARTI XIII DISPOSIZZJONIJIET FINALI Artikolu 37 Firma Dan il-Ftehim għandu jkun miftuħ għall-firma mill-Istati kollha u l-entitajiet l-oħra imsemmija fl-Artikolu 1(2)(b), u għandu jibqa’ miftuħ għall-firma fil-Kwartieri Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti għal 12-il xahar mill-4 ta' Diċembru 1995. Artikolu 38 Ratifika Dan il-Ftehim huwa suġġett għal ratifika minn Stati u l-entitatijiet oħra imsemmija fl-Artikolu 1(2)(b). L-istrumenti ta' ratifika għandhom ikunu depożitati mas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti. Artikolu 39 Adeżjoni Dan il-Ftehim għandu jibqa’ miftuħ għal adeżjoni minn Stati u l-entitajiet oħra imsemmija fl-Artikolu 1(2)(b). L-istrumenti ta' adeżjoni għandhom ikunu depożitati mas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti. Artikolu 40 Dħul fis-seħħ 1. Dan il-Ftehim għandu jidhol fis-seħħ 30 jum wara d-data tad-depożitar tat-30 strument ta' ratifika jew adeżjoni. 2. Għal kull Stat jew entità li tirratifika l-Ftehim jew adeżjoni hemmhekk wara d-depożitar tat-30 strument ta' ratifika jew adeżjoni, dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fit-30 jum wara d-depożitar ta' l-istrument ta' ratifika jew adeżjoni tiegħu. Artikolu 41 Applikazzjoni temporanja 1. Dan il-Ftehim għandu jkun applikat temporanjament minn Stat jew entità li tagħti l-kunsens tagħha għal applikazzjoni temporanja tagħha billi hekk tinnotifika d-depożitarju bil-miktub. Applikazzjoni temporanja bħal din għandha tibda sseħħ mid-data tar-riċevuta tan-notifika. 2. Applikazzjoni temporanja minn Stat jew entità għandha tispiċċa fil-bidu tas-seħħ ta' dan il-Ftehim għal dak l-Istat jew entità jew fuq notifika minn dak l-Istat jew entità lid-depożitarju bil-miktub bl-intenzzjoni biex tittermina applikazzjoni temporanja. Artikolu 42 Riservi u eċċezzjonijiet L-ebda riservi jew eċċezzjonijiet ma jistgħu isiru f'dan il-Ftehim. Artikolu 43 Dikjarazzjonijiet u prospetti L-Artikolu 42 ma jipprekludix Stat jew entità, meta jiffirma, jirratifika jew jaċċedi għal dan il-Ftehim, mill jagħmel dikjarazzjonijiet jew prospetti, huma kif inhuma espressi jew imsemmija, bil-ħsieb, inter alia, fl-armonizzazzjoni tal-liġijiet u regolamenti tiegħu bid-disposizzjonijiet ta' dan il-Ftehim, sakemm tali dikjarazzjonijiet jew prospetti ma jkunux jipproponu li jeskludu jew jimmodifikaw l-effett legali tad-disposizzjonijiet ta' dan il-Ftehim fl-applikazzjoni tagħhom lil dak l-Istat jew entità. Artikolu 44 Relazzjoni ma’ ftehim ieħor 1. Dan il-Ftehim m'għandux ibiddel id-drittijiet u obbligazzjoni ta' Stati Partijiet li joħorġu minn ftehim oħra kompatibbli ma’ dan il-Ftehim u li ma jaffettwawx it-tgawdija minn Stati Partijiet oħrajn mid-drittijiet tagħhom jew il-prestazzjoni ta' l-obliggazzjonijiet tagħhom taħti dan il-Ftehim. 2. Tnejn jew aktar Stati Partijiet jistgħu jikkonkludu ftehim li jimmodifikaw jew jissosspendu l-operazzjoni ta' disposizzjonijiet ta' dan il-Ftehim, applikabbli biss għar-relazzjonijiet bejnithom, sakemm tali ftehim ma jirrelatawx ma’ deroga ta' dispożizzjoni li hi inkompatibbli ma’ l-esekuzzjoni effettiva ta' l-oġġett u għan ta' dan il-Ftehim, u sakemm ukoll li tali ftehim ma jaffettwawx it-tgawdija minn Stati Partijiet oħra mid-drittijiet jew il-prestazzjoni ta' l-obbligazzjonijiet tagħhom taħti dan il-Ftehim. 3. Stati Partiijiet li beħsiebhom jikkonkludu ftehim imsemmi fil-paragrafu 2 għandhomjinnotifikaw lill-Istati Partijiet l-oħra peremezz tad-depożitarju ta' dan il-Ftehim bl-intenzjoni tagħhom li jikkonkludu l-Ftehim u bil-modifikazzjoni jew sospensjoni li tipprovdi għalih. Artikolu 45 Emenda 1. Stat Parti jista’, permezz ta' komunikazzjoni bil-miktub indirizzata lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, jipproponi emendi lil dan il-Ftehim u jitlob li l-konferenza tiltaqa’ biex tikkonsidra tali emendi proposti. Is-Segretarju Ġenerali għandu jiċċirkola tali komunikazzjoni lill-Istati Partijiet kollha. Jekk, fi żmien sitt xhur mid-data taċ-ċirkolazzjoni tal-komunikazzjoni, mhux anqas minn nofs ta' l-Istati Partijiet jirrispondu favorevolment għat-talba, is-Segretarju Ġenerali għandu jlaqqa’ l-konferenza. 2. Il-proċedura dwar teħid ta' deċiżjonijiet applikabbli fil-konferenza ta' emendi skond paragrafu 1 għandha tkun l-istess bħal dik applikabbli fil-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti fuq ħażniet ta' ħut li jpassu f'żona limitata u ħażniet ta' ħut li jpassu ħafna, sakemm mhux deċiż mod ieħor mill-konferenza. Il-konferenza għandha tagħmel ħilitha biex jintlaħaq ftehim fuq kull emenda permezz ta' konsensus u m'għandu jkun hemm l-ebda votazzjoni fuqhom sakemm l-isforzi kollha biex jintlaħaq konsensus ikunu ġew eżawriti. 3. Ladarba adottati, emendi għal dan il-Ftehim għandhom ikunu miftuħa għal firma fil-Kwartieri Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti mill-Istati Partijiet għal 12-il xahar mid-data ta' l-adozzjoni, kemm-il darba mhux provdut mod ieħor fl-emenda nnifsha. 4. L-Artikoli 38, 39, 47 u 50 japplikaw għal emendi kollha għal dan il-Ftehim. 5. Emendi lil dan il-Ftehim għandhom jidħlu fis-seħħ għall-Istati Partijiet li jirratifikaw jew jaċċedu għalihom fit-30 jun wara d-depożitar ta' strumenti ta' ratifika jew adeżjoni minn żewġ terzi ta' l-Istati Partijiet. Minn hemm 'il quddiem, għal kull Stat Parti li jirratifika jew jaċċedi għal emenda wara d-depożitar tan-numru meħtieġ ta' strumenti bħal dawn, l-emenda għandha tidħol fis-seħħ fit-30 jum wara d-depożitar ta' l-istrument ta' ratifika jew adeżjoni tagħha. 6. Emenda tista’ tipprovdi li numru iżgħar jew akbar ta' ratifiki jew adeżjonijiet ikunu meħtieġa għal bidu fis-seħħ tagħha milli jkun meħtieġ minn dan l-Artikolu. 7. Stat li jsir Parti għal dan il-Ftehim wara l-bidu fis-seħħ ta' emendi skond paragrafu 5 għandu, f'nuqqas ta' espressjoni ta' intenzjoni differenti minn dak l-Istat: (a) jkun konsidrat bħala Parti għal dan il-Ftehim hekk kif emendat; (b) jkun konsidrat bħala Parti għall-Ftehim mhux emendat fir-rigward ta' xi Stat Parti li mhux marbut mill-emenda. Artikolu 46 Denunzja 1. Stat Parti jista’, b'notifika bil-miktub inidirizzata lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, jiddenunzja dan il-Ftehim u jista’ jindika r-raġunijiet. Nuqqas li wieħed jindika raġunijiet m'għandux jaffettwail-validità tad-denunzja. Id-denunzja għandha tiġi fis-seħħ sena wara d-data ta' l-irċevuta tan-notifika, sakemm in-notifika ma tispeċifikax data aktar tard. 2. Id-denunzja m'għandha bl-ebda mod taffettwa l-obbligu ta' xi Stat Parti li jissodisfa xi obbligazzjoni misjuba f'dan il-Ftehim li għalih ikun suġġett taħt liġi internazzjonali independentement minn dan il-Ftehim. Artikolu 47 Parteċipazzjoni minn organizzazzjoni internazzjonali 1. F'każi fejn organizzazzjoni internazzjonali msemmija fl-Anness IX, l-Artikolu 1, tal-Konvenzjoni m'għandhiex kompetenza fuq il-materji kollha regolati b'dan il-Ftehim, l-Anness IX għall-Konvenzjoni għandu jgħodd mutatis mutandis għal parteċipazzjoni ta' organizzazzjoni internazzjonali bħal din f'dan il-Ftehim, b'eċċezzjoni li d-disposizzjonijiet ta' dak l-Anness li ġejjin m'għandhomx japplikaw: (a) l-Artikolu 2, l-ewwel sentenza; (b) l-Artikolu 3(1). 2. F'każi fejn organizzazzjoni internazzjonali msemmija fl-Anness IX, l-Artikolu 1, tal-Konvenzjoni għandha kompetenza fuq il-materji kollha regolati minn dan il-Ftehim, id-disposizzjonijiet li ġejjin għandhom jgħoddu għal parteċipazzjoni minn tali organizzazzjoni internazzjonali f'dan il-Ftehim: (a) fil-ħin ta' l-iffirmar jew adeżjoni, tali organizzazzjoni internazzjonali għandha tagħmel dikjarazzjoni li tgħid: (i) li hi għandha kompetenza fuq il-materji kollha regolati minn dan il-Ftehim; (ii) li, għal din ir-raġuni, l-Istati Membri m'għandhomx isiru Stati Partijiet, b'eċċezzjoni fir-rigward tat-territorji tagħhom li għalihom l-organizzazzjoni internazzjonali m'għandhiex responsabbilità; (iii) li hi taċċetta d-drittijiet u l-obbligi ta' Stati taħt dan il-Ftehim; (b) parteċipazzjoni ta' organizzazzjoni internazzjonali bħal din m'għandha fl-ebda każ tagħti xi drittijiet taħt dan il-Ftehim fuq Stati Membri ta' l-organizzazzjoni internazzjonali; (ċ) fil-każ ta' konflitt bejn l-obligazzjonijiet ta' organizzazzjoni internazzjonali taħt dan il-Ftehim u l-obligazzjonijiet tagħha taħt dan il-Ftehim li jistabbilixxi l-organizzazzjoni internazzjonali jew xi atti relatati magħha, l-obbligazzjonijiet taħt dan il-Ftehim għandhom jipprevalu. Artikolu 48 L-Annessi 1. L-Annessi jifformaw parti integrali minn dan il-Ftehim u, kemm-il darba mhux espressament provdut mod ieħor, referenza għal dan il-Ftehim jew għal waħda mill-Partijiet tagħha tinkludi referenza għall-Annessi relatati hemmhekk. 2. L-Annessi jistgħu jkunu riveduti minn żmien għal ieħor minn Stati Partijiet. Reviżjonijiet bħal dawn għandhom ikunu bbażati fuq konsiderazzjonijiet xjentifiċi u tekniċi. Minkejja d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 45, jekk reviżjoni ta' xi l-Anness ikun adottat b'konsensus f'laqgħa ta' Stati Partijiet, għandha tkun inkorporatat f'dan il-Ftehim u għandha tibda sseħħ mid-data ta' l-adozzjoni jew minn data oħra li tista’ tkun speċifikata fir-reviżjonai. Jekk reviżjoni għall-Anness ma tkunx adottata b'konsensus f'tali laqgħa, il-proċeduri ta' emendi stabbiliti fl-Artikolu 45 għandhom jgħoddu. Artikolu 49 Depożitarju Is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti għandu jkun id-depożitarju ta' dan il-Ftehim u xi emendi jew revizjonijiet relatati. Artikolu 50 Testi (texts) awtentiċi It-testi (texts) Għarbin, Ċiniżi, Ingliżi, Franċiżi, Russi u Spanjoli ta' dan il-Ftehim huma ugwalment awtentiċi. Bħal xhieda ta' dan, il-firmatorji Plenipotenzjarji, waqt li huma awtorizzati kif xieraq hemmhekk, iffirmaw dan il-Ftehim. Miftuħ għall-firma fi New York, dan ir-raba’ jum ta' Diċembru, elf disa’ mija u ħamsa u disgħin, f'oriġinali wieħed, fil-lingwa Għarbija, Ċiniża Ingliża, Franċiża, Russa u Spanjola. -------------------------------------------------- L-Anness I HTIĠIET STANDARD GĦAL ĠBIR U SKAMBJU TA' DATA Artikolu 1 Prinċipji ġenerali 1. Il-ġbir, kumpilazzjoni u analiżi f'waqtha ta' data huma fundamentali għall-konservazzjoni u amministrazzjoni effettiva ta' ħażniet ta' ħut li jpassu f'żona limitata u ħażniet ta' ħut li jpassu ħafna. Għal dan il-għan, data minn Sajd għal dawn il-ħażniet fl-ibħra miftuħa u dawk f'żoni taħt ġurisdizzjoni nazzjonali huma meħtieġa u għandhom ikunu miġbura u kumpilati b'mod li jipprovdu analiżi li tagħmel sens statistikament għall-għanijiet ta' konservazzjoni u amministrazzjoni tar-riżorsi ta' sajd. Dawn id-data jinkludu statistiċi dwar qbid u impenni ta' sajd u informazzjoni oħra relatat mas-sajd, bħal dik relatata mal-bastimenti u data oħra għal standardizzar ta' impenn ta' sajd. Data miġbura għandha wkoll tinkludi informazzjoni fuq speċi non-target u assoċjati jew dipendenti. Id-data kollha għandha tkun verifikata biex tkun assigurata l-eżattezza. Kunfidenzjalità ta' data mhux aggregata għandha tkun miżmuma. It-tixrid ta' data bħal din għandu jkun suġġett għat-termini li għalihom ikunu previsti. 2. Assistenza, inkluż taħriġ kif ukoll assistenza finanzjarja u teknika, għandha tkun provduta lil-Istati taħt żvilupp biex tkun mibnija kapaċità fil-qasam ta' konservazzjoni u amministrazzjoni ta' riżorsi marini ħajjin. Assistenza għandha tkun iffokata fuq titjib ta' kapaċità biex ikun implimentat ġbir u verifika, programmi ta' osservatur, analiżi ta' data u proġetti ta' riċerka li jsostnu stimi ta' ħażna. Involviment bl-aktar mod intensiv possibbli ta' xjentisti u amministraturi ta' Stati taħt żvilupp fil-konservazzjoni u amministrazzjoni ta' ħażniet ta' ħut li jpassu f'żona limitata u ħażniet ta' ħut li jpassu ħafna għandu jkun promoss. Artikolu 2 Prinċipji ta' ġbir, kumpilazzjoni u skambju ta' data Il-prinċipji ġenerali li ġejjin għandhom ikunu konsidrati biex ikunu mfissra l-parametri ta' ġbir, kumpilazzjoni u skambju ta' data minn operazzjonijiet ta' sajd għal ħażniet ta' ħut li jpassu f'żona limitata u ħażniet ta' ħut li jpassu ħafna: (a) Stati għandhom jassiguraw li data tkun miġbura minn bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom f'attivitajiet ta' sajd skond karatteristiċi operazzjonali ta' kull metodu ta' sajd (eż., kull irmonk (tow) individwali għal tkarkir, kull sett għal long-line u purse-seine, kull għamra mistada għal pole-and-line u kull jum mistad għal troll) u f'dettal suffiċjenti biex tkun faċilitata stima ta' ħażna effettiva; (b) Stati għandhom jassiguraw li data ta' sajd tkun verifikata permezz ta' sistema xierqa; (ċ) Stati għandhom jikkumpilaw data relatata mas-sajd u data oħra xjentifika bħal sostenn u jagħtuha f'format maqbul u fil-ħin lil organizzazzjoni jew arranġament amministrattiv subreġjonali jew reġjonali relevanti fejn teżisti/jeżisti. Xort’oħra, Stati għandhom jikkoperaw biex jiskambjaw data kemm direttament jew permezz ta' mekkaniżmi oħra bħal dawn kif jista’ jkun maqbul bejniethom; (d) Stati għandhom jablu, fil-qafas ta' organizzazzjonijiet jew arranġamenti amministrattivi dwar sajd subreġjonali jew reġjonali, jew mod ieħor, fuq l-ispeċifikazzjoni ta' data u l-format li huma jkunu provduti, skond dan l-Anness u li tittieħed in konsiderazzjoni in-natura ta' ħażniet u s-sajd għal dawk il-ħażniet fir-reġjun. Tali organizzazzjonijiet jew arranġamenti għandhom jitolbu lil dawk li mhux membri jew li mhux parteċipanti biex jipprovdu data dwar attivitajiet ta' sajd relevanti minn bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom; (e) Tali organizzazzjonijiet jew arranġamenti għandhom jikkumpilaw data u jagħmluha disponsibbli fil-ħin u f'format maqbul lil Stati interessati kollha taħt it-termini u kondizzjonijiet stabbiliti mill-organizzazzjoni jew arranġamenti; u (f) xjentisti ta' l-Istat tal-bandiera u mill-organizzazzjoni jew arranġament amministrattiv dwar sajd subreġjonali jew reġjonali relevanti għandhom janalizzaw id-data separatament jew flimkien, kif xieraq. Artikolu 3 Data bażika dwar Sajd 1. Stati għandhom jiġbru u jagħmlu disponibbli lil organizzazzjoni jew arranġament amministrattiv dwar sajd subreġjonali jew reġjonali relevanti it-tipi ta' data li ġejjin f'dettal suffiċjenti biex tkun faċilitata stima effettiva ta' ħażna skond proċeduri miftehma: (a) Stastiċi f'serje ta' żmien u impenn dwar sajd u flotta; (b) qabda totali f'numru, piż nominali, jew it-tnejn, bi speċi (kemm target u non-target) kif inhu xieraq għal kull sajd. (Piż nominali huwa mfisser mill-Organizzazzjoni dwar Ikel u Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Unit bħala piż ħaj ekwivalenti għat-tniżżil l-art tal-prodott); (ċ) Statistiċi discard, inklużi stimi fejn xieraq, rappurtati bħal numru jew piż nominali bi speċi, kif xieraq għal kull sajd; (d) Statistiċi dwar impenn xieraq għal kull metodi ta' sajd; (e) lokazzjoni ta' sajd, data u ħin ta' sajd u statistiċi oħra fuq operazzjonijiet ta' sajd kif xieraq. 2. Stati għandhom ukoll jiġbru fejn xieraq u jipprovdu lill-organizzazzjoni jew arranġament amministrattiv dwar sajd subreġjonali jew reġjonali relevanti informazzjoni biex issostni stimi ta' ħażna inkluż: (a) Kompożizzjoni ta' qabda skond tul, piż u sess; (b) informazzjoni bijoloġika oħra li ssostni stimi ta' ħażna, bħal informazzjoni fuq eta’, tkabbir, reklutaġġ, distribuzzjoni u identità ta' ħażna; (ċ) riċerka relevanti oħra, inkluż stħarriġ fuq abbundanza, stħarriġ biomass, stħarriġ idroakustiku, riċerka fuq fatturi ambjentali li jaffetwaw abbundanza ta' ħażna, u studji oċeanografiku u ekoloġiku. Artikolu 4 Data u informazzjoni dwar bastimenti 1. Stati għandhom jiġbru dawn it-tipi ta' data relatata mal-bastimenti għal standardizzar ta' kompożizzjoni ta' flotta u potenza ta' bastimenti tas-sajd u biex ikunu konvertiti qisien differenti ta' impenn fl-analiżi ta' data dwar qabda u impenn: (a) identifikazzjoni ta' bastimenti, bandiera u port ta reġistrazzjoni; (b) tip ta' bastimenti; (ċ) speċifiikazzjonijiet ta' bastimenti (eż., materjali ta' kostruzzjoni, data meta mibni, tul ta' reġistrazzjoni, tunnellaġġ gross reġistrat, potenza tal-magni prinċipali, kapaċità ta' l-istiva u metodi ta' ħażna tal-qabda); (d) deskrizzjoni ta' apparat ta' sajd (ez., tipi, speċifikazzjonijiet ta' apparat u kwantità). 2. L-Istat tal-bandiera irid jiġbor l-informazzjoni li ġejja: (a) apparat ta' navigazzjoni u ta' ffissar ta' pożizzjoni; (b) apparat ta' komunikazzjoni u s-sinjal tas-sejħa internazzjonali tiegħu bir-radju; (ċ) numru ta' ekwipaġġ. Artikolu 5 Rappurtaġġ Stat għandu jassigura li bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu jibagħtu lill-amministrazzjonijiet tas-sajd nazzjonali u, fejn maqbul, lill-organizzazzjoni jew arranġament amministrattiv dwar sajd sujbreġjonali jew reġjonali, data tar-reġistru tal-basatiment dwar qabda u impenn, inkluża data fuq operazzjonijiet ta' sajd fl-ibħra miftuħa, f'intervalli suffiċentement frekwenti biex jintlaqgħu ħtiġiet nazzjonali u obbligazzjonijiet reġjonali u internazzjonali. Data bħal din għandha tkun trasmessa, fejn meħtieġ, bir-radju, telex, fax jew trasmissjoni bis-satellita jew permezz ta' mezzi oħra. Artikolu 6 Verifikazzjoni ta' data Stati jew, kif xieraq, organizzazzjonijiet jew arranġamenti amministrattivi dwar sajd subreġjonali jew reġjonali għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi biex tkun verifikata data fuq sajd, bħal: (a) verifikazzjoni dwar pożizzjoni permess ta' sistemi ta' monitoraġġ tal-bastiment; (b) programmi ta' osservatur xjentifiku biex jimmonitorja qabda, impenn, kompożizzjoni ta' qabda (target u non-target) u dettalji oħra ta' operazzjonijiet ta' sajd; (ċ) vjaġġ tal-bastiment, rapporti dwar tniżżil l-art u trasbord; (d) teħid ta' kampjuni fil-port. Artikolu 7 Skambju ta' data 1. Data miġbura minn Stati tal-bandiera trid tkun skambjata ma’ Stati ta' bandiera oħra u Stati tal-kosta relevanti permezz ta' organizzazzjonijiet jew arranġamenti amministrattivi dwar sajd subreġjonali jew reġjonali xierqa. Organizzazzjonijiet jew arranġamenti bħal dawn għandhom jikkumpilaw data u jagħmluha disponibbbli fil-ħin u f'format maqbul għal Stati interessati kollha taħt it-termini u kondizzjonijiet stabbiliti mill-organizzazzjoni jew arranġament, waqt li jżommu konfidenzjalità ta' data mhux aggregata, u għandhom, sa fejn hu fattibbli, jiżviluppaw sistemi ta' ħażna ta' data li jipprovdu aċċess effiċjenti għal data. 2. Fil-livell globali, ġbir u tixrid ta' data għandu jkun effettwat permezz ta' l-Organizzazzjoni ta' l-Ikel u Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti. Fejn organizzazzjoni jew arranġament amministrattiv dwar sajd subreġjonali jew reġjonali ma jeżistix, dik l-organizzazzjoni tista’ wkoll tagħmel l-istess fil-livell subreġjonali jew reġjonali b'arranġament ma’ l-Istati konċernati. -------------------------------------------------- L-ANNESS II LINJI TA' GWIDA GĦALL-APPLIKAZZJONI TA' PUNTI TA' REFERENZA PREKAWZJONARJI FIL-KONSERVAZZJONI U AMMINISTRAZZJONI TA' ĦAŻNIET TA'ĦUT LI JPASSU F'ŻONA LIMITATA U ĦAŻNIET TA' ĦUT LI JPASSU ĦAFNA 1. Punt ta' referenza prekawzjonarju hu valur stmat derivat permezz ta' proċedura xjentifika li hemm qbil fuqha, li tikkorrispondi għall-istat tar-riżorsa u tas-sajd, u li tista’ tinuża bħala gwida għal amministrazzjoni ta' sajd. 2. Żewġ tipi ta' punti ta' referenza prekawzjonarji għandhom ikunu użati: punti ta' referenza dwar konservazzjoni jew limiti u punti ta' referenza dwar amministrazzjoni jew oġġettivi. Punti ta' referenza dwar limiti jistabbilixxu limiti (boundaries) li huma intiżi biex jikkostrinġu qbid għal limiti bijoloġikament siguri li fihom il-ħażniet jistgħu jipproduċu prodott sostenibbli kemm jista’ jkun massimu. Punti ta' referenza oġġettivi huma intiżi biex jilħqu l-għanijiet amministrattivi. 3. Punti ta' referenza prekawzjonarji għandhom ikunu speċifiċi fuq ħażna biex ikunu jieħdu in konsiderazzjoni, inter alia, il-kapaċità riproduttiva, l-abilita ta' kull ħażna li jirkupra u l-karatterstiċi ta' sajd li jesplojtaw l-ħażna, kif ukoll sorsi oħrajn ta' mortalità u sorsi prinċipali ta' inċertezza. 4. Strateġiji ta' amministrazzjoni għandhom ifittxu li jżommu fl-istess stat jew ireġġgħu lura fl-istat oriġinali popolazzjonijiet ta' ħażniet maqbuda, u fejn meħtieġ speċi assoċjati jew dipendenti, f'livelli konsistenti ma’ punti ta' referenza prekawzjonarji miftehma minn qabel. Punti ta' referenza bħal dawn għandhom jiġu użati biex jibdew azzjoni maqbula minn qabel ta' konservazzjoni u amministrazzjoni. Strateġijia ta' amministrazzjoni għandhom jinkludu strateġiji li jkunu jistgħu jiġu implimentati meta punti ta' referenza prekawzjonarji jkunu approċċati. 5. Strateġiji amministrattivi ta' sajd għandhom jassiguraw li r-riskju li l-punti ta' referenza dwar limiti jkunu maqbuża jkun baxx ħafna. Jekk ħażna taqa’ taħt il-punt ta' referenza dwar limiti jew ikun f'riskju li jaqa’ taħt punt ta' referenza bħal dan, azzjoni ta' konservazzjoni u amministrazzjoni għandha tkun mibdija biex ikun faċilitat irkuprar tal-ħażna. Strateġiji amministrattivi ta' sajd għandhom jassiguraw li punti ta' referenza oġġettivi ma jkunux maqbuża bħala medja. 6. Meta informazzjoni biex ikunu stabbiliti punti ta' referenza għal xi sajd tkun fqira jew assenti, punti ta' referenza temporanji għandhom ikunu stabbiliti. Punti ta' referenza temporanji jistgħu jkunu stabbiliti b'analoġija għal ħażniet simili u aktar magħrufa. F'sitwazzjonijiet bħal dawn, is-sajd partikolari għandu jkun suġġett għal monitoraġġ imtejjeb biex jagħmel possibbli reviżjoni ta' punti ta' referenza temporanja hekk kif informazzjoni aħjar tkun disponibbli. 7. Ir-rata ta' mortalità ta' sajd li jiġġenera qbid sostenibbli l-aktar massimu għandha tkun meqjusa bħal standard minimu għal punti ta' referenza dwar limiti. Għal ħażniet li għalihom ma jsirx sajd eċċessiv, strateġiji amministrattivi ta' sajd għandhom jassiguraw li l-mortalità ta' sajd ma taqbiżx dik li tikkorispondi għal qabda sostenibbli l-aktar massima, u li l-biomass ma jaqax taħt limitu definit minn qabel. Għal ħażniet li għalihom isir sajd eċċessiv, il-biomass li suppost għandu jipproduċi qabda sostenibbli l-aktar massima tista’ sservi bħal mira għal ristrutturar. -------------------------------------------------- L-ANNESS B Dikjarazzjoni li tikkonċerna l-kompetenza tal-Komunità Ewropea fir-rigward ta' materji regolati bil-Ftehim fuq l-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni fuq il-Liġi tal-Baħar tan-Nazzjonijiet Uniti ta' l-10 ta' Diċembru 1982 relatata mal-konservazzjoni u amministrazzjoni ta' ħażniet ta' ħut li jpassu f'żona limitata u ħażniet ta' ħut li jpassu ħafna (Dikjarazzjoni magħmula skond l-Artikolu 47 tal-Ftehim) 1. L-Artikolu 47(1) tal-Ftehim fuq l-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni tal-Liġi tal-Baħar tan-Nazzjonijiet Uniti relatat mal-konservazzjoni u amministrazzjoni ta' ħażniet ta' ħut li jpassu f'żona limitata u ħażniet ta' ħut li jpassu ħafna jipprovdi li f'każi fejn organizzazzjoni internazzjonali msemmija fl-Anness IX, l-Artikolu 1, tal-Konvenzjoni m'għandhiex kompetenza fuq il-materji kollha regolati mill-Ftehim, l-Anness IX tal-Konvenzjoni (bl-eċċezzjoni ta' l-Artikolu 2, l-ewwel sentenza, u l-Artikolu 3(1)) għandu jgħodd mutatis mutandis għal parteċipazzjoni minn organizzazzjoni internazzjonali bħal din fil-Ftehim. 2. Il-membri preżenti tal-Komunità huma r-Renju tal-Belġju, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, l-Irlanda, ir-Repubblika Taljana, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju ta' l-Olanda, ir-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika Portugiża, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju ta' l-Isvezja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq. 3. Il-Ftehim fuq l-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni fuq il-Liġi tal-Baħar tan-Nazzjonijiet Uniti relatat mal-konservazzjoni u amministrazzjoni ta' ħażniet ta' ħut li jpassu f'żoni limitati u ħażniet ta' ħut li jpassu ħafna għandu japplika, fir-rigward tal-kompetenzi trasferiti lill-Komunità Ewropea, għat-territorji li fihom it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jkun applikat u skond il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dak it-Trattat, b'mod partikolari l-Artikolu 227 tiegħu. 4. Din id-dikjarazzjoni mhux applikabbli fil-każ tat-territorji ta' l-Istati Membri li fihom it-Trattat in kwistjoni ma japplikax u hu mingħajr preġudizzju għal tali atti jew posizzjonijiet li jistgħu jkunu adottati skond il-Ftehim mill-Istati Membri konċernati għal u fl-interessi ta' dawk it-territorji. I. MATERJI LI GĦALIHOM IL-KOMUNITÀ GĦANDHA KOMPETENZA ESKLUŻIVA 5. Il-Komunità tirrimarka li l-Istati Membri ttrasferew il-kompetenza lilha fir-rigward tal-konservazzjoni u amministrazzjoni ta' riżorsi marini ħajjin. Għalhekk, f'dan il-qasam, sta għall-Komunità li tadotta ir-regoli u r-regolamenti relevanti (li l-Istati Membri jinfurzaw) u fil-kompetenza tagħha biex tidħol f’impriżi esterni ma’ Stati terzi jew organizzazzjonijiet kompetenti. Din il-kompetenza tapplika fir-rigward ta' ibħra taħt ġurisdizzjoni nazzjonali ta' sajd u għal ibħra miftuħa. 6. Il-Komunità tgawdi l-kompetenza regolatorja mogħtija skond il-liġi internazzjonali lill-Istat tal-bandiera ta' bastiment biex ikunu stabbiliti miżuri ta' konservazzjoni u amministrazzjoni għal riżorsi ta' sajd marin applikabbli għal bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stati Membri u biex ikun assigurat li Stati Membri jadottaw disposizzjonijiet li jippermettu għall-implimentazzjoni tal-miżuri in kwistjoni. 7. Madankollu, miżuri applikabbli fir-rigward ta' kaptani u uffiċjali oħra ta' bastimenti tas-sajd, per eżempju rifjut, irtirar jew sospensjoni ta' awtorizzazzjonijiet biex wieħed iservi ta' hekk, huma fil-kompetenza ta' l-Istati Membri skond il-leġislazzjoni nazzjonali. Miżuri relatati ma’ l-eżerċizzju ta' ġurisdizzjoni mill-Istat tal-bandiera fuq il-bastimenti tagħha fl-ibħra miftuħa, b'mod partikolari disposizzjonijiet bħal dawk relatati mat-teħid u abbandunar ta' kontroll ta' bastimenti tas-sajd minn Stati li m'humiex l-Istat tal-bandiera, koperazzjoni internazzjonali fir-rigward ta' infurzar u l-irkuprar tal-kontroll tal-bastimenti tagħhom, huma fil-kompetenza ta' l-Istati Membri skond il-liġi tal-Komunità. II. MATERJI LI GĦALIHOM KEMM IL-KOMUNITÀ U L-MEMBRI TAGĦHA GĦANDHOM KOMPETENZA 8. Il-Komunità taqsam kompetenza ma’ l-Istati Membri tagħha fuq dawn il-materji li ġejjin u li huma regolati b'dan il-Ftehim: ħtiġiet ta' Stati taħt żvilupp, riċerka xjentifika, miżuri dwar l-Istat tal-port u miżuri adottati fir-rigward ta' dawk li mhux membri ta' organizzazzjonijiet reġjonali ta' sajd u dawk li mhux Partijiet għall-Ftehim. Id-disposizzjonijiet tal-Ftehim li ġejjin japplikaw kemm għall-Komunità u għall-Istati Membri tagħha: - disposizzjonijiet ġenerali: (L-Artikolu 1, 4 u 34 sa 50), - ftehim dwar kwistjoni: (Il-Parti VIII). -------------------------------------------------- L-ANNESS Ċ Dikjarazzjonijiet interpretattivi li għandhom ikunu depożitati mill-Komunità u l-Istati Membri tagħha waqt ratifika tal-Ftehim 1. Il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri jifhmu li t-termini "partikolarijiet ġeografiċi", "karatteristiċi speċifiċi tas-subreġjun jew reġjun", "fatturi soċjo-ekonomiċi, ġeografiċi u ambjentali", "karatteristiċi naturali ta' dak lil-baħar" jew xi termini simili oħra użati b'referenza għal xi reġjun ġeografiku ma jippreġudikawx id-drittijiet u l-obbligi ta' Stati taħt il-liġi internzzjonali. 2. Il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri jifhmu li l-ebda dispożizzjoni ta' dan il-Ftehim ma tista’ tkun interpretata b'mod li tkun konfliġġenti mal-prinċipju ta' liberta ta' l-ibħra miftuħa, rikonoxxut mil-liġi internazzjonali. 3. Il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri jifhmu li t-termini "Stati li ċ-ċittadini tagħhom jistadu fl-ibħra miftuħa" m’għandhomx jipprovdu xi raġunijiet ġodda għal ġurisdizzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità ta' persuni involuti fis-sajd fl-ibħra miftuħa iżda fuq il-prinċipju ta' ġurisdizzjoni relatata ma’ l-Istat tal-bandiera. 4. Dan il-Ftehim ma jagħtix lil xi Stat id-dritt li jżomm jew japplika miżuri unilaterali waqt il-perjodu temporanju imsemmi fl-Artikolu 21(3). Minn hemm 'il quddiem, jekk ma ntlaħaqx qbil, l-Istati għandhom jimxu biss skond id-disposizzjonijiet previsti fl-Artikoli 21 u 22 tal-Ftehim. 5. Rigward l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 21, il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha jifhmu li, meta Stat tal-bandiera jiddikjara li beħsiebu jeżerċita l-awtorità tiegħu, skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 19, fuq bastiment tas-sajd li qed itajjar il-bandiera tiegħu, awtoritajiet ta' l-Istat li qed jispezzjona m'għandhomx jipproponu li jeżerċitaw xi awtorità oħra skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 21 fuq tali bastiment. Kull kwistjoni relatata ma’ dan il-punt għandha tkun miftehma skond il-proċeduri previsti f'Parti VIII tal-Ftehim. L-ebda Stat ma jista’ jinvoka dan it-tip ta' kwistjoni biex jibqa’ f'kontroll ta' xi bastiment li ma jtajjarx il-bandiera tiegħu. Barraminnhekk, il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha jikkonsidraw li l-kelma "illegali" fl-Artikolu 21(18) tal-Ftehim għandha tkun interpretata fid-dawl tal-Ftehim kollu, u b'mod partikolari, l-Artikoli 4 u 35 miġjuba fih. 6. Il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri jiddikjaraw ripetutament li l-Istati kollha għandhom joqogħodu lura, fir-relazzjonijiet tagħhom, mit-theddid jew użu ta' forza skond il-prinċipji ġenerali tal-liġi internazzjonali, il-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fuq il-Liġi tal-Baħar. Barraminnhekk, il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha ssottolineat li l-użu ta' forza kif imsemmi fl-Artikolu 22 jikkostitwixxi miżura eċċezzjonali li għandha tkun ibbażata fuq il-konformità l-aktar stretta mal-prinċipju ta' proporzjonalità u li kull abbuż hemmhekk għandu jimplika l-lijabilità internazzjonali ta' l-Istat li qed jispezzjona. Kull każ ta' nuqqas ta' konformità għandu jkun riżolt b'mezzi paċifiċi u skond il-proċeduri ta' ftehim ta' kwistjonijiet applikabbli. Barraminnhekk, il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri jikkonsidraw li t-termini u kondizzjonijiet relevanti għal tlugħ abbord u spezzjonar għandhom ikunu elaborati aktar skond il-prinċipji relevanti tal-liġi internazzjonali fil-qafas ta' l-organizzazzjonijiet u arranġamenti amministrattivi dwar sajd subreġjonali u reġjonali xierqa. 7. Il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri jifhmu li fl-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 21(6), (7) u (8), l-Istat tal-bandiera jista’ jserraħ fuq il-ħtiġiet tas-sistema legali tiegħu li taħtu l-awtoritajiet tal-prosekuzzjoni jgawdu diskrezzjoni biex jiddeċiedu jekk jipproċedux bil-prosekuzzjoni jew le fid-dawl tal-fatti kollha tal-każ. Deċizjonijiet ta' l-Istati tal-bandiera bbażati fuq ħtiġiet bħal dawn m'għandhomx ikunu interpretati bħala nuqqas li wieħed jirreaġixxi jew jieħu azzjoni. --------------------------------------------------