21998A0214(01)



Official Journal L 042 , 14/02/1998 P. 0042 - 0042


Minuta miftiehma

bejn il-Kanada u l-Komunità Ewropea

li tikkonċerna l-iffirmar tal-Ftehim dwar l-istandards internazzjonali ta' insib mingħajr tbatijaIL-KANADA U L-KOMUNITÀ EWROPEA

WAQT LI JINNOTAW ix-xewqa tagħhom li jiffirmaw il-Ftehim dwar standards internazzjonali ta' insib mingħajr tbatija (il-Ftehim), imniżżla fl-Anness li jinsab ma' din il-Minuta, bejn il-Kanada, il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni Russa fil-verżjoni awtentika at tiegħu,

WAQT LI JIRRIKONOXXU l-kontribuzzjoni ta' siwi kbir tal-Federazzjoni Russa għan-negozjati trilaterali u l-konklużjoni b'suċċess tal-Ftehim, u

KONVINTI li huwa meħtieġ li l-Ftehim jiġi applikat kemm jista' jkun malajr bejn il-Kanada u l-Komunità Ewropea,

XEWQANA għall-parteċipazzjoni, f'data l-aktar kmieni possibbli, tal-Federazzjoni Russa bħala Parti għall-Ftehim,

B'DAN:

JISTIEDNU l-Federazzjoni Russa li tiffirma l-Ftehim l-aktar kmieni li tista', u

FTIEHMU illi

- sakemm jidħol fis-seħħ bejn il-tlett Partijiet, il-Ftehim għandu japplika bejn il-Kanada u l-Komunità Ewropea fuq bażi bilaterali f'data li għandha tiġi miftiehma bejniethom fi żmien perjodu ta' 30 jum li jiġi wara d-data tad-depożitu ta' l-istrumenti ta' ratifika, konklużjoni jew adozzjoni tal-Kanada u l-Komunità Ewropea,

- il-verżjoni Russa tal-Ftehim tkun awtentika biss mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn it-tlett partijiet

Magħmul fi Brussell, fil-lingwa Ingliża, fil-15 ta' Diċembru 1997, f'żewġ oriġinali.

Għall-Komunità Ewropea

+++++ TIFF +++++

Għall-Gvern tal-Kanada

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------