21997D1120(05)



Official Journal L 316 , 20/11/1997 P. 0017 - 0017


Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 55/97

tal-31 ta' Lulju 1997

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ il-Ftehim, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi l-Anness II għall-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Kunġunt taż-ŻEE Nru14/97 ta' l-24 ta' Marzu 1997 [1];

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 418/96 tas-7 ta' Marzu 1996 li jemenda l-Anness VI tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 dwar produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u indikazzjonijiet li barra minn dan jirreferu għal prodotti agrikoli u affarijiet ta' l-ikel [2] għandhom ikunu inklużi fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jinżied mal-punt 54b (Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91) tal-Kapitolu XII ta' l-Anness II għall-Ftehim:

"- 396 R 0418: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 418/96 tas-7 ta' Marzu 1996 (ĠU L 59, tat-8.3.1996, p. 10)."

.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 418/96 bil-lingwa Islandiża u Norveġiża, li huma annessi għall-verżjonijiet rispettivi tal-lingwi ta' din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Awissu 1997, kemm-il darba n-notifikazzjonijiet kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-ftehim jkunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fit-taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fil-31 ta' Lulju 1997.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

E. Bull

[1] ĠU L 182, ta' l-10.7.1997, p. 46.

[2] ĠU L 59, tat-8.3.1996, p. 10.

--------------------------------------------------