21997D1120(04)



Official Journal L 316 , 20/11/1997 P. 0016 - 0016


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE

Nru 54/97

tal-31 ta' Lulju 1997

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) li jinsab mal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT ŻEE

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li Jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'l quddiem imsejjaħil-Ftehim, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi l-Anness II li jinsab mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE Nru 14/97 ta' l-24 ta' Marzu 1997 [1];

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1935/95 tat-22 ta' Ġunju 1995 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għaliha dwar prodotti agrikoli u oġġetti ta' l-ikel [2] għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 54b (Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91) tal-Kapitolu XII ta' l-Anness II li jinsab mal-Ftehim:

"- 395 R 1935: ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1935/95 tat-22 ta' Ġunju 1995 (ĠU L 186, tal-5.8.1995, p. 1)."

.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1935/95 fil-lingwi ta' l-Islanda u tan-Norveġja, li huma annessi mal-verżjonijiet rispettivi tal-lingwa ta' din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta'Awissu 1997, kemm-il darba n-notifikazzjonijiet kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu intgħamlu lill-Kumitat Konġunt ŻEE.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fit-Taqsima ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fil-31 ta' Lulju 1997.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

E. Bull

[1] ĠU L 182, ta' l-10.7.1997, p. 46.

[2] ĠU L 186, tal-5.8.1995, p. 1.

--------------------------------------------------