21997D0313(02)



Official Journal L 071 , 13/03/1997 P. 0029 - 0029


Deċiżjoni tal-kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 61/96

tat-22 ta' Novembru 1996

li temenda l-Anness VI (Sigurtà Soċjali) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala l-Ftehim, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi l-Anness VI għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 24/96 tas-26 ta' April 1996 [1];

Billi d-Deċiżjoni Nru 160 tat-28 ta' Novembru 1995 dwar l-iskop ta' l-Artikolu 71(1)(b)(ii) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 dwar id-dritt għal benefiċċji għall-qgħad tal-ħaddiema, għajr ħaddiema tal-fruntjiera, li, matul l-aħħar impjieg tagħhom, kellhom ir-residenza tagħhom fit-territorju ta' Stat Membru għajr l-Istat kompetenti, adottata mill-Kummissjoni Amministrattiva tal-Komunitajiet Ewropej dwar is-Sigurtà Soċjali għal ħaddiema li jmorru jaħdmu barra minn pajjiżhom [2], għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

It-test tal-punt 30 (Deċiżjoni Nru 131) fl-Anness VI għall-Ftehim għandu jiġi mħassar.

Artikolu 2

Il-punt li ġej għandu jiġi miżjud wara l-punt 42e (Deċiżjoni Nru 156) fl-Anness VI għall-Ftehim:

"42f. 396 D 0172: Id-Deċiżjoni Nru 160 tat-28 ta' Novembru 1995 dwar l-iskop ta' l-Artikolu 71(1)(b)(ii) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 dwar id-dritt għal benefiċċji għall-qgħad tal-ħaddiema, għajr ħaddiema tal-fruntjiera, li, matul l-aħħar impjieg tagħhom, kellhom ir-residenza tagħhom fit-territorju ta' Stat Membru għajr l-Istat kompetenti, adottata mill-Kummissjoni Amministrattiva tal-Komunitajiet Ewropej dwar is-Sigurtà Soċjali għal ħaddiema li jmorru jaħdmu barra minn pajjiżhom (ĠU L 49, tat-28.2.1996, p. 31)."

Artikolu 3

It-testi tad-Deċiżjoni Nru 160 fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li huma annessi għall-verżjonijiet rispettivi tal-lingwa għal din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta' Diċembru 1996, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha meħtieġa taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fit-22 ta' Novembru 1996.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

H. Hafstein

[1] ĠU L 186, tal-25.7.1996, p. 76.

[2] ĠU L 49, tat-28.2.1996, p. 31.

--------------------------------------------------