Official Journal L 296 , 30/10/1997 P. 0032 - 0040
Ftehim għall-kooperazzjoni fl-użu paċifiku ta' l-enerġija nukleari bejn il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika (Euratom) u l-Gvern tar-Repubblika ta' l-Arġentina (97/738/Euratom) Il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika (EURATOM), minn hawn ‘il quddiem imsejħa ‘il-Komunità, min-naħa l-waħda, u IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TA’ L-ARGENTINA, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ "l-Arġentina", min-naħa l-oħra, it-tnejn ukoll ġeneralment imsejħa iżjed ‘il quddiem bħala l-"Parti" jew il-"Partijiet", skond il-kuntest, BILLI l-Abbozz tal-Ftehim għall-Kooperazzjoni tan-Negozju u Ekonomija bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Arġentina, firmat fil-Lussemburgu fit-2 ta' April ta' l-1990, jistipula li l-Partijiet huma impenjati li jkollhom kooperazzjoni ekonomika bejniethom, inter alia, fis-settur ta' l-enerġija; BILLI kooperazzjoni fl-użu paċifiku ta' enerġija nukleari bejn il-Komunità u l-Arġentina għandha ttejjeb aktar il-kooperazzjoni ekonomika; BILLI kapaċitajiet nukleari paċifiċi u l-applikazzjonijiet tagħhom, b'mod partikolari, ġenerazzjoni ta' enerġija nukleari, inklużi attivitajiet relatati, huma stabbiliti sewwa fil-Komunità u fl-Arġentina bħala settur industrijali kompetittiv; BILLI l-Arġentina hija parti għat-Trattat dwar in-Nuqqas ta' Proliferazzjoni ta' Armi Nukleari u għat-Trattat għall-Projbizzjoni ta' Armi Nukleari fl-Amerika Latina u l-Karibew (Trattat ta' Tlatelolco), u qablet mal-Linji ta' Gwida għat-trasferiment Nukleari (Linji ta' Gwida għal min jisupplixxi n-Nukleari); billi salvagwardji huma applikati fl-Arġentina flimkien mal-ftehim bejn erbgħa li jorbot lill-Arġentina, lir-Repubblika Federali tal-Brażil, lill-Aġenzija Brażiljana u ta' l-Arġentina ghal Rendikont u Kontroll ta' Materjal Nukleari u lill-Aġenzija Internazzjonali ta' l-Enerġija Atomika (IAEA); BILLI l-Istati Membri kollha tal-Komunità huma Partijiet għat-Trattat dwar in-Nuqqas ta' Proliferazzjoni ta' Armi Nukleari u qablu mal-Linji ta' Gwida għat-Trasferiment Nukleari (Linji ta' Gwida għal min iforni n-Nukleari); billi salvagwardji huma applikati fil-Komunità kemm taħt Kapitolu VII tat-Trattat tal-Euratom u taħt il-ftehim ta' salvagwardji konklużi bejn il-Komunità, l-Istati Membri tagħha u l-IAEA; BILLI huwa xieraq li jkun provdut qafas legali għall-promozzjoni ta' kooperazzjoni fl-użu kollu paċifiku potenzjali ta' enerġija nukleari, li jiffoka partikolarment fuq l-opportunitajiet preżenti ta' benefiċċju komuni, FTIEHMU KIF GEJ: Artikolu 1 Għanijiet u prinċipji L-għanijiet ta' dan il-Ftehim huwa li jerġa' jagħti bidu u jiżviluppa, kif adegwat, kooperazzjoni bejn il-Partijiet fl-użu paċifiku ta' enerġija nukleari b'għan li jsaħħu r-relazzjoni ta' kooperazzjoni bejn il-Komunità u l-Arġentina. Kooperazzjoni għandha tkun kondotta fuq il-bażi tal-prinċipji segwenti: (a) il-benefiċċju komuni u reċiproċità; (b) fi ħdan l-istruttura ta' liġijiet u regolamenti applikabbli, protezzjoni effettiva ta' proprjetà intelletwali u qsim ġust ta' drittijiet ta' proprjetà intelletwali, kif stabbilita fl-Annessi, li tifforma parti integrali ta' dan il-Ftehim. Artikolu 2 Skop ta' kooperazzjoni 1. Kooperazzjoni taħt dan il-Ftehim għandha tkun esegwieta fl-iskop tal-kompetenzi rispettivi ta' kull Parti, u għandha tinkludi, b'mod partikolari, l-oqsma segwenti: (a) Riċerka tas-sigurtà tar-reatturi Reviżjoni u analiżi ta' kwistjonijiet ta' sigurta' u b'mod partikolari l-impatt ta' sigurta' reattur dwar l-iżvilupp ta' l-enerġija nukleari; identifikazzjoni ta' tekniċi adegwati li jtejbu s-sigurta' tar-reattur minn riċerka u żvilupp u studji ta' evalwazzjoni dwar reatturi nukleari fl-operazzjoni kif ukoll dwar tipi ġodda ta' reatturi nukleari u ċikli tal-karburanti. (b) Maniġġjar ta' l-iskart nukleari u r-rimi Stima u ottimizzazzjoni ta' rimi ġeoloġiku, u aspetti xjentifiċi ta' l-imaniġġjar ta' skart li jeżisti għal ħafna żmien. (ċ) Protezzjoni kontra r-radjazzjoni Riċerka, aspetti regolatorji, żvilupp ta' standards ta' sigurta, stħarriġ u edukazzjoni, b'attenzjoni partikolari għall-effetti b'doża baxxa, esposizzjonijiet industrijali u maniġġjar wara l-aċċident. (d) Id-dekummissjonar ta' stallazzjonijiet nukleari Strateġiji għad-dekummissjonar ta' u zarmar ta' stallazzjonijiet nukleari, inklużi aspetti radjoloġiċi. (e) Funzjoni termonukleari kontrollata Attivitajiet esperimentali u teoretiċi fil-fizika tal-plażma u riċerka ta' fużjoni. (f) Riċerka fl-applikazzjonijiet nukleari fl-isferi ta' l-agrikoltura, l-mediċina u l-industrija. (g) Salvagwardji nukleari Żvilupp u evalwazzjoni ta' tekniċi ta' tkejjil materjali nukleari u karatteriżzazzjoni ta' materjali ta' referenza għas-salvagwardji ta' attivitajiet, żvilupp ta' sistemi għall-kontijiet ta', u kontroll ta' materjali nukleari, prevenzjoni ta' traffiku illeċitu ta' materjal nukleari. (h) Riċerka fl-interazzjoni bejn l-enerġija nukleari u l-ambjent Evalwazzjoni tal-possibbilitajiet sabiex ikunu mnaqqsa l-impatti fuq l-ambjent. (i) Oqsma oħra ta' interess komuni miftiehma bejn tnejn mill-Partijiet. 2. Il-kooperazzjoni msemmija f'dan l-Artikolu, l-istess kif miftiehem bejn il-Parijiet, tista' sseħħ bejn persuni u negozji stabbiliti fit-territorji rispettivi tal-Partijiet. Artikolu 3 Modalitajiet ta' kooperazzjoni 1. Il-kooperazzjoni għandha tkun implimentata b'mod partikolari permezz ta': - parteċipazzjoni ta' entitajiet ta' riċerka mill-Arġentina fi proġetti ta' riċerka mħarrġa fl-istruttura tal-programmi ta' riċerka tal-Komunità relevanti u parteċipazzjoni reċiproka ta' entitajiet ta' riċerka tal-Komunità fi proġetti fl-Arġentina b'oqsma simili ta' riċerka; għal dak li jirrigwarda parteċipazzjoni mill-Arġentina fi proġetti ta' riċerka mill-Arġentina, tali parteċipazzjoni għandha tkun soġġetta għar-regoli applikabbli għall-parteċipazzjoni ta' negozji, ċentri ta' riċerka u universitajiet fil-programmi ta' riċerka tal-Komunità, kif stabbilita fid-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea tal-21 ta' Novembru ta' l-1994 li tikkonċerna r-regoli għall-parteċipazzjoni ta' negozji, ċentri ta' riċerka u universitajiet fir-riċerka u attivitajiet ta' stħarriġ fil-Komunità ta' l-Enerġija Atomika Ewropea [1]; - skambju ta' informazzjoni teknika permezz ta', inter alia, rapporti, viżti, seminars, laqgħat tekniċi; - skambju ta' impjegati bejn laboratorji u/jew korpi involuti fuq iż-żewġ naħat, inkluż għall-għanijiet ta' stħarriġ; - skambju ta' kampjuni, materjali, strumenti u apparat għal għanijiet sperimentali; - parteċipazzjoni bilanċjata fl-istudji konġunti u attivitajiet. Proġetti ta' riċerka konġunta għandhom jipproċedu ladarba l-parteċipanti jikkonkludu Pjan ta' Maniġġjar ta' Teknoloġija Konġunta (JTMP), kif indikat fl-Annessi. 2. Sakemm huwa neċessarju, l-Partijiet, permezz ta' l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, jikkonkludu arranġamenti speċifiċi, fl-istruttura u taħt il-kondizzjonijiet ta' dan il-Ftehim, li jistabbilixxu l-iskop, termini u kondizzjonijiet sabiex jimplimentaw attivitajiet ta' kooperazzjoni li jistgħu jkunu mdaħħla mill-Partijiet u/jew korpi li kwalunkwe Parti tista' eventwalment tagħti minn tali attivitajiet. Tali arranġamenti speċifiċi jistgħu jkopru, inter alia, dispożizzjonijiet finanzjarji, għotja ta' responsabbiltajiet ta' maniġġjar u dispożizzjonijiet dettaljati dwar it-tixrid ta' informazzjoni u drittijiet ta' propjetà intellettwali. 3. Għall-għanijiet ta' dan il-Ftehim, l-awtoritajiet adegwati għandhom ikunu, fil-każ ta' l-Arġentina, l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Enerġija Atomika u l-Bord Nazzjonali tar-Regolament Nukleari u, fil-każ tal-Komunità, l-Kummissjoni Ewropea, jew tali awtorità li l-Parti konċernata tista' tinnotifika lill-Parti l-oħra fi kwalunkwe żmien. 4. Kwalunkwe trasferiment ta' materjal nukleari jew tagħmir maħruġ mill-kooperazzjoni msemmi fl-Artikolu 2 għandu jkun magħmul in-konformita' ma' l-impenji relevanti internazzjonali u multilaterali tal-Partijiet u ta' l-Istati Membri tal-Komunità fir-relazzjoni ta' l-użu paċifiku ta' l-enerġija nukleari. Tali trasferimenti ma jeħtieġux lill-Partijiet li jqiegħdu u jżommu mekkaniżmi speċifiċi sabiex jżommu marka tat-trasferimenti jew movimenti oħra ta' tali materjal nukleari jew tagħmir. 5. Sabiex jintlaħaq l-ogħla livell ta' rabta, l-Partijiet għandhom jikkoordinaw l-attivitajiet tagħhom taħt dan il-Ftehim ma' attivitajiet oħra internazzjonali, li għandhom x'jaqsmu ma' l-oqsma hawn fuq imsemmija ta' kooperazzjoni, li fihom huma parteċipanti. Artikolu 4 Fondi 1. L-obbligi ta' kull Parti taħt dan il-Ftehim huma soġġetti għad-disponibbilità tal-fondi meħtieġa. 2. Spejjeż li jirriżultaw minn attivitajiet ta' kooperazzjoni għandhom ikunu mogħtija mill-Parti li tagħmel l-ispejjeż, sakemm miftiehem xort'oħra bejn il-partijiet. Artikolu 5 Dispożizzjonijiet implimentati 1. Safejn hija konċernata l-Komunità, dan il-Ftehim għandu japplika lit-territorji fejn japplika t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika. 2. Kull Parti għandha tagħmel l-almu tagħha, fl-isfera tal-liġijiet u regolamenti applikabbli, sabiex tiffaċilita t-twettiq ta' formalitajiet involuti fil-moviment ta' persuni, kif ukoll it-trasferiment ta' strumenti u materjali li ġejjin minn Parti oħra fl-istruttura ta' dan il-Ftehim jew ta' arranġamenti speċifiċi mdaħħla fihom mill-Partijiet in-konformita' mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 3(2). 3. Kumpens għad-danni magħmula matul l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim għandhom ikunu in-konformità mal-liġijiet u regolamenti applikabbli. Artikolu 6 Drittijiet ta' proprjetà intellettwali It-trattament ta' informazzjoni, proprjetà industrijali u copyright konnessi ma' l-attivitajiet ta' kooperazzjoni taħt dan il-Ftehim għandhom iseħħu skond l-Annessi. Artikolu 7 Ftehim dwar kwistonijiet 1. Bla ħsara għall-liġijiet u r-regolamenti applikabbli, l-Partijiet għandhom jippruvaw jilħqu ftehim dwar kull mistoqsija konnessa ma' dan il-Ftehim permezz ta' negozjati bejniethom. 2. Kwalunkwe kwistjoni li tqum mill-interpretazzjoni ta' dan il-Ftehim, inkluż l-Annessi tiegħu, li fuqha ma jintlaħaqx ftehim permezz ta' negozjati bejn il-Partijiet, għandhom ikunu mibgħuta, fuq talba ta' kwalunkwe minnhom, lit-tribunal arbitrali li għandhu jkun kompost minn tlett arbitri appuntati in-konformita' mad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu. 3. Kull Parti għandha taħtar arbitru, li jista' jkun ċittadin ta' l-Arġentina jew ta' Stat Membru tal-Komunità. Iż-żewġ arbitri hekk maħtura għandhom jagħżlu t-tielet wieħed, li għandu jkun ċittadin ta' pajjiż barra l-Arġentina jew ta' Stat Membru tal-Komunità, u għandu jkun il-President. Jekk, fi żmien tletin jum mit-talba ta' l-arbitraġġ, Parti ma tkunx għażlet arbitru, l-Parti l-oħra tista' titlob lill-President tal-Qorti tal-Ġustizzja Internazzjonali sabiex jaħtar arbitru. 4. Il-maġġoranza tal-membri tat-tribunal għandhom jikkostitwixxu kworum. Id-deċiżjonijiet kollha għandhom ikunu permezz ta' vot affermattiv tal-maġġoranza tal-membri tat-tribunal. Id-deċiżjonijiet tat-tribunal, inkluż id-deċiżjonijiet kollha tiegħu dwar l-istallazzjoni u kostituzzjoni tiegħu stess, proċedura, ġurisdizzjoni u distribuzzjoni ta' l-ispejjeż ta' l-arbitraġġ bejn il-Partijiet, għandhom ikunu mandatarji għaż-żewġ partijiet u għandhom ikunu implimentati minnhom. Artikolu 8 Laqgħat konġunti Il-partijiet għandhom jiltaqgħu f'intervalli regolari, sabiex - jirrivedu u jeżaminaw l-istat ta' kooperazzjoni taħt dan il-Ftehim u jippreparaw rapporti f'kull perjodu fuq dan, - jistabbilixxu permezz ta' ftehim komuni x-xogħol speċifiku li għandu jittieħed taħt dan il-Ftehim, mingħajr preġudizzju għall-għotja ta' deċiżjonijiet awtonomi mill-Partijiet fuq il-programmi rispettivi tagħhom, - jikkonsultaw dwar mistoqsijiet nukleari ta' interess komuni u dwar kwalunkwe materji sinifikanti li jirrigwardaw kooperazzjoni previsti. Artikolu 9 Dispożizzjonijiet finali 1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data meta l-Partijiet jispeċifikaw, minn skambju ta' noti diplomatiċi, u għandu jibqa' fis-seħħ għal perjodu inizjali ta' għaxar snin [2]. 2. Minn hemm, dan il-Ftehim għandu jkun awtomatikament imġedded għal perjodi ta' ħames snin, sakemm wieħed mill-Partijiet, permezz ta' nota bil-miktub, jitlob it-tmiem jew it-tiġdid tiegħu sa mhux iktar minn sitt xhur qabel id-data ta' skadenza. 3. Fl-eventwalita' ta' tmiem jew tiġdid, dan il-Ftehim għandu jibqa' fis-seħħ fil-forma tiegħu ta' qabel għal dak li jirrigwarda l-attivitajiet ta' kooperazzjoni li effettivament daħlu fihom qabel it-talbiet għat-terminu jew tiġdid sa l-aħħar ta' tali attivitajiet u li jirrigwardaw arranġamenti ta' implimentazzjoni jew għal sena ta' kalendarju waħda wara l-iskadenza ta' dan il-Ftehim fil-forma tiegħu ta' qabel, liema waħda hija ta' l-ewwel. 4. It-tmiem ta' dan il-Ftehim m'għandux jaffettwa d-drittijiet u obbligi taħt l-Artikolu 6. Artikolu 10 Lingwi awtentiċi Dan il-Ftehim għandu jitfassal f'żewġ kopji, bid-Daniż, l-Olandiż, l-Ingliż, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, it-Taljan, il-Portugiż, l-ISpanjol u l-ISvediż, u kull test huwa ugwalment awtentiku. Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Ġunju ta' l-1996, f'żewġ kopji, fil-lingwa Spanjola, Għall-Komunità Ewropea ghal Enerġija AtomikaGħall-Gvern tar-Repubblika ta' l-Arġentina u fi Brussell, dan is-seba' u għoxrin jum ta' Ġunju ta' l-1997, f`zewg kopji, bid- Daniż, l-Olandiż, l-Ingliż, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, it-Taljan, il-Portugiż, l-ISpanjol u l-ISvediż, b`dawn il-ħdax-il lingwa huma kollha ugwalment awtentiċi. Għall-Komunità Ewropea ghall-Enerġija Atomika +++++ TIFF +++++ Għall-Gvern tar-Repubblika ta’ l-Arġentina +++++ TIFF +++++ [1] GU L 306, 30.11.1994, p. 8. [2] Dan il-Ftehim jidhol fis-sehh fid-29 ta' Ottubru ta' l-1997 -------------------------------------------------- ANNESS I Prinċipji ta’ gwida dwar l-allokazzjoni ta’ proprjetà intellettwali li jirriżultaw mir-riċerka konġunta taħt il-ftehim għall-kooperazzjoni fil-qasam ta’ enerġija nukleari. I. PUSSESS, ALLOKAZZJONI U EŻERĊIZZJU TA’ DRITTIJIET 1. Ir-riċerka kollha maħruġa li hi konformi ghal dan il-Ftehim għandha tkun "riċerka konġunta". Il-parteċipanti għandhom jiżviluppaw b’mod konġunt pjanijiet ta’ maniġġjar ta’ teknoloġija konġunta (TMPs) għal dak li jirrigwarda l-pussess u użu, inkluż il-pubblikazzjoni, ta’ informazzjoni u Proprjetà Intellettwali (IP) li għandhom ikunu maħluqa fil-kors ta’ riċerka konġunta. Dawk il-pjanijiet għandhom ikunu approvati mill-Partijiet qabel il-konklużjoni ta’ kwalunkwe kuntratti ta’ kooperazzjoni ta R&D speċifiċi għal liema jirreferu. It-TMPs għandhom ikunu żviluppati u fejn jiehdu in-konsiderazzjoni l-għanijiet tar-riċerka konġunta, l-kontribuzzjonijiet relattivi tal-parteċipanti, l-vantaġġi u l-iżvantaġġi tal-liċenza mit-territorju jew għal oqsma ta’ użu, ħtiġijiet imposti mil-liġijiet applikabbli u fatturi oħra meqjusin adegwati mill-parteċipanti. Id-drittijiet u obbligazzjonijiet li jikkonċernaw ir-riċerka magħmula mir-riċerkaturi li qegħdin jinvistaw għal dak li jirrigwardaw l-IP għandhom ikunu indirizzati fil-pjanijiet ta’ maniġġjar ta’ teknoloġija konġunta. 2. Informazzjoni jew IP maħluqa fil-kors ta’ riċerka konġunta u mhux indirizzati fil-pjan ta’ maniġġjar ta’ teknoloġija għandhom ikunu allokati, bl-approvazzjoni tal-Partijiet, skond il-prinċipji stabbiliti fil-pjan ta’ maniġġjar tat-teknoloġija. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ ftehim, tali informazzjoni jew IP għandhom jappartjenu b’mod konġunt lill-parteċipanti kollha involuti fir-riċerka konġunta minn liema l-informazzjoni jew IP jirriżultaw. Kull parteċipant għal liema din id-dispożizzjoni tapplika għandu jkollu d-dritt li juża tali informazzjoni jew IP għall-esplojtazzjoni tiegħu kummerċjali bl-ebda limitazzjoni ġeografika. 3. Kull Parti għandha tassigura li l-Parti l-oħra u l-parteċipanti tagħha jistgħu jkollhom drittijiet għall-IP allokati lilhom in-konformita’ ma’ dawn il-prinċipji. 4. Waqt li jkunu miżmuma l-kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni fl-oqsma affettwati b’dan il-Ftehim, kull Parti għandha tipprova tassigura li drittijiet miġjuba ma’ dan il-Ftehim huma eżerċitati b’tali mod sabiex jinkoraġixxu b’mod partikolari: (i) t-tixrid u użu ta’ informazzjoni maħluqa, imxandra, jew disponibbli mod ieħor, taħt il-Ftehim; (ii) l-adozzjoni u implimentazzjoni ta’ standards internazzjonali. II. XOGĦOLIJIET BI DRITT TA’ L-AWTUR Drittijiet ta’ l-awtur li jappartjenu lill-Partijiet jew lill-parteċipanti tagħhom għandhom ikunu mogħtija trattament konsistenti mal-Konvenzjoni ta’ Berne (Att ta’ Pariġi ta’ l-1971). III. XOGĦOLIJIET XJENTIFIĊI LITTERALI Mingħajr preġudizzju għal Taqsima IV, sakemm miftiehem mod ieħor fit-TMP, il-pubblikazzjoni ta’ riżultati ta’ riċerka għandhom ikunu magħmula b’mod konġunt mill-Partijiet jew parteċipanti għal dik ir-riċerka konġunta. B`konsiderazzjoni tar-regola ġenerali segwenti, ghandhom japplikaw il-proċeduri segwenti: 1. Fil-każ ta’ pubblikazzjoni minn Parti, jew korpi pubbliċi ta’ dik il-Parti, ta’ ġurnali, artikoli, rapporti xjentifiċi u tekniċi, inkluż videos u softwear, li jiġu minn riċerka konġunta ma’ dan il-Ftehim, il-Parti l-oħra għandha tkun intitolata għal liċenza mondjali, mhix esklussiva, irrevokabbli, ħielsa mid-drittijiet għat-traduzzjoni, riproduzzjoni, addattament, trasmissjoni u distribuzzjoni pubblika ta’ tali xogħolijiet. 2. Il-Partijiet għandhom jassiguraw li xogħolijiet letterarji ta’ karattru xjentifiku li ġejjin minn riċerka ma’ dan il-Ftehim u pubblikati minn pubblikaturi indipendenti għandhom ikunu mxerrda bl-iktar mod wiesgħa possibbli. 3. Il-kopji kollha ta’ xogħol bil-copyright li għandhom ikunu mqassma pubblikament u preparati taħt din id-dispożizzjoni għandhom jindikaw l-ismijiet ta’ l-awtur(i) tax-xogħol sakemm awtur jew awturi espressament jirrifjuta jew jirrifjutaw li jkun(u) msemmi(ja). Għandhom ikollhom ukoll stqarrija ċara viżibbli għall-għajnuna kooperattiva tal-Partijiet. IV. INFORMAZZJONI MHIX IMXANDRA A. Informazzjoni dokumentata mhix imxandra 1. Kull Parti jew il-parteċipanti tagħha, kif adegwat, għandha tidentifika mill-mument l-aktar kmieni possibbli, u preferibbilment fil-pjan ta’ maniġġjar tat-teknoloġija, l-informazzjoni li tixtieq li tibqa’ mhix imxandra għal dak li jirrigwarda dan il-Ftehim, meħuda in-konsiderazzjoni inter alia l-kriterji segwenti: - segretezza ta’ l-informazzjoni fis-sens li l-informazzjoni m`hiex, bħala korp jew fil-konfigurazzjoni preċiża jew muntaġġ tal-komponenti tiegħu, ġeneralment magħrufa fost, jew aċċessibbli immedjatament permezz ta’ mezzi legali ghal esperti fil-qasam, - il-valur attwali jew potenzalment kummerċjali ta’ l-informazzjoni minħabba s-segretezza tagħha, - protezzjoni minn qabel ta’ l-informazzjoni fis-sens li kienet is-soġġett ta’ deċiżjonijiet li kienu raġonevoli taħt iċ-ċirkostanzi mill-persuna li legalment għandha kontroll li żżomm is-segretezza. Il-Partijiet u l-parteċipanti jistgħu f’ċerti każijiet jiftiehmu li, sakemm indikat mod ieħor, partijiet mill-informazzjoni jew kollha provduta, skambjata jew maħluqa fil-kors ta’ riċerka konġunta mall-Ftehim tista’ ma tkunx imxandra. 2. Kull parti għandha tassigura li informazzjoni mhix imxandra taħt dan il-Ftehim u n-natura privileġġata li tinħoloq b’hekk hija rikonoxxuta mall-ewwel mill-Parti l-oħra, per eżempju permezz ta’ markar adegwat jew leġgenda ristretta. Dan japplika wkoll għal kwalunkwe riproduzzjoni ta’ tali informazzjoni, kollha jew f`parti. Parti i tirċievi informazzjoni mhix imxandra mall-Ftehim għandha tirrispetta n-natura privilegġata tagħha. Dawn il-limitazzjonijiet għandhom jispiċċaw awtomatikament meta din l-informazzjoni hija mxandra mill-possessur mingħajr restrizzjoni lill-esperti fil-qasam. 3. Informazzjoni mhix imxandra komunikata taħt dan il-Ftehim tista’ tkun imxerrda mill-Parti li tirċeviha lill-persuni li huma jew impjegati mall-parti li qiegħda tirċeviha, u dipartimenti jew aġenziji oħra konċernati mal-Parti li qiegħda tirċievi awtorizzati għall-għanijiet speċifiċi tar-riċerka konġunta li qed tinħoloq bil-kundizzjoni li l-ebda informazzjoni mhix imxandra hekk imxerrda għandha tkun ma’ ftehim ta’ kunfidenzalità u għandha tkun rikonoxxuta mal-ewwel, bħala tali, kif muri hawn fuq. 4. Bil-kunsens bil-miktub minn qabel tal-Parti li qed tipprovdi informazzjoni mhix imxandra taħt dan il-Ftehim, il-Parti li qiegħda tirċievi tista’ xxerred tali informazzjoni mhix mikxufa b’mod iktar wiesgħa minn dak permess fil-paragrafu 3. Il-Partijiet għandhom jikooperaw fil-proċeduri ta’ żvilupp għal talb u kisba qabel kunsens bil-miktub għal tali cirkolazzjoni aktar wiesgha, b`kull Parti għandha tagħti tali approvazzjoni sakemm permess mill-politika, regolamenti u liġijiet domestiċi. B. Informazzjoni mhix mikxufa u mhix dokumentata Informazzjonui mhix mikxufa li m`hiex dokumentata jew informazzjoni oħra kunfidenzjali jew privileġġjata provduta f’seminars u laqgħat oħra taħt dan il-Ftehim, jew informazzjoni li ġejja mill-istaff, użu ta’ faċilitajiet, jew proġetti konġunti, għandhom ikunu trattati mill-partijiet jew il-partċipanti skond il-prinċipju speċifikat għall-informazzjoni ta’ dokumentazzjoni fil-Ftehim, bil-patt, iżda, li min jirċievi tali informazzjoni mhix mikxufa jew informazzjoni oħra kunfidenzali jew privileġġata ġiet magħrufa bil-karattru kunfidenzali ta’ l-informazzjoni komunikata fil-ħin meta tkun saret tali komunikazzjoni. C. Kontroll Kull Parti għandha tipprova tassigura li informazzjoni mhix mikxufa riċevuta minnha taħt dan il-Ftehim għandha tkun ikkontrollata kif provdut hemmhekk. Jekk isir magħruf minn waħda mill-Partijiet li ser tkun, jew tista’ b’mod raġonevoli, ma tkunx possibbli li tilħaq id-dispożizzjonijiet m`humiex cirkolati ta’ paragrafi A u B, għandha b’mod immedjat tinforma lill-Parti l-oħra. Il-partijiet għandhom minn hemmhekk jikkonsultaw sabiex jiddefinixxu kors adegwat ta’ azzjoni. -------------------------------------------------- ANNESS II DEFINIZZJONIJIET 1. "PROPRJETÀ INTELLETTWALI": għandha jkollha t-tifsira misjuba fl-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni li tistabbilixxi l-Organiżzazzjoni Dinjija dwar il-Proprjetà Intellettwali, magħmula fi Stokkolma fl-14 ta' Lulju ta' l-1967. 2. "PARTEĊIPANT": kwalunkwe persuna naturali jew legali, inkluzi l-partijiet infushom, li qed jipparteċipaw fi proġett taħt dan il-Ftehim. 3. "RIĊERKA KONĠUNTA": riċerka implimentata u/jew finanzjata mill-kontribuzzjonijiet konġunti tal-Partijiet u b'kollobarazzjoni mill-parteċipanti taż-żewġ Partijiet, fejn adegwat. 4. "INFORMAZZJONI": data xjentifika jew teknika, riżultati jew metodi ta' riċerka u żvilupp li ġejjin minn riċerka konġunta u kwalunkwe informazzjoni oħra meqjusa neċessarja mill-Partijiet u/jew partċipanti impjegati fir-riċerka konġunta li għandha tkun provduta jew skambjata taħt dan il-Ftehim jew riċerka b`konformi ghalih. -------------------------------------------------- ANNESS III KARATTERISTIĠI INDIKATTIVI TA' PJAN TA' IMANIĠĠJAR TAT-TEKONOLOĠIJA (TMP) It-TMP huwa arranġament speċifiku li għandhu jkun miftiehem bejn il-parteċipanti, fuq l-implimentazzjoni ta' riċerka konġunta u d-drittijiet u obbligi rispettivi tal-partċipanti. Għal dak li jirrigwarda d-drittijiet ta' proprjetà intellettwali, it-TMP jindirizza normalment, inter alia: pussess, protezzjoni, drittijiet ta' użu għall-għanijiet ta' R&D, sfruttar u tixrid, inkluż arranġamenti għal pubblikazzjoni konġunta, id-drittijiet u obbligazzjonijiet ta' riċerki li jinvistaw u proċeduri ta' ftehim għall-kwistjonijiet. It-TMP jista' ukoll jindirizza informazzjoni primavista u ta' wara, flimkien ma' liċenzi u distribuzzjoni. --------------------------------------------------