Official Journal L 152 , 11/06/1997 P. 0027 - 0030
Skambju ta’ ittri a rigward il-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Istati Uniti tal-Messiku fuq ir-rikonoxximent reċiproku bejn iż-żewġ partijiet u l-protezzjoni ta’ l-għażliet ta’ spirti Ittra Nru 1 Sinjur, Għandi l-unur li nirreferi għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Messiku dwar ir-rikonoxximent taż-żewġ partijiet u l-protezzjoni ta’ l-għażliet ta’ l-ispirti. F’din il-konnessjoni, nixtieq nikkonferma s-segwenti: Nonostante d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4(2), l-Istati Uniti tal-Messiku u l-Komunità ftehmu li l-protezzjoni ta’ l-ispirtu "Tequila" msemmija fl-Anness II għall-Ftehim ma tipprojbixxix l-użu fir-Renju ta’ Spanja ta’ l-imsemmi "Tequila" waqt il-perjodu transizzjonali ta’ sena, mid-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, sakemm il-produtturi lokali ma jżidux il-produzzjoni kurrenti. Għall-imsemmi spirtu "Tequila" prodott minn Spanja, id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19(1), l-ewwel sentenza, tal-Ftehim għandu jkollu effett mill-iskadenza tal-perjodu transitorju ta’ sena. Għandi nkun obbligat jekk inti tikkonferma li l-Gvern ta’ l-Istati Uniti tal-Messiku jaqbel mal-kontenut ta’ din l-ittra. Jekk jogħġbok, Sinjur, aċċetta l-assigurazzjoni ta’ l-ogħola konsiderazzjoni tiegħi, Għall-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea. Ittra Nru 2 Sinjur, Għandi l-unur ngħarrfek li rċevejt l-ittra tiegħek tad-data ta’ llum li taqra kif ġej: "Għandi l-unur li nirreferi għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Messiku dwar ir-rikonoxximent reċiproku u l-protezzjoni ta’ l-għażliet ta’ l-ispirti. F’din il-konnessjoni, nixtieq nikkonferma s-segwenti: Nonostante d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4(2), l-Istati Uniti tal-Messiku u l-Komunità ftehmu li l-protezzjoni ta’ l-ispirtu "Tequila" msemmija fl-Anness II għall-Ftehim ma tipprojbixxix l-użu fir-Renju ta’ Spanja ta’ l-imsemmija "Tequila" waqt il-perjodu transizzjonali ta’ sena, mid-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, sakemm il-produtturi lokali ma jżidux il-produzzjoni kurrenti. Għall-imsemmi spirtu "Tequila" prodott fl-Ispanja, id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19(1), l-ewwel sentenza, tal-Ftehim għandha jkollha effett mill-iskadenza tal-perjodu transitorju ta’ sena. Inkun obbligat jekk inti tikkonferma li l-Gvern ta’ l-Istati Uniti tal-Messiku jaqbel mal-kontenut ta’ din l-ittra." Għandi l-unur li nikkonferma li l-Gvern tiegħi jaqbel mal-kontenut ta’ din l-ittra. Jekk jogħġbok, Sinjur, aċċetta l-assigurazzjoni ta’ l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi, Għall-Gvern ta’ l-Istati Uniti tal-Messiku. Hecho en Bruselas, el veintisiete de mayo de mil novecientos noventa y siete.Udfærdiget i Bruxelles den syvogtyvende maj nitten hundrede og syvoghalvfems.Geschehen zu Brüssel am siebenundzwanzigsten Mai neunzehnhundertsiebenundneunzig.Έγινε στις Βρυξέλλες στις είκοσι εφτά Μαου χίλια εννιακόσια ενενήντα επτά.Done at Brussels on the twenty-seventh day of May in the year one thousand nine hundred and ninety-seven.Fait à Bruxelles, le vingt-sept mai mil neuf cent quatre-vingt-dix-sept.Fatto a Bruxelles, addì ventisette maggio millenovecentonovantasette.Gedaan te Brussel, de zevenentwintigste mei negentienhonderd zevenennegentig.Feito em Bruxelas, em vinte e sete de Maio de mil novecentos e noventa e sete.Tehty Brysselissä kahdentenakymmenentenäseitsemäntenä päivänä toukokuuta vuonna tuhatyhdeksänsataayhdeksänkymmentäseitsemän.Som skedde i Bryssel den tjugosjunde maj nittonhundranittiosju. Por la Comunidad EuropeaFor Det Europæiske FællesskabFür die Europäische GemeinschaftΓια την Ευρωπαϊκή ΚοινότηταFor the European CommunityPour la Communauté européennePer la Comunità europeaVoor de Europese GemeenschapPela Comunidade EuropeiaEuroopan yhteisön puolestaPå Europeiska gemenskapens vägnar +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ Por el Gobierno de los Estados Unidos Mexicanos +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------