Official Journal L 127 , 20/05/1997 P. 0002 - 0057
Protokoll addizzjonali għall-Ftehim Ewropew dwar kummerċ fil-prodotti tat-tessuti bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Bulgarija IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, fuq parti waħda, u IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA, fuq parti oħra, XEWQANA li jippromwovu, bi ħsieb ta' koperazzjoni permanenti u f'kondizzjonijiet li jipprovdu siġurtá mill-aħjar għal kummerċ, l-espansjoni reċiproka u l-iżvilupp ordinat u ġust ta' kummerċ fi prodotti tessili bejn il-Komunità Ewropea (minn issa 'l quddiem msejħa "il-Komunità") u r-Repubblika tal-Bulgarija (minn hawn 'l quddiem "Bulgarija"); DEĊIŻI li jqisu fl-aktar wisa' possibbli l-problemi serji ekonomiċi u soċjali li fil-preżent jaffetwaw l-industrija tessili kemm fil-pajjiżi ta' importazzjoni kif ukoll ta' esportazzjoni, b'mod partikolari sabiex jeliminaw il-perikli reali ta' ħsara kemm għas-swieq ta' prodotti tessili tal-Komunità kif ukoll għal dawk tal-Bulgarija; WAQT LI JŻOMMU F'MOĦĦHOM l-għanijiet tal-Ftehim Ewropew bejn il-Komunità u l-Bulgarija ffirmat fi Brussel fit-8 ta' Marzu 1993 u, b'mod partikolari, dawk imsemmija fl-Artikolu 1 tiegħu; WAQT LI JIKKUNSIDRAW il-Ftehim Ewropew u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu, WAQT LI JIKKUNSIDRAW il-Ftehim Interim bejn il-Komunità u l-Bulgarija ffirmat fi Brussel fit-8 ta' Marzu 1993 u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu, WAQT LI JIKKUNSIDRAW il-Protokoll Nru 1 dwar prodotti tessili u ħwejjeġ għall-Ftehim Ewropew u l-Ftehim Interim, u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu, IDDEĊIDEW li jikonkludu dan il-Protokoll u għal dan l-iskop innominaw bħala l-plenipotenzarji tagħhom: IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA: Johannes Friedrich Beseler Viċi Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għar-Relazzjonijiet Ekonomiċi Esterni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA Evgeni Ivanov Ambaxxatur straordinarju u plenipotenzarju, Il-Kap tal-Missjoni tal-Bulgarija għall-Unjoni Ewropea FTEHMU DWAR DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 1. Aktar żvilupp ta' kummerċ u koperazzjoni industrijali bejn l-industriji tessili u ta' ħwejjeġ fil-Komunità u fil-Bulgarija huwa l-prinċipju li fuqu hu bbażat dan il-Protokoll li jistabbilixxi l-arranġamenti kwantitattivi applikabbli għall-kummerċ fi prodotti tessili w ħwejjeġ (minn issa 'l quddiem msejħa "prodotti tessili") li joriġinaw fil-Bulgarija u fil-Komunità, li huma elenkati fl-Anness I ta' dan il-Protokoll. 2. Taħt it-termini ta' dan il-Protokoll, ir-restrizzjonijiet kwantitattivi kollha u l-miżuri ta' effett ekwivalenti dwar importazzjonijiet fiż-żewġ Partijiet dwar prodotti tessili li joriġinaw fil-Parti l-oħra, għandhom jiġu eliminati fl-aħħar tal-perjodu msemmi fil-Minuta Miftiehma Nru 5. 3. Għandhom jsiru konsultazzjonijiet matul it-tielet sena ta' applikazzjoni ta' dan il-Protokoll dwar is-sitwazzjoni u l-progress globali lejn il-liberalizzazzjoni finali. Artikolu 2 1. Il-klassifikazzjoni tal-prodotti koperti minn dan il-Protokoll u importati fil-Komunità hija bbażata fuq it-tariffa u n-nomenklatura statistika tal-Komunità (minn issa 'l quddiem msejħa "n-nomenklatura magħquda" jew, b'mod mqassar, "NM')" u kull emenda għaliha. It-tariffa tad-dwana tal-Bulgarija għandha tkun applikata għall-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti għall-importazzjonijiet fil-Bulgarija. 2. Il-Partijiet jaqblu li l-introduzzjoni ta' bdil, bħal bdil fil-prattika, regoli, proċeduri u kategorizzazzjoni ta' prodotti tessili, li jinkludu dawk il-bidliet relatati mas-Sistema Armonizzata u n-nomenklatura magħquda, fl-implimentazzjoni jew fl-amministrazzjoni ta' dawk ir-restrizzjonijiet applikati taħt dan il-Protokoll, m'għandhomx jaffettwaw il-bilanċ ta' drittijiet u obbligi bejn il-Partijiet taħt dan il-Protokoll, avversament jaffettwaw l-aċċess għal Parti, jimpedixxu l-utilizzazzjoni sħiħa ta' tali aċċess, jew iġibu diżordni fil-kummerċ taħt dan il-Protokoll. Il-Parti li tibda' kull tali bdil għandha tinforma l-Parti l-oħra qabel ma jibdew iseħħu l-bidliet. Il-proċeduri għall-implimentazzjoni ta' bdil ta' klassifikazzjoni huma mfissra fl-Appendiċi A. 3. L-oriġini tal-prodotti koperti minn dan il-Protokoll għandhom jkunu stabbiliti skond ir-regoli ta' oriġini fis-seħħ fil-Komunità. Il-Bulgarija għandha tiġi mgħarrfa b'kull emenda tar-regoli ta' oriġini msemmija. Il-proċeduri biex jikkontrollaw l-oriġini tal-prodotti tessili huma stabbiliti fl-Appendiċi A. Artikolu 3 1. Il-Bulgarija b'dan taqbel għal kull sena ta' l-applikazzjoni tal-Protokoll li trażżan l-esportazzjonijiet tagħha lill-Komunità tal-prodotti inklużi fl-Anness II u li joriġinaw fil-Bulgarija sal-limiti stabbiliti f'dak l-Anness. 2. In-numru u l-livell tar-restrizzjonijiet kwantitattivi applikati għal importazzjonijiet diretti ta' prodotti tessili, espressi f'termini tal-kodiċijiet NM, ta' oriġini Komunitarja fil-Bulgarija għal kull sena ta' l-applikazzjoni tal-Protokoll huma elenkati fl-Anness III ta' dan il-Protokoll. 3. Sakemm ma jkunux preskritt xort'oħra f'dan il-Protokoll, il-Bulgarija u l-Komunità b'dan jaqblu li ma jintroduċux restrizzjonijiet kwantitattivi ġodda jew miżuri ta' effett ekwivalenti, dwar kummerċ fi prodotti tessili bejn iż-żewġ Partijiet, u li ma jżidux in-numru ta' dawk eżistenti kif komparati ma dawk fis-seħħ fil-21 ta' April 1993. 4. L-esportazzjonijiet lejn il-Komunità ta' prodotti tessili elenkati fl-Anness II u li joriġinaw fil-Bulgarija għandhom jkunu suġġetti għas-sistema ta' kontroll doppju kif speċifikat fl-Appendiċi A. Artikolu 4 1. Il-Bulgarija u l-Komunità jirrikonoxxu l-karattru speċjali u differenzali ta' importazzjoni mill-ġdid ta' prodotti tessili fil-Komunità wara proċessar, manifatturar jew ħidma fil-Bulgarija bħala forma speċifika ta' koperazzjoni industrijali u kummerċjali. 2. Bla ħsara għal fejn hu previst mod ieħor fl-Appendiċi B, dik l-importazzjoni mill-ġdid fil-Komunità ma għandhiex tkun suġġetta għal-limiti kwantitattivi tal-prodotti stabbiliti fl-Anness II, sakemm tkun effettwata skond ir-regolamenti dwar traffiku ekonomiku ta' pproċessar estern fis-seħħ fil-Komunità u jkunu eliġibbli għall-arranġamenti speċifiċi mniżżla fl-Appendiċi B ta' dan il-Protokoll. 3. L-ebda restrizzjoni ma tapplika għall-importazzjoni fil-Bulgarija ta' prodotti tessili ta' oriġini Komunitarja ddestinati għall-esportazzjoni mill-ġdid wara li jgħaddu minn operazzjonijiet ta' l-iproċessar minn ġewwa fil-Bulgarija. Artikolu 5 1. L-importazzjoni f'xi waħda mill-Partijiet tal-prodotti tessili koperti minn dan il-Protokoll ma għandhiex tkun suġġetta għall-limiti kwantitattivi stabbiliti fl-Anness II jew l-Anness III, sakemm huma ddikjarati li jkunu għall-esportazzjoni mill-ġdid mill-Parti li timporta fl-istess stat jew wara pproċessar, taħt is-sistema ta' kontroll amministrattiva eżistenti fil-Partijiet. Madankollu, r-rilaxx għal użu domestiku ta' prodotti importati fil-Komunità taħt il-kondizzjonijiet imsemmija hawn fuq għandu jkun suġġett għall-produzzjoni ta' liċenża ta' esportazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti, u prova ta' l-oriġini skond l-Appendiċi A. 2. Meta l-awtoritajiet kompetenti f'Parti waħda jkollhom evidenza li l-importazzjoni ta' prodotti tessili kienet tpaċiet ma' limitu kwantitattiv stabbilit taħt dan il-Protokoll, iżda li l-prodotti kienu sussegwentement esportati mill-ġdid minn dik il-Parti, l-awtoritajiet kkonċernati għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet tal-Parti l-oħra fi żmien erba' gimgħat tal-kwantitajiet involuti u għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta' l-istess kwantitajiet ta' kategorija ta' prodotti identika, li dwarhom ma għandhiex issir tpaċija mal-limitu kwantitattiv stabbilit taħt dan il-Protokoll għas-sena kurrenti jew ta' wara, kif ikun xieraq. 3. L-esportazzjoni taż-żewġ Partijiet ta' drappijiet ta' industrija fid-dar minsuġa fuq nwiel mħaddma bl-idejn jew bis-saqajn, ħwejjeġ jew affarijiet oħra miksuba manwalment minn dawn id-drappijiet, u ta' prodotti ta' folklor tradizzjonali maħduma bl-idejn ma għandhomx jkunu suġġetti għal limiti kwantitattivi. Madankollu, l-esportazzjoni ta' dawn il-prodotti li joriġinaw fil-Bulgarija għandha tosserva l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Appendiċi Ċ ta' dan il-Protokoll. Artikolu 6 1. Fi kwalunkwe sena, l-użu avvanzat ta' porzjoni tal-limitu kwanitattiv stabbilit fl-Anness II għas-sena ta' wara għandu jkun awtorizzat għal kull kategorijia ta' prodotti sa 6 % tal-limitu kwantitattiv għas-sena kurrenti. L-ammonti mqassma bil-quddiem għandhom jkunu mnaqqsa mil-limitu kwantitattiv korrispondenti stabbilit għas-sena ta' wara. 2. It-tħollija għal-limitu kwantitattiv korrispondenti għas-sena ta' wara ta' ammonti mhux użati matul xi sena ta' Protkoll partikolari għandha tkun awtorizzata sa 10 % tal-limitu kwantitattiv għas-sena kurrenti għal-limiti kwantitattivi stabbiliti fl-Anness II. 3. Fil-każ tal-Grupp I, it-trasferimenti għandhom jitħallew biss fil-każijiet li ġejjin: - ammonti jistgħu jkunu trasferiti mill-kategorija 1 għall-kategoriji 2 u 3, jew mill-kategoriji 2 u 3 għall-kategorijia 1 sa 7 % tal-limitu kwantitattiv għall-kategorija li għaliha jsir it-trasferiment; - ammonti jistgħu jkunu trasferiti bejn il-kategoriji 2 u 3 sa 7 % tal-limiti kwantitattivi għall-kategoriji li għaliha jsir it-trasferiment, - il-kwantitajiet totali trasferiti għall-kategoriji 2 u 3 skond l-ewwel żewġ inċiżi ta' dan il-paragrafu ma jistgħux jeċċedu 7 % tal-kategorjia li għaliha jsir it-trasferiment, - ammonti jistgħu jkunu trasferiti bejn il-kategoriji 4, 5, 6, 7 u 8 sa 7 % tal-limitu kwantitattiv għall-kategorija li għaliha jsir it-trasferiment. Ammonti jistgħu jkunu trasferiti f'kull kategorija fil-Gruppi II u III minn kull kategorija fil-Gruppi I, II u III sa 10 % tal-limitu kwantitattiv għall-kategorija li għaliha jsir it-trasferiment. 4. It-tabella ta' ekwivalenza applikabbli għat-trasferimenti msemmija fil-paragrafu 3 hija mogħtija fl-Anness I. 5. Iż-żieda f'xi kategorija partikolari ta' prodotti li tirriżulta mill-applikazzjoni kumulattiva tad-dispisizzjonijiet tal-paragrafi 1, 2 u 3 matul sena singola ma għandhiex teċċedi l-limiti ta' 17 % għall-kategoriji ta' prodotti fil-Gruppi I, II u III. 6. L-awtoritajiet tal-Parti li tesporta għandhom javżaw lill-Parti l-oħra bi kwalunkwe rikors għad-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1, 2 u 3, għall-inqas 15 il-ġurnata minn qabel. Artikolu 7 1. Jekk waħda mill-Partijiet tikkunsidra li l-importazzjoni ta' prodotti tessili li mhumiex suġġetti għal-limiti kwantitattivi, li joriġinaw mill-Parti l-oħra u li huma koperti minn dan il-Protokoll titwettaq f'dawk il-kwantitajiet żejda, assoluti jew relattivi, jew taħt ċerti kondizzjonijiet, li jheddu li jikkawżaw ħsara għall-produzzjoni tal-Parti li qed timporta ta' prodotti simili jew prodotti direttament kompettitivi, jew fejn l-interessi ekonomiċi tal-Parti li timporta hekk jirrikjedu, dik il-Parti tista' timponi sistema ta' sorveljanza minn qabel jew retrospettiva dwar il-kategorija ta' prodotti kkonċernati għal perjodu li tikkunsidra xieraq. 2. Il-Parti li tkun intenzjonata tintroduċi sistema ta' sorveljanza taħt il-paragrafu 1 għandha tavża lill-Parti l-oħra ta' l-inqas ġurnata qabel dwar l-introduzzjoni tagħha, u jista' jintalab li jsiru konsultazzjonijiet minn xi waħda mill-Partijiet taħt l-Artikolu 14 ta' dan il-Protokoll. 3. Meta tiġi stabbilita sistema ta' sorveljanza taħt dan l-Artikolu mill-Komunità, id-disposizzjonijiet rilevanti dwar kontroll doppju, klassifikazzjoni jew ċċertifikar ta' oriġini mniżżla fl-Appendiċi A għandhom jiġu applikati mil-Bulgarija, kif ikun xieraq. Artikolu 8 1. L-esportazzjonijiet ta' prodotti tessili għal xi waħda mill-Partijiet li mhumiex suġġetti għal-limiti kwantitattivi, jistgħu jsiru suġġetti għal-limiti kwantitattivi skond il-paragrafi li ġejjin. 2. Jekk waħda mill-Partijiet tikkunsidra li l-importazzjoni ta' prodotti tessili li joriġinaw mill-Parti l-oħra u li huma koperti minn dan il-Protokoll titwettaq f'dawk il-kwantitajiet miżjuda, jew taħt ċerti kondizzjonijiet, li jikkawżaw ħsara serja jew theddida fattwali għall-produzzjoni tal-Parti li qed timporta ta' prodotti simili jew prodotti direttament kompettitivi, dik il-Parti tista' titlob li jsiru konsultazzjonijiet taħt l-Artikolu 14 ta' dan il-Protokoll bi skop li jintlaħaq ftehim dwar limitu kwantitattiv xieraq għall-kategorija tessili in kwistjoni. Il-limiti kwantitattivi li jsir ftehim dwarhom ma għandhom fl-ebda każ ikunu anqas minn 110 % tal-livell ta' l-importazzjonijiet tal-Parti li timporta matul il-perjodu ta' 12 il-xahar li jispiċċa xahrejn, jew fejn it-tagħrif mhux disponibbli tliet xhur, qabel ix-xahar li fih issir it-talba għall-konsultazzjoni, ta' prodotti f'dik il-kategorija li joriġinaw fil-Parti l-oħra. 3. F'ċirkostanzi kritiċi fejn id-dewmien jikkawża ħsara li tkun diffiċli li tissewwa, tista' tittieħed azzjoni provviżorja mill-Parti li timporta bil-kondizzjoni li t-talba għall-konsultazzjonijiet għanda ssir immedjatament wara. Din l-azzjoni għandha tieħu l-forma ta' restrizzjoni kwantitattiva fuq l-esportazzjoni tal-Bulgarija lejn il-Komunità, jew l-importazzjoni mill-Komunità, għal perjodu provviżorju ta' tliet xhur li jibda mid-data tat-talba. Dan il-limitu provviżorju għandu jiġi ssettjat għal 25 %, għall-inqas, tal-livell ta' importazzjoni jew esportazzjoni matul il-perjodu ta' 12 il-xahar li jispiċċa xahrejn, jew fejn it-tagħrif mhux disponibbli tliet xhur, qabel ix-xahar li fih issir it-talba għall-konsultazzjoni. 4. Jekk il-konsultazzjonjiet ma jwasslux għal soluzzjoni miftiehma fi żmien xahar, allura r-restrizzjoni provviżorja msemmija fil-paragrafu 3 tista' jew tiġi mġedda għal perjodu ta' tliet xhur oħra sakemm isiru aktar konsultazzjonijiet, jew tiġi magħmula definittiva f'livell annwali mhux anqas minn 110 % ta' l-importazzjonijiet għall-perjodu ta' 12 il-xahar li jispiċċa xahrejn, jew fejn it-tagħrif mhux disponibbli tliet xhur, qabel ix-xahar li fih issir it-talba għall-konsultazzjoni. 5. Meta jiġu applikati l-paragrafi 2, 3 jew 4, kull waħda mill-Partijiet għandha tawtorizza l-importazzjoni tal-kategorija tessili ta' prodotti fil-kwistjoni, li jkunu ġew imbarkati mill-Parti l-oħra qabel is-sottomissjoni tat-talba għall-konsultazzjoni. Meta jiġu applikati l-paragrafi 2, 3 jew 4, il-Parti interessata tintrabat li toħroġ liċenzi ta' esportazzjoni jew importazzjoni għal prodotti koperti minn kuntratti effettivament konklużi qabel l-introduzzjoni tal-limitu kwantitattiv, imma sal-volum tal-limitu kwantitattiv iffissat. 6. It-tul ta' żmien tal-miżura u t-tkabbir tar-rati annwali biex jiġu applikati ma' kull limitu kwantitattiv introdott taħt dan l-Artikolu għandhom jiġu deċiżi meta tiġi introdotta l-miżura. 7. Id-disposizzjonijiet ta' dan il-Protokoll li jirrigwardaw l-esportazzjoni ta' prodotti suġġetti għal-limiti kwantitattivi stabbiliti fl-Anness II jew l-Anness III għandhom jgħoddu ukoll għal prodotti li dwarhom jiġu introdotti limiti kwantitattivi taħt dan l-Artikolu. 8. Il-miżuri meħuda skond id-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu ma jistgħux jibqgħu fis-seħħ f'ebda każ wara li jiskadi l-perjodu għall-eliminazzjoni tar-restirizzjonijiet kwantitattivi kollha, u miżuri ta' effett ekwivalenti, stabbiliti f'dan il-Protokoll. Artikolu 9 Xejn f'dan il-Protokoll ma jwaqqaf Parti milli tneħħi unilateralment limitazzjoni kwantitattiva jew iżżid il-livell ta' aċċess taħt limitazzjoni, jekk il-kondizzjonijiet fis-suq tagħha hekk jippermettu. Artikolu 10 1. Il-Bulgarija tintrabat li tagħti lill-Komunità l-informazzjoni ta' statistika preċiża dwar il-liċenzi ta' esportazzjoni u importazzjoni kollha maħruġa mill-awtoritajiet Bulgari għall-kategoriji kollha ta' prodotti tessili suġġetti għal-limiti kwantitattivi stabbiliti taħt dan il-Protokoll, u dwar iċ-ċertifikati kollha maħruġa mill-awtoritajiet Bulgari għall-prodotti kollha msemmija fl-Artikolu 5(3), li huma koperti mid-disposizzjoniet ta' l-Appendiċi Ċ ta' dan il-Protokoll. Il-Komunità għanda bl-istess mod ttitrasmetti lill-awtoritajiet Bulgari informazzjoni ta' statistika preċiża dwar l-awtorizzazzjonijiet ta' importazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet Komunitarji rigward il-liċenzi ta' esportazzjoni u ċ-ċertifikati maħruġa mil-Bulgarija. 2. Għall-kategoriji kollha ta' prodotti, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun trasmessa sa l-aħħar tax-xahar wara x-xahar li miegħu għandhom x'jaqsmu l-istatistiċi. 3. Il-Partijiet jintrabtu li jipprovdu lill-awtoritajiet ta' xulxin, sal-15 ta' April ta' kull sena kalendarja, l-istatistiċi tas-sena ta' qabel dwar l-importazzjonijiet tal-prodotti tessili kollha koperti minn dan il-Protokoll. 4. Kull waħda mill-Partijiet għandha, fuq talba tal-Parti l-oħra, tittrasmetti l-informazzjoni ta' statistika disponibbli dwar l-esportazzjoni ta' prodotti tessili koperti minn dan il-Protokoll. Il-Partijiet għandhom jittrasmettu lill-awtoritajiet ta' xulxin l-informazzjoni ta' statistika dwar il-prodotti koperti mill-Artikolu 5(1). 5. Għall-kategoriji kollha l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 għandha tiġi trasmessa sa l-aħħar tat-tielet xahar wara il-kwart tas-sena li miegħu għandhom x'jaqsmu l-istatistiċi. 6. Jekk jinstab, meta ssir l-analiżi ta' l-informazzjoni skambjata, li hemm diskrepanzi sinifikanti fl-istatistiċi bejn il-prospetti għall-esportazzjonijiet u dawk għall-importazzjonijiet, jistgħu jsiru konsultazzjonijiet skond il-proċedura speċifikata fl-Artikolu 14 ta' dan il-Protokoll. Artikolu 11 1. Bil-ħsieb li jiġi assigurat it-twettiq effettiv ta' dan il-Protokoll bejn il-Bulgarija u il-Komunità, il-Partijiet jaqblu li jikkoperaw bi sħiħ sabiex jipprevjenu, biex jinvestigaw u biex jieħdu kull azzjoni legali u/jew amministrattiva kontra l-ħelsien mir-restrizzjonijiet permezz tat-trasbord, it-tidwir ta' rotta, id-dikjarazzjoni falza dwar pajjiz jew post ta' oriġini, il-falsifikazzjoni ta' dokumenti, id-dikjarazzjoni falza dwar il-kontenut ta' fibri, kwantitajiet, deskrizzjoni jew klassifikazzjoni ta' merkanzija u b'kull mezz ieħor ikun x'ikun. Għaldaqstant, il-Bulgarija u il-Komunità jaqblu li jistabbilixxu d-disposizzjonijiet legali neċessarji u proċeduri amminstrattivi li jippermettu li tittieħed azzjoni effettiva kontra dak il-ħelsien mir-restrizzjonijiet, li għandhom jinkludu l-adozzjoni ta' miżuri korrettivi ta' natura legali kontra esportaturi u/jew importaturi involuti. 2. Jekk xi waħda mill-Partijiet temmen fuq il-bażi ta' l-informazzjoni disponibbli li qed isir ħelsien mir-restrizzjonijiet ta' dan il-Protokoll, dik il-Parti għandha tikkonsulta mal-Parti l-oħra bl-iskop li tinstab soluzzjoni sodisfaċenti għat-tnejn. Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom isiru mill-aktar fis possibbli u ta' l-inqas fi żmien 30 ġurnata mid-data tat-talba. 3. Sakemm jintlaħqu r-riżultati tal-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, kull waħda mill-Partijiet għandha, bħala miżura prekawzjonarja, jekk meħtieġa mill-Parti l-oħra, tieħu l-miżuri kollha neċessarji biex tassigura li, fejn tingħata xiehda suffiċjenti ta' ħelsien mir-restrizzjonijiet, jistgħu jsiru aġġustamenti tal-limiti kwantitattivi li għandhom jiġu miftiehma wara l-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, għas-sena ta' kwota li fiha tkun saret it-talba għall-bidu tal-konsultazzjonijiet skond il-paragrafu 2, jew għas-sena ta' wara jekk il-kwota għas-sena kurrenti tkun meħuda kollha. 4. Għandhom il-Partijiet ma jkunux jistgħu, fil-kors tal-konsultazzjoni riferita fil-paragrafu 2, jilħqu soluzzjoni sodisfaċenti bejniethom, il-Parti li tibda għandu jkollha d-dritt: (a) fejn hemm xiedha suffiċjenti li prodotti oriġinanti mill-Parti l-oħra kienu importati b'ħelsien mir-restrizzjonijiet tal-Protokoll preżenti, li tpaċi l-kwantitajiet rilevanti kontra l-limiti kwantitattivi stabbiliti taħt dan il-Protokoll; (b) fejn jkun hemm xiedha suffiċjenti li turi li tkun saret dikjarazzjoni falza dwar il-kontenut tal-fibra, il-kwantitajiet, id-deskrizzjoni jew il-klassifikazzjoni ta' prodotti li joriġinaw mil-Parti l-oħra, li tirrifjuta li timporta l-prodotti fil-kwistjoni; (ċ) jekk jinstab li t-territorju tal-Parti l-oħra huwa involut fit-trasbord jew fi bdil tar-rotta ta' prodotti li ma joriġinawx f'dik il-Parti, li tintroduċi limiti kwantitattivi kontra l-istess prodotti li joriġinaw fil-Parti l-oħra jekk mhumiex diġà suġġetti għal limiti kwantitattivi, jew li tieħu kull miżura oħra xierqa. 5. Mingħajr preġudizzju għall-Protokoll Nru 6 dwar assistenza reċiproka f'materji doganali għall-Ftehim Ewropew, il-Partijiet jaqblu li jistabbilixxu sistema ta' koperazzjoni amminstrattiva biex jipprevjenu u biex jindirizzaw effettivament il-problemi kollha li joħorġu mill-ħelsien mir-restrizzjonijiet skond id-disposizzjonijiet ta' l-Appendiċi A ta' dan il-Protokoll. Artikolu 12 1. Il-limiti kwantitattivi stabbiliti taħt dan il-Protokoll dwar l-importazzjonjiet fil-Komunità ta' prodotti tessili ta' oriġini Bulgara ma jkunux maqsuma mill-Komunità f'ishma reġjonali. 2. Il-Partijiet għandhom jikkoperaw sabiex jipprevjenu tibdil għall-għarrieda u preġudizjarju fil-kummerċ tradizzjonali li jirriżulta f'konċentrazzjoni reġjonali ta' importazzjonijiet diretti fil-Komunità. 3. Il-Bulgarija għandha twettaq monitoraġġ fuq l-esportazzjonijiet tagħha fil-Komunità ta' prodotti taħt restrizzjoni jew sorveljanza. Jekk jinħoloq bdil għall-għarrieda jew preġudizzjarju fil-kummerċ tradizzjonali, il-Komunità tkun intitolata li titlob konsultazzjonijiet sabiex tinstab soluzzjoni sodisfaċenti għal dawk il-problemi. Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom jinżammu fi żmien 15 il-ġurnata tax-xogħol wara li jkunu mitluba mill-Komunità. 4. Il-Bulgarija għandha tagħmel ħilitha biex tassigura li l-esportazzjonijiet ta' prodotti tessili suġġetti għal limiti kwantitattivi fil-Komunità huma mifruxa b'mod kemm jista' jkun indaqs matul is-sena waqt li jitqiesu b'mod partikolari l-fatturi staġjonali. Artikolu 13 1. Il-Partijiet ma għandhomx jagħmlu diskriminazzjoni fl-allokazzjoni tal-liċenzi ta' esportrazzjoni u awtorizzazzjonijiet ta' importazzjonijiet jew dokumenti msemmija fl-Appendiċi A u Ċ. 2. Jekk xi waħda mill-Partijiet issib li l-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll jew il-prattiċi kummerċjali ta' xi waħda mill-Partijiet jiddisturbaw ir-relazzjonijiet kummerċjali eżistenti bejn il-Komunità u l-Bulgarija, għandhom jibdew mal-ewwel konsultazzjonijiet, skond il-proċeduri speċifikati fl-Artikolu 14, bi skop li titranġa s-sitwazzjoni. Artikolu 14 1. Ħlief fejn hemm pprovdut xort'oħra, il-proċeduri ta' konsultazzjoni speċjali msemmija f'dan il-Protokoll għandhom ikunu regolati bir-regoli li ġejjin: - kull talba għal konsultazzjonijiet għanda tkun notifikata bil-miktub lill-Parti l-oħra, - it-talba għall-konsultazzjoni għanda tkun segwita fi żmien 15 il-ġurnata min-notifika b'dikjarazzjoni li tagħti r-raġunijiet u ċ-ċirkostanzi li, fl-opinjoni tal-Parti li titlob il-konsultazzjonijiet, jiġġustifikaw is-sottomissjoni ta' dik it-talba, - il-Partijiet għandhom jibdew il-konsultazzjonijiet fi żmien xahar, l-aktar tard, min-notifika tat-talba, bl-iskop li jintlaħaq ftehim jew konklużjoni aċċettabli għat-tnejn fi żmien, l-aktar tard, xahar ieħor. 2. Jekk ikun neċessarju, fuq talba ta' xi waħda mill-Partijiet, għandhom jsiru konsultazzjonijiet dwar xi problemi li jinqalgħu mill-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll. Kull konsultazzjoni li ssir taħt dan l-Artikolu għandha tinżamm fi spirtu ta' koperazzjoni u b'xewqa li jiġu rikonċiljati d-differenzi bejn il-Partijiet. Artikolu 15 1. Dan il-Protokoll għandu jibda' jseħħ fl-ewwel ġurnata tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet javżaw lill-xulxin dwar it-temm tal-proċeduri neċessarji għal dak il-għan. Dan il-Protokoll għandu japplika b'effett mid-data tal-bidu fis-seħħ tal-Ftehim Interim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Bulgarija ffirmat fit-8 ta' Marzu 1993. Għandu jiskadi fl-aħħar tal-perjodu msemmi fil-Minuta ta' Ftehim Nru 5. 2. Kull waħda mill-Partijiet tista' fi kwalunkwe ħin tipproponi konsultazzjonijiet skond l-Artikolu 14, bi skop li jintlaħaq ftehim dwar emendi għal dan il-Protokoll. 3. Kull waħda mill-Partijiet tista', fi kwalunkwe ħin, tiddenunzja dan il-Protokoll billi tavża lill-Parti l-oħra. Dan il-Protokoll għandu jieqaf milli jkompli jseħħ sitt xhur wara d-data ta' dik in-notifika u l-limiti kwantitattivi stabbiliti taħt dan il-Protokoll għandhom jiġu mnaqqsa proporzjonalment. 4. L-Annessi, l-Appendiċi, il-Minuti ta' Ftehim u l-Memoranda Konġunti mehmuża ma' dan il-Protokoll għandhom jifformaw parti integrali tiegħu. 5. Dan il-Protokoll għandu jifforma parti integrali tal-Ftehim Ewropew bejn il-Komunità u l-Bulgarija, ffirmat fit-8 ta' Marzu 1993 u tal-Ftehim Interim iffirmat bejn il-Partijiet fl-istess data. Artikolu 16 Dan il-Protokoll għandu jkun mfassal f'żewġ kopji bill-lingwa Daniża, Olandiża, Ingliża, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Taljana, Portugijża, Spanjola, Svediza u Rumena, u kull wieħed minn dawn it-testi jkun ugwalment awtentiku. Hecho en Bruselas, el veintisiete de septiembre de mil novecientos noventa y seis.Udfærdiget i Bruxelles, den syvogtyvende september nitten hundrede og seksoghalvfems.Geschehen zu Brüssel am siebenundzwanzigsten September neunzehnhundertsechsundneunzig.Έγινε στις Βρυξέλλες, στις είκοσι επτά Σεπτεμβρίου χίλια εννιακόσια ενενήντα έξι.Done at Brussels on the twenty-seventh day of September in the year one thousand nine hundred and ninety-six.Fait à Bruxelles, le vingt-sept septembre mil neuf cent quatre-vingt-seize.Fatto a Bruxelles, addì ventisette settembre millenovecentonovantasei.Gedaan te Brussel, de zevenentwintigste september negentienhonderd zesennegentig.Feito em Bruxelas, em vinte e sete de Setembro de mil novecentos e noventa e seis.Tehty Brysselissä kahdentenakymmenentenäseitsemäntenä päivänä syyskuuta vuonna tuhatyhdeksänsataayhdeksänkymmentäkuusi.Som skedde i Bryssel den tjugosjunde september nittonhundranittiosex. +++++ TIFF +++++ Por la Comunidad EuropeaFor Der Europæiske FællesskabFür die Europäische GemeinschaftΓια την Ευρωπαϊκή ΚοινότηταFor the European CommunityPour la Communauté européennePer la Comunità europeaVoor de Europese GemeenschapPela Comunidade EuropeiaEuroopan yhteisön puolestaPå Europeiska gemenskapens vägnar +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- ANNESS I PRODOTTI MSEMMIJJA F'ARTIKOLU 1(1) 1. Meta l-materjal neċessarju tal-prodotti msemmijja f'kategoriji 1 sa 114 mhuwiex imsemmi għandhom jiġu meqjusa li jkunu saru esklussivament mis-suf jew xagħar fin, mill-qoton jew mill-fibri magħmula mill-bniedem. 2. Ħwejjeġ li mhux possibli jkun magħruf jekk humiex ħwejjeġ ta'l-irġiel jew tas-subien jew ħwejjeġ tan-nisa jew tat-tfajliet għandhom jiġu kklasifikati ma' ta'l-aħħar. 3. Fejn tintuża l-espressjoni "ħwejjeġ tat-trabi", din għandha tinkludi ħwejjeġ sa daqs kummerċjali 86. GRUPP 1A Kategorija | Kodiċi NM 1993 | Deskrizzjoni | Tabella ta'ekwivalenza | biċċa/kg | biċċa/g | (1) | (2) | (3) | (4) | (5) | 1 | 5204110052041900 | Ħajt tal-qotton mhux għall-bejgħ bl-imnut | | | 5205110052051200520513005205140052051510520515905205210052052200520523005205240052052510520525305205259052053100520532005205330052053400520535105205359052054100520542005205430052054400520545105205453052054590 | | | 520611005206120052061300520614005206151052061590520621005206220052062300520624005206251052062590520631005206320052063300520634005206351052063590520641005206420052064300520644005206451052064590 | | | ex56049000 | | | 2 | 5208111052081190520812115208121352081215520812195208129152081293520812955208129952081300520819005208211052082190520822115208221352082215520822195208229152082293520822955208229952082300520829005208310052083211520832135208321552083219520832915208329352083295520832995208330052083900520841005208420052084300520849005208510052085210520852905208530052085900 | Drapp minsuġ tal-qotton, minnbarra l-garża, drapp terri, drapp b'nisġa dejqa, drapp tal-pil, drapp tax-xinilja, tull, u drapp tax-xibka ieħor | | | 5209110052091200520919005209210052092200520929005209310052093200520939005209410052094200520943005209491052094990520951005209520052095900 | | | 521011105210119052101200521019005210211052102190521022005210290052103110521031905210320052103900521041005210420052104900521051005210520052105900 | | | 521111005211120052111900521121005211220052112900521131005211320052113900521141005211420052114300521149115211491952114990521151005211520052115900 | | | 5212111052121190521212105212129052121310521213905212141052121490521215105212159052122110521221905212221052122290521223105212239052122410521224905212251052122590 | | | ex58110000 | | | ex63080000 | | | 2(a) | 5208310052083211520832135208321552083219520832915208329352083295520832995208330052083900520841005208420052084300520849005208510052085210520852905208530052085900 | (a)Li minnhom:minnbarra dawk ibbliċjati jew mhux ibbliċjati | | | 5209310052093200520939005209410052094200520943005209491052094990520951005209520052095900 | | | 52103110521031905210320052103900521041005210420052104900521051005210520052105900 | | | 521131005211320052113900521141005211420052114300521149115211491952114990521151005211520052115900 | | | 521213105212139052121410521214905212151052121590521223105212239052122410521224905212251052122590 | | | ex58110000 | | | ex63080000 | | | 3 | 551211005512191055121990551221005512291055122990551291005512991055129990 | Drapp minsuġ minn fibri sintetiċi (mhux kontinwu jew skart), minnbarra drapp b'nisġa dejqa, drapp tal-pil (inklużi drappijiet tat-terri) u drapp tax-xinilja | | | 5513111055131130551311905513120055131300551319005513211055132130551321905513220055132300551329005513310055133200551333005513390055134100551342005513430055134900 | | | 55141100551412005514130055141900551421005514220055142300551429005514310055143200551433005514390055144100551442005514430055144900 | | | 551511105515113055151190551512105515123055151290551513115515131955151391551513995515191055151930551519905515211055152130551521905515221155152219551522915515229955152910551529305515299055159110551591305515919055159211551592195515929155159299551599105515993055159990 | | | 58039030 | | | ex59050070 | | | ex63080000 | | | 3 (a) | 551219105512199055122910551229905512991055129990 | (a)Li minnhom:Minnbarra dawk ibbliċjati jew mhux ibbliċjati | | | 5513211055132130551321905513220055132300551329005513310055133200551333005513390055134100551342005513430055134900 | | | 551421005514220055142300551429005514310055143200551433005514390055144100551442005514430055144900 | | | 5515113055151190551512305515129055151319551513995515193055151990551521305515219055152219551522995515293055152990551591305515919055159219551592995515993055159990 | | | ex58039030 | | | ex59050070 | | | ex63080000 | | | GRUPP 1 B (1) | (2) | (3) | (4) | (5) | 4 | 61051000610520106105209061059010 | Qomos, T-shirts, roll ħafif maħdum irqieq, ġerżijiet jew ġampers powlownek jew b'għonq għoli magħluq ma'l-għonq (minnbarra dawk magħmula mis-suf jew suf fin ta'l-annimali), flokkijiet ta'taħt u oħrajn simili, maħduma bil-labra tal-malja jew bil-ganċ | 6,48 | 154 | 610910006109901061099030 | 6110201061103010 | 5 | 610110906101209061013090 | Ġerżijiet, ġumpers, ilbiesi ta'taħt imlaħalħa, sdieri, ġampers u kardigan tan-nisa bil-kmiem twal jaqblu, kardigans, ġgieget tas-sodda u ġampers (minnbarra l-ġgieget u ġlekkijiet), anoraks, ġgieget ħoxnin bil-għonq li jilqaw ir-riħ, ġgieget li jaslu sal-qadd u oħrajn simili, maħduma bil-labra tal-malja jew bil-ganċ | 4,53 | 221 | 610210906102209061023090 | 6110101061101031611010356110103861101091611010956110109861102091611020996110309161103099 | 6. | 62034110620341906203423162034233620342356203429062034319620343906203491962034950 | Qliezet qosra minsuġa li jaslu u jintrabtu taħt l-irkobba ta'l-irġiel jew tas-subien, qliezet qosra sar-rkobba minnbarra l-malji u qliezet (inklużi l-qliezet mhux tat-tibdil); qliezet u qliezet mhux tat-tibdil minsuġa tan-nisa jew tat-tfajliet, tas-suf, qotton jew fibri magħmula mill-bniedem, il-biċċa t'isfel tal-qliezet u ġgieget mlaħaħin li jintlibsu fit taħriġ ta'l-atletika bl-inforra, minnbarra kategoriji 16 sa 29, tal-qoton jew fibri magħmul mill-bniedem | 1,76 | 568 | 620461106204623162046233620462396204631862046918 | 62113242621133426211424262114342 | 7. | 610610006106200061069010 | Blawżijiet tan-nisa jew tat-tfajliet, qomos u blawżijiet, kemm jekk huma kif ukoll jekk mhumiex maħduma bil-labra tal-malja jew bil-ganċ, tas-suf, qotton jew fibri magħmula mill-bniedem | 5,55 | 180 | 620620006206300062064000 | 8. | 620510006205200062053000 | Qomos ta'l-irġiel jew tas-subien, minnbarra dawk maħduma bil-labra tal-malja jew bil-ganċ, tas-suf, qotton jew fibri magħmula mill-bniedem | 4,60 | 217 | GRUPP II A (1) | (2) | (3) | (4) | (5) | 9 | 5802110058021900 | Drapp tax-xugamani terri u drapp terri tal-qoton minsuġ li huwa simili; bjankerija tal-loki u bjankerija tal-kċina, minnbarra dawk maħduma bil-labra tal-malja jew bil-ganċ, tat-drapp tax-xugamani terri u drapp terri minsuġ, tal-qotton | | | ex63026000 | | | 20 | 63022100630222906302299063023110630231906302329063023990 | Bjankerija tas-sodda, minnbarra dawk maħduma bil-labra tal-malja jew bil-ganċ | | | 22 | 5508101155081019 | Ħajt ta'fibra tajba jew fibri sintetiċi ta'l-iskart, mhux għall-bejgħ bl-imnut | | | 550911005509120055092110550921905509221055092290550931105509319055093210550932905509411055094190550942105509429055095100550952105509529055095300550959005509611055096190550962005509690055099110550991905509920055099900 | | | 22 (a) | 55081019 | (a)Li minnhom akriliku | | | 5509311055093190550932105509329055096110550961905509620055096900 | | | 23 | 55082010 | Ħajt ta'fibra tajba jew fibri artifiċjali ta'l-iskart, mhux għall-bejgħ bl-imnut | | | 5510110055101200551020005510300055109000 | | | 32 | 58011000580121005801220058012300580124005801250058012600580131005801320058013300580134005801350058013600 | Materjal tal-pil minsuġ u materjal tax-xinilja (minnbarra drapp tax-xugamani terri u drapp terri tal-qoton u materjal maħdum b'nisġa dejqa) u l-uċuħ tat-tessuti li għandhom it-trofof, tas-suf, tal-qoton jew tal-fibri tessili magħmula mill-bniedem | | | 5802200058023000 | | | 32 (a) | 58012200 | (a)Li minnhom il-korduroj tal-qoton | | | 39 | 630251106302519063025390ex63025900630291106302919063029390ex63029900 | Bjankerija tal-mejda, bjankerija tal-loki u tal-kċina, minnbarra dawk maħduma bil-labra tal-malja jew bil-ganċ, minnbarra dawk tat-drapp tax-xugamani terri u drapp terri tal-qoton | | | GRUPP II B (1) | (2) | (3) | (4) | (5) | 12 | 6115120061151910611519906115201161152090611591006115920061159310611593306115939961159900 | Pantihose u tajts, kalzetti twal, kalzetti twal ta'taħt, kalzetti qosra, kalzetti sa l-għaksa, kalzetti żgħar u oħrajn simili, maħduma bil-labra tal-malja jew bil-ganċ, minnbarra dawk għat-trabi, inklużi l-kalzetti twal għan-nefħa tal-vini, minnbarra l-prodotti ta'kategorija 70 | 24,3par | 41 | 13 | 610711006107120061071900 | Qliezet ta'taħt ta'l-irġiel jew tas-subien, qliezet ta'taħt tan-nisa jew tal-bniet, maħduma bil-labra tal-malja jew bil-ganċ, tas-suf, qoton jew tal-fibri tessili magħmula mill-bniedem | 17 | 59 | 610821006108220061082900 | 14 | 62011100ex62011210ex62011290ex62011310ex62011390 | Kowtijiet ta' barra, kowtijiet tax-xitta u kowtijiet oħra, kapep u mantelli minsuġa ta'l-irġiel jew tas-subien, tas-suf, qoton jew tal-fibri tessili magħmula mill-bniedem minnbarra l-'parkas' (ta' kategorija 21) | 0,72 | 1389 | 62102000 | 15 | 62021100ex62021210ex62021290ex62021310ex62021390 | Kowtijiet ta'barra, kowtijiet tax-xitta u kowtijiet oħra, kapep u mantelli; ġgieget u ġlekkijiet, minsuġa tan-nisa jew tal-bniet, tas-suf, qoton jew tal-fibri tessili magħmula mill-bniedem minnbarra l-'parkas' (ta' kategorija 21) | 0,84 | 1190 | 62043100620432906204339062043919 | 62103000 | 16. | 6203110062031200620319106203193062032100620322806203238062032918 | Ilbiesi u settijiet (ġakketa u qalziet) ta'l-irġiel jew tas-subien, minnbarra dawk maħduma bil-labra tal-malja jew bil-ganċ, tas-suf, qoton jew tal-fibri tessili magħmula mill-bniedem, għajr l-lbiesi tax-xi, l-qliezet u ġgieget mlaħalħin li jintlibsu fit taħriġ ta'l-atletika ta'l-irġiel jew tas-subien bl-inforra, bil-parti ta'barra magħmula minn materjal wieħed, tal-qoton jew tal-fibri magħmula mill-bniedem | 0,80 | 1250 | 6211323162113331 | 17 | 62033100620332906203339062033919 | Ġgieget u ġlekkijiet ta'l-irġiel jew tas-subien, minnbarra dawk maħduma bil-labra tal-malja jew bil-ganċ, tas-suf, qoton jew tal-fibri tessili magħmula mill-bniedem | 1,43 | 700 | 18 | 6207110062071900620721006207220062072900620791006207920062079900 | Flokkijiet ta'taħt irqaq u flokkijiet ta' taħt oħra, qliezet ta'taħt, qomos ta' bil-lejl, piġami, togi tal-banju, lbiesi ta' ġewwa (dressing gowns) u oġġetti simili ta'l-irġiel jew tas-subien, minnbarra dawk maħduma bil-labra tal-malja jew bil-ganċ | | | 6208110062081910620819906208210062082200620829006208911062089190620892106208929062089900 | Flokkijiet ta' taħt irqaq u flokkijiet ta' taħt oħra,dbielet ta' taħt, lbiesi ta'taħt, qliezet ta' taħt, ilbiesi ta' bil-lejl, piġami, negligées, togi tal-banju, lbiesi ta' ġewwa (dressing gowns) u oġġetti simili tan-nisa jew tat-tfajliet, minnbarra dawk maħduma bil-labra tal-malja jew bil-ganċ | | | 19 | 6213200062139000 | Imkatar minnbarra dawk maħduma bil-labra tal-malja jew bil-ganċ | 59 | 17 | 21 | ex62011210ex62011290ex62011310ex62011390620191006201920062019300 | Parkas, anoraks, ġgieget li jilqu r-riħ, ġgieget li jaslu sal-qadd u oħrajn simili, minnbarra dawk maħduma bil-labra tal-malja jew bil-ganċ, tas-suf, qoton jew tal-fibri tessili magħmula mill-bniedem; il-parti ta'fuq tal-qliezet u ġgieget mlaħaħin li jintlibsu fit taħriġ ta'l-atletika bl-inforra, għajr dawk imsemmijja f'kategorija 16 jew 29, tal-qoton jew tal-fibri tessili magħmula mill-bniedem | 2,3 | 435 | ex62021210ex62021290ex62021310ex62021390620291006202920062029300 | 62113241621133416211424162114341 | 24 | 6107210061072200610729006107910061079200ex61079900 | Qomos ta'bil-lejl, piġami, togi tal-banju, lbiesi ta'ġewwa (dressing gowns) u oġġetti simili ta'l-irġiel jew tas-subien, maħduma bil-labra tal-malja jew bil-ganċ | 3,9 | 257 | 610831106108319061083211610832196108329061083900610891006108920061089910 | Ilbiesi ta'bil-lejl, piġami, negligées, togi tal-banju, lbiesi ta'ġewwa (dressing gowns) u oġġetti simili tan-nisa jew tat-tfajliet, minnbarra dawk maħduma bil-labra tal-malja jew bil-ganċ | 26 | 61044100610442006104430061044400 | Ilbiesi tan-nisa jew tat-tfajliet, tas-suf, qoton jew tal-fibri tessili magħmula mill-bniedem | 3,1 | 323 | 62044100620442006204430062044400 | 27 | 61045100610452006104530061045900 | Dbielet tan-nisa jew tat-tfajliet, inklużi l-kulozzijiet | 2,6 | 385 | 62045100620452006204530062045910 | 28 | 6103411061034190610342106103429061034310610343906103491061034991 | Qliezet, fradalu lbiesi wiesgħa ta'fuq, iċ-ċineg u qliezet qosra sa' l-irkoppa (minnbarra l-ħwejjeġ ta'l-għawm), maħduma bil-labra tal-malja jew bil-ganċ, tas-suf, qoton jew tal-fibri tessili magħmula mill-bniedem | 1,61 | 620 | 6104611061046190610462106104629061046310610463906104691061046991 | 29 | 6204110062041200620413006204191062042100620422806204238062042918 | Ilbiesi u settijiet (ġakketa u qalziet/dublett) tan-nisa jew tat-tfajliet minnbarra dawk maħduma bil-labra tal-malja jew bil-ganċ, tas-suf, qoton jew tal-fibri tessili magħmula mill-bniedem, għajr l-lbiesi tax-xi, l-qliezet u ġgieget mlaħaħin li jintlibsu fit taħriġ ta' l-atletika tan-nisa jew tat-tfajliet bl-inforra, bil-parti ta' barra magħmula minn materjal wieħed, tal-qoton jew tal-fibri magħmula mill-bniedem | 1,37 | 730 | 6211423162114331 | 31 | 62121000 | Reċipetti, minsuġa, dawk maħduma bil-labra tal-malja jew bil-ganċ | 18,2 | 55 | 68 | 611110906111209061113090ex61119000 | Ħwejjeġ tat-trabi u aċċessorji ta'l-ilbies, esklużi l-ingwanti tat-trabi i ngwanti b'seba' wieħed msemmijja f'kategoriji 10 u 87, u kalzetti twal, kalzetti qosra u kalzetti żgħar tat-trabi, minnbarra dawk maħduma bil-labra tal-malja jew bil-ganċ, ta' kategorija 88 | | | ex62091000ex62092000ex62093000ex62099000 | | | 73 | 611211006112120061121900 | Qliezet u ġgieget mlaħalħin li jintlibsu fit taħriġ ta'l-atletika magħmula minn materjal maħdum bil-labra tal-malja jew bil-ganċ, tas-suf, qoton jew tal-fibri tessili magħmula mill-bniedem | 1,67 | 600 | 76 | 620322106203231062032911 | Ħwejjeġ industrijali jew tax-xogħol ta'l-irġiel jew tas-subien, minnbarra dawk maħduma bil-labra tal-malja jew bil-ganċ | | | 620332106203331062033911620342116203425162034311620343316203491162034931 | Fradal, ilbiesi wiesgħa ta'fuq smokk u ħwejjeġ industrijali jew tax-xogħol oħra, minnbarra dawk maħduma bil-labra tal-malja jew bil-ganċ | | | 620422106204231062042911620432106204331062043911620462116204625162046311620463316204691162046931 | | | 62113210621133106211421062114310 | | | 77 | ex62112000 | Ilbiesi tax-xi, minnbarra dawk maħduma bil-labra tal-malja jew bil-ganċ | | | 78 | 62034130620342596203433962034939 | Ħwejjeġ, minnbarra dawk maħduma bil-labra tal-malja jew bil-ganċ, bl-esklużjoni ta'ħwejjeġ imsemmijja f'kategoriji 6, 7, 8, 14, 15, 16, 17, 18, 21, 26, 27, 29, 68, 72, 76 u 77 | | | 6204618062046190620462596204629062046339620463906204693962046950 | | | 6210400062105000 | | | 621131006211329062113390621141006211429062114390 | | | 83 | 610110106101201061013010 | Ġgieget ta'fuq, ġgieget, ġlekkijiet u ħwejjeġ oħra, inklużi l-ilbiesi tax-xi, maħduma bil-labra tal-malja jew bil-ganċ, bl-esklużjoni ta'ħwejjeġ imsemmijja f'kategoriji 4, 5, 7, 13, 24, 26, 27, 28, 68, 69, 72, 73, 74 u 75 | | | 610210106102201061023010 | | | 610331006103320061033300ex61033900 | | | 610431006104320061043300ex61043900 | | | ex61122000 | | | 61130090 | | | 611410006114200061143000 | | | GRUPP III A (1) | (2) | (3) | (4) | (5) | 33 | 54072011 | Drappijiet minsuġin ta' ħajt tal-filament sintetiku miksuba minn strixxa jew simili tal-politelene jew polipropilene, wiesgħa inqas minn 3 m | | | 6305319163053199 | Xkejjer u boroż, tax-xorta li jintużaw għall-ipakkjar ta' oġgetti, mhux magħmulin bil-malja jew bil crochet, miksuba minn strixxa jew simili. | | | 34 | 54072019 | Drappijiet minsuġin ta' ħajt tal-filament sintetiku miksuba minn strixxa jew simili tal-politelene jew polipropilene, wiesgħa inqas minn 3 m | | | 35 | 5407100054072090540730005407410054074210540742905407430054074410540744905407510054075200540753105407539054075400540760105407603054076051540760595407609054077100540772005407731054077391540773995407740054078100540782005407831054078390540784005407910054079200540793105407939054079400 | Drappijiet minsuġin ta' fibri sintetiċi (kontinwi), barra minn dawk għall-tyres taħt il-kategorija 114 | | | ex58110000 | | | ex59050070 | | | 35 (a) | 5407421054074290540743005407441054074490540752005407531054075390540754005407603054076051540760595407609054077200540773105407739154077399540774005407820054078310540783905407840054079200540793105407939054079400 | (a)Li minnhom:minnbarra dawk mhux ibbliċjati jew ibbliċjati | | | ex58110000 | | | ex59050070 | | | 36 | 5408100054082100540822105408229054082310540823905408240054083100540832005408330054083400 | Drapp minsuġ minn fibri artifiċjali, minnbarra dak użat għar-roti msemmijja f'kategorija 114 | | | ex58110000 | | | ex59050070 | | | 36 (a) | 540810005408221054082290540823105408239054082400540832005408330054083400 | (a)Li minnhom:Minnbarra dawk mhux ibbliċjati jew ibbliċjati | | | ex58110000 | | | ex59050070 | | | 37 | 551611005516120055161300551614005516210055162200551623105516239055162400551631005516320055163300551634005516410055164200551643005516440055169100551692005516930055169400 | Drapp minsuġ minn fibri artifiċjali fini | | | 58039050 | | | ex59050070 | | | 37 (a) | 55161200551613005516140055162200551623105516239055162400551632005516330055163400551642005516430055164400551692005516930055169400 | (a)Li minnhom:Minnbarra dawk mhux ibbliċjati jew ibbliċjati | | | 58039050 | | | ex59050070 | | | 38 A | 6002431160029310 | Drapp tal-purtieri sintetiku maħdum bil-labra tal-malja jew bil-ganċ, inkluż drapp tal-purtieri tax-xibka | | | 38 B | ex63039100ex63039290ex63039990 | Purtieri tax-xibka, minnbarra dawk maħduma bil-labra tal-malja jew bil-ganċ | | | 40 | ex63039100ex63039290ex63039990 | Purtieri minsuġa (inklużi d-dendil tal-purtieri, persjani ta'ġewwa, damask tal-purtieri u tas-sodda u oġġetti oħra ta'l-armar), minnbarra dawk maħduma bil-labra tal-malja jew bil-ganċ, tas-suf, qoton jew tal-fibri tessili magħmula mill-bniedem | | | 63041910ex6304199063049200ex63049300ex63049900 | | | 41 | 5401101154011019 | Ħajt ta'filament sintetiku (kontinwu), mhux imqiegħed għall-bejgħ bl-imnut, minnbarra ħajt waħdani mingħajr nisġa mhux mibrum jew b'barma ta'mhux aktar minn 50 tidwira għal kull metru | | | 54021010540210905402200054023110540231305402319054023200540233105402339054023910540239905402491054024991540249995402511054025130540251905402521054025290540259105402599054026110540261305402619054026210540262905402691054026990 | | | ex56042000ex56049000 | | | 42 | 54012010 | Ħajt magħmul minn fibri kontinwi magħmula mill-bniedem, mhux imqegħda għall-bejgħ bl-imnut | | | 540310005403201054032090ex540332005403339054033900540341005403420054034900 | Ħajt magħmul minn fibri artifiċjali; Ħajt magħmul minn filament artifiċjali, mhux imqegħda għall-bejgħ bl-imnut, minnbarra ħajt waħdani magħmul minn rejon visk mhux mibrum jew b'barma ta'mhux aktar minn 250 dawra għal kull metru u ħajt singolu li mhux minsuġ magħmul mill-aċetat taċ-ċelluloża | | | ex56042000 | | | 43 | 52042000 | Ħajt magħmul minn filament magħmul mill-bniedem, ħajt magħmul minn fibri artifiċjali fini, ħajt tal-qoton, imqiegħed għall-bejgħ bl-imnut | | | 5207100052079000 | | | 5401109054012090 | | | 5406100054062000 | | | 55082090 | | | 55113000 | | | 46 | 5105100051052100510529005105301051053090 | Suf tan-nagħaġ jew tal-ħrief jew suf fin ta' annimali oħra, moxt jew ippetnat | | | 47 | 510610105106109051062011510620195106209151062099 | Ħajt mis-suf tan-nagħaġ jew tal-ħrief moxt (ħajt tas-suf) jew suf fin ta' l-annimali ieħor moxt, mhux imqiegħed għall-bejgħ bl-imnut | | | 5108101051081090 | | | 48 | 5107101051071090510720105107203051072051510720595107209151072099 | Ħajt mis-suf tan-nagħaġ jew tal-ħrief ippetnat (ħajt fin magħżul minn suf mimxut) jew suf fin ta'l-annimali ieħor ippetnat, mhux imqiegħed għall-bejgħ bl-imnut | | | 5108201051082090 | | | 49 | 51091010510910905109901051099090 | Ħajt mis-suf tan-nagħaġ jew tal-ħrief jew suf fin ta'annimal ieħor, imqiegħed għall-bejgħ bl-imnut | | | 50 | 5111110051111910511119905111200051113010511130305111309051119010511190915111909351119099 | Drapp minsuġ minn suf tan-nagħaġ jew tal-ħrief jew suf fin ta'annimal ieħor | | | 5112110051121910511219905112200051123010511230305112309051129010511290915112909351129099 | | | 51 | 52030000 | Qoton, moxt jew ippetnat | | | 53 | 58031000 | Garża tal-qoton | | | 54 | 55070000 | Fibri artifiċjali fini, inkluż l-iskart, moxt, ippetnat jew ipproċessat b'xi mod ieħor għall-brim tat-tajjar | | | 55 | 550610005506200055063000550690105506909155069099 | Fibri sintetiċi fini, inkluż l-iskart, moxt, ippetnat jew ipproċessat b'xi mod ieħor għall-brim tat-tajjar | | | 56 | 55081090 | Ħajt tal-fibri sintetiċi fini(inkluż l-iskart), imqiegħed għall-bejgħ bl-imnut | | | 5511100055112000 | | | 58 | 570110105701109157011093570110995701901057019090 | Twapet u gverti, magħmula għoqda (magħmula jew le) | | | 59 | 5702100057023110570231305702319057023210570232905702391057024110570241905702421057024290570249105702510057025200ex570259005702910057029200ex57029900 | Twapet u tessili oħħra użati biex titgħatta l-art, minnbarra t-twapet imsemmijja f'kategorija 58 | | | 5703101057031090570320115703201957032091570320995703301157033019570330515703305957033091570330995703901057039090 | | | 5704100057049000 | | | 570500105705003157050039ex57050090 | | | 60 | 58050000 | Tapezzeriji, magħmula bl-idejn, tat-tip Gobelins, Flanders, Aubusson, Beauvais u oħrajn simili, u tapezzeriji maħduma bil-labra (per eżempju 'petit point' u 'cross stitch') maħduma f'pannelli u simili bl'idejn | | | 61 | ex58061000580620005806311058063190 | Drapp b'nisġa dejqa, u drapp dejjaq (bolduk) li jikkonsisti fil-medd mingħajr it-tgħama magħmul bl'użu ta'materjal li jeħel minnbarra tikketti u oġġetti simili msemmijja f'kategorija 62 | | | 58063210580632905806390058064000 | Drappijiet elastiċi u dettalji oħra (mhux maħduma bil-labra tal-malja jew bil-ganċ), magħmula minn materjali tessili magħmula mill-ħajt ta'l-elastiku | | | 62 | 5606009156060099 | Ħajt tax-xenilja (inkluż il-ħajt tax-xenilja tal-qoton), ħajt miksi bil-ħarir (minnbarra ħajt miksi bil-metall u ħajt magħmul mix-xagħar taż-żiemel miksi bil-ħarir) | | | 5804101158041019580410905804211058042190580429105804299058043000 | Tull u drapp tax-xibka ieħor iżda mhux inklużi d-drappijiet minsuġa, maħduma bil-labra tal-malja jew bil-ganċ, bizzilla maħduma bl'idejn jew permezz tal-magni, f'biċċa sħieħa, fi strippi jew f'ornamenti tal-bizzilla | | | 5807101058071090 | Tikketti, beġġijiet u oħrajn simili tad-drapp tessilu, mhux irrakmati, bil-biċċa, fi strippi jew maqtugħa skond l-għamla jew id-daqs, minsuġa | | | 5808100058089000 | Malji u dettalji ornamentali fil-biċċa; ġummiena, ġummiena ta'żagarelli u oħrajn simili | | | 5810101058101090581091105810919058109210581092905810991058109990 | Rakkmu fil-biċċa sħieħa, fi strippi jew f'ornamenti tal-bizzilla | | | 63 | 59069100 | Drapp magħmul minn fibri sintetiċi maħdum bil-labra tal-malja jew bil-ganċ li jkun fih 5 % jew aktar mill-piż ħajt bl'elastiku u drapp maħdum bil-labra tal-malja jew bil-ganċ li jkun fih 5 % jew aktar mill-piż ħajt miksi bil-gomma | | | ex6002101060021090 | | | ex6002301060023090 | Rakkmu Raschel u drapp tal-pil twil magħmul minn fibri sintetiċi | | | ex60011000 | | | 6002203160024319 | | | 65 | 56060010 | Drapp maħdum bil-labra tal-malja jew bil-ganċ minnbarra dak imsemmi f'kategoriji 38A u 63, tas-suf, tal-qoton jew fibri magħmula mill-bniedem | | | ex60011000600121006001220060012910600191106001913060019150600191906001921060019230600192506001929060019910 | | | ex6002101060022010600220396002205060022070ex6002301060024100600242106002423060024250600242906002433160024333600243356002433960024350600243916002439360024395600243996002910060029210600292306002925060029290600293316002933360029335600293396002939160029399 | | | 66 | 63011000630120916301209963013090ex63014090ex63019090 | Gvieret u kutri ta'l-ivvjaġġar, minnbarra dawk maħduma bil-labra tal-malja jew bil-ganċ, tas-suf, tal-qoton jew tal-fibri magħmula mill-bniedem | | | (1) | (2) | (3) | (4) | (5) | 10 | 611110106111201061113010ex61119000 | Ingwanti tat-trabi u ngwanti b'seba' wieħed maħduma bil-labra tal-malja jew bil-ganċ | 17 par | 59 | 611610106116109061169100611692006116930061169900 | 67 | 58079090 | Aċċessorji tal-ħwejjeġ maħduma bil-labra tal-malja jew bil-ganċ minnbarra dawk għat-trabi; bjankerija tad-dar ta' kwalunkwe tip, maħduma bil-labra tal-malja jew bil-ganċ; purtieri (inkluż d-dendil ta'purtiera) u persjani ta'ġewwa, damask tal-purtieri u tas-sodda u oġġetti oħra ta'għarmar maħduma bil-labra tal-malja jew bil-ganċ; kutri u gverti ta'l-ivvjaġġar maħduma bil-labra tal-malja jew bil-ganċ, oġġetti oħra maħduma bil-labra tal-malja jew bil-ganċ inklużi partijiet ta'ħwejjeġ jew ta'aċċessorji ta'l-ilbies | | | 61130010 | | | 6117100061172000611780106117809061179000 | | | 63012010630130106301401063019010 | | | 630210106302109063024000ex63026000 | | | 630311006303120063031900 | | | 6304110063049100 | | | ex63052000ex63053900ex6305900063053110 | | | 6307101063079010 | | | 67 (a) | 63053110 | (a)Li minnhom:Xkejjer u boroż tat-tip użati għall-ippakkeġġjar ta'oġġetti, magħmulin mill-politilene jew strippi tal-polipropilene | | | 69 | 61081110610811906108191061081990 | Dbielet ta'taħt u lbiesi ta'taħt tan-nisa jew tat-tfajliet, maħduma bil-labra tal-malja jew bil-ganċ | 7,8 | 128 | 70 | 611511006115201961159391 | Pantihose u tajts magħmula minn fibri sintetiċi, ta' qies għal kull ħajta waħdiena inqas minn 67 deċitex (6,7 tex) Kalzetti ta'tul sħiħ tan-nisa magħmula minn fibri sintetiċi | 30,4par | 33 | 72 | 6112311061123190611239106112399061124110611241906112491061124990 | Ħwejjeġ ta' l-għawm tas-suf, tal-qoton jew tal-fibri magħmula mill-bniedem | 9,7 | 103 | 6211110062111200 | 74 | 610411006104120061041300ex61041900610421006104220061042300ex61042900 | Ilbiesi u ensembles tan-nisa jew tat-tfajliet maħduma bil-labra tal-malja jew bil-ganċ, tas-suf, tal-qoton jew tal-fibri magħmula mill-bniedem, bl'esklużjoni ta'l-ilbiesi tax-xi | 1,54 | 650 | 75 | 61031100610312006103190061032100610322006103230061032900 | Ilbiesi u ensembles ta'l-irġiel jew tas-subien maħduma bil-labra tal-malja jew bil-ganċ, tas-suf, tal-qoton jew tal-fibri magħmula mill-bniedem, bl'esklużjoni ta'l-ilbiesi tax-xi | 0,80 | 1250 | 84 | 62142000621430006214400062149010 | Xalli, xalpi, mufflers, mantilji, veli u oħrajn simili minnbarra dawk maħduma bil-labra tal-malja jew bil-ganċ, tas-suf, tal-qoton jew tal-fibri magħmula mill-bniedem | | | 85 | 6215200062159000 | Ingravajjet, ċfuf u mkatar tal-għonq, tas-suf, tal-qoton jew tal-fibri magħmula mill-bniedem | 17,9 | 56 | 86 | 621220006212300062129000 | Kurpetti, ċinturini tal-kurpetti, ċinturini għas-suspenders, ċineġ, takkalji u oħrajn simili, u partijiet minnhom, kemm jekk huma maħduma bil-labra tal-malja jew bil-ganċ jew le | 8,8 | 114 | 87 | 62160000 | Ingwanti tat-trabi u ngwanti b'seba' wieħed li mhumiex maħduma bil-labra tal-malja jew bil-ganċ | | | ex62091000ex62092000ex62093000ex62099000 | | | 88 | 6217100062179000 | Kalzetti u kalzetti żgħar, li mhumiex maħduma bil-labra tal-malja jew bil-ganċ; aċċessorji ta'l-ilbies oħra, partijiet tal-ħwejjeġ jew ta' aċċessorji ta'l-ilbies oħra, għajr dawk għat-trabi, minnbarra dawk maħduma bil-labra tal-malja jew bil-ganċ | | | ex62091000ex62092000ex62093000ex62099000 | | | 90 | 5607410056074911560749195607499056075011560750195607503056075090 | Spag maħdum, stoppa ta' ħbula, ħbula u kejbils magħmula minn fibri sintetiċi, maħdum jew le | | | 91 | 630621006306220063062900 | Tined | | | 93 | ex63052000ex63053900 | Xkejjer u boroż ta'tip użati għall-ippakkeġġjar ta'fibri maħduma, minbarra dawk magħmula mill-politilene jew strippi tal-polipropilene | | | 94 | 560110105601109056012110560121905601221056012291560122995601290056013000 | Materjal artab tad-drappijiet tessili u oġġetti tagħhom; fibri tessili, ta'mhux aktar minn 5 mm fit-tul (qoton), trab tat-tessili u mill neps | | | 95 | 56021019560210315602103956021090560221005602299056029000 | Pannu u oġġetti magħmula minnu, kemm jekk huwa mimli b'sustanza oħra jew miksi jew le, minnbarra dak użat biex tinkesa l-art | | | ex58079010 | | | ex59050070 | | | 62101010 | | | 63079091 | | | 96 | 5603001056030091560300935603009556030099 | Drappijiet mhux minsuġa u oġġetti minn dan it-tip ta'drapp, kemm jekk huma mimlija b'sustanza oħra, miksija, mogħtijja jew laminati jew le | | | ex58079010 | | | ex59050070 | | | 6210109162101099 | | | ex63014090ex63019090 | | | 63022210630232106302531063029310 | | | 6303921063039910 | | | ex63041990ex63049300ex63049900 | | | ex63053900 | | | 63071030ex63079099 | | | 97 | 5608111156081119560811915608119956081911560819195608193156081939560819915608199956089000 | Xbieki u xbieki metalliċi magħmula mill-ħajt mibrum, ħbula mibruma jew ħbula u xbieki tas-sajd tal-ħajt, ħajt mibrum, ħbula mibruma jew ħbula | | | 98 | 5609000059050010 | Oġġetti oħra magħmula mill-ħajt, ħajt mibrum, ħbula mibruma jew ħbula, għajr il-materjali tessili, oġġetti magħmula minn dawn it-tessili u oġġetti li jaqgħu taħt kategorija 97 | | | 99 | 5901100059019000 | Drappijiet tessili miksijja bil-gomma jew sustanzi amilaceous, tat-tip użati għall-qoxra ta'barra tal-kotba u simili; drapp li jintuża għall-ikkupjar; tila tat-tpenġija ppreparata; bakrum u materjal tessilu mwebbes simili ta'tip użat għall-forzetti tal-kpiepel | | | 59041000590491105904919059049200 | Linolju, kemm jekk maqtugħ sa ċertu qies jew le; oġġetti biex titgħatta l-artli għandhom kisja jew xi ħaġa biex tgħattihom applikati fuq bażi tessila, kemm jekk maqtugħ sa ċertu qies jew le | | | 59061010590610905906991059069990 | Drappijiet tessili bil-gomma, li mhumiex maħduma bil-labra tal-malja jew bil-ganċ, esklużi dawk użati għar-roti | | | 59070000 | Drappijiet tessili b'mod ieħor mimlijja b'sustanza oħra jew miksija; tila miżbugħa użata bħala xeneġġatura tejatrali, biċċiet tad-drapp użati fl-istudjos jew simili, minnbarra dawk imsemmijja f'kategorija 100 | | | 100 | 59031010590310905903201059032090590390105903909159039099 | Drappijiet tessili mimlijja b'sustanza oħra, miksija, mogħtijja jew laminati b'taħlitiet ta' derivattivi taċ-ċelluloża jew ta' materjali artifiċjali tal-plastik oħrajn | | | 101 | ex56079000 | Spag maħdum, stoppa ta' ħbula, ħbula u kejbils, maħduma jew le, minnbarra dawk magħmula minn fibri sintetiċi | | | 109 | 6306110063061200630619006306310063063900 | Inċirata, qlugħ, tined ta'bastimenti, u lqugħ tax-xemx | | | 110 | 6306410063064900 | Saqqijiet minsuġa pnewmatiċi | | | 111 | 6306910063069900 | Oġġetti tal-kamping, minsuġa minnbarra saqqijiet u tined pnewmatiċi | | | 112 | 63072000ex63079099 | Oġġetti oħra magħmulin mit-tessili, minsuġa, minnbarra dawk ta'kategoriji 113 u 114 | | | 113 | 63071090 | Biċċiet ta'l-art, biċċiet tal-platti u biċċiet tat-tfarfir, li mhumiex maħduma bil-labra tal-malja jew bil-ganċ | | | 114 | 590210105902109059022010590220905902901059029090 | Drappijiet minsuġa u oġġetti għal użu tekniku | | | 59080000 | | | 5909001059090090 | | | 59100000 | | | 59111000ex591120005911311159113119591131905911321059113290591140005911901059119090 | | | GRUPP IV (1) | (2) | (3) | (4) | (5) | 115 | 530610115306101953061031530610395306105053061090530620115306201953062090 | Ħajta fibra tal-kittien jew fibra tar-rami | | | 530890115308901353089019 | | | 117 | 530911115309111953091190530919105309199053092110530921905309291053092990 | Drapp minsuġ tal-ħajta fibra tal-kittien jew fibra tar-rami | | | 53110010 | | | 58039090 | | | 5905003159050039 | | | 118 | 63022910630239106302393063025200ex6302590063029200ex63029900 | Bjankerija tal-mejda, bjankerija tal-loki u tal-kċina tal-ħajta fibra tal-kittien jew fibra tar-rami, minnbarra dawk maħduma bil-labra tal-malja jew bil-ganċ | | | 120 | ex6303999063041930ex63049900 | Purtietri (inkluż d-dendil ta'purtiera), persjani ta'ġewwa, damask tal-purtieri u tas-sodda u oġġetti oħra ta'għarmar mhux maħduma bil-labra tal-malja jew bil-ganċ, tal-ħajta fibra tal-kittien jew fibra tar-rami | | | 121 | ex56079000 | Spag maħdum, stoppa ta' ħbula, ħbula u kejbils, maħduma jew le, tal-ħajta fibra tal-kittien jew fibra tar-rami | | | 122 | ex63059000 | Xkejjer u boroż ta'tip użati għall-ippakkeġġjar ta'l-oġġetti, użati, tal-ħajta fibra tal-kittien, minnbarra dawk maħduma bil-labra tal-malja jew bil-ganċ | | | 123 | 58019010 | Drappijiet tal-pil minsuġa tal-ħajta fibra tal-kittien jew fibra tar-rami, minnbarra drappijiet minsuġa dojoq | | | 62149090 | Xalli, xalpi, mufflers, mantilji, veli u oħrajn simili tal-ħajta fibra tal-kittien jew fibra tar-rami minnbarra dawk maħduma bil-labra tal-malja jew bil-ganċ | | | -------------------------------------------------- ANNESS II (Id-deskrizzjoni sħiħa tal-prodotti mniżżla fil-kategoriji msemmijja f'dan l-Anness jistu jinstabu f'Anness I tal-Protokol) LIMITI KWANTITATTIVI TAL-KOMUNITÀ (tunnellati metriċi jew 1000 biċċa) | Kategorija | Unita | 1993 | 1994 | 1995 | 1996 | 1997 | 1998 | 2 | tunnellati metriċi | 3900 | 3978 | 4058 | 4139 | 4222 | 4306 | 2(a) | tunnellati metriċi | 1200 | 1224 | 1248 | 1273 | 1298 | 1324 | 4 | biċċa | 3450 | 3605 | 3767 | 3937 | 4114 | 4299 | 5 | biċċa | 3750 | 3919 | 4095 | 4279 | 4472 | 4673 | 6 | biċċa | 1420 | 1491 | 1566 | 1644 | 1726 | 1812 | 7 | biċċa | 1200 | 1254 | 1310 | 1369 | 1431 | 1495 | 8 | biċċa | 4300 | 4451 | 4607 | 4768 | 4935 | 5108 | 14 | biċċa | 550 | | | | | | 15 | biċċa | 1100 | | | | | | 73 | biċċa | 2500 | 2650 | 2809 | 2978 | 3157 | 3346 | 76 | biċċa | 3100 | | | | | | -------------------------------------------------- ANNESS III Fid-data meta jiġi inizjat il-protokol, il-Bulgarija m'għandux ikollha restrizzjonijiet kwantitattivi jew miżuri ta'effett ekwivalenti fuq l-importazzjoni ta'tessili u ħwejjeġ li jkunu ġejjin mill-Komunità -------------------------------------------------- Appendiċi A TITOLU I KLASSIFIKAZZJONI Artikolu 1 1. L-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità jintrabtu li jinformaw il-Bulgarija b'bdiliet fin-nomenklatura magħquda (NM) qabel ma dawn jidħlu fis-seħħ fil-Komunità. 2. L-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità għandhom jinformaw l-awtoritajiet kompetenti tal-Bulgarija b'kwalunkwe deċiżjoni rigward il-klassifikazzjoni ta' prodotti li jaqaw fi ħdan il-Protokol preżenti, fi żmien xahar minn meta dawn jiġu addottati. Din il-komunikazzjoni għandha tinkludi: (a) deskrizzjoni tal-prodotti; (b) il-kodiċi NM tal-kategorija relevanti; (ċ) ir-raġunijiet għaliex intlaħqet din id-deċiżjoni. 3. Meta deċiżjoni ta' klassifikazzjoni twassal għal bidla fil-prattiċi ta'klassifikazzjoni jew għal bidla fil-kategorija ta' kwalunkwe prodott soġġett għall-Protokol preżenti, l-prodotti affetwati għandhom japplikaw ir-reġim ta' kummerċ li huwa applikabli għall-prattika jew kategorija li jkunu jagħmlu parti minnha wara bidla bħal din, kif inhu provvdut f'dan il-Protokol. Deċiżjoni ta'dan it-tip għandha tidħol fis-seħħ 30 ġurnata wara li l-Parti l-oħra tkun ġiet innotifikata. Il-Partijiet Kontraenti jaqqblu li jibdew il-konsultazzjonijiet skond il-proċeduri deskritti f'Artikolu 14 tal-Protokol bil-għan li jonoraw l-obligazzjoni msemmijja f'Artikolu 2 (2) tal-Protokol. Prodotti trasportati bil-baħar qabel id-data ta'applikazzjoni tad-deċiżjoni għandhom jibqu soġġetti għall-prattika ta' klassifikazzjoni ta' qabel, sakemm dawn l-oġġetti jiġu mibgħuta għall-importazzjoni fi żmien 60 ġurnata minn dik id-data. 4. Fil-każ ta' opinjonijiet differenti bejn il-Bulgarija u l-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità mad-dħul fil-Komunità rigward il-klassifikazzjoni tal-prodotti li jaqaw fi ħdan il-Protokol preżenti, il-klassifikazzjoni għandha tkun ibbazata b'mod proviżorju fuq indikazzjonijiet provvduti mill-impotatur, sa meta jsiru l-konsultazzjonijiet skond Artikolu 14 bil-għan li jintlaħaq ftehim rigward il-konsultazzjoni kkonċernata. Fil-każ li ma jintlaħaqx ftehim, il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti għandha tingħata lill-Kumitat tan-Nomenklatura biex issir klassifikazzjoni definitiva fin-nomenklatura magħquda. TITOLU II ORIĠINI Artikolu 2 1. Il-prodotti li joriġinaw fil-Bulgarija li għandhom jkunu esportati lejn il-Komunità skond l-arranġamenti stabiliti mill-Protokol għandhom jkunu akkompanjati minn ċertifikat ta'oriġini Bulgara li jkun sar skond il-mudell annessat ma'dan l-Appendiċi. 2. Iżda, l-prodotti f'Grupp III jistu jkunu importati lejn il-Komunità skond ir-reġim imwaqqaf skond il-Protokol meta tiġi ppreżentata dikjarazzjoni ta' l-esportatur fil-fattura jew dokument kummerċjali ieħor, xiedha tal-fatt li l-prodotti msemmijja joriġinaw mill-Bulgarija skond id-disposizzjonijiet relevanti fis-seħħ fil-Komunità. 3. Iċ-ċertifikat ta'oriġini msemmi f'paragrafu 1 m'hemmx bżonnu għall-importazzjoni ta'oġġetti li jaqaw taħt ċertifikat ta'muviment "EUR 1" jew formola "EUR 2" maħruġa skond Protokol Nru 4 tal-Ftehim Ewropew. Artikolu 3 Iċ-ċertifikat ta'oriġini jinħareġ lill-esportatur biss meta tingħata talba bil-miktub mingħandu jew mir-rappreżentanti tiegħu. L-awtoritajiet kompetenti tal-Bulgarija huma obligati li jassiguraw li ċ-ċertifikat ta'oriġini huma mimlija b'mod korrett; biex dan iseħħ jistu jistaqsu għal kwalunkwe dokument neċessarju, xhieda jew jistgħu jgħamlu kwalunkwe kontroll li skondhom huwa xieraq. Artikolu 4 Meta jkun hemm kriterji differenti għad-determinazzjoni ta'oriġini għal prodotti li jaqaw fl-istess kategorija, iċ-ċertifikati jew dikjarazzjonijiet ta'oriġini għandhom jinkludu deskrizzjoni dettaljata ta'l-oġġetti sa biex jiġu determinati l-kriterji, li skondhom iħareg iċ-ċertifikat jew saret id-dikjarazzjoni. Artikolu 5 L-iskoperta ta' differenzi żgħar bejn id-dettalji fiċ-ċertifikat u dawk fuq id-dokumenti ppreżentati fl-uffiċju tad-dwana waqt il-formalitajiet ta'importazzjoni, ma jfissirx, ipso facto, li d-dikjarazzjonijiet fiċ-ċertifikat għanhom jiġu ddubitati. TITOLU III SISTEMA TA'KONTROLL DOPPJU GĦALL-KATEGORIJI TA' PRODOTTI BLA ĦSARA GĦALL LIMITI KWANTITATTIVI TAL-KOMUNITÀ Taqsima I Esportazzjoni Artikolu 6 L-awtoritajiet kompetenti tal-Bulgarija għandhom joħorġu liċenza ta'esportazzjoni għall-konsenji kollha mill-Bulgarija ta'prodotti tessili msemmijja f'Anness II, sal-limiti kwantitattivi relevanti kif jistu jiġu mmodifikati skond id-disposizzjonijiet ta' dan il-Protokol u ta' prodotti tessili soġġetti għal kwalunkwe limiti kwantitattivi jew sistemi ta'sorvelljanza stabiliti wara l-applikazzjoni ta'Artikoli 7 u 8 tal-Protokol. Artikolu 7 1. Il-liċenza ta'esportazzjoni għandha tkun skond il-mudell anessat ma' dan l-Appendiċi u għandha tkun valida għall-esporti fit-territorju tad-dwana li għalih huwa applikat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea. Iżda, meta l-Komunità tkun għamlet rikors għad-disposizzjonijiet ta'Artikoli 7 u 8 tal-Protokol skond id-disposizzjonijiet tal-Minuta Miftiehma Nru 1, jew tal-Minuta Miftiehma Nru 2, il-prodotti tessili li jaqaw fi ħdan il-liċenzi ta'esportazzjoni jistu jitqiegħdu f'ċirkolazzjoni ħielsa fir-reġjuni tal-Komunità msemmijja f'dawk il-liċenzi biss. 2. Kull liċenza ta'esportazzjoni għandha tiċċertifika, inter alia, li l-kwantità tal-prodott imsemmi kienet ikkumpensata mal-limiti kwantitattivi stabiliti għall-kategorija tal-prodott kkonċernat u għandha tħaddan waħda biss mill-kategoriji ta'prodotti mniżżla f'Anness II tal-Protokol. Għandha tintuża għal konsenja waħda jew aktar tal-prodott imsemmi. 3. Meta tkun applikata r-rata ta'kambju msemmijja f'Anness II, in-nota li ġejja għandha tiġi nserita f'kaxxa 9 tal-liċenza ta'esportazzjoni: "Ir-rata ta'kambju għal ħwejjeġ ta' qies kummerċjali ta' mhux aktar minn 130ċm għandha tkun applikata". Artikolu 8 L-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità għandhom jkunu nformati minnufih jekk jkun hemm tneħħijja jew tibdil ta'liċenza ta' esportazzjoni li tkun diġa twasslet. Artikolu 9 1. L-esportazzjoni għandha tkun ikkumpensata mal-limiti kwantitattivi stabbiliti għas-sena meta tkun saret it-tagħbija tal-merkanzija bil-baħar anke jekk il-liċenza ta'esportazzjoni tkun saret skond dan il-Protokol wara din it-tagħbija. 2. Bil-għan li jkun applikat Paragrafu 1, it-tagħbija tal-merkanzija titqies li tkun saret fid-data meta tkun tagħbbiet għal fuq l-ajruplan, vettura jew bastiment ta'esportazzjoni. Artikolu 10 Il-preżentazzjoni ta'liċenza ta' esportazzjoni, skond l-applikazzjoni ta' Artikolu 12 li ġej, għandha ssir mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu tas-sena, wara dik meta l-oġġetti li jaqaw fi ħdan il-liċenza kienu trasportati bil-baħar. Taqsima II Importazzjoni Artikolu 11 L-importazzjoni lejn il-Komunità ta'prodotti tessili soġġetti għal limiti kwantitattivi għandha tkun bla ħsara għall-preżentazzjoni ta' awtorizzazzjoni jew dokument ta'importazzjoni. Artikolu 12 1. L-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità għandhom joħorġu l-awtorizzazzjoni jew dokument ta'importazzjoni, msemmijja f'Artikolu 11, awtomatikament fi żmien massimu ta' ħamest ijiem ta' xogħol minn meta l-importatur jippreżenta l-oriġinali tal-liċenza ta'esportazzjoni korrispondenti. 2. L-awtorizzazzjonijiet ta'importazzjoni għandhom jibqgħu validi għal sitt xhur minn meta jinħarġu għall-importazzjonijiet fit-territorju tad-dwana li għalih huwa applikat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea. Iżda, meta l-Komunità tkun għamlet rikors għad-disposizzjonijiet ta' Artikoli 7 u 8 tal-Protokol skond id-disposizzjonijiet tal-Minuta Miftiehma Nru 1, jew tal-Minuta Miftiehma Nru 2, il-prodotti tessili li jaqaw fi ħdan il-liċenzi ta' esportazzjoni jistu jitqiegħdu f'ċirkolazzjoni ħielsa fir-reġjuni tal-Komunità msemmijja f'dawk il-liċenzi biss. 3. L-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità għandhom iħassru l-awtorizzazzjoni jew dokument ta' importazzjoni maħruġ meta l-liċenza ta'esportazzjoni korrispondenti tkun irtirata. Iżda, jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità huma mgħarrfa bl-irtirar jew tħassir tal-liċenza ta'esportazzjoni biss wara l-importazzjoni tal-prodotti lejn il-Komunità, l-kwantitajiet relevanti għandhom jkunu kkumpensati mal-limiti kwantitattivi mniżżla għall-kategorija u skond is-sena ta'kwota. Artikolu 13 1. Jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità jsibu li l-kwantitajiet totali li jaqaw fi ħdan il-liċenzi ta'esportazzjoni maħruġa mill-Bulgarija għal kategorija partikolari f'kwalunkwe sena huma aktar mill-limiti kwantitattivi stabiliti għal dik il-kategorija skond Anness II għal dik il-kategorija kif tista tkun modifikata skond id-disposizzjonijiet ta'dan il-Protokol, jew kwalunkwe limiti kwantitattivi mwaqqfa skond Artikolu 8 ta'dan il-Protokol, l-awtoritajiet msemmijja jistu jissospendu l-ħruġ ta'awtorizzazzjoni jew dokumenti ta'importazzjoni oħra. F'dan il-każ, l-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità għandhom immedjatament jinformaw l-awtoritajiet tal-Bulgarija u għandha tinbeda l-proċedura ta'konsultazzjoni speċjali mniżżla f'Artikolu 14 tal-Protokoll minnhufih. 2. L-esportazzjonijiet ta'prodotti Bulgari li jaqaw taħt il-limiti kwantitattivi jew sistema ta'sorvelljanza li ma jaqawx taħt il-liċenzi ta'esportazzjoni Bulgari maħruġa skond id-disposizzjonijiet ta'dan l-Appendiċi jistu jiġu rifjutati l-awtorizzazzjoni jew dokument ta'importazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità. Iżda, jekk l-importazzjoni lejn il-Komunità ta'dawn il-prodotti hija permessa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità, l-kwantitajiet involuti m'għandhomx ikunu kompensati mal-limiti kwantitattivi xierqa stabiliti f'Anness II, jew maħluqa skond Artikolu 8 tal-Protokol, mingħajr il-ftehim preċiż ta'l-awtoritajiet kompetenti tal-Bulgarija, minnbarra kif inhu msemmi f'Artikolu 11 tal-Protokol. TITOLU IV IL-FORMA U PRODUZZJONI TAL-LIĊENZI TA' ESPORTAZZJONI U ĊERTIFIKATI TA' ORIĠINI, U DISPOSIZZJONIJIET KOMUNI RIGWARD L-ESPORTAZZJONI LEJN IL-KOMUNITÀ Artikolu 14 1. Il-liċenza ta'esportazzjoni u ċ-ċertifikat ta'oriġini jistu jinkludu kopji addizzjonali li jkunu mmarkati hekk. Għandhom isiru bl-Ingliż jew bil-Franċiż. Jekk isiru bil-kitba, d-dħul għandu jsir bil-linka u bil-kitba stampata. Dawn id-dokumenti għandhom jkunu ta'qies 210 x 297 mm. Il-karta użata għandha tkun karta bajda tal-kitba, skond il-qisien mogħtija, li ma jkolliex massa mekkanika, u trid tkun tiżen mhux anqas minn 25 g/m2 Jekk ikun hemm ħafna kopji tad-dokumenti, l-kopja ta'fuq biss, li hi l-oriġinali, għandha tkun stampata b'disinn guilloche fl-isfond. Din il-kopja għandha tkun immarkata b'mod ċar bħala "oriġinali" u l-kopji l-oħrajn bħala "kopji". L-oriġinali biss għandha tiġi aċċettata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità bħala dik valida għall-kontroll ta'l-esporti lejn il-Komunità skond id-disposizzjonijiet ta'dan il-Protokol. 2. Kull dokument għandu jkollu numru ta'serje standard, kemm jekk stampat jew le, li minnu jkun jista jiġi identifikat. In-numru għandu jkun kompost mill-elementi li ġejjin: - żewġ ittri li jidentifikaw il-pajjiż ta'esportazzjoni kif inhu ġej: BG, - żewġ ittri li jidentifikaw l-Istat Membru intiż ta'clearance mid-dwana kif inhu ġej: AT — l-Awstrija BL — Benelux DE — il-Ġermanja DK — id-Danimarka EL — il-Greċja ES — Spanja FI — il-Finlandja FR — Franza GB — ir-Renju Unit IE — l-Irlanda IT — l-Italja PT — il-Portugal SE — l-Isvezja - numru wieħed li jidentifika s-sena ta' kwota, li jkun jaqbel ma' l-aħħar numru fis-sena rispettiva, eż. 7 jew 1997, - żewġ numri, minn 01 sa 99, li jidentifikaw l-uffiċju partikolari minn fejn jkunu nħarġu fil-pajjiż ta'esportazzjoni - ħames numri li jiġu wara xulxin minn 00001 sa 99999 li huma allokati lill-Istat Membru tal-clearance tad-dwana. Artikolu 15 Il-liċenza ta' esportazzjoni u ċ-ċertifikat ta' oriġini jistu jinħarġu wara li jitwasslu l-prodotti li għalihom ikunu nħarġu. F'dawn il-każijiet għandu jinkludu l-frażi "délivré a posteriori" jew il-frażi "maħruġa retrospettivament". Artikolu 16 1. Fil-każ ta' serq, telf jew destruzzjoni ta' liċenza ta' esportazzjoni jew ta' ċertifikat ta' oriġini, l-esportatur jista japplika ma' l-awtorità tal-gvern kompetenti li tkun ħarġet id-dokument biex jinħareġ duplikat skond id-dokumenti ta' esportazzjoni li jkunu għandu. Id-duplikat ta' kwalunkwe ċertifikat jew liċenza ta' dan it-tip u maħruġa b'dan il-mod għandha tinkludi l-frażi "duplikata" jew "duplikat". 2. Id-duplikat għandu jħaddan id-data tal-liċenza ta' esportazzjoni jew ta' ċertifikat ta' oriġini, oriġinali. TITOLU V DISPOSIZZJONIJIET RIGWARD L-ESPORTI TAL-KOMUNITÀ LEJN IL-BULGARIJA Artikolu 17 Jekk dan ikun neċessarju, kwalunkwe mill-partijiet jista jitlob għal konsultazzjonijiet skond Artikolu 14 tal-Protokol, biex jiġu stabbiliti disposizzjonijiet amministrattivi speċifiki rigward l-esporti tal-Komunità lejn il-Bulgarija. Dawn id-disposizzjonijiet għandhom jkollhom l-istess digriet jew dak ekwivalenti ta'protezzjoni għall-esportaturi tal-Komunità kif inhu mogħti lill-esportaturi Bulgari skond dan il-Protokol. TITOLU VI KOPERAZZJONI AMMINISTRATTIVA Artikolu 18 Il-Komunità u l-Bulgarija għandhom jikkoperaw bis-sħieħ fl-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet ta'dan il-Protokol. Minn dan il-għad, il-kuntratti u l-iskambju ta'idejat, inklużi dawk rigward fatti tekniċi, għandhom jitmexxew miż-żewġ partijiet. Artikolu 19 Biex tiġi assigurata l-applikazzjoni korretta ta'dan l-Appendiċi, l-Komunità u l-Bulgarija joffru assistenza ta'xulxin għall-iċċekjar ta' l-awtentiċità u tal-verità tal-liċenzi ta' esportazzjoni jew ta' ċertifikati ta'oriġini maħruġa jew ta' kwalunkwe dikjarazzjoni magħmula skond dan l-Appendiċi. Artikolu 20 Il-Bulgarija għandha tgħaddi lill-Kummissjoni Ewropea, l-ismijiet u l-indirizzi ta' l-awtoritajiet kompetenti li joħorġu u jivverifikaw il-liċenzi ta' esportazzjoni u ċ-ċertifikati ta' oriġini, flimkien ma' kampjuni tal-bollol użati minn dawn l-awtoritajiet u kampjuni ta'firem ta' l-uffiċjali li għandhom ir-responsabilità li jiffirmaw il-liċenzi ta'esportazzjoni. Artikolu 21 1. Verifika sussegwenti tal-liċenzi ta'esportazzjoni jew taċ-ċertifikati ta'oriġini għandha ssir bla ebda raj, jew meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità jkollhom dubju fondati dwar l-awtentiċità taċ-ċertifikat jew tal-liċenza jew rigward l-eżattezza ta' l-informazzjoni rigward l-oriġini tal-prodotti kkonċernati. 2. F'dawn il-każijiet, l-awtoritajiet kompetenti fil-Komunità għandhom jibgħatu ċ-ċertifikati ta'oriġini jew l-liċenzi ta' esportazzjoni jew kopja tagħhom lura lill-awtoritajiet kompetenti Bulgari, waqt li jipprovdu, fejn hu xieraq, ir-raġunijiet ta' forma jew sustanza li jiġġustifikaw inkjesta. Jekk il-fattura tkun diġa ingħatat, din il-fattura jew kopja tagħha għandha tkun mhemża maċ-ċertifikat jew mal-liċenza jew mal-kopji tagħhom. L-awtoritajiet għandhom jibgħatu ukoll kwalunkwe informazzjoni li jkollhom li tissuġġerixxi li d-dettalji mogħtija fiċ-ċertifikat jew liċenza msemmijja mhux eżżatti. 3. Id-disposizzjonijiet ta'paragrafu 1 għandhom japplikaw ukoll għall-verifiki sussegwenti tad-dikjarazzjonijiet ta'oriġini msemmijja f'Artikolu 2 ta'dan l-Appendiċi. 4. Ir-riżultati ta' verifiki sussegwenti li jkunu saru skond paragrafi 1 u 2 għandhom jkunu kkomunikati lill-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità fi żmien tlett xhur. L-informazzjoni komunikata għandha tindika jekk iċ-ċertifikat, liċenza jew dikjarazzjoni ddisputati, għandiex tapplika għall-oġġetti esportati u jekk dawn l-oġġetti jistux jkunu esportati skond il-ftehim stabbilit f'dan il-Protokol. L-informazzjoni għandha tinkludi, meta jkun hemm it-talba tal-Komunità, kopji ta'dokumentazzjoni neċċessarja kollha biex jiġu determinati l-fatti, u b'mod partikolari l-oriġini tal-merkanzija. Jekk dawn il-verifiki jiżvelaw żbalji sistematiċi fid-dikjarazzjonijiet ta'oriġini, l-Komunità tista tissoġġetta l-importi tal-merkanzija msemmijja għad-disposizzjonijiet ta'Artikolu 2(1) ta'dan l-Appendiċi. 5. Għall-għan ta' verifika sussegwenti taċ-ċertifikati ta'oriġini, kopji taċ-ċertifikati kif ukoll kwalunkwe dokumenti ta'esportazzjoni li jirreferu għalihom għandhom jinżammu għal ta' l-inqas tlett snin mill-awtoritajiet kompetenti Bulgari. 6. Rikors għall-proċedura ta' verifika bla ebda raj speċifikata f'dan l-Artikolu m'għandux jkun ta'ostaklu għall-ġelsien tal-prodotti msemmijja għall-użu fid-dar. Artikolu 22 1. Fejn il-proċedura ta' verifika msemmijja f'Artikolu 21, jew fejn l-informazzjoni mogħtija lill-awtoritajiet kompetenti tal-Komunitá jew tal-Bulgarija tindika jew tidher li tindika li d-disposizzjonijiet ta' dan il-Protokol qed jkunu mqarrqa jew miksura, ż-żewġ partijiet għandhom jikkoperaw mill-qrib u bl-urġenza xierqa biex jevitaw dan it-tqarriq jew qsur. 2. Minn dan il-għad, l-awtoritajiet kompetenti tal-Bulgarija għandhom, bl-inizjattiva tagħhom jew meta jkun hemm talba mill-Komunità, jagħmlu l-inkjesta xierqa, jew jirranġaw biex dawn l-inkjesti jseħħu, rigward operazzjonijiet li huma, jew jagħtu impressjoni lill-Komunità li huma, qed iqarqu jew jiksru dan il-Protokol. Il-Bulgarija għandha tikkomunika r-riżultati ta'dawn l-inkjesti lill-Komunità, bl-inklużjoni ta'kwalunkwe informazzjoni pertinenti li tkun qed tgħin it-tqarrieq jew ksur, inkluża l-oriġini tal-merkanzija li għandha tkun determinata. 3. Bi ftehim bejn il-Komunità u l-Bulgarija, uffiċjali mibgħuta mill-Komunità jistu jkunu preżenti għall-inkjesti msemmijja f'paragrafu 2 4. Biex tintlaħaq il-koperazzjoni msemmijja f'paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità u tal-Bulgarija għandhom ipartu kwalunkwe informazzjoni li tkun ikkunsidrata utli minn parti jew oħra, għall-prevenzjoni tat-tqarrieq jew ksur tad-disposizzjonijiet ta'dan il-Protokol. Dawn l-iskambji jistu jinkludu informazzjoni dwar il-produzzjoni tal-prodotti tessili fil-Bulgarija u dwar il-kummerċ fit-tip ta'prodotti li jaqaw fi ħdan dan il-Protokol bejn il-Bulgarija u pajjiżi terzi, b'mod partikolari fejn il-Komunità għandha raġunijiet fondati biex tkun tal-fehma li dawn il-prodotti jkunu f'transitu fit-teritorju tal-Bulgarija qabel l-importazzjoni tagħhom għall ġo l-Komunità. L-informazzjoni tista tinkludi, mat-talba tal-Komunità, kopji tad-dokumentazzjoni relevanti kollha. 5. Meta jkun hemm biżżejjed xhieda li turi li d-disposizzjonijiet ta'dan il-Protokol kienu mqarrqa jew miksura, l-awtoritajiet kompetenti tal-Bulgarija u l-Komunità jistu jaqqblu li jieħdu l-miżuri mnizzla f'Artikolu 11(4) tal-Protokol, u miżuri oħra li huma neċessarji biex jkun evitat tqarrieq jew ksur ieħor. -------------------------------------------------- Appendiċi B TRAFFIKU TA'PROĊESSAR LEJN 'IL BARRA Importazzjoni mill-ġdid lejn il-Komunità, fi ħdan it-tifsira ta'Artikolu 4(2) tal-Protokol, ta' prodotti mniżżla fl-annessta'dan l-Appendiċi għandhom jkunu soġġetti għad-disposizzjonijiet ta' dan il-Protokol, sakemm id-disposizzjonijiet speċjali ta' hawn taħt ma' jipprovdux mod ieħor. 1. Skond paragrafu 2, l-importi mill-ġdid lejn il-Komunità ta' prodotti affettwati mill-limiti kwantitattivi mniżżla fl-Anness ta' dan l-Appendiċi biss għandhom ikunu kkunsidrati bħala mporti mill-ġdid fi ħdan it-tifsira ta'Artikolu 4(2) tal-Protokol. 2. Ri-importi mill-ġdid li mhumiex imħaddna mill-Anness ta' dan l-Appendiċi jistu jsiru soġġetti għal limiti kwantitattivi speċifiki wara konsultazzjonijiet skond il-proċeduri mniżżla f'Artikolu 14 tal-Protokol, sakemm il-prodotti kkonċernati huma soġġetti għal limiti kwantitattivi skond Anness II tal-Protokol jew għal miżuri ta'sorvelljanza. 3. Wara li jitqiesu l-interessi taż-żewġ partijiet, il-Komunitá tista meta tiddeċidi hekk, jew bħala rispota għal talba mill-Bulgarija skond Artikolu 14 tal-Protokoll, teżamina u tagħti effett lil: a) il-possibilità li jista jinġieb minn kategorija għal oħra, bl-użu bil-quddiem jew bit-tiġdid minn sena għal oħra, porzjonijiet ta'limiti kwantitattivi speċifiċi; b) il-possibilità li jkun hemm żieda fil-limiti kwantitattivi speċifiċi 4. Iżda, l-Komunità tista tapplika awtomatikament ir-regoli ta' flessibilità mniżżla f'paragrafu 3 skond il-limiti li ġejjin: a) trasferimenti bejn il-kategoriji ma jistux ikunu ta'aktar minn 25 % tal-kwantità għall-kategorija li lejha jsir dan it-trasferiment; b) Il-limitu kwantitattiv speċifiku li jitħalla minn sena għall-oħra ma jistax ikun ta'aktar minn 13.5 % tal-kwantità mniżżla għas-sena ta'użu attwali. c) L-użu avvanzat ta' limitu kwantitattiv speċifiku minn sena għall-oħra ma jistax ikun ta'aktar minn 7.5 % tal-kwantità mniżżla għas-sena ta'użu attwali. 5. Il-Komunità għandha tinforma lill-Bulgarija b'kwalunkwe miżuri li jittieħdu skond il-paragrafu preċedenti 6. L-awtoritajiet kompetenti fil-Komunità għandhom jiddebitaw il-limiti kwantitattivi speċifiċi msemmijja f'paragrafu 1 meta tinħareġ l-awtorizzatjoni preċedenti rikjesta mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 636/82 li tigverna arranġamenti ekonomiċi ta'proċessar l-barra. Limitu kwantitattiv speċifiku għandu jkun debitat għas-sena meta tinħareġ awtorizzazzjoni oħra. 7. It-trasferimenti minn kategorija għal oħra u debiti magħaqqda mill-limiti kwantitattivi għal prodotti ta'Grupp II u III għandhom jkunu kkalkolati skond it-tabella ta'ekwivalenza f'Anness I tal-Ftehim. 8. Ċertifikat ta'oriġini maħruġ mill-organizzazzjonijiet awtorizzati biex jagħmlu dan skond il-liġi Bulgara għandu jinħareġ, skond Appendiċi A tal-Protokol, għall-prodotti kollha fi ħdan dan l-Appendiċi. Dan iċ-ċertifikat għandu jkollu referenza għall-awtorizzazzjoni mogħtija qabel msemmijja f'paragrafu 6 hawn fuq kif inhu xiedha li l-operazzjoni ta'proċessar deskritta seħħet fil-Bulgarija. 9. Il-Komunità għandha tgħati lill-Bulgarija l-ismijiet u l-indirizzi ta', u kampjuni tat-timbri użati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità li joħorġu l-awtorizzazzjonijiet ta'qabel msemmijja f'paragrafu 6 ta' hawn fuq. 10. Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta' paragrafi 1 sa 9 ta'hawn fuq, il-Bulgarija u l-Komunità għandhom ikomplu l-konsultazzjonijiet bil-għan li tintlaħaq soluzzjoni aċċettabli mit-tnejn li tippermetti li ż-żewġ partijiet jibbenifikaw mid-disposizzjonijiet tal-Protokol dwar it-traffiku ta' proċessar lejn 'il barra u hekk jkun assigurat l-iżvilupp effettiv tal-kummerċ tal-prodotti tessili bejn il-Bulgarija u l-Komunità. -------------------------------------------------- Appendiċi Ċ (Imsemmi f'Artikolu 5(3)) Industrija tal-Prodotti ta'l-industri żgħar u tal-folklor li joriġinaw fil-Bulgarija 1. L-eżenzjoni msemmijja f'Artikolu 5(3) rigward il-prodotti ta'l-industriji żgħar għandha tapplika għat-tipi ta'prodotti li ġejjin biss: (a) drappijiet minsuġa fuq magna ta'l-insiġ li titħaddem biss bl-idejn jew bis-sieq, li huma drappijiet tat-tip tradizzjonalment magħmula fl-industriji żgħar tal-Bulgarija, (b) ħwejjeġ u oġġetti tessili oħra tat-tip tradizzjonalment magħmula fl-industriji żgħar tal-Bulgarijali jsiru bl-idejn mid-drappijiet imsemmijja hawn fuq u meħjuta esklussivament bl-idejn mingħajr l-użu ta'magni. (ċ) prodotti tradizzjonali tal-folklor tal-Bulgarija magħmula bl-idejn, fl-lista li għandu jkun hemm ftehim fuqa bejn il-Komunità u l-Bulgarija. Tingħata eżenzjoni biss fil-każ ta' prodotti mħaddna miċ-ċertifikat li jkun magħmul skond il-kampjun mehmeż ma'dan l-Appendiċi u maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti fil-Parti fornitriċi. Dawn iċ-ċertifikati għandhom jindikaw ir-raġunijiet li jiġġustifikaw il-ħruġ tagħhom; l-awtoritajiet kompetenti tal-Parti li jimporta jaċċetawhom wara li jkun sar kontroll li juri li l-prodotti jkunu laħqu l-kondizzjonijiet imwaqqfa f'dan l-Appendiċi. Iċ-ċertifikati li jikkonċernaw il-prodotti msemmijja f'inċiż (c) għandhom ikollhom it-timbru "Folklore" li jrid ikun ċar. Fil-każ ta' differenza ta' opinjoni bejn il-Partijiet rigward in-natura ta'dawn il-prodotti, għandu jkun hemm konsultazzjonijiet fi żmien xahar biex jissolvew dawn id-differenzi. Jekk l-importazzjoni ta' kwalunkwe prodott imsemmi f'dan l-Appendiċi jilħqu proporzjonijiet li jistu joħolqu problemi fil-Komunità, jinbdew il-konsultazzjonijiet mal-Bulgarija mill-aktar fis possibli, bil-għan li tissolva s-sitwazzjoni bl-addozzjoni, jekk dan hu neċessarju, ta' limiti kwantitattivi, skond il-proċedura mniżżla f'Artikolu 14 ta' dan il-Protokol. 2. Id-disposizzjonijiet ta' Titoli IV u V ta'Appendiċi A għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-prodotti msemmijja f'paragrafu 1 ta' dan l-Appendiċi -------------------------------------------------- Minuta miftehma Nru 1 Fil-kuntest tal-Protokol bejn l-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Bulgarija rigward il-kummerċ fil-prodotti tessili u ħwejjeġ mibdi fil-21 ta'April 1993, il-Partijiet qablu li Artikoli 7 u 8 tal-Protokol ma jwaqqfux lill-Komunità milli, jekk il-kondizzjonijiet huma aderiti, mill tapplika s-sistema ta' sorvelljanza jew il-miżuri ta'sigurta għal wieħed jew aktar mir-reġjunijiet b'konformita mal-prinċipji tas-suq intern. F'dan il-każ, ir-Repubblika tal-Bulgarija għandha tkun informata bil-quddiem bid-disposizzjonijiet relevanti ta'Appendiċi A ta'dan il-Protokolli għandhom jiġu applikati, kif inhu xieraq. Għall-Gvern tar-Repubblika tal-Bulgarija Għall-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea -------------------------------------------------- Minuta Miftehma Nru 2 Minkejja, Artikolu 12(1) ta'dan il-Protokol, għal raġunijiet tekniċi jew amministrattivi imperattivi jew biex tinstab soluzjoni għall-problemi ekonomiċi li l-oriġini tagħhom hija l-konċetrazzjoni reġjonali ta' l-importi, biex jkun miġġieled it-tidwir bil-kliem kif ukoll il-frodi tad-disposizzjonijiet ta'dan il-Protokol, il-Komunità għandha tistabbilixxi għal perjodu ta' żmien limitat sistema ta'maniġġjar speċifika b' konformità mal-prinċipji tas-suq intern. Iżda, jekk il-Partijiet ma jkunux jistu jilħqu soluzjoni sodisfaċenti waqt il-konsultazzjonijiet imsemmijja f'Artikolu12(3), il-Bulgarija tintrabat li, jekk dan ikun mistoqsi mill-Komunità, tirrispetta limiti ta'esportazzjoni temporanji għal reġjun jew reġjuni tal-Komunità. F'dan il-każ, dawn il-limiti m'għandhomx iwarrbu l-importazzjoni lejn ir-reġjun/reġjuni msemmijja ta'prodotti li kienu trasportati bil-baħar mill-Bulgarija skond il-liċenzi ta'esportazzjoni miksuba qabel id-data ta'notifikazzjoni formali lejn il-Bulgarija mill-Komunità rigward l-introduzzjoni tal-limiti msemmijja hawn fuq. Il-Komunità għandha tinforma lill-Bulgarija bil-miżuri tekniċi u amministrattivi, bħal dawk imfissra fin-Nota Verbale li hija mehmża, li jridu jkunu introdotti miż-żewġ Partijiet biex dawn jimplimentaw il-paragrafi ta'hawn fuq b'konformità mal-prinċipji tas-suq intern. Għall-Gvern tar-Repubblika tal-Bulgarija Għall-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea -------------------------------------------------- Note Verbale Id-Direttorat Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej twassal il-kumplimenti tagħha lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija lill-Komunitajiet Ewropej u għandha l-unur li tirreferi il-Protokol rigward il-prodotti tessili li kien negozjat bejn ir-Repubblika tal-Bulgarija u l-Komunità li nbeda fil-21 ta'April 1993. Id-Direttorat Ġenerali jixtieq jinforma l-Missjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija li l-Komunità ddeċidiet li tapplika, bid-dħul fis-seħħ mid-data ta'applikazzjoni tal-Protokol, id-disposizzjonijiet ta' paragrafu 1 tal-Minuta Miftehma Nru 2 tal-Protokol li nbeda fil-21 ta'April 1993. Konsegwentament, id-disposizzjonijiet korrispondenti ta'Artikoli 7 u 12 ta'Appendiċi A tal-Protokol għandhom jidħlu fis-seħħ mid-data msemmijja hawn fuq. Id-Direttorat Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni jieħu din l-opportunità biex iġedded l-assikurazzjoni ta'l-aktar kunsiderazzjoni għolja tiegħu lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija lill-Komunitajiet Ewropej. -------------------------------------------------- Minuta Miftehma Nru 3 Fil-kuntest tal-Protokol bejn l-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Bulgarija rigward il-kummerċ fil-prodotti tessili u ħwejjeġ mibdi fil-21 ta'April 1993, il-Partijiet qablu li l-Bulgarija għandha tagħmel l-għalmu tagħha biex ċerti reġjunijiet tal-Komunità li tradizzjonalment kellhom relattivament oqsma żgħar tal-kwoti ta' importazzjonijiet ta' prodotti li jintużaw bħala dħul għall-industrija ta' proċessar tal-Komunità ma jkunux imċaħħda. Minn barra dan il-Komunità u l-Bulgarija jaqqblu ukoll li jikkonsultaw lill-xulxin, jekk ikun hemm bżonn ta'dan, biex ikunu evitati xi problemi li jistu jinqalu f'dan il-każ. Għall-Gvern tar-Repubblika tal-Bulgarija Għall-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea -------------------------------------------------- Minuta Miftehma Nru 4 Fil-kuntest tal-Protokol bejn l-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Bulgarija rigward il-kummerċ fil-prodotti tessili u ħwejjeġ mibdi fil-21 ta'April 1993, ir-Repubblika tal-Bulgarija qabblet li, mid-data meta ssir it-talba u sa ma jseħħu l-konsultazzjonijiet msemmijja f'Artikolu12(3), tikkopera billi ma toħroġx liċenzi ta'esportazzjoni li jaggravaw il-problemi li jkunu ġejjin mill-konċetrazzjoni reġjonali ta'importi diretti lejn il-Komunità Għall-Gvern tar-Repubblika tal-Bulgarija Għall-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea -------------------------------------------------- Minuta Miftehma Nru 6 Fil-kuntest tal-Protokol bejn l-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Bulgarija rigward il-kummerċ fil-prodotti tessili u ħwejjeġ mibdi fil-21 ta'April 1993, il-Partijiet qablu li l-għall-limiti kwantitattivi korrispondenti li jkunu tħallew, għas-sena 1993 ta'ammonti li ma kienux użati matul is-sena 1992 skond il-Ftehim rigward il-kummerċ fil-prodotti tessili li nbeda fi Brussel fil-11 ta'Lulju 1986, kif kien emend mill-Iskambju ta'Ittri li nbeda fil-21 ta'Novembru 1991, huwa awtorizzat għas-sena 1993 sa 9 % tal-limiti kwantititattivi korrispondenti għall-1992 Għall-Gvern tar-Repubblika tal-Bulgarija Għall-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea -------------------------------------------------- Minuta Miftehma Nru 7 Fil-kuntest tal-Protokol bejn l-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Bulgarija rigward il-kummerċ fil-prodotti tessili u ħwejjeġ mibdi fil-21 ta'April 1993, il-Partijiet qablu li l-kwantitajiet tal-prodotti li joriġinaw mill-Bulgarija, trasportati bil-baħar matul is-sena 1993 u li huma msemmijja f'waħda mill-kategoriji ta'prodotti tessili soġġetti għal restrizzjonijiet kwantitattivi msemmijja f'Artikolu 3 (1) tal-Protokol għandhom ikunu kkumpensati mal-limiti kwantitattivi stabiliti għas-sena 1993 għall-kategorija Għall-Gvern tar-Repubblika tal-Bulgarija Għall-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea --------------------------------------------------