21996D0523(01)



Official Journal L 124 , 23/05/1996 P. 0011 - 0012


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 10/96

ta' l-1 ta' Marzu 1996

li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala l-Ftehim, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi l-Anness II għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 7/94 tal-21 ta' Marzu 1994 li jemenda l-Protokoll 47 u ċerti l-Annessi għall-Ftehim taż-ŻEE [1];

Billi d-Direttiva tal-Kummissjoni 95/8/KE ta' l-10 ta' April 1995 li temenda d-Direttiva 77/535/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar metodi ta' teħid ta' kampjuni u ta' analiżi għal fertilizzanti (Metodi ta' analiżi għal traċċi ta' sustanzi f'konċentrazzjoni ogħla minn 10 %) [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud wara l-punt 2 (Direttiva tal-Kummissjoni 77/535/KEE) fil-Kapitolu XIV ta' l-Anness II għall-Ftehim:

"- 395 L 0008: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 95/8/KE ta' l-10 ta' April 1995 (ĠU L 86, ta' l-20.4.1995, p. 41)."

.

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva tal-Kummissjoni 95/8/KE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li huma annessi għall-verżjonijiet tal-lingwi rispettivi ta' din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta' April 1996, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fl-1 ta' Marzu 1996.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

P. Benavides

[1] ĠU L 160, ta' l-28.6.1994, p. 1.

[2] ĠU L 86, ta' l-20.4.1995, p. 41.

--------------------------------------------------