21996D0425(05)



Official Journal L 102 , 25/04/1996 P. 0051 - 0051


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 8/96

tad-29 ta' Frar 1996

li temenda l-Anness XIII (Trasport) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala l-Ftehim, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi l-Anness XIII għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 60/95 tat-18 ta' Lulju 1995 [1];

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2479/95 tal-25 ta' Ottubru 1995 li jaddatta għall-progress tekniku r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar tagħmir ta' reġistrazzjoni fi trasport bit-triq [2] għandu jiġi nkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Dan l-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 21 (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85) fl-Anness XIII għall-Ftehim:

"- 395 R 2479: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2479/95 tal-25 ta' Ottubru 1995 (ĠU L 256, tas-26.10.1995, p. 8)."

.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2479/95 fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li huma annessi għall-verżjonijiet tal-lingwi rispettivi ta' din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta' Marzu 1996, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fid-29 ta' Frar 1996.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

P. Benavides

[1] Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

[2] ĠU L 256, tas-26.10.1995, p. 8.

--------------------------------------------------