21996D0411(02)



Official Journal L 090 , 11/04/1996 P. 0039 - 0040


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 2/96

tas-26 ta' Jannar 1996

li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala l-Ftehim, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi l-Anness IX għall-Ftehim ġie emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 24/95 tad-19 ta' Mejju 1995 [1];

Billi d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/26/KE tad-29 ta' Ġunju 1995 li temenda d-Direttivi 77/780/KEE u 89/646/KEE fil-qasam ta' l-istituti ta' kreditu, id-Direttivi 73/239/KEE u 92/49/KEE fil-qasam ta' assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja, id-Direttivi 79/267/KEE u 92/96/KEE fil-qasam ta' assigurazzjoni fuq il-ħajja, id-Direttiva 93/22/KEE fil-qasam ta' ditti ta' investiment u d-Direttiva 85/611/KEE fil-qasam ta' impriżi għal investiment kollettiv f'investimenti mhux trasferibbli (Ucits), bil-għan li tiġi rinforzata s-sorveljanza prudenti [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 15 (Direttiva tal-Kunsill 77/780/KEE) fl-Anness IX għall-Ftehim:

"- 395 L 0026: Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/26/KE tad-29 ta' Ġunju 1995 (ĠU L 168, tat-18.7.1995, p. 7)."

.

Artikolu 2

L-inċiż li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 16 (Direttiva tal-Kunsill 89/646/KEE) fl-Anness IX għall-Ftehim:

", kif emendata bi:

- 395 L 0026: Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/26/KE tad-29 ta' Ġunju 1995 (ĠU L 168, tat-18.7.1995, p. 7)."

.

Artikolu 3

L-inċiż li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 2 (Direttiva tal-Kunsill 73/239/KEE) fl-Anness IX għall-Ftehim:

"- 395 L 0026: Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/26/KE tad-29 ta' Ġunju 1995 (ĠU L 168, tat-18.7.1995, p. 7)."

.

Artikolu 4

L-inċiż li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 7a (Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE) fl-Anness IX għall-Ftehim:

"- 395 L 0026: Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/26/KE tad-29 ta' Ġunju 1995 (ĠU L 168, tat-18.7.1995, p. 7)."

.

Artikolu 5

L-inċiż li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 11 (Direttiva tal-Kunsill 79/267/KEE u d-Direttiva tal-Kunsill 92/96/KEE) fl-Anness IX għall-Ftehim:

"- 395 L 0026: Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/26/KE tad-29 ta' Ġunju 1995 (ĠU L 168, tat-18.7.1995, p. 7)."

.

Artikolu 6

L-inċiż li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 30b (Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE) fl-Anness IX għall-Ftehim:

", kif emendata bi:

- 395 L 0026: Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/26/KE tad-29 ta' Ġunju 1995 (ĠU L 168, tat-18.7.1995, p. 7)."

.

Artikolu 7

L-inċiż li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 30 (Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE) fl-Anness IX għall-Ftehim:

"- 395 L 0026: Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/26/KE tad-29 ta' Ġunju 1995 (ĠU L 168, tat-18.7.1995, p. 7)."

.

Artikolu 8

It-testi tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/26/KE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li huma annessi għall-verżjonijiet tal-lingwi rispettivi ta' din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi.

Artikolu 9

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta' Frar 1996, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

Artikolu 10

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fis-26 ta' Jannar 1996.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Françoise Gaudenzi-Aubier

[1] ĠU L 224, tal-21.9.1995, p. 34.

[2] ĠU L 168, tat-18.7.1995, p. 7.

--------------------------------------------------