21996D0307(03)



Official Journal L 057 , 07/03/1996 P. 0036 - 0036


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 70/95

tal-15 ta' Diċembru 1995

li temenda l-Anness XIII (Trasport) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala l-Ftehim, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi l-Anness XIII għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 60/95 tat-18 ta' Lulju 1995 [1];

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 95/19/KE tad-19 ta' Ġunju 1995 dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità ta' l-infrastruttura tal-linji tal-ferroviji u debitu ta' drittijiet ta' l-infrastruttura [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Dan il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 41 (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2183/78) fl-Anness XIII għall-Ftehim:

"41a. 395 L 0019: Id-Direttiva tal-Kunsill 95/19/KE tad-19 ta' Ġunju 1995 dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità ta' l-infrastruttura tal-linji tal-ferroviji u debitu ta' drittijiet ta' l-infrastruttura (ĠU L 143, tas-27.6.1995, p. 75)."

.

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva tal-Kunsill 95/19/KE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li huma annessi għall-verżjonijiet tal-lingwi rispettivi ta' din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta' Jannar 1996, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmul fi Brussel, fil-15 ta' Diċembru 1995.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

E. Berg

[1] Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

[2] ĠU L 143, tat-27.6.1995, p. 75.

--------------------------------------------------