21996A1231(02)

Ftehim f'forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea, minn-naħa l-waħda, u r-Renju tan-Norveġja, minn-naħa l-oħra, dwar il-Protokoll 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja

Official Journal L 345 , 31/12/1996 P. 0079 - 0087
CS.ES Chapter 02 Volume 07 P. 331 - 339
ET.ES Chapter 02 Volume 07 P. 331 - 339
HU.ES Chapter 02 Volume 07 P. 331 - 339
LT.ES Chapter 02 Volume 07 P. 331 - 339
LV.ES Chapter 02 Volume 07 P. 331 - 339
MT.ES Chapter 02 Volume 07 P. 331 - 339
PL.ES Chapter 02 Volume 07 P. 331 - 339
SK.ES Chapter 02 Volume 07 P. 331 - 339
SL.ES Chapter 02 Volume 07 P. 331 - 339


Ftehim

f'forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea, minn-naħa l-waħda, u r-Renju tan-Norveġja, minn-naħa l-oħra, dwar il-Protokoll 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja

A. Ittra mill-Komunità

Brussel, l-20 ta' Diċembru 1996

Sinjur,

Għandi l-unur nikkonferma l-ftehim tal-Komunità tal-"Minuti Miftiehma" annessi hawnhekk dwar il-Protokoll 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja.

Inkun grat jekk tikkonferma l-qbil tal-Gvern tar-Renju tan-Norveġja mal-kontenut ta' din l-ittra.

Sinjur, jekk jogħġbok, aċċetta l-assigurazzjoni ta' l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi.

Għall-Komunità Ewropea

+++++ TIFF +++++

B. L-Ittra min-Norveġja

Brussel, l-20 ta' Diċembru 1996

Sinjur,

Għandi l-unur ngħarrfek li rċevejt l-ittra tiegħek tal-llum li taqra kif ġej:

"Għandi l-unur nikkonferma l-ftehim tal-Komunità tal-"Minuti Miftehma" annessi hawnhekk dwar il-Protokoll 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja."

Għandi l-unur nikkonferma l-qbil tal-Gvern tiegħi mal-kontenut ta' l-ittri tiegħek u mad-data proposta għad-dħul fis-seħħ ta' l-emendi.

Sinjur, jekk jogħġbok, aċċetta l-assigurazzjoni ta' l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi.

Għall-Gvern tar-Renju tan-Norveġja

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Minuti miftehma

I. Introduzzjoni

1. Wara numru ta' laqgħat li saru bejn l-uffiċjali mill-Kummissjoni u min-Norveġja kien miftiehem li jintbagħtu lill-awtoritajiet rispettivi tagħhom għall-approvazzjoni serje ta' aġġustamenti għar-reġimi rispettivi tal-importazzjoni applikati mill-Komunità u minn-Norveġja għall-prodotti agrikoli proċessati li huma skond l-iskop tal-Protokoll 2 tal-Ftehim tal-Kummerċ Ħieles tal-1973. Dawn l-aġġustamenti kieku jgħoddu mill-1 ta' Settembru 1996.

2. L-aġġustamenti riferuti fil-paragrafu 1 isegwu l-ftehim taż-żewġ naħat li adattament tad-dazji tal-kummerċ bilaterali bejn il-Komunità u n-Norveġja kellu bżonn jinkiseb wara l-implimentazzjoni tal-GATT miż-żewġ naħat. Għal dak l-iskop u suġġetti għall-Arranġamenti Addizzjonali preżentati fil-Parti V iż-żewġ partijiet ftiehmu li r-rati ta' riferenza għall-materja prima agrikola preżentata fil-Partijiet II (1) u III ikunu applikati.

II. Ir-reġim tal-importazzjoni tan-Norveġja

1. Ir-rati tar-riferenza li ġejjin (Nkr/kg) tal-materja prima agrikola kieku jintużaw għall-kalkolu tad-dazji għall-prodotti agrikoli pproċessati:

Noti:

(a) Ir-rati ta' riferenza għall-materja prima agrikola indikati b'asteriska (*) huma dawk li fuqhom id-dazji jinħadmu għall-prodotti agrikoli proċessati suġġetti għas-sistema tal-matriċi – ir-rati l-oħra tar-riferenza għall-materja prima li għandhom ikunu dikjarati taħt din l-intestatura huma dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-koeffiċjenti tal-konverżjoni.

(b) Ir-rati ta' riferenza tal-matriċi għal dik il-materja prima agrikola tiddependi fuq ix-xaħam attwali tal-ħalib u l-kontenut tal-proteini tal-ħalib skond il-koeffiċjenti tal-konverżjoni.

| Matriċi (a) | Riċetti Standard | Kontenut attwali |

Trab sħiħ tal-ħalib (*) | 11,78 | 11,78 | 11,78 |

Trab tal-ħalib xkumat (*) | 12,54 | 12,54 | 12,54 |

Butir (*) | 13,13 | 13,13 | 13,13 |

Ħalib għal yoghurt | (b) | 3,10 | 3,10 |

Ħalib għax-xorb | (b) | 2,30 | 2,30 |

Ħalib sħiħ likwidu | (b) | — | 1,47 |

Ħalib xkumat likwidu | (b) | — | 1,10 |

Xaħam tal-ħalib tal-bott | (b) | — | 5,13 |

Ħalib tal-bott xkumat | (b) | — | 4,87 |

Trab tal-ħalib 20 % xaħam | (b) | — | 11,76 |

Trab tax-xorrox tal-ħalib | (b) | — | 12,30 |

Krema | (b) | — | 4,62 |

Taħlita tal-krema | (b) | — | 5,49 |

Krema qarsa magħquda | (b) | — | 6,90 |

Trab tal-krema | (b) | — | 11,10 |

Trab tax-xorrox | (b) | — | 3,09 |

Caseinates | (b) | — | 34,50 |

Albumina tal-ħalib | (b) | — | 34,50 |

Dqiq tal-qamħ (*) | 2,02 | 2,02 | 2,02 |

Dqiq tar-rye | 2,02 | 2,23 | 2,02 |

Dqiq tad-durum | 2,02 | 1,36 | 2,02 |

Dqiq tax-xgħir | 2,02 | — | 2,02 |

Dqiq tal-qamħ tar-rye | 2,02 | — | 2,02 |

Dqiq tal-qamħirrun | 0 | — | 0 |

Dqiq tar-ross | 0 | — | 0 |

Dqiq ta' ċerejali oħra | 0 | — | 0 |

Qamħ komuni | 1,57 | — | 1,57 |

Qamħ tad-durum | 1,01 | — | 1,01 |

Xgħir | 1,41 | — | 1,41 |

Ħafur | 1,21 | — | 1,21 |

Rye | 1,51 | — | 1,51 |

Dqiq tar-rye | 1,51 | — | 1,51 |

Qamħirrun | 0 | — | 0 |

Ċerejali oħra | 0 | — | 0 |

Nuħħala tad-dqiq | 2,02 | — | 2,02 |

Nuħħala tal-ħafur | 2,02 | — | 2,02 |

Ħafur imrembel | 2,02 | — | 2,02 |

Xgħir tal-qamħ | 0 | — | 0 |

Xgħir tax-xgħir | 0 | — | 0 |

Glutina tal-qamħ | 0 | — | 0 |

Ross | 0 | — | 0 |

Lamtu tal-patata (*) | 4,55 | 4,55 | 4,55 |

Lamtu ieħor (*) | 4,55 | — | 4,55 |

Lamtu modifikat | 4,55 | — | 4,55 |

Glukosju u għasel tal-glukosju | 4,55 | 4,55 | 4,55 |

Zokkor | 0 | — | 0 |

Maltodextrine | 0 | — | 0 |

Patata | 0,83 | — | 0,83 |

Dqiq u qxur tal-patata | 3,87 | 12,38 | 12,38 |

Laħam taċ-ċanga, mingħajr għadam (14 % xaħam) (*) | 26,69 | 26,69 | 26,69 |

Laħam tl-ħanżir (23 % xaħam) | 19,82 | 19,82 | 19,82 |

Laħam tan-nagħaġ | 8,90 | — | 8,90 |

Laħam tat-tjur | 3,11 | — | 3,11 |

Xaħam barra butir | 0 | — | 0 |

Raspberries iffriżati (*) | 1,78 | — | 1,78 |

Konċentrat tar-raspberries | 9,22 | — | 9,22 |

Passolina sewda ffriżata | 1,78 | — | 1,78 |

Konċentrat tal-passolina sewda | 4,81 | — | 4,81 |

Frawli ffriżat | 1,78 | 1,89 | 1,78 |

Konċentrat tal-frawli | 9,22 | — | 9,22 |

Polpa tat-tuffieħ | 0 | — | 0 |

Konċentrat tat-tuffieħ | 0 | — | 0 |

Ġobon (*) | 20,70 | 20,70 | 20,70 |

Trab tal-ġobon | 12,83 | — | 12,83 |

Trab sħiħ tal-bajd (*) | 46,77 | 46,77 | 46,77 |

Bajd fil-qoxra | 9,77 | — | 9,77 |

Isfar tal-bajda ppriservat (isfar tal-bajd likwidu) | 27,73 | 27,73 | 27,73 |

Trab ta' l-isfar tal-bajd | 58,57 | — | 58,57 |

Kolla sħiħa tal-bajd (bajd sħiħ mhux fil-qoxra) | 9,61 | 9,61 | 9,61 |

Albumina likwida | 0 | — | 0 |

Albumina bħala trab | 0 | — | 0 |

2 Il-kodiċi tat-tariffi Norveġiżi msemmija f'dawn il-minuti jirreferu għal dawk komunikati lill-Kummissjoni min-Norveġja fin-Notifika Regolari datata l-15 ta' Frar 1996 li tkopri l-Protokoll 2 tal-Ftehim tal-Kummerċ Ħieles. It-termini ta' dawn il-minuti ma jkunux preġudikati minn xi bidliet futuri li jistgħu jsiru fin-nomenklatura tat-tariffa Norveġiża.

3. Il-kwantità de minimis li taħtha dazju ma jkunx applikat għad-dqiq, lamtu u/jew glukosju tkun ta' 5 %.

4. Intervall addizzjonali ta' mhux anqas minn 5 kg iżda anqas minn 15 kg ta' lamtu u/jew glukosju meqjus li ntuża għal kull 100 kg ta' prodott agrikolu pproċessat ikun introdott u f'din il-medda kwantità ta' 12,5 kg ta' lamtu/glukosju jittieħdu biex jinħadem id-dazju. Għal interval ta' mhux anqas minn 15-il kg iżda anqas minn 25-il kg ta' lamtu u/jew glukosju d-dazju jinħadem fuq il-bażi ta' 22,5 kg.

5. Il-kwantità de minimis li taħtha dazju ma jkunx applikat għal materja prima addizzjonali (laħam, ġobon, bajd u frott artab (raspberries iffriżati, passolina sewda ffriżata u frawli ffriżat)) ikun ta' 3 %. Biex jinħadem id-dazju, frott frisk artab ikun imqabbel ma "dak iffriżat fuq bażi ta' konverżjoni ta' wieħed għal wieħed."

6. L-intervalli riveduti tal-kwantitajiet mistħajla u l-kwantitajiet miftehma tal-materja prima agrikola li għandhom ikunu kunsidrati, partikolarment bħala riżultat tal-punti 3 sa 5 hawn fuq, jintwerew f'L-Anness A, (Partijiet 1 u 2).

7. Id-dazju għall-kodiċi Norveġiża 1806.1000 Trab tal-kakaw li fih iz-zokkor jew materja oħra ta' ħlewwa jkun żero.

8. L-element agrikolu tad-dazju għall-kodiċi Norveġiżi 1806.2012 Trabijiet tal-krema ta' fuq il-mejda f'kontenituri jew pakketti immedjati, ta' kontenut li jaqbeż iż-2 kg. 1806.2090 Ieħor (barra t-trabijiet tal-ġelat jew it-trabijiet tal-krema ta' fuq il-mejda) fi blokki, ċangaturi jew staneg li jiżnu aktar minn 2 kg f'forma likwida, tal-kolla, tat-trab, granulari jew forma kbira oħra f'kontenituri jew pakketti immedjati, ta' kontenut li jaqbeż iż-2 kg, 1806.3100 Ieħor, fi blokki ċangaturi jew staneg - mimlija, 1806.3200 Ieħor, fi blokki, ċangaturi jew staneg – mhux mimlija, 1806.9010 Ċikkulata oħra, inkluża l-konfezzjoni taz-zokkor, li fiha l-kakaw (barra fi blokki, ċangaturi jew staneg li jiżnu aktar minn 2 kg jew f'forma likwida, tal-kolla, tat-trab, granulari jew forma kbira oħra f'kontenituri jew pakketti immedjati, ta' kontenut li jaqbeż iż-2 kg), 1806.9022 Trabijiet tal-krema ta' fuq il-mejda, 1806.9090 Preparazzjonijiet oħra li jittieklu għandhom ikunu stabbiliti mill-kontenut attwali dikjarat għal materja prima li fuqu huwa applikat dazju agrikolu.

9. L-element industrijali tad-dazju għall-kodiċi Norveġiża 1901.1010. Preparazzjonijiet għall-użu tat-trabi, mpoġġija għall-bejgħ bl-imnut: tal-merkanzija ta' l-intestaturi Nri 04.01 sa 04.04 tkun ta' żero.

10. L-element agrikolu tad-dazju għall-kodiċi Norveġiża 1901.2010. Taħlit tal-kejkijiet ta' kontenut ta' mhux anqas minn 2 kg għandu jkun ikkoreġut biex ikun ta' Nkr/kg 2,34 maħdum fuq il-bażi tar-riċetta standard (35 kg dqiq tal-qamħ, 5 kg lamtu tal-patata u 3 kg trab sħiħ tal-bajd għal kull 100 kg ta' merkanzija).

11. L-element agrikolu tad-dazju għall-kodiċi Norveġiża 1901.2099. Taħlit tal-kejkijiet f'kontenituri ta' kontenut nett ta' mhux anqas minn 2 kg (minbarra għeġejjen) tkun ta' żero għall-prodotti ddikjarata ħielsa mill-glutina għal min ibati mill-marda ta' l-imsaren.

12. L-element agrikolu tad-dazju għall-kodiċi Norveġiża 1904.1090. Ikel preparat miksub billi jitnefħu jew jinxtwew iċ-ċereali jew prodotti taċ-ċereali (minbarra l-"corn flakes") ikun ta' Nkr/kg 0,40 u l-element industrijali jkun ta' żero.

13. L-element agrikolu tad-dazju għall-kodiċi Norveġiża 1905.2000. Gingerbread u li jixbħu jkun ta' rata fissa ta' Nkr/kg 2,09 u l-element industrijali jkun ta' żero.

14. L-element industrijali tad-dazju għall-kodiċi Norveġiżi 2004.1010. Preparazzjonijiet li jittieklu magħmula minn dqiq, qalba tal-qmuħ jew qxur bażati fuq il-patata li fihom mhux anqas minn 75 % bħala toqol ta' patata ffriżata, 2004.1020 Preparazzjonijiet li jittieklu magħmula minn dqiq, qalba tal-qmuħ jew qxur bażati fuq il-patata (minbarra li fihom mhux anqas minn 75 % bħala toqol tal-patata) iffriżati, 2005.2010 Preparazzjonijiet li jittieklu magħmula minn dqiq, qalba tal-qmuħ jew qxur bażati fuq il-patata li fihom mhux anqas minn 75 % bħala toqol ta' patata mhux iffriżata, 2005.2020 Preparazzjonijiet li jittieklu magħmula minn dqiq, qalba tal-qmuħ jew qxur bażati fuq il-patata (minbarra li fihom mhux anqas minn 75 % bħala toqol ta' patata) mhux friżata jkun ta' żero.

15. Id-dazju għall-kodiċi Norveġiża 2103.2010. Ketchup tat-tadam ikun ta' żero.

16. L-element agrikolu tad-dazju għall-kodiċi tan-Norveġja 2103.9090. Zlazi oħra u preparazzjonijiet minnhom, tħawwir imħallta u togħmiet imħallta (minbarra il-ketchup tat-tadam u zalza oħra tat-tadam, dqiq tal-mustarda u qalba tal-qmuħ u mustarda preparata, mayonnaise u remoulades u chutney likwidu tal-mango) ikun stabbilit mill-kontenut attwali dikkjarat mill-materja prima li fuqu huwa applikat dazju agrikolu.

17. L-element agrikolu tad-dazju għall-kodiċi Norveġiż 2104.1010. Brodu tal-laħam f'kontenituri mitbuqa għandu jinżamm ta' Nkr 3,14/kg maħdum fuq il-bażi tar-riċetta standard (15-il kg ta' laħam ta' l-ispeċi tal-baqra għal kull 100 kg ta' merkanzija).

18. L-element agrikolu tad-dazju li japplika għall-kodiċi Norveġiż 2105.0010. Ġelat u silġ ieħor li jittiekel li fih il-kakaw ikun ta' Nkr 4,12/kg maħdum fuq il-bażi tar-riċetta standard (35 kg ta' trab sħiħ tal-ħalib għal kull 100 kg ta' merkanzija). L-element industrijali jkun ta' Nkr 0,38/kg.

19. L-element agrikolu tad-dazju li japplika għall-kodiċi Norveġiż 2105.0020. Ġelat li fih xaħmijiet li jittieklu jkun maħdum fuq il-bażi tar-riċetta standard (35 kg ta' trab sħiħ tal-ħalib u 6 kg ta' frawli friżat għal kull 100 kg ta' merkanzija). L-element industrijali jkun ta' Nkr 0,97/kg.

20. L-element agrikolu tad-dazju għall-kodiċi Norveġiż 2106.9020. Preparazzjonijiet tal-meraq tat-tuffieħ u tal-passolina sewda għall-manifattura tax-xorb tkun ta' 9 % ad valorem u l-element industrijali tad-dazju jkun ta' 5 % ad valorem.

21. Id-dazju għall-kodiċi Norveġiż ex 2106.9030. Preparazzjonijiet oħra għall-manifattura tax-xorb inter alia estratti konċentrati ta' meraq ieħor ikun ta' żero.

22. L-element agrikolu tad-dazju għall-kodiċi Norveġiż 2106.9051. Sostituti tal-krema (f'forma ta' materja niexfa) tkun ta' rata fissa ta' Nkr 6,01/kg.

23. L-element agrikolu tad-dazju għall-kodiċi Norveġiż 2106.9052. Sostituti tal-krema (f'forma likwida) tkun ta' rata fissa ta' Nkr 3,01/kg.

24. L-element agrikolu tad-dazju għall-kodiċi Norveġiż 2106.9060.. Xaħam ta' emulsjoni u prodotti simili li fihom aktar minn 15 % bħala toqol ta' xaħam tal-ħalib tkun ta' Nkr 2,63/kg maħdum fuq il-bażi tar-riċetta standard (20 kg ta' butir għal kull 100 kg ta' merkanzija).

25. L-element agrikolu tad-dazju li japplika taħt ir-riċetta standard (300 kg ta' trab tal-ħalib xkumat) għall-kodiċi Norveġiżi 3501.1000. Casein u 3501.9010 Caseinates u derivattivi oħra jinżamm fuq il-medja tal-livell impost matul il-perjodu minn Frar 1994 sa Jannar 1995 inklużi ta' Nkr 33,75/kg.

26. L-element agrikolu tad-dazju għall-kodiċi Norveġiżi 3505.1001. Dextrins esterified jew etherified u lamti modifikati oħra u 3505.1009. Dextrins u lamti modifikati oħra (barra esterified jew etherified) ikun ta' Nkr 8,0/kg ma "l-applikazzjoni mill-operatur għall-awtorità responsabbli Norveġiża."

III. Ir-reġim ta' l-importazzjoni tal-Komunità

L-ammonti bażiċi li ġejjin għandhom jintużaw biex jinħadmu l-komponenti agrikoli u d-dazji addizzjonali:

- Ċereali (qamħ komuni, qamħ tad-durum, rye, xgħir u qamħirrun) ECU 7,817/100 kg

- Ross long grain maħruġ mill-fosdqa ECU 36,33/100 kg

- Trab sħiħ tal-ħalib ECU 162,837/100 kg

- Trab tal-ħalib xkumat ECU 118,800/100 kg

- Butir ECU 235,632/100 kg

- Zokkor ECU 46,522/100 kg.

IV. Tiġdid tal-kwoti

1. Il-kwoti tat-tariffi applikati fl-1995 fuq bażi awtonoma jkunu applikati b'lura mill-1 ta' Jannar 1996.

2. B'effett mill-1 ta' Settembru 1996 kwota fis-sena ta' 5500 tunnellata metrika tinfetaħ mill-Komunità għall-importazzjoni taċ-ċikkulata u preparazzjonijiet oħra ta' l-ikel li fihom il-kakaw li jaqgħu taħt il-kodiċi 1806 ħlief is-subintestatura180610 (trab tal-kakaw li fih iz-zokkor miżjud jew materja oħra ta' ħlewwa), li għalihom rata fissa ta' dazju ta' ECU 35,15/100 kg tkun tapplika. Dan l-arranġament ma jippreġudikax l-esportazzjoni min-Norveġja lejn il-Komunità bir-rata tad-dazju li tirriżulta mill-applikazzjoni ta' l-ammonti riferuti fil-parti III.

V. Arranġamenti addizzjonali

Iż-żewġ naħat ftehmu li jagħtu lill-awtoritajiet rispettivi tagħhom dan li ġej:

(a) Ir-rati tar-riferenza għall-frott artab friżat speċifikati fil-Parti II (1) applikati taħt il-matriċi, il-kontenut attwali u r-riċetti standard ikunu suġġetti għal reviżjoni konġunta fis-sena qabel il-15 ta' Ġunju. It-tali reviżjonijiet konġunti jikkunsidraw il-prezzijiet tas-suq, is-sitwazzjoni tas-suq, il-produzzjoni Norveġiża u l-importazzjoni lejn in-Norveġja. Il-prezzijiet tar-riferenza u bħala riżultat id-dazji wara jkunu adattati.

(b) Ir-rati tar-riferenza taċ-ċerejali applikati fil-kolonni intestati "Matriċi", "Kontenut attwali" u "Riċetti standard" min-Norveġja u taħt il-kolonni intestati "Matriċi" u "Riċetti standard" mill-Komunità jkunu aġġustati jekk il-preżżijiet tas-suq, is-sitwazzjoni tas-suq u/jew tibdil sinifikanti fil-kummerċ jindikaw tali bżonn. Bħala riżultat id-dazji jkunu adattati. Jinżammu konsultazzjonijiet bejn il-partijiet qabel tali aġġustamenti.

(ċ) Ir-rati tar-riferenza tal-materja prima għall-prodotti tal-ħalib applikati fil-kolonni intestati "Matriċi", "Kontenut attwali" u "Riċetti standard" min-Norveġja u taħt il-kolonni intestati "Matriċi" u "Riċetti standard" mill-Komunità jkunu aġġustati jekk il-preżżijiet tas-suq, is-sitwazzjoni tas-suq u/jew tibdil sinifikanti fil-kummerċ jindikaw tali bżonn. Bħala riżultat id-dazji jkunu adattati. Jinżammu konsultazzjonijiet bejn il-partijiet qabel tali aġġustamenti.

(d) Ir-rati tar-riferenzi tal-lamtu u l-glukosju applikati fil-kolonni intestati "Matriċi", "Kontenut attwali" u "Riċetti standard" min-Norveġja u taħt il-kolonni intestati "Matriċi" u "Riċetti standard" mill-Komunità jkunu aġġustati jekk il-preżżijiet tas-suq, is-sitwazzjoni tas-suq u/jew tibdil sinifikanti fil-kummerċ jindikaw tali bżonn. Bħala riżultat id-dazji jkunu adattati. Jinżammu konsultazzjonijiet bejn il-partijiet qabel tali aġġustamenti.

(e) Jekk diffikultajiet kellhom jinqalgħu fl-implimentazzjoni tal-kwota dwar iċ-ċikkulata u preparazzjonijiet oħra ta' l-ikel li fihom il-kakaw riferuta taħt il-Parti IV miżuri xierqa jittieħdu jekk hemm bżonn b'kunsiderazzjoni sħiħa ta' l-interessi Norveġiżi. Jinżammu konsultazzjonijiet bejn il-partijiet qabel jiddaħħlu dawn il-miżuri.

VI. Kundizzjonijiet futuri tal-kummerċ

Iż-żewġ naħat ftehmu li jagħmlu l-aħjar tagħhom biex itejbu l-kundizzjonijiet tal-kummerċ fil-futur wara li jikkunsidraw il-kriterji rilevanti, bħall-evoluzzjoni tal-mixjiet fil-kummerċ, il-preferenza bilaterali applikata fil-kummerċ fi prodotti agrikoli pproċessati u l-evoluzzjoni tas-swieq u l-prezzijiet tal-materja prima. F’dan ir-rigward iż-żewġ naħat ftehmu li jfittxu li jiksbu trattament preferenzjali mtejjeb fil-kuntest tal-Protokoll 3 tal-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea.

Quantities to be taken into account within the bands — milk and milk products |

Milk fat % of weight | Milk protein % of weight | Skimmed milk powder | Whole milk powder | Butter |

0 — 1,5 | 0 — 2,5 | 0 | 0 | 0 |

2,5 — 6 | 14 | 0 | 0 |

6 — 18 | 42 | 0 | 0 |

18 — 30 | 75 | 0 | 0 |

30 — 60 | 146 | 0 | 0 |

60 — > | 208 | 0 | 0 |

1,5 — 3 | 0 — 2,5 | 0 | 0 | 3 |

2,5 — 6 | 14 | 0 | 3 |

6 — 18 | 42 | 0 | 3 |

18 — 30 | 75 | 0 | 3 |

30 — 60 | 146 | 0 | 3 |

60 — > | 208 | 0 | 3 |

3 — 6 | 0 — 2,5 | 0 | 0 | 6 |

2,5 — 12 | 12 | 20 | 0 |

12 — > | 71 | 0 | 6 |

6 — 9 | 0 — 4 | 0 | 0 | 10 |

4 — 15 | 10 | 32 | 0 |

15 — > | 71 | 0 | 10 |

9 — 12 | 0 — 6 | 0 | 0 | 14 |

6 — 18 | 9 | 43 | 0 |

18 — > | 70 | 0 | 14 |

12 — 18 | 0 — 6 | 0 | 0 | 20 |

6 — 18 | 0 | 56 | 2 |

18 — > | 65 | 0 | 20 |

18 — 26 | 0 — 6 | 0 | 0 | 29 |

6 — > | 50 | 0 | 29 |

26 — 40 | 0 — 6 | 0 | 0 | 45 |

6 — > | 38 | 0 | 45 |

40 — 55 | 40 | 0 | 0 | 63 |

55 — 70 | 55 | 0 | 0 | 81 |

70 — 85 | 70 | 0 | 0 | 99 |

85 — > | 85 | 0 | 0 | 117 |

Quantities to be taken into account within the bands other than milk and milk products |

Banding | To be applied |

Starch/Glucose

0 — 5 | |

5 — 15 | 12,5 (3,13 NOS + 9,38 PS) |

15 — 25 | 22,5 (5,63 NOS + 16,88 PS) |

25 — 50 | 43,75 (10,94 NOS + 32,81 PS) |

50 — 75 | 68,75 (17,19 NOS + 51,56 PS) |

75 — > | 100 (25 NOS + 75 PS) |

Flour

0 — 5 | 0 |

5 — 15 | 12,5 |

15 — 25 | 22,5 |

25 — 35 | 32,5 |

35 — 45 | 42,5 |

45 — 55 | 52,5 |

55 — 65 | 62,5 |

65 — 75 | 72,5 |

75 — > | 115 |

Egg

0 — 3 | 0 |

3 — 5 | 4,5 |

5 — 10 | 8,75 |

10 — 15 | 13,75 |

15 — 20 | 18,75 |

20 — 30 | 27,5 |

30 — 50 | 45 |

50 — > | 60 |

Berrries

0 — 3 | 0 |

3 — 5 | 4,5 |

5 — 10 | 8,75 |

10 — 15 | 13,75 |

15 — 20 | 18,75 |

20 — 30 | 27,5 |

30 — 50 | 45 |

50 — > | 60 |

Cheese

0 — 3 | 0 |

3 — 5 | 4,5 |

5 — 10 | 8,75 |

10 — 15 | 13,75 |

15 — 20 | 18,75 |

20 — 30 | 27,5 |

30 — 50 | 45 |

50 — > | 60 |

Meat

0 — 3 | 0 |

3 — 6 | 5,25 |

6 — 10 | 7,5 |

10 — 15 | 12,5 |

15 — 20 | 17,5 |

20 — > | 50 |

--------------------------------------------------