21996A0627(01)



Official Journal L 153 , 27/06/1996 P. 0048 - 0052


Memorandum ta' ftehim

bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Islamika tal-Pakistan dwar arranġamenti fil-qasam ta' l-aċċess għas-suq tal-prodotti tessili.

1. Magħmul bil-qbil mall-ftehim milħuq bejn il-Gvern tal-Pakistan u tal-Kummissjoni Ewropea fl-okkażjoni tal-laqgħa Ministerjali miżmuma f'Marrakesh f'April 1994 biex jikkonkludu n-negozjati tal-kummerċ ta 'l-Uruguay Round, rappresentanti miż-żewġ delegati wara konsultazzjonijiet biex isibu soluzzjoni sodisfaċenti ġħall-problemi mhux risolti fil-qasam ta' l-aċċess tas-suq tal-prodotti tessili u ħwejjeġ u hekk twaqqaf qafas imtejjeb u stabbli ġħall-futur bilaterali ta' relazzjonijiet ta' kummerċ.

2. Il-Gvern tal-Pakistan innota l-offerta tat-tariffa Ewropea dwar il-prodotti tessili u ħwejjeġ annessa mal-Ftehim tal-WTO, li hija mqassra fl-Anness I.

3. Il-Kummissjoni Ewropea kkonsidrat li l-Gvern tal-Pakistan naqqas it-tariffi tiegħu fuq il-prodotti tessili u tal-ħwejjeġ kollha għall-livell minimu ta' 70 % fl-1 ta' Lulju 1994 u ħa jorbot dan il-livell taħt id-dispożizzjonijiet relevanti tal-WTO qabel 31 ta' Dicembru 1995. Aktar minn hekk, t-tariffi se jiġu mnaqqsa u marbuta fuq l-oġġetti elenkati fl-Anness II fil-livelli u skond it-tabella indikata.

4. Il-Gvern tal-Pakistan se jneħħi wkoll matul 1994 ir-restrizzjonijiet kwantitattivi fuq il-prodotti tessili kollha mogħtija fl-Anness II. Madanakollu, jekk tinħoloq sitwazzjoni kritika fl-industrija tat-tessili fil-Pakistan jew f'relazzjoni mas-sitwazzjoni tal-bilanċ tal-pagamenti fil-Pakistan, il-Gvern Pakistan jżomm id-dritt taħt il-GATT 1994 u l-WTO biex jerġa jintroduċi, wara l-konsultazzjonijiet neċessarji mall-Kummissjoni Ewropea, restrizzjonijiet kwantitattivi.

5. Il-Gvern tal-Pakistan ikkonferma li l-politika doppja tal-prezzijiet għall-esportazzjoni tal-qoton prim ġiet mneħħija. Hu kellu t-tama li din tilħaq it-tħassib espress mill-industrija tat-tessili Ewropea f'dan ir-rigward. Filwaqt li l-Pakistan irriserva d-dritt tiegħu taħt il-GATT biex jieħu azzjoni ħalli jkun jista' jindirizza sitwazzjoni kritika li tista'tinħoloq f'dan il-qasam, kienet il-politika tiegħu li jevita dawn il-miżuri.

6. B' ħarsa lejn il-kontribuzzjoni sinjifikanti biex tikkontribwixxi għall-aċċess effettiv għas-suq tal-Pakistan għall-prodotti tessili u tal-ħwejjeg li dawn l-irbit addizzjonali jirrapresentaw, il-Kummissjoni Ewropea hija ppreparata biex tagħti kontribuzzjoni favorevoli għal talbiet li l-Gvern tal-Pakistan jista' jintroduċi b'rispett lejn l-amministrazzjoni ta' kwota restrizzjonijiet eżistenti għall-flessibilitá eċċezzjonali (li tinkludi tieħu l'quddiem, tieħu lura u trasferimenti ġol-kategorija) li ma jeċċediex għal kull sena tal-kwota l-ammonti li ġejjin:

1994: | 3000 tunnellati, |

1995: | 3000 tunnellati, |

1996: | 3000 tunnellati, |

1997: | 3000 tunnellati, |

1998: | 3000 tunnellati, |

1999: | 3000 tunnellati, |

2000: | 4000 tunnellati, |

2001: | 4000 tunnellati, |

2002: | 4000 tunnellati, |

2003: | 4000 tunnellati, |

2004: | 4000 tunnellati, |

Għal kull sena tal-kwota l-ammont totali għall-flessibiltajiet eċċezzjonali ma jistgħux jeċċedu l-2000 tunnellati għal l'ebda kategorija partikolari.

7. Barra minn hekk il-Kummissjoni Ewropea ħa tibda immedjatament l-proċeduri interni neċessarji biex tiżgura li r-restrizzjonijiet kollha li bħalissa jaffetwaw l-importazzjoni tal-prodotti tan-newl u ta' l-idejn u l-industriji żgħar u tal-familja fil-Pakistan jiġu mneħħija qabel mid-dħul fis-seħħ ta'l-WTO.

8. Id-Delegazzjoni tal-Pakistan ġibdet l-attenzjoni tal-Kummissjoni għal l-importanza li l-Gvern tal-Pakistan ta' lil ċerti kategoriji fil-bidu ta' l-integrazzjoni ġol-GATT li bħalissa huma taħt restrizzjonijiet fl-Unjoni Ewropea.

9. Id-Delegazzjoni tal-Pakistan u l-Kummissjoni Ewropea ftakkru li skond in-notifiki li kieku jagħmlu lis-Segretarjat tal-WTO li jikkonċernaw id-disposizzjoniet tal-ftehim bilaterali eżistenti tagħhom dwar il-prodotti tessili biex jinżamm bħala arranġament amministrattiv taħt il-Ftehim tal-WTO, il-mekkaniżmu basket exit irid jiġi mibdul b'klawsola ta' salvagward tal-ftehim tat-tessili tal-WTO u tal-proċeduri li bħalissa għandhom x'jaqsmu maċ-ċirkumvenzjoni jibqgħu jinżammu (i.e. kull tariffi magħmula lill-kwoti wara konsultazzjonijiet li ma jeċċedux l-ammont ta' l-oġġetti kkonċernati).

10. Il-Gvern tal-Pakistan u l-Kummissjoni Ewropea qablu li jikkonsultaw lil xulxin perjodikament biex jizguraw l-implimentazzjoni tajba tal-Memorandum tal-Ftehim u biex jesploraw aktar possibiltajiet għall-espansjoni reċiproka ta' kummerċ tat-tessili u tal-ħwejjeġ.

Por la Comunidad EuropeaFor Det Europæiske FællesskabFür die Europäische GemeinschaftΓια την Ευρωπαϊκή ΚοινότηταFor the European CommunityPour la Communauté européennePer la Comunità europeaVoor de Europese GemeenschapPela Comunidade EuropeiaEuroopan yhteisön puolestaPå Europeiska gemenskapens vägnar

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS I

RIDUZZJONI TA' TARIFFI MAGHMULA MILL-UNJONI EWROPEA FUQ PRODOTTI TESSILI U TAL-ĦWEJJEĠ

Bħala parti mill-Ftehim dwar l-Aċċess Fis-Suq ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, l-Unjoni Ewropea skemat obligazzjonijiet tat-tariffi fejn id-dmirijiet dwar il-prodotti tessili u tal-ħwejjeġ ma jeċċedux l-livelli massimi li ġejjin:

Fibri u ħajt tat-tajjar: | 4 % |

Ħajt tat-tajjar għall-bejgħ bl-imnut: | 5 % |

Drappijiet: | 8 % |

Ħwejjeġ maħdumin u Ħwejjeġ: | 12 % |

Fejn r-rati tad-dazju ta' bħalissa huma aktar baxxi, r-rati l-aktar baxxi jkomplu japplikaw.

--------------------------------------------------

ANNESS II

IL-LISTA TA' PRIORITÀ TA' L-OĠĠETTI TA' L-ESPORTAZZJONI LEJN IL-PAKISTAN

Deskrizzjoni tal-Prodott | Kodiċi CD | Rati tat-Tariffi (%) |

Wara 5 snin ta' l-1.7.2000 | Wara 10 snin ta' l-1.7.2005 |

Filament tal-ħajt sintetiku | 5402 | 30 | 25 |

Filament tal-ħajt artifiċjali | 5403 | 25 | 20 |

Fibri sintetiċi tal-fimminella | 5503 | | |

akriliku | | 25 | 20 |

oħrajn | | 35 | 25 |

Drappijiet tal-ħarir minsuġin | 5007 | 35 | 30 |

Hajt tas-suf ikkardjat | 5106, 5107 | | |

griż,mhux bliċċjat | | 35 | 30 |

miżbugħin | | 15 | 10 |

Drappijiet minsuġin tas-suf ikkardjat | 5111 | 35 | 30 |

Drappijiet minsuġ tas-suf ippetnat | 5112 | 35 | 30 |

Drappijiet minsuġ tal-qanneb | 5309 | 35 | 30 |

Hajt tat-tajjar | 5205, 5206, 5207 | 15 | 10 |

Filament tal-ħajta tal-ħjata | 5401 | 25 | 20 |

Drappijiet minsuġin tal-ħjut tal-filament sintetiċi (miżbugħa/stampata) | 540710, 20, 42, 43, 44, 53, 54, 60, 72, 73, 74, 82, 83, 84, 92, 93, 94 | 35 | 30 |

Drappijiet minsuġin tal-ħjut tal-filament (miżbugħa/stampata) | 540810, 22, 24, 32, 34 | 25 | 20 |

Ħajt sintetiku tal-fibri tal-fimminella (mħallat bis-suf) | 550931, 32, 52, 61, 91, 99 | 20 | 15 |

Drappijiet minsuġin tal-fibri tal-fimminella sintetiċi (miżbugħin/stampati u tal-ħjut ta' kuluri differenti) | 551219, 29, 99 | 35 | 30 |

551321 to 49, | 35 | 30 |

551421 to 49 | 35 | 30 |

Drappijiet oħra minsuġin tal-fibri tal-fimminella sintetiċi (mħallat bis-suf) | 551513, 22, 92 | 35 | 30 |

Mhumiex-minsuġin | 5603 | 35 | 30 |

Turf sintetiku ta' l-isports | ex570320, 30 | 15 | 10 |

Munzelli ta' drappijiet minsuġin | 5801 | 40 | 35 |

Drappijiet tessili ikkuluriti | 5903 | 40 | 35 |

Tessili tekniċi | 5911 | 35 | 30 |

Sweater u pullovers | 611010 | 50 | 35 |

Kompleti ta' l-irġiel tas-suf | 620311 | 50 | 35 |

Ilbiesi tan-nisa | | | |

maħdumin bil-malja | 610441, 42, 43, 44, 49 | 50 | 35 |

minsuġin | 610441, 42, 43, 44, 49 | 50 | 35 |

Kapotti ta' l-irġiel tas-suf | 620111, 91 | 50 | 35 |

Qomos ta' l-irġiel, maħdumin bil-malja tas-suf | 61059010 | 50 | 35 |

Blużi tan-nisa, maħdumin bil-malja tas-suf | 61069010 | 50 | 35 |

Munzelli ta' drappijiet twal | 600110 | 35 | 30 |

Drappijiet oħrajn, maħdumin bil-malja | 600210, 30 | 50 | 35 |

Kompleti ta' l-irġiel maħdumin bil-malja tas-suf | 610311 | 50 | 35 |

Qliezet ta' l-irġiel maħdumin bil-malja tas-suf | 610341 | 50 | 35 |

Kompleti tan-nisa maħdumin bil-malja tas-suf | 610411 | 50 | 35 |

Ensembles tan-nisa maħdumin bil-malja tas-suf | 610421 | 50 | 35 |

Lbiesi tat-trabi tas-suf | 611010 | 50 | 35 |

Tajts tan-najlon, kalzetti, tajts | 6115 | 50 | 35 |

Ilbiesi ta' l-irġiel tas-suf | 620311 | 50 | 35 |

Ġlekkijiet ta' l-irġiel tas-suf | 620331 | 50 | 35 |

Xallijiet u xlapi | 6214 (ħlief 20) | 50 | 35 |

Ingravati | 6215 | 50 | 35 |

Kutri | 630120, 90 | 50 | 35 |

--------------------------------------------------