21996A0322(01)



Official Journal L 074 , 22/03/1996 P. 0026 - 0033


Ftehim

għall-koperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunitá Ewropea u l-Kanada

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA skond il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u

IL-GVERN TAL-KANADA, minn-naħa l-oħra, minn hawn il-quddiem ser jiġi riferut għalih bħala "l-Partijiet";

TIKKONSIDRA l-importanza tax-xjenza u tat-teknoloġija għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali;

TAGĦRAF li l-Komunità Ewropea, minn hawn il-quddiem msejjħa "il-Komunità", u l-Kanada, qed jagħmlu riċerki u programmi teknoloġiċi f'numru ta' oqsma ta' interess komuni, u li l-benefiċċji komuni jistgħu joħorġu jekk il-Partijijiet jiffaċilitaw il-koperazzjoni;

INNOTA li kien hemm koperazzjoni attiva u li t-tibdil ta' informazzjoni f'numru ta' oqsma teknoloġiċi u xjentifiċi taħt il-Qafas tal-Ftehim għall-Koperazzjoni Kummerċjali u Ekonomika tal-Komunità Ewropea-il-Kanada iffirmata fl-1976;

WARA LI KKUNSIDRAW id-Dikjarazzjoni dwar il-Komunità Ewropea-ir-Relazzjonijiet Kanadiż addottati fit-22 Novembru 1990, u

XEWQANA li twaqqaf bażi formali għall-koperazzjoni f'riċerka xjentifika u teknoloġika li ser tikber u tissaħħaħ fil-kondotta tal-attivitajiet koperattivi fl-oqsma ta' interess komuni u jħeġġu l-applikazzjoni għar-riżultati ta' koperazzjoni bħal din lill-benefiċċji soċjali u ekonomiċi,

FTIEHMU KIF GEJ:

Artikolu 1

Skop

L-iskop ta' dan il-Ftehim huwa sabiex jħeġġeġ u jiffaċilita l-koperazzjoni bejn il-Komunitá u l-Kanada f'oqsma ta' interess komuni fejn il-Partijiet qed jgħinu riċerka u attivitajiet ta' żvilupp sabiex javvanzaw fix-xjenza/u teknoloġija relevanti f'dawn l-oqsma ta' interess.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta' dan il-Ftehim:

(a) "Attivitajiet koperattivi" tfisser kull attivitá mwettqa taħt dan il-Ftehim, u tinkludi riċerka magħquda;

(b) "Informazzjoni" tfisser li riċerka magħquda, u informazzjoni oħra li tidher neċessarja mill-parteċipanti mdaħħla f'attivitajiet koperattivi, inklużi, fejn neċessarju, l-Partijiet minnhom stess;

(ċ) "Proprjetà Intellettwali"; għandu jkollha it-tifsira misjuba fl-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni li tistabilixxi il-World Intellectual Property Organization, magħmula fi Stokkolma fl-14 ta' Lulju 1967;

(d) "Riċerka magħquda" tfisser li huwa appoġġjat finanzjarjament minn waħda jew miż-żewġ Partijiet u li jinvolvi kollaborazzjoni minn parteċipanti kemm mill-Komunitá u l-Kanada;

(e) "Parteċipazzjoni" tfisser li kull persuna, entità legali, università, istitut ta' riċerka jew kull qasam ieħor jew parteċipanti li qed jieħdu sehem f' attivitajiet koperattivi, inklużi il-Partijiet stess.

Artikolu 3

Prinċipji

Koperazzjoni ser tiġi kondotta fuq il-bażi tal-prinċipji li ġejjin:

(a) benefiċċju reċiproku;

(b) tibdil ta' informazzjoni f'waqtha li tista' taffettwa l-azzjoni tal-parteċipanti f'attivitajiet koperattivi;

(ċ) fil-qafas ta' liġijiet u regolamenti li japplikaw, protezzjoni effettiva ta' proprjetà intellettwali u tqassim aktar ġust tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, kif hemm fl-Anness, li tifforma parti importanti ta' dan il-Ftehim;

(d) realizzazzjoni bilanċjata ta' benefiċċji ekonomiċi u soċjali mill-Komunitá u l-Kanada dwar il-kontribuzzjonijiet magħmula lil awtoritajiet koperattivi mill-parteċipanti rispettivi u/jew Partijiet.

Artikolu 4

Żoni ta' koperazzjoni

(a) Koperazzjoni tista' sseħħ fl-oqsma li ġejjin:

1. agrikoltura, inkluż is-sajd;

2. riċerka medika u tas-saħħa;

3. enerġija mhux nukleari;

4. ambjent, inkluż osservazzjoni ta'l-art;

5. foresti;

6. teknoloġiji ta'l-informazzjoni;

7. teknoloġiji tal-komunikazzjoni;

8. telematics għal żvilupp ekonomiku u soċjali;

9. proċessar minerali;

(b) Oqsma oħra jistgħu jiżdiedu ma' din il-lista wara li tkun riveduta u rakkomandata mix-Xjenza Magħquda u Komunità tal-Koperazzjoni Teknoloġika u suġġetta għal deċiżjonijiet skond il-proċeduri li qed jintużaw minn kull Parti.

Artikolu 5

Modijijet ta' koperazzjoni

(a) Koperazzjoni tista' tinkludi l-attivitajiet li ġejjin:

1. parteċipazzjoni ta' persuni u entitajiet legali, inkluż il-Partijiet fihom infushom, universitajiet, istituzzjonijiet ta' riċerka, u oqsma oħra jew impriżi, fi proġetti ta' riċerka tal-Komunitá jew il-Kanada, skond il-proċeduri li qed jintużaw għal kull Parti;

2. faċilitajiet tar-riċerka li qed jinqasmu;

3. żjajjar u tibdil ta' xjentisti, inġiniera u impjegati oħra approprjati għall-iskop ta' parteċipazzjoni f'seminars, simposji u workshops relevanti għall-koperazzjoni taħt dan il-Ftehim;

4. tibdil ta' informazzjoni dwar prattiki, liġijiet, regolamenti u programmi relevanti għall-koperazzjoni taħt dan il-Ftehim;

5. attivitajiet oħra kif inhu determinat reċiprokament mill-Koperazzjoni Magħquda tax-Xjenza u t-Teknoloġija skond il-polizi applikabbli u programmi tal-Partijiet.

(b) Proġetti ta' riċerka magħquda ser tkompli taħt dan il-Ftehim wara biss li l-parteċipanti fi proġett spiċċaw il-Pjan Amministrattiv ta' Teknoloġija Magħquda, bħal ma hu indikat fl-Anness ma' dan il-Ftehim.

Artikolu 6

Komunitá għall-Koperazzjoni Magħquda tat-Teknoloġija u x-Xjenza (JSTCC)

(a) Dan il-Ftehim ser ikun amministrat mill Komunitá għall-Koperazzjoni Magħquda tat-Teknoloġija u x-Xjenza komposta minn rappreżentanti ta' kull Parti.

(b) Il-funzjonijiet tal-JSTCC ser jkunu biex:

1. tippromwovi u terġa tara l-attivitajiet previsti taħt il-Ftehim;

2. tagħmel rakkomandazzjonijiet skond l-Artikolu 4(b);

3. tawtorizza attivitajiet li jaqgħu taħt Artiklu 5 (a) (5) bħal ma huwa koperazzjoni lil Ftehim li japplika;

4. tagħti parir lil Partijiet fuq kif tista' ttejjeb il-koperazzjoni konsistenti mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim;

5. tipprovdi rapport annwali lill-Partijiet fuq il-livell, stat u effett tal-koperazzjoni li sseħħ taħt dan il-Ftehim;

6. tirrivedi l-effiċjenza u l-effett tal-funzjoni tal-Ftehim.

(ċ) Il-JSTCC ser tiltaqa madwar darba fis-sena, laqgħat ser jalternaw bejn il-Komunitá u l-Kanada. Laqgħat oħra ser iseħħu reċiprokament kif ġie miftiehem.

(d) Deċiżjonijiet tal-JSTCC ser jintlaħqu skond il-kunsens. Minuti, li jinkludu rekord tad-deċiżjonijiet u punti prinċipali diskussi, ser jittieħdu f'kull laqgħa. Il-minuti ser jkunu miftehma minn dawk il-persuni magħżula minn kull naħa biex flimkien jmexxu il-laqgħa. ir-rapport annwali tal-JSTCC għandu jkun disponibbli lill-Komunitá tal-Koperazzjonijiet Magħquda stabbilita taħt il-Komunitajiet Ewropej tal-1976-Il-Ftehim tal-Qafas għall-Kummerċ u l-Koperazzjoni Ekonomika Kanadiża u Ministeri approprjati għal kull Parti.

Artikolu 7

Fondi

(a) Attivitajiet koperattivi ser jkunu suġġetti għad-disponibbilitá tal-fondi u għall-applikabbilitá tal-liġijiet u regolamenti, politika u programmi tal-Komunitá u l-Kanada.

(b) Spejjeż li ġew minfuqa mill-parteċipanti f'attivitajiet koperattivi suġġetti għall-dan il-Ftehim m'hemm x bżonn li jitrasferixxu i-fondi min Parti għall-oħra.

Artikolu 8

Dħul ta' impjegati u tagħmir

Kull Parti għandha tieħu kull pass raġjonevoli u tuża l-aħjar sforzi, ġewwa liġijiet u regolamenti eżistenti, sabiex jiffaċilitaw id-dħul lejn u ħruġ mit-territorju ta'l-impjegati, materjal u tagħmir tal-parteċipant(i) mqabbda fi jew użati f'attivitajiet koperattivi taħt dan il-Ftehim.

Artikolu 9

Użu u disseminazzjoni ta' informazzjoni

Id-disseminazzjoni u użu ta' informazzjoni, u l-amministrar, allokazzjoni u eżerċizzju ta' drittijiet ta' proprjetá intellettwali, li tirriżulta minn riċerka magħquda taħt dan il-Ftehim, ser tkun suġġetta għall-ħtiġiet ta' l-Anness ma' dan il-Ftehim.

Artikolu 10

Ftehim u proviżjonijiet transizzjonali oħra

(a) Dan il-Ftehim ser jaqbeż u jiġi minflok dawk il-proviżjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej-Ftehim tal-Qafas Kanadiż għall-Koperazzjoni Kummerċjali u Ekonomika li tigverna kollaborazzjonijiet xjentifiċi u teknoloġiċi eżistenti.

(b) Il-Partijiet ser jaħdmu sabiex jġibu dawk l-arranġamenti eżistenti għall-koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunitá u l-Kanada li jaqaw taħt l-iskop ta' l-Artikolu 4 skond it-termini ta' dan il-Ftehim.

(ċ) Bla ħsara għall-paragrafu 10 (a), dan il-Ftehim huwa mingħajr preġudizzju għall-Ftehim ieħor eżistenti jew arranġamenti bejn il-Partijiet jew kull Ftehim jew arranġamenti bejn il-Partijiet u partijiet terzi.

Artikolu 11

Applikazzjonijiet territorjali

Dan il-Ftehim għandu jgħodd, minn naħa għat-territorji fejn it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej huwa applikat u taħt il-kondizzjonijet stabbiliti f'dak it-Trattat u, minn naħa l-oħra għat-trattat Kanadiż.

Artikolu 12

Dħul fis-seħħ u tmiem

(a) Dan il-Ftehim ser jidħol fis-seħħ fid-data meta l-Partijiet jinnotifikaw lill-xulxin bil-miktub li l-ħtiġiet legali għad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim ser jaderixxu.

(b) Dan il-Ftehim jista' jiġi emendat skond ftehim tal-Partijiet. Emendi ser jidħlu fis-seħħ meta l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin bil-miktub liema ħtiġiet legali ser jaderixxu.

(ċ) Dan il-Ftehim jista' jintemm fi kwalunkwe ħin miż-żewġ Partijiet wara tnax il-xahar tan-notifikazzjoni bil-miktub. L-iskadenza jew tmiem ta' dan il-Ftehim mhux ser jaffettwa l-validitá jew id-dewmien ta' kull arranġament li sar taħtu, jew kull dritt speċifiku u obbligazzjonijiet li ġew akkumulati b' konformità ma' l-Anness.

Artikolu 13

Dan il-Ftehim ġie abbozzat u ddublikat bil-lingwa Daniża, Olandiża, Ingliża, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Taljana, Portugiża, Spanjola u Svediża fejn kull test huwa ugwalment awtentiku.

B'XHIEDA TA' DAN il-persuna li l-firma tagħha tidher hawn taħt iffirmat dan il-Ftehim.

Hecho en Halifax, el diecisiete de junio de mil novecientos noventa y cinco.

Udfærdiget i Halifax den syttende juni nittenhundrede og femoghalvfems.

Geschehen zu Halifax am siebzehnten Juni neunzehnhundertfünfundneunzig.

Έγινε στο Χάλιφαξ, στις δέκα επτά Ιουνίου χίλια εννιακόσια ενενήντα πέντε.

Done at Halifax on the seventeenth day of June in the year one thousand nine hundred and ninety-five.

Fait à Halifax, le dix-sept juin mil neuf cent quatre-vingt-quinze.

Fatto a Halifax, addì diciassette giugno millenovecentonovantacinque.

Gedaan te Halifax, de zeventiende juni negentienhonderd vijfennegentig.

Feito em Halifax, em dezassete de Junho de mil novecentos e noventa e cinco.

Tehty Halifaxissa seitsemäntenätoista päivänä kesäkuuta vuonna tuhatyhdeksänsataayhdeksänkymmentäviisi.

Som skedde i Halifax den sjuttonde juni nittonhundranittiofem.

Por la Comunidad EuropeaFor Det Europæiske FællesskabFür die Europäische GemeinschaftΓια την Ευρωπαϊκή ΚοινότηταFor the European CommunityPour la Communauté européennePer la Comunità europeaVoor de Europese GemeenschapPela Comunidade EuropeiaEuroopan yhteisön puolestaPå Europeiska gemenskapens vägnar

+++++ TIFF +++++

Por el Gobierno de CanadáFor Canadas regeringFür die Regierung KanadasΓια την Κυβέρνηση του ΚαναδάFor the Government of CanadaPour le gouvernement du CanadaPer il governo del CanadaVoor de Regering van CanadaPelo Governo do CanadáKanadan hallituksen puolestaPå Canadas regerings vägnar

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS

L-ANNESS DWAR ID-DISSEMINAZZJONI U UTILIZZAZZJONI TA' INFORMAZZJONI U AMMINISTRAZZJONI, ALLOKAZZJONI U EŻERĊIZZJU TA' DRITTIJIET TA' PROPRJETÀ INTELLETWALI

I. PUSSESS, ALLOKAZZJONI U EŻERĊIZZJU TAD-DRITTIJIET

1. Kull riċerka li saret skond dan il-Ftehim għandu jkun "riċerka magħquda". Il-parteċipanti li jwettqu r-riċerka magħquda għandhom jiżviluppaw Pjanijiet Amministrattivi ta' Teknoloġija Magħquda (JTMP) li għandhom jkollhom, mill-inqas, prinċipji b'rispett ta' pussess u użu, inkluż pubblikazzjoni, ta' informazzjoni u Proprjetà Intellettwali (IP) li għandha titwaqqaf matul ir-riċerka magħquda [1]. Il-JTMPs jistgħu jiġu riveduti mill-Partijiet u jistgħu jiġu approvati mill-aġenziji responsabbli li jagħtu fondi jew dipartimenti tal-Partijiet involuti fil-finanzi tar-riċerka, qabel it-tmiem ta' kull riċerka speċifika u kuntratti ta' koperazzjoni ta' żvilupp li jirreferu għalihom. Il-JTMPs jistgħu jiżviluppaw billi jikkonsidraw l-għanijiet tar-riċerka magħquda, l-kontribuzzjonijiet relatati tal-parteċipanti, l-vantaġġi u l-iżvantaġġi li tagħmel liċenza għat-territorju jew għall-oqsma użati, ħtiġiet imposti mill-liġijiet applikabbli, l-bżonn għall-proċeduri li jistabilixxu tilwim u fatturi oħra li jitwettqu xierqa mill-parteċipanti. Id-drittijiet u obbligazzjonijiet li jikkonċernaw ir-riċerka u informazzjoni ġenerati billi jżuru riċerkaturi b'rispett lejn il-IP ser jiġu indirizzat ukoll fil-JTMPs.

2. Informazzjoni jew IP maħluq waqt ir-riċerka magħquda u mhux indirizzati fil-JTMP ser jiġiu allokati wara li l-proċeduri stabbiliti fil-I,1 skond il-prinċipji stabbiliti fil-JTMP. Fil-każ ta' nuqqas ta' qbil, li ma' jistax jiġi solvut mill-proċedura tas-soluzzjoni ta' tilwim miftehma, informazzjoni allokati bħal din jew IP għandhom jiġu magħquda mill-parteċipanti kollha involuti fir-riċerka magħquda minn fejn ħarġu r-riżultati ta'l-informazzjoni jew IP, u kull parteċipant li għalih taplikka din il-proviżjoni għandu jkollu d-dritt li juża din l-informazzjoni jew IP għall-esplorazzjoni kummerċjali tagħha/tiegħu bla ebda limitazzjoni ġeografika.

3. Skond il-liġijiet applikabbli, kull Partit għandu jiżgura li l-Partit l-ieħor u l-parteċipanti tiegħu jistgħu jkollhom id-drittijiet għall-IP allokat lilhom skond il-prinċipji stabbiliti f'sezzjoni I ta' dan l-Anness.

4. Fil-waqt li jinżammu l-kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni f'oqsma affettwati mill-Ftehim, kull Parti għandha tiġġieled sabiex tiżgura li d-drittijiet li ttieħdu skond dan il-Ftehim, u arranġamenti li saru taħtu, huma eżerċitati b'tali mod u manjiera li jagħtu kuraġġ partikolari.

(i) id-disseminazzjoni u użu ta' informazzjoni maħluqa, mikxufa, jew b'xi mod ieħor saret disponibbli, taħt il-Ftehim;

(ii) l-adozzjoni u implimentazzjoni ta' standardi internazzjonali.

II. XOGĦOLIJIET BI DRITT

Dritt tal-Partijiet jew tal-parteċipanti tagħhom għandu jkun mogħti trattament konsistenti mal-Konvenzjoni ta' Berne (Pariġi Att 1971).

III. XOGĦOLIJIET XJENTIFIĊI LETTERARJI

Mingħajr preġudizzju għal Sezzjoni IV, sakemm ma ġiex miftiehm b'mod ieħor fil-JTMP, kull pubblikazzjoni ta' riżultati ta' riċerka magħquda għandhom jiġu magħquda mill-parteċipanti. B'żieda mar-regola ġenerali li għaddeja, l-proċedura li ġejja għandha tgħodd:

1. Fil-każ ta' pubblikazzjoni minn Parti jew entitajiet pubbliċi ta' dik il-Parti ta' ġurnali, artikoli, rapporti, kotba, inklużi video u software xjentifiċi u teknoloġiċi, imwaqqfa minn riċerki magħquda skond il-Ftehim, il-Parti l-oħra tiġi intitolata, b'permess bil-miktub mill-persuna li ppublikat il-ktieb, għal liċenza sabiex taqleb il-lingwa, tirriproduċi, tadatta, titrasmetti u tqassam pubblikament ix-xogħol tagħha mad-dinja kollha, mhux esklussiv u irrevokabbli.

2. Il-Partijiet ser jaħdmu sabiex ixerdu x-xogħolijiet letterarji ta' karattru xjentifiku li ttella' mir-riċerka magħquda skond il-Ftehim u ppublikat minn persuni indipendenti li ppubblikaw il-ktieb kemm jista; jkun.

3. Kull kopja ta' xogħol bid-drittijiet tal-kopja li għandhom jiġu ppubblikati pubblikament u ppreparati taħt din id-disposizzjoni għandhom jindikaw l-ismijiet ta'l-awtur(i) tax-xogħol sakemm awtur jew awturi jaqa espressivament jew jonqos milli jissemma. Il-kopji ser ikollhom ukoll ċar u viżibbli għarfien tas-support tal-koperattiva tal-Partijiet.

IV. INFORMAZZJONI MHUX ŻVELATA

A. Informazzjoni dokumentarja mhux żvelata

1. Kull Parti jew il-parteċipanti tagħha għandhom jidentifikaw l-aktar kmieni possibbli, u preferibbilment fil-JTMP, l-informazzjoni li huma jixtiequ li tibqa' mhux żvelata skond dan il-Ftehim, jikkonsidraw, fost affarijiet oħra, l-kriterji li ġejjin:

- segretezza ta'l-informazzjoni fis-sens li l-informazzjoni, mhix, bħala entitá jew fil-konfigurazzjoni preċiża jew assemblea tal-komponenti tagħha, ġeneralment magħruf fost jew aċċessibbli mill-ewwel b'mezzi legali għal esperti f'dan il-qasam;

- il-valuri attwali jew potenzjalment kummerċjali ta' l-informazzjoni b'virtú tas-segretezza tagħha;

- protezzjoni preċedenti ta' l-informazzjoni fis-sens li kienet suġġetta għall-passi li kienu jagħmlu sens taħt iċ-ċirkostanzi mill-persuna li bil-liġi qegħdha fil-kontroll, sabiex iżżomm is-segretezza tagħha.

2. Parteċipanti normalment mhux ser jiġu mintluba li jipprovdu informazzjoni mhux żvelata lill-Partijiet. Fil-każ li l-Partijiet jsiru jafu din l-informazzjoni, huma għandhom jirrispettaw in-natura privileġġata tagħhom, u ma tkomplix tiġi żvelata mill jew bejn il-Partijiet, mingħajr il-kunsens bil-miktub tal-parteċipant(i) li tiegħu hija l-informazzjoni. Dawn il-limitazzjonijet awtomatikament ser jittemmu meta informazzjoni bħal din tiġi żvelata mill-pussessur, bla ebda restrizzjoni, lil esperti f'dan il-qasam.

3. Kull Parti għandha tiżgura li l-informazzjoni żvelata, komunikata bejniethom u taħt il-Ftehim, u skond in-natura privileġġata tagħha hija mill-ewwel magħrufa mill-Parti l-oħra, per eżempju, permezz ta' marka xierqa jew kitba ristretta. Din tapplika ukoll għal kull riproduzzjoni ta' din l-imsemmija informazzjoni, bis-sħiħ jew parzjali.

4. Informazzjoni mhux żvelata komunikata taħt il-Ftehim, u riċevuta mill-Parti l-oħra, tista' tixxerred mill-Parti li rċevietha lil persuni ġo jew impjegati magħha u dipartimenti konċernati oħra jew aġenziji awtorizzati tal-Parti li rċevietha għall-skopijiet speċifiċi tar-riċerka magħquda, basta li kull informazzjoni żvelata hekk mxerda għandha tkun skond ftehim bil-miktub kunfidenzjali u għandu jkun magħruf mill-ewwel hekk, bħal ma huwa stabbilit hawn fuq.

5. Mal-kunsens ta' qabel li sar bil-miktub tal-Parti li pprovdiet żvelar ta' informazzjoni taħt il-Ftehim, il-Parti li rċevietha jista' jxxerred din l-informazzjoni żvelata aktar milli jippermetti Paragrafu 3 hawn fuq. Il-Partijiet ser jikkoperaw sabiex jiżviluppaw proċeduri għat-talba u jiksbu qabel kunsens bil-miktub għal tixrid akbar, u li kull Parti ser tagħti din l-approvazzjoni sal-limiti permessi mill-politika domestika, regolamenti u liġijiet tagħha.

B. Informazzjoni mhux żvelata mhux dokumentata

Informazzjoni mhux żvelata jew informazzjoni mhux dokumentata jew kunfidenzjali jew privileġġjata oħra provduta f'seminarji u laqgħat oħra irranġati taħt il-Ftehim, jew informazzjoni mtella' mill-għaqda ta'l-impjegati, użu ta' faċilitajiet, jew proġetti magħquda, ser jiġu ttrattati mill-Partijiet jew mill-parteċipanti tagħhom skond il-prinċipji speċifikati f'punt A hawn fuq, pprovdut, għaldaqstant, li r-reċipjent ta' informazzjoni mhux żvelata jew informazzjoni oħra kunfidenzjali jew privileġġjata tiġi mgħarrfa bil-karattri kunfidenzjali minn qabel u bil-miktub bl-informazzjoni li għandha tiġi komunikata.

C. Kontroll

Kull Parti għandha tagħmel l-aħjar li tista' sabiex tassigura li l-informazzjoni mhux żvelata rċevuta minnha taħt il-Ftehim ser tiġi kontrollata kif huwa provdut hawnhekk. Jekk waħda mill-Partijiet ssir konxja li hija ser tkun, jew tista' tkun raġonevolment mistennija li tkun, mhux f'posizzjoni li tilqa it-tixrid tal-proviżjonijiet ta' punti A u B hawn fuq, hija għandha immedjatament tinforma lill-Parti li l-iktar tista' tiġi affetwata bid-disseminazzjoni. Il-Partijiet involuti għandhom wara jikkonsultaw sabiex jiddefinixxu kors ta' azzjoni approprjata.

[1] Il-fatturi indikattivi ta' JTMPs bħal dawn huma stabbiliti fl-Appendiċi.

--------------------------------------------------