Official Journal L 036 , 14/02/1996 P. 0025 - 0026
Ftehim fil-għamla ta' skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tan-Norveġja, u l-Konfederazzjoni Svizzera li għandu x'jaqsam ma' l-emenda għall-Konvenzjoni tal-20 ta' Mejju 1987 dwar is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fil-kummerċ fl-oġġetti L-Ittra Nru 1 Sinjur, Fir-rakkommandazzjoni tiegħu Nru 1/93 tat-23 ta' Settembru 1993, il-Kumitat Konġunt KEE-EFTA dwar is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fil-kummerċ fl-oġġetti ppropona numru ta' emendi għall-Konvenzjoni tal-KEE-EFTA tal-20 ta' Mejju 1987 dwar is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fil-kummeċ fl-oġġetti. L-emendi proposti huma ddikjarati fl-Anness. Għandi l-unur li nikkonerma illi l-Komunità taqbel ma dawn l-emendi u jiena nipproponi illi, bla ħsara għal kull bidla li tista' ssir, jidħlu fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1994. Inkun obbligat jekk inti tikkonferma illi l-Gvern tiegħek jaqbel ma' l-emendi u mad-data proposta ta' meta jridu jidħlu fis-seħħ. Sinjur, jekk jogħġbok, aċċetta l-assigurazzjoni ta' l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi. F'isem il-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej +++++ TIFF +++++ L-Ittra Nru 2 Sinjur, Għandi l-unur ingħarrfek illi rċevejt l-ittra tiegħek li tinqara kif ġej: "Fir-rakkommandazzjoni tiegħu Nru 1/93 tat-23 ta' Settembru 1993, il-Kumitat Konġunt KEE-EFTA dwar is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fil-kummerċ fl-oġġetti ppropona numru ta' emendi għall-Konvenzjoni tal-KEE-EFTA tal-20 ta' Mejju 1987 dwar is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fil-kummeċ fl-oġġetti. L-emendi proposti huma ddikjarati fl-Anness. Għandi l-unur li nikkonerma illi l-Komunità taqbel ma' dawn l-emendi u jiena nipproponi illi, bla ħsara għal kull bidla li tista' ssir, jidħlu fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1994. Inkun obbligat jekk inti tikkonferma illi l-Gvern tiegħek jaqbel ma' l-emendi u mad-data proposta ta' meta jridu jidħlu fis-seħħ." Għandi l-unur nikkonferma illi l-Gvern tiegħi jaqbel ma' l-ittra tiegħek u mad-data proposta li fiha l-emendi jridu jidħlu fis-seħħ. Sinjur, jekk jogħġbok, aċċetta l-assigurazzjoni ta' l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi. Fyrir ríkisstjórn Iyõveldisins islands +++++ TIFF +++++ For Kongeriket Norges Regjering +++++ TIFF +++++ Für die Regierung der Schweizerischen EidgenossenschaftPour le gouvernement de la Confédération suissePer il governo della Confederazione svizzera +++++ TIFF +++++ Suomen tasavallan hallituksen puolesta +++++ TIFF +++++ För Konungariket Sveriges regering +++++ TIFF +++++ Für die Regierung der Republik Österreich +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------