21995D1214(01)



Official Journal L 301 , 14/12/1995 P. 0036 - 0037


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 62/95

tad-29 ta' Settembru 1995

li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li Jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala l-Ftehim, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi l-Anness II għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 41/95 tat-22 ta' Ġunju 1995 [1];

Billi d-Direttiva 94/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Marzu 1994 dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta' l-arja minn emissjonijiet minn vetturi b'makna u li temenda d-Direttiva 70/220/KEE [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud wara l-punt 3 (Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE) tal-Kapitolu I ta' l-Anness II għall-Ftehim:

"- 394 L 0012: Id-Direttiva 94/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Marzu 1994 (ĠU L 100, tad-19.4.1994, p. 42)."

.

Artikolu 2

Fit-tieni paragrafu ta' l-addattament għall-Kapitolu I, il-kliem "u 93/59/KEE" għandu jiġi mibdul bi ", 93/59/KEE u 94/12/KE".

Artikolu 3

It-testi tad-Direttiva 94/12/KE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li huma annessi għall-verżjonijiet tal-lingwi rispettivi ta' din id-Deċiżjoni huma awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta' Ottubru 1995, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fid-29 ta' Settembru 1995.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

E. Berg

[1] Ghadha mhix ippubblikata fil-Gurnal Ufficijali.

[2] ĠU L 100, tad-19.4.1994, p. 42.

--------------------------------------------------