21995D1116(02)



Official Journal L 273 , 16/11/1995 P. 0048 - 0048


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 29/95

tad-19 ta' Mejju 1995

li temenda l-Anness XIII (Trasport) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala l-Ftehim, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi l-Anness XIII għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 29/94 tat-2 ta' Diċembru 1994 [1];

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 94/58/KE tat-22 ta' Novembru 1994 dwar il-livell minimu ta' taħriġ għall-baħħara [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Dan il-punt il-ġdid li ġej għandu jiddaħħal fl-Anness XIII għall-Ftehim wara l-punt 54 (id-Direttiva tal-Kunsill 79/115/KEE):

"54a. 394 L 0058: Id-Direttiva tal-Kunsill 94/58/KE tat-22 ta' Novembru 1994 dwar il-livell minimu ta' taħriġ għall-baħħara (ĠU L 319, tat-12.12.1994, p. 28)."

.

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva tal-Kunsill 94/58/KE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li huma annessi għall-verżjonijiet tal-lingwi rispettivi ta' din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta' Ġunju 1995, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fid-19 ta' Mejju 1995.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

P. Benavides

[1] ĠU L 339, tat-29.12.1994, p. 89.

[2] ĠU L 319, tat-12.12.1994, p. 28.

--------------------------------------------------