21995D0413(03)



Official Journal L 083 , 13/04/1995 P. 0044 - 0044


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 13/95

ta' l-24 ta' Frar 1995

li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li Jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala l-Ftehim, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi l-Anness II għall-Ftehim ġie l-aħħar emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 9/95 tas-27 ta' Jannar 1995 li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE [1];

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2580/94 ta' l-24 ta' Ottubru 1994 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3713/92 li jiddiferixxi d-data ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 11(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom dwar prodotti agrikoli u affarijiet ta' l-ikel, fir-rigward ta' l-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi [2] għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 54b (Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91) tal-Kapitolu XII ta' l-Anness II għall-Ftehim qabel l-addattament:

"- 394 R 2580: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2580/94 ta' l-24 ta' Ottubru 1994 (ĠU L 273, 25.10.1994, p. 7)."

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2580/94 fil-lingwa Islandiża u Norveġiża, li huma annessi għall-verżjonijiet tal-lingwi rispettivi ta' din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta' April 1995, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fl-24 ta' Frar 1995.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

G. J. L. Avery

[1] ĠU L 47, ta' l-2.3.1995, p. 29.

[2] ĠU L 273, 25.10.1994, p. 7.

--------------------------------------------------