21995A1230(13)



Official Journal L 324 , 30/12/1995 P. 0027 - 0033


Ftehim

bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Peru fuq il-prekursuri u sostanzi kimiki użati ta' spiss fil-manifattura illeċita ta' drogi narkotiċi jew sostanzi psikotropiċi

IL-KOMUNITÀ EWROPEA,

minn hawn ‘il quddiem imsejħa bħala "il-Komunità" fuq naħa, u

IR-REPUBBLIKA TAL-PERU

minn hawn ‘il quddiem msejħa bħala "Peru", fuq naħa

minn hawn ‘il quddiem msejħin bħala "Partijiet Kontraenti",

DETERMINATI li jipprevjenu u jikkumbattu l-manifattura illeċita ta' drogi narkotiċi u sostanzi psikotropiċi billi tkun ikkontrollata l-provista tal-prekursuri u tas-sostanzi kimiki użati ta' spiss għal dawn l-iskopijiet;

JIRRIKONOXXU l-Artikolu 12 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti ta' l-1988 kontra t-Traffiku Illeċitu fid-Drogi Narkotiċi u Sostanzi Psikotropiċi;

JAQBLU mar-Rapport finali fuq il-Chemical Action Task Force (CATF), approvat fis-Summit Ekonomiku tal-G-7 f'Londra fil-15 ta' Lulju 1991, li rrakkomanda t-tisħiħ tal-koperazzjoni internazzjonali bil-konklużjoni ta' ftehim bilaterali, partikolarment bejn ir-reġjuni u l-pajjiżi involuti fl-esportazzjoni, l-importazzjoni u t-transitu ta' dawn is-sostanzi kimiki;

KONVINTI li l-kummerċ internazzjonali jikkostitwixxi fattur speċjali speċifiku u li arranġamenti ta' koperazzjoni biss bejn ir-reġjuni konċernati jistgħu jipprevjenu dan il-perikolu, partikolarment billi jintrabtu l-kontrolli ta' l-esportazzjoni ma' ta' l-importazzjoni;

JAFFERMAW l-impenn komuni tagħhom li jwaqqfu mekkaniżmi ta' assistenza u koperazzjoni bejn il-Peru u l-Komunità biex ikun missielet l-iżvijament ta' sostanzi kontrollati għal skopijiet illeċiti, f'armonija ma' l-orjentamenti u l-azzjonijiet meħuda fil-livell internazzjonali;

JAGĦRFU li dawn is-sostanzi kimiki huma l-aktar u ta' spiss ħafna wżati għall-iskopijiet leġittimi u li l-kummerċ internazzjonali m'għandux ikun mtellef minn proċeduri eċċessivi ta' monitoragg;

IDDEĊIDEW li jikkonkludu Ftehim għall-kontroll ta' prekursuri u sostanzi kimiki użati ta' spiss fil-manifattura illeċita ta' drogi narkotiċi jew sostanzi psikotropiċi, u, għal dan l-iskop, ħatru l-plenipotenzarji tagħhom:

IL-KOMUNITÀ EWROPEA:

IR-REPUBBLIKA TAL-PERU:

LI, wara li bidlu l-kredenzali tal-poteri kollha tagħhom, sabuhom f'forma tajba

IDDEĊIDEW DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Skop tal-ftehim

1. Dan il-Ftehim jippreskrivi miżuri biex isaħħu l-koperazzjoni amministrattiva bejn il-Partijiet Kontraenti biex ma jħallux l-iżvijament ta' sostanzi użati ta' spiss fil-manifattura illeċita ta' drogi narkotiċi jew sostanzi psikotropiċi, mingħajr pregudizzju għar-rikonoxximent dovut ta' l-interessi leġittimi tal-kummerċ u ta' l-industrija.

2. Għal dan l-iskop, il-Partijiet Kontraenti għandhom jgħinu lil xulxin, kif preskritt f'dan il-Ftehim, l-aktar fi:

- monitoraġġ tal-kummerċ bejniethom f'sostanzi kkontrollati, bil-ghan li ma jitħallix l-iżvijament tagħhom għall-iskopijiet illeċiti,

- jipprovdu għajnuna reċiproka amministrattiva li tiżgura li d-disposizzjonijiet tal-legislazzjoni rilevanti dwar il-kontroll fuq is-sostanzi tal-kummerċ huma applikati korrettement.

3. Mingħajr preġudizzju għall-emendi possibbli li jistgħu ikunu adottati fil-kompetenza tal-Grupp Konġunt ta' Aġġornament, dan il-Ftehim japplika għas-sostanzi għas-sostanzi kimiki elenkati fl-Anness tal-Konvenzjoni tan-NU ta' l-1988 kontra t-Traffikar Illeċitu f'Drogi Narkotiċi u Sostanzi Psikotropiċi kif emendata, minn hawn "il quddiem msejħa bħala" sostanzi kkontrollati'

Artikolu 2

Monitoraġġ tal-kummerċ

1. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jikkonsultaw u jgħarrfu lil xulxin fuq l-inizjattiva tagħhom stess b'kull suspett li sostanzi kkontrollati jistgħu jkunu żvijati għall-manifattura illeċita ta' drogi narkotiċi jew sostanzi psikotropiċi, partikolarment meta tintbagħat merkanzija bil-baħar fi kwantitajiet mhux tas-soltu jew f'ċirkostanzi mhux tas-soltu.

2. Fir-rigward ta' sostanzi kkontrollati elenkati fl-Anness A f'dan il-Ftehim, l-awtorità kompetenti tal-Parti Kontraenti li qed tesporta għandha, fl-istess waqt li toħroġ l-awtorizzazzjoni ta' l-esportazzjoni u qabel it-tluq tal-konsenja, tibgħat kopja ta' l-awtorizzazzjoni ta' l-esportazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Parti Kontraenti li qed timporta. Informazzjoni speċifika għandha tkun provduta meta l-operatur jibbenefika, f'pajjiż esportatur, minn awtorizzazzjoni miftuħa individwali li tkopri diversi operazzjonijiet ta' l-esportazzjoni.

3. Fir-rigward tas-sostanzi kkontrollati elenkati fl-Anness B ta' dan il-Ftehim, l-esportazzjoni għandha tkun awtorizzata biss meta l-Parti Kontraenti li qed timporta tkun tat il-kunsens tagħha.

4. Il-Partijiet Kontraenti jimpenjaw ruħhom li jipprovdu, reċiprokament u fi żmien utli, ir-reazzjoni meħtieġa fuq kull informazzjoni provduta jew miżuri mitluba skond dan l-Artikolu.

5. Meta jkun hemm l-implimentazzjoni tal-miżuri tal-kontroll tal-kummerċ fuq imsemmija, l-interessi leġittimi tal-kummerċ għandhom ikunu rispettati kif imiss. Partikolarment, f'każijiet koperti mill-paragrafu 3, ir-risposta mill-Parti Kontraenti li qed timporta għandha tingħata fi żmien 15-il jum tax-xogħol wara li jkun irċevut il-messaġġ mill-Parti Kontraenti li qed tesporta. In-nuqqas ta' risposta f'dan id-dewmien għandu jitqies bħala għoti ta' awtorizzazzjoni għall-importazzjoni. Ir-rifjut li tingħata awtorizzazzjoni ta' l-importazzjoni għandha tkun notifikata bil-miktub lill-Parti Kontraenti f'dan id-dewmien u għandu jkun motivat.

Artikolu 3

Sospensjoni ta' meta tintbagħat merkanzija

1. Mingħajr preġudizzju għal kull implimentazzjoni possibbli tal-miżuri tekniċi ta' infurzar, il-bgħit ta' merkanzija għandu jkun sospiż jekk, fl-opinjoni ta' xi Stat Kontraenti, hemm bażijiet raġonevoli biex wieħed jaħseb li sostanzi kkontrollati jistgħu jkunu żvijati għall-manifattura illeċita ta' drogi narkotiċi jew sostanzi psikotropiċi, jew fejn, fil-każijiet deskritti fl-Artikolu 2(3), il-Parti Kontraenti ta' l-importazzjoni titlob is-sospenzjoni.

2. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jikkoperaw fl-għoti lil xulxin ta' kull tagħrif dwar l-operazzjonijiet preżunti ta' l-iżvijament.

Artikolu 4

Għajnuna reċiproka amministrattiva

1. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jipprovdu lil xulxin, jew fuq l-inizjattiva tagħhom stess jew fuq talba, kull informazzjoni biex ma jħallux l-iżvijament ta' sostanzi kkontrollati għall-manifattura illeċita ta' drogi narkotiċi jew sostanzi psikotropiċi u għandhom jinvestigaw każijiet ta' żvijament suspettat. Meta meħtieġ għandhom jadottaw miżuri kawtelatorji xierqa biex ma jħallux l-iżvijament.

2. Kull talba għat-tagħrif jew miżuri preparatorji għandhom jitħarsu kemm jista' jkun malajr.

3. Talbiet għall-għajnuna amministrattiva għandhom ikunu eżegwiti skond il-liġijiet, ir-regolamenti u strumenti legali oħra tal-Partijiet Kontraenti mitluba.

4. Uffiċjali tal-Parti Kontraenti jistgħu, bi ftehim mal-Parti Kontraenti l-oħra, ikunu preżenti fl-inkjesti magħmula fit-territorju ta' dan ta' l-aħħar.

5. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jassistu lil xulxin biex jiffaċilitaw l-għoti ta' evidenza.

6. L-għajnuna amministrattiva provduta taħt dan l-Artikolu m'għandhiex tippreġudika r-regoli li jiggvernaw l-assistenza legali reċiproka f'kwistjonijiet kriminali, u lanqas ma għandha tgħodd għall-informazzjoni miksuba skond poteri eżerċitati fuq talba ta' awtorità ġudizzjarja, sakemm l-awtorità ma taqbilx fuq hekk.

7. L-informazzjoni tista' tintalba fir-rigward ta' sostanzi kimiki li huma użati ta' spiss fil-manifattura illeċita ta' drogi narkotiċi jew sostanzi psikotropiċi imma li m'humiex inklużi fl-iskop ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 5

Bdil ta' informazzjoni u konfidenzalità

1. Kull informazzjoni kkomunikata f'kull forma bis-saħħa ta' dan il-Ftehim għandha tkun ta' natura konfidenzali jew ristretta, u dan jiddependi fuq ir-regoli applikabbli f'kull waħda mill-Partijiet Kontraenti. Għandha tkun koperta bl-obbligu tas-segretezza uffiċjali u għandha tgawdi l-protezzjoni estiża għall-informazzjoni simili skond il-liġijiet rilevanti tal-Parti Kontraenti li tkun irċevietha u d-disposizzjonijiet korrispondenti li jgħoddu għall-awtoritajiet tal-Komunità.

2. Data dwar il-persuni jistgħu jinbidlu biss meta l-Parti Kontraenti riceventi tieħu ħsieb tipprotegi dawn id-data b'mod għall-anqas ekwivalenti għal dak applikabbli f'dak il-każ partikolari fil-Parti Kontraenti fornitriċi responsabbli li tissupplixxihom.

3. L-informazzjoni miksuba għandha tintuża biss għall-finijiet ta' dan il-Ftehim. Meta wahda mill-Partijiet Kontraenti titlob l-użu ta' din l-informazzjoni għall-iskopijiet ohra, għandha titlob il-kunsens bil-miktub minn qabel mill-awtorità li tat l-informazzjoni. Barra dan, dan l-użu għandu jkun soggett għal kull restrizzjoni preskritta minn dik l-awtorità.

4. Il-Paragrafu 3 m'għandux itellef l-użu ta' informazzjoni f'kull proċedura ġudizzjarja jew amministrattiva intentata wara għan-nuqqas li tithares il-legislazzjoni fuq il-kontroll tas-sostanzi. L-awtorità kompetenti li pprovdiet dik l-informazzjoni għandha tkun innotifikata b'dan l-użu.

Artikolu 6

Eċċezzjonijiet għall-obbligu biex tingħata l-għajnuna

1. Il-Partijiet Kontraenti jistgħu jirrifjutaw li jagħtu għajnuna kif ipprovdut f'dan il-Ftehim, meta jekk isir dan:

(a) x'aktarx jippreġudika s-sovranità tal-Peru jew ta' Stat Membru tal-Komunità;

(b) x'aktarx jippreġudika l-ordni pubbliku, is-sigurtà jew l-interessi oħra essenzali, partikolarment il-każijiet msemmija fl-Artikolu 5(2); jew

(ċ) tikser sigriet industrijali, kummerċjali jew professjonali.

2. Jekk Parti Kontraenti titlob l-assistenza li hija stess ma tistax tipprovdi għal kollox jew parzjalment wara talba simili, għandha tistqarr din is-sitwazzjoni fit-talba tagħha. Il-Parti Kontraenti l-oħra għandha imbagħad tiddeċiedi f'liema forma tista' tħares it-talba.

3. Jekk l-assistenza hija rifjutata, id-deċiżjoni u r-raġunijiet ta' spjegazzjoni għandhom ikunu nnotifikati mingħajr dewmien lill-Parti Kontraenti l-oħra.

Artikolu 7

Koperazzjoni teknika u xjentifika

Il-Partijiet Kontraenti għandhom jikkooperaw fl-identifikazzjoni ta' metodi ġodda ta' żvijament kif ukoll kontromiżuri xierqa, inkluż koperazzjoni teknika biex jissaħħu l-istrutturi amministrattivi u ta' infurzar f'dan il-qasam u jmexxu ‘il quddiem il-koperazzjoni mal-kummerċ u l-industrija. Din il-koperazzjoni teknika tista' tirrigwarda, partikolarment, il-programmi ta' taħriġ u bdil għall-uffiċjali partikolari kif ukoll it-tagħmir meħtieġ għall-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 8

Miżuri ta' implimentazzjoni

1. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jippruvaw jimplimentaw dan il-Ftehim waqt li jqisu n-neċessità ta' approċ konsistenti tal-leġislazzjoni dwar il-kontroll ta' sostanzi għar-reġjun Amerikan sħiħ.

2. Kull Parti Kontraenti għandha taħtar awtorità kompetenti jew awtoritajiet kompetenti biex jikkoordinaw l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim. Dawn l-awtoritajiet għandhom jikkomunikaw direttament ma' xulxin għall-finijiet ta' dan il-Ftehim.

3. Il-Partijiet Kontraenti għandhom iżommu lil xulxin mgħarrfa bid-disposizzjonijiet li jadottaw għall-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 9

Grupp Konġunt ta' Aġġornament

1. Huwa b'dan imwaqqaf Grupp Konġunt ta' Aġġornament fuq il-kontroll ta' prekursuri u sostanzi kimiki, minn hawn "il quddiem msemmija bħala" Grupp Konġunt ta' Aġġornament', fejn kull Parti Kontraenti f'dan il-Ftehim għandhom ikunu rappreżentati.

2. Il-Grupp Konġunt ta' Aġġornament għandu jaġixxi bi ftehim reċiproku. Għandu normalment jiltaqa' darba f'sena, bid-data, bil-post u bil-programm ikunu iffissati bi ftehim reċiproku. Safejn ikun possibbli, dawn il-laqgħat għandhom ikunu organizzati simultnajament ma' dawk ta' kumitati konġunti oħra jew gruppi konġunti stabbiliti bejn il-Komunità u Stati Membri ta' l-Organizzazzjoni ta' l-Istati Amerikani.

Laqgħat straordinarji tal-Grupp Konġunt ta' Aġġornament jistgħu jitlaqqgħu bi Ftehim tal-Partijiet Kontraenti.

3. Il-Grupp Konġunt ta' Aġġornament għandu jadotta r-regoli tal-proċedura tiegħu stess.

Artikolu 10

Rwol tal-Grupp Kongunt ta' Aġġornament

1. Il-Grupp Konġunt ta' Aġġornament ghandu jamministra dan il-Ftehim u jiżgura l-implimentazzjoni xierqa tiegħu. Ghal dan l-iskop:

- ghandu jistudja u jiżviluppa l-mezzi meħtiega biex jiżgura t-thaddim korrett ta' dan il-Ftehim,

- għandu jkun informat regolarment mill-Partijiet Kontraenti bl-esperjenzi tagħhom fl-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim,

- fil każijiet provduti fil-paragrafu 2, għandu jieħu deciżjonijiet,

- fil każijiet provduti fil-paragrafu 3, ghandu jagħmel rakommandazzjonijiet,

- għandu jistudja u jiżviluppa l-miżuri tekniċi ta' assistenza msemmija fl-Artikolu 7,

- għandu jistudja u jiżviluppa forom oħra possibbli ta' koperazzjoni f'kwistjonijiet dwar prekursuri u sostanzi kimiki.

2. Il-Grupp Konġunt ta' Aġġornament għandu jadotta b'kunsens reċiproku deċiżjonijiet biex ikunu emendati l-Annessi A u B.

Dawn id-deċiżjonijiet għandhom ikunu implimentati mill-Partijiet Kontraenti skond il-leġislazzjoni tagħhom stess.

Jekk, fil-Grupp Konġunt ta' Aġġornament, rappreżentant ta' Parti Kontraenti ikun aċċetta deċiżjoni bla ħsara li jintemmu l-proċeduri meħtieġa għal dak l-għan, id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ, jekk ma jkunx hemm data fiha, fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara dan it-tmiem ikun notifikat.

3. Il-Grupp Konġunt ta' Aġġornament għandu jirrakkomanda lill-Partijiet Kontraenti:

(a) emendi għal dan il-Ftehim;

(b) kull miżura oħra meħtieġa għall-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 11

Ftehim ieħor

1. Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-disposizzjonijiet ta' dan il-Ftehim għandhom jibdlu d-disposizzjonijiet bilaterali li ġew konklużi bejn Stati Membri tal-Komunità individwali jew diversi u l-Peru jekk huma inkompattibbli ma' ta' l-ewwel. Dan il-ftehim bilaterali m'għandux jippreġudika d-disposizzjonijiet tal-Komunità dwar il-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet amministrattivi kompetenti ġewwa l-Komunità minn kull informazzjoni miksuba f'kwistjonijiet koperti b'dan il-Ftehim li jista' jkun ta' interess tal-Komunità.

2. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jinnotifikaw wkoll lil xulxin b'kull miżura f'kwistjonijiet ta' kontroll ta' sostanzi meħuda ma' pajjiżi oħra.

Artikolu 12

Id-dħul fis-seħħ

1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data ta' depożitu ta' l-aħħar strument ta' ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni, skond ir-regoli applikabbli għal kull Parti Kontraenti.

2. L-istrumenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu depożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, li għandu jaġixxi bħala depożitarju.

3. Id-depożitarju għandu jinnotifika l-Partijiet Kontraenti bid-data ta' depożitu ta' l-istrumenti msemmija fil-paragrafu 1 għal kull Parti Kontraenti u d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 13

Tul u denuzja

1. Dan il-Ftehim għandu ikun konkluż għal ħames snin, u, sakemm ma jkunx provdut mod ieħor, għandu jiġġedded taċitament għall-perjodi suċċessivi ta' l-istess tul.

2. Dan il-Ftehim jista' jkun emendat bil-kunsens reċiproku tal-Partijiet Kontraenti.

3. Kull Parti Kontraenti tista' tirtira minn dan il-Ftehim billi tagħti 12-il xahar avviż minn qabel bil-miktub lill-Parti Kontraenti l-oħra.

Artikolu 14

Testijiet awtentiċi

Dan il-Ftehim, li sar f'duplikat bid-Daniż, l-Olandiż, l-Ingliż, il-Filandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, it-Taljan, il-Portugiż, l-Ispanjol u l-Isvediż, it-testijiet kollha jkunu awtentiċi ndaqs, għandu jkun depożitat fl-arkivji tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, li għandu jibgħat kopja ċċertifikata tiegħu lil kull Parti Kontraenti.

Hecho en Madrid, el dieciocho de diciembre de mil novecientos noventa y cinco.Udfærdiget i Madrid den attende december nitten hundrede og femoghalvfems.Geschehen zu Madrid am achtzehnten Dezember neunzehnhundertfünfundneunzig.Έγινε στη Μαδρίτη, στις δεκαοκτώ Δεκεμβρίου χίλια εννιακόσια ενενήντα πέντε.Done at Madrid on the eighteenth day of December in the year one thousand nine hundred and ninety-five.Fait à Madrid, le dix-huit décembre mil neuf cent quatre-vingt-quinze.Fatto a Madrid, addì diciotto dicembre millenovecentonovantacinque.Gedaan te Madrid, de achttiende december negentienhonderd vijfennegentig.Feito em Madrid, em dezoito de Dezembro de mil novecentos e noventa e cinco.Tehty Madridissa kahdeksantenatoista päivänä joulukuuta vuonna tuhatyhdeksänsataayhdeksänkymmentäviisi.Som skedde i Madrid den artonde december nittonhundranittiofem.

Por la Comunidad EuropeaFor Det Europæiske FællesskabFür die Europäische GemeinschaftΓια την Ευρωπαϊκή ΚοινότηταFor the European CommunityPour la Communauté européennePer la Comunità europeaVoor de Europese GemeenschapPela Comunidade EuropeiaEuroopan yhteisön puolestaFör Europeiska gemenskapen

+++++ TIFF +++++

Por la República del PerúFor Republikken PeruFür die Republik PeruΓια τη Δημοκρατία του ΠερούFor the Republic of PeruPour la république du PérouPer la Repubblica del PerùVoor de Republiek PeruPela República do PeruPerun tasavallan puolestaFör Republiken Peru

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS A

Sostanzi soġġetti għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 2(2)

Methyl ethyl ketone

Toluene

Potassium permanganate

Aċidu sulfuriku

Acetone

Ethyl ether

Aċidu idrokloriku

Acetic anhydride

Aċidu Anthranilic

Aċidu Phenylacetic

Piperidine

--------------------------------------------------

ANNESS B

Sostanzi soġġetti għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 2(3)

--------------------------------------------------