21994D1229(03)



Official Journal L 339 , 29/12/1994 P. 0085 - 0085


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 26/94

tat-2 ta' Diċembru 1994

li temenda l-Anness X (Servizzi awdjoviżivi) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li Jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala l-Ftehim, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi r-Risoluzzjoni tal-Kunsill 94/C 181/02 tas-27 ta' Ġunju 1994 dwar qafas għal politika tal-Komunità dwar ix-xandir vidjo diġitali [1] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Dan li ġej għandu jiġi miżjud fl-Anness X għall-Ftehim wara l-punt 1 (Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE):

"ATTI LI L-PARTIJIET KONTRAENTI GĦANDHOM JIEĦDU NOTA TAGĦHOM

Il-Partijiet Kontraenti jieħdu nota tal-kontenut ta' l-atti li ġejjin:

2. 394 Y 0702(02): Billi r-Risoluzzjoni tal-Kunsill 94/K 181/02 tas-27 ta' Ġunju 1994 dwar qafas għal politika tal-Komunità dwar ix-xandir video diġitali (ĠU C 181, tat-2.7.1994, p. 3)."

.

Artikolu 2

It-testi tar-Risoluzzjoni tal-Kunsill 94/K 181/02 fil-lingwa Finlandiża, Islandiża, Norveġiża u Svediża, li huma annessi għall-verżjonijiet tal-lingwi rispettivi ta' din id-Deċiżjoni huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta' Frar 1995, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fit-2 ta' Diċembru 1994.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

H. Hafstein

[1] ĠU C 181, tat-2.7.1994, p. 3.

--------------------------------------------------