21994D1229(02)



Official Journal L 339 , 29/12/1994 P. 0084 - 0084


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 25/94

tat-2 ta' Diċembru 1994

li temenda l-Anness VII (Rikonoxximent ta' wieħed lill-ieħor ta' Kwalifiċi Professjonali) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li Jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala l-Ftehim, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi l-Anness VII għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 7/94 tal-21 ta' Marzu 1994 li jemenda l-Protokoll 47 u ċerti l-Annessi għall-Ftehim taż-ŻEE [1];

Billi d-Direttiva tal-Kummissjoni 94/38/KE tas-26 ta' Lulju 1994 [2] li temenda l-Annessi Ċ u D tad-Direttiva tal-Kunsill 92/51/KEE tat-18 ta' Ġunju 1992 dwar tieni sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta' edukazzjoni u taħriġ professjonali sabiex tissupplimenta d-Direttiva 89/48/KEE għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

1. Dan li ġej għandu jiddaħħal fl-Anness VII għall-Ftehim fil-punt 1a (Direttiva tal-Kunsill 92/51/KEE) qabel l-addattamenti:

", kif emendata bi:

- 394 L 0038: Billi d-Direttiva tal-Kummissjoni 94/38/KE tas-26 ta' Lulju 1994 li temenda l-Annessi Ċ u D tad-Direttiva tal-Kunsill 92/51/KEE tat-18 ta' Ġunju 1992 dwar tieni sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta' edukazzjoni u taħriġ professjonali sabiex tissupplimenta d-Direttiva 89/48/KEE (ĠU L 217, tat-23.8.1994, p. 8)."

.

2. Għandu jiġi miżjud l-addattament li ġej wara addattament (b):

"(ċ) Iż-żjidiet għal l-Anness Ċ elenkati fl-addattament (b) għandhom jinqraw flimkien mal-lista inkluża fl-Anness II għad-Direttiva tal-Kummissjoni 94/38/KE."

.

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva tal-Kummissjoni 94/38/KE fil-lingwa Finlandiża, Islandiża, Norveġiża u Svediża, li huma annessi għall-verżjonijiet tal-lingwi rispettivi ta' din id-Deċiżjoni huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta' Jannar 1995, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fit-2 ta' Diċembru 1994.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

H. Hafstein

[1] ĠU L 160, tat-28.6.1994, p. 1.

[2] ĠU L 217, 23.8.94, p. 8.

--------------------------------------------------