21994D1217(02)



Official Journal L 325 , 17/12/1994 P. 0065 - 0065
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 14 P. 0068
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 14 P. 0068


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 14/94

tat-28 ta' Ottubru 1994

li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li Jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala l-Ftehim, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi d-Direttiva 94/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Marzu 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar l-apparat u sistemi ta' protezzjoni maħsubin sabiex jintużaw f'ambjenti li jistgħu jkunu splussivi [1] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt il-ġdid li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 7 (Direttiva tal-Kunsill 90/385/KEE) tal-Kapitolu X ta' l-Anness II għall-Ftehim:

"7a. 394 L 0009: Id-Direttiva 94/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Marzu 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar l-apparat u sistemi ta' protezzjoni maħsubin sabiex jintużaw f'ambjenti li jistgħu jkunu splussivi (ĠU L 100, tad-19.4.1994, p. 1)."

.

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 94/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-lingwa Finlandiża, Islandiża, Norveġiża u Svediża, li huma annessi għall-verżjonijiet tal-lingwi rispettivi ta' din id-Deċiżjoni huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta' Diċembru 1994, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fit-28 ta' Ottubru 1994.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

H. Hafstein

[1] ĠU L 100 tad-19.4.1994, p. 1.

--------------------------------------------------