Official Journal L 325 , 17/12/1994 P. 0064 - 0064
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 14 P. 0067
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 14 P. 0067
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 13/94 tat-28 ta' Ottubru 1994 li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li Jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala l-Ftehim, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi d-Direttiva tal-Kummissjoni 94/1/KE tas-6 ta' Jannar 1994 li taddatta xi teknikalitajiet tad-Direttiva tal-Kunsill 75/324/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar l-aerosol dispensers [1] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Dan li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 1 (Direttiva tal-Kunsill 75/324/KEE) tal-Kapitolu VIII ta' l-Anness II għall-Ftehim: ", kif emendata bi: - 394 L 0001: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 94/1/KE tas-6 ta' Jannar 1994 (ĠU L 23, tat-28.1.1994, p. 18)." Artikolu 2 It-testi tad-Direttiva tal-Kummissjoni 94/1/KE fil-lingwa Finlandiża, Islandiża, Norveġiża u Svediża, li huma annessi għall-verżjonijiet tal-lingwi rispettivi ta' din id-Deċiżjoni huma awtentiċi. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta' Diċembru 1994, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Brussel, fit-28 ta' Ottubru 1994. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President H. Hafstein [1] ĠU L 23, tat-28.1.1994, p. 28. --------------------------------------------------