21994A1231(38)



Official Journal L 366 , 31/12/1994 P. 0022 - 0024
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 37 P. 0273
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 37 P. 0273
L 378 31/12/1994 P. 0002


It-tieni protokoll addizzjonali

tal-Ftehim Ewropew bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti l-waħda, u r-Repubblika tal-Bulgarija, mill-parti l-oħra, u għall-Ftehim Interim dwar il-kummerċ u l-materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, mill-parti l-waħda, u r-Repubblika tal-Bulgarija, mill-parti l-oħra

IL-KOMUNITAJIET EWROPEJ U L-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-FAĦAM U L-AZZAR, minn hawn ‘il quddiem imsejħa ‘il-Komunità.

IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

mill-parti l-oħra,

Billi, il-Ftehim Ewropew jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom u r-Repubblika tal-Bulgarija (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim Ewropew") kien iffirmat fi Brussel fit-8 ta' Marzu 1993, u għadu ma daħalx fis-seħħ;

Billi, sa ma jidħol fis-seħħ il-Ftehim Ewropew, id-disposizzjonijiet tiegħu dwar il-kummerċ u l-materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, minn parti l-waħda, u r-Repubblika tal-Bulgarija, mill-parti l-oħra (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim Interim") iffirmat fi Brussel fit-8 ta' Marzu 1993;

Billi, l-Ftehim Ewropew u l-Ftehim Interim kienu emendati mill-Protokoll Addizzjonali ffirmat fil-21 ta' Diċembru 1993, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ l-Ewwel Protokoll Addizzjonali;

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU l-importanza kruċjali tal-kummerċ fit-transizzjoni lejn ekonomija tas-suq;

Filwaqt li jżommu f'moħħhom ir-rieda tal-Komunità li l-iskeda tad-disposizzjonijiet kummerċjali tar-Repubblika tal-Bulgarija inklużi fil-Ftehim Ewropew u f'dak Interim titqiegħed fuq l-istess linja ma dawk tal-pajjiżi assoċjati fil-Visegrad;

Filwaqt li jżommu f'moħħhom l-għanijiet tal-Ftehim Ewropew u, b'mod partikolari, dawk imsemmija fl-Artikolu 1 tiegħu;

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interim,

WARA LI DDEĊIDEW li jikkonkludu dan il-Protokoll u għal dan il-għan innominaw bħala l-plenipotenzarji tagħhom:

IL-KOMUNITÀ EWROPEA

IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA:

LI, wara li skambjaw il-Pjeni Poteri tagħhom, li nstabu li kienu tajbin u fil-forma dovuta,

FTEHMU kif ġej:

Artikolu 1

L-Artikolu 4(3) tal-Ftehim Interim u l-Artikolu 10(3) tal-Ftehim Ewropew kif emendat bl-Ewwel Protokoll Addizzjonali għandu jkun sostitwit b'dan it-test li ġej:

"3. Il-prodotti ta' oriġini Bulgara mniżżla fl-Anness III għandhom jibbenefikaw minn sospensjoni tad-dazji doganali fuq l-importazzjoni fil-limiti tal-kwoti Komunitarji annwali tat-tariffa jew il-limiti massimi li jiżdiedu progressivament skond il-kondizzjonijiet definiti f'dak l-Anness biex jaslu għall-abolizzjoni kompleta tad-dazji doganali fuq l-importazzjoni tal-prodotti konċernati sat-tmiem tat-tieni sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim.

Fl-istess ħin id-dazji doganali fuq l-importazzjoni applikabbli biex jiġu importati kwantitajiet li jiskorru l-kwoti jew il-limiti massimi provduti għal dak hawn fuq imsemmi għandhom jiżżarmaw progressivament mid-dħul fis-seħħ tal-Ftehim permezz ta' tnaqqis ta' kull sena ta' 15 % tad-dazju bażiku. Sa tmiem it-tieni sena, id-dazji li jibqgħu għandhom ikunu aboliti."

Artikolu 2

In-noti fil-qiegħ tal-paġna ta' l-Anness III mal-Ftehim Interim u ta' l-Anness III mal-Ftehim l-Ewropa m'għadhomx iżjed applikabbli.

Artikolu 3

Dan it-test li ġej għandu jissostitwixxi l-punt 1(b) tal-paragrafu introduttorju mdaħħal fl-Annessi XIa, XIIIa u XIIIb mal-Ftehim Interim u fl-Annessi XIa, XIIIa u XIIIb mal-Ftehim Ewropew bl-Ewwel Protokoll Addizzjonali:

"1. b) Il-kwantitajiet f'tunellati metriċi stabbiliti għas-sena 5 m'għandhomx jgħoddu u l-kwantitajiet stabbiliti għas-sena 5 għandhom ikunu applikabbli għas-sena 4 li tibda fl-1 ta' Lulju 1995."

Artikolu 4

1. Fil-paragrafu li jintroduċi l-Artikolu 2(1) tal-Protokoll 1 dwar it-tessuti u l-prodotti ta' l-ilbies li hemm mal-Ftehim Interim u l-Protokoll 1 dwar it-tessuti u l-prodotti ta' l-ilbies li hemm mal-Ftehim Ewropew kif emendat mill-Ewwel Protokoll Addizzjonali, "eliminazzjoni fi tmiem perjodu ta' ħames snin" għandu jkun sostitwit minn "eliminazzjoni fi tmiem perjodu ta' erba' snin".

2. L-aħħar żewġ inċiżi ta' l-Artikolu 2(1) tal-Protokoll 1 dwar it-tessuti u l-prodotti ta' l-ilbies li hemm mal-Ftehim Interim u l-Protokoll 1 dwar it-tessuti u l-prodotti ta' l-ilbies li hemm mal-Ftehim Ewropew kif emendat mill-Ewwel Protokoll Addizzjonali, għandhom ikunu sostitwiti b'dan it-test li ġej:

"fil-bidu tal-ħames sena id-dazji li jibqgħu għandhom ikunu eliminati"

.

Artikolu 5

Fl-Anness I tal-Protokoll 3 dwar prodotti agrikoli proċessati li hemm mal-Ftehim Interim u tal-Protokoll 3 fuq prodotti agrikoli proċessati li hemm mal-Ftehim Ewropew, il-għadd ta' snin li warajhom ir-rata finali ta' dazju tkun applikabbli, kif stabbilita fil-kolonna 7, għandha tinbidel minn erba' għal tlieta fil-każ ta' prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi CN 1803, 18040000 u 18050000.

Fl-Anness II tal-Protokoll 3 dwar prodotti agrikoli proċessati li hemm mal-Ftehim Interim u l-Protokoll 3 dwar prodotti agrikoli proċessati li hemm mal-Ftehim Ewropew, il-kwantitajiet f'tunellati metriċi stabbiliti għall-1996 għandhom jitħassru u l-kwantitajiet f'tunellati metriċi stabbiliti mill-1977 ‘il quddiem għandhom ikunu applikabbli mill-1996 ‘il quddiem.

Artikolu 6

Fl-Anness II u fl-Anness għall-Appendiċi B tal-Protokoll Addizzjonali li hemm mal-Ftehim Ewropew dwar il-kummerċ fi prodotti tat-tessuti bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Bulgarija, għandhom jitħassru l-limiti kwantitattivi stabbiliti fl-1998. Fil-Minuta Maqbula Nru 5, "perjodu ta' ħames snin li jibda mill-1 ta' Jannar 1994" għandu jiġi sostitwit minn "perjodu ta' erba' snin li jibda mill-1 ta' Jananr 1994".

Artikolu 7

Dan il-Protokoll għandu jifforma parti integrali mill-Ftehim Interim u mill-Ftehim Ewropew.

Artikolu 8

Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar li jiġi wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin dwar it-tmiem tal-proċeduri meħtieġa għal dak il-għan. Dan il-Protokoll għandu jibda jgħodd mill-1 ta' Jannar 1995.

Jekk dan il-Protokoll jidħol fis-seħħ wara l-1 ta' Jannar 1995, xi dazji mħallsa li ma kinux ikunu pagabbli fil-Protokoll kieku dan ikun daħal fis-seħħ u d-disposizzjonijiet tiegħu ma jkunux ġew implimentati f'dik id-data għandhom jingħataw lura u din ir-rifużjoni għandu titqies li tikkostitwixxi konformità sħiħa ma' l-obbligu li ma jkunux imposti dazji bħal dawn.

Artikolu 9

Dan il-Protokoll għandu jsir f'żewġ kopji bid-Daniż, Olandiż, Ingliż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Taljan, Portugiż, Spanjol u Bulgaru, filwaqt li kull wieħed minn dawn it-testi jkun awtentiku daqs l-oħrajn.

F'isem il-Komunità għar-Repubblika tal-Bulgarija.

--------------------------------------------------