21994A1231(27)



Official Journal L 358 , 31/12/1994 P. 0217 - 0218
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 39 P. 0217
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 39 P. 0217


Ftehim

fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Bulgarija dwar ċerti arranġamenti għall-annimali bovini ħajjin

A. Ittra mill-Komunità

Sinjur,

Għandi l-unur nirreferi għad-diskussjonijiet li saru fil-kuntest tan-negozjati tal-Ftehim Ewropew bejn il-Komunità u l-Bulgarija dwar l-arranġamenti tas-suq applikabbli ma' xi prodotti agrikoli.

Minn hawn nikkonferma li l-Komunità tieħu l-miżuri neċessarji biex lill-Bulgarija tagħtiha aċċess sħiħ għall-arranġamenti ta' importazzjoni għall-annimali bovini ħajjin kif stabbilit minn l-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 805/68, taħt l-istess kondizzjonijiet bħall-Ungerija, il-Polonja u ċ-Ċekoslovakkja, wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Jekk tħabbir jikxef li l-importazzjonijiet fil-Komunità jista' jaqbeż l-425000 ras ta' baqra, minn hemm 'il quddiem jippreżenta riskju ta' inkwiet serju fis-suq taċ-ċanga u l-vitella, il-Komunità jkollha d-dritt li tadotta l-miżuri xierqa maniġerjali li tagħhom hemm referenza fir-Regolament għall-Kunsill (KEE) Nru 1157/92 u fil-Ftehim Ewropej ma' l-Ungerija, il-Polonja u ċ-Ċekoslovakkja mingħajr preġudizzju fuq l-ebda dritt ieħor mitħaddet mill-Ftehim. F'dan il-kuntest, importazzjonijiet ta' annimali bovini ħajjin mhux koperti mill-estimi li tagħhom hemm referenza fl-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 805/68 jew mill-Ftehim Ewropej iridu jkunu limitati għal għoġġiela li ma jaqbżux il-piż ħaj ta' 80 kilogramma.

Jien inkunlek obbligat jekk tikkonferma li l-Gvern tiegħek jaqbel ma' dak li hawn imniżżel hawn fuq.

Jekk jogħġbok aċċetta, Sinjur, l-assigurazzjoni ta' l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi.

Għall-Kummissjoni

B. Ittra mill-Bulgarija

Sinjur,

Għandi l-unur li nirrikonoxxi l-irċevuta ta' l-ittra tiegħek tad-data tal-lum li tinqara kif ġej:

"Għandi l-unur nirreferi għad-diskussjonijiet li saru fil-kuntest tan-negozjati tal-Ftehim Ewropew bejn il-Komunità u l-Bulgarija dwar l-arranġamenti tas-suq applikabbli ma' xi prodotti agrikoli.

Minn hawn nikkonferma li l-Komunità tieħu l-miżuri neċessarji biex lill-Bulgarija tagħtiha aċċess sħiħ għall-arranġamenti ta' importazzjoni għall-annimali bovini ħajjin kif stabbilit minn l-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 805/68, taħt l-istess kondizzjonijiet bħall-Ungerija, il-Polonja u ċ-Ċekoslovakkja, wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

Jekk tħabbir jikxefli l-importazzjonijiet fil-Komunità jista' jaqbeż l-425000 ras ta' baqra, minn hemm 'il quddiem jippreżenta riskju ta' inkwiet serju fis-suq taċ-ċanga u l-vitella, il-Komunità jkollha d-dritt li tadotta l-miżuri xierqa maniġerjali li tagħhom hemm referenza fir-Regolament għall-Kunsill (KEE) Nru 1157/92 u fil-Ftehim Ewropej ma' l-Ungerija, il-Polonja u ċ-Ċekoslovakkja mingħajr preġudizzju fuq l-ebda dritt ieħor mitħaddet mill-Ftehim. F'dan il-kuntest, importazzjonijiet ta' annimali bovini ħajjin mhux koperti mill-estimi li tagħhom hemm referenza fl-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 805/68 jew mill-Ftehim Ewropew iridu jkunu limitati għal għoġġiela li ma jaqbżux il-piż ħaj ta' 80 kilogramma.

Jien inkunlek obbligat jekk tikkonferma li l-Gvern tiegħek jaqbel ma' dak li hawn imniżżel hawn fuq."

Għandi l-unur li nikkonferma li l-Gvern tal-Bulgarija qiegħed fi ftehim mal-kontenut ta' l-ittra tiegħek.

Jekk jogħġbok aċċetta, Sinjur, l-assigurazzjoni ta' l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi.

Għall-Gvern tal-Bulgarija

--------------------------------------------------