21994A1231(26)



Official Journal L 358 , 31/12/1994 P. 0215 - 0216
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 39 P. 0215
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 39 P. 0215


Ftehim

fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Bulgarija dwar l-infrastruttura tat-trasport intern

A. Ittra mill-Komunità

Sinjur,

Għandi l-unur li nikkonferma li l-Komunità, kif iddikjarat waqt in-negozjar tal-Ftehim Ewropew bejn il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, mill-parti l-waħda, u l-Bulgarija, mill-parti l-oħra, hija konxja bis-sħiħ dwar il-problemi infrastrutturali u ambjentali li qiegħda taffaċċja l-Bulgarija fis-settur tat-trasport u li se tipprovdi, kif inhu xieraq, taħt l-arranġamenti finanzjarji ssettjati mill-Ftehim Ewropew, l-iffinanzjar tat-titjib ta' l-infrastruttura tat-trasport intern, inklużi t-toroq, il-mogħdijiet tal-ferroviji, kanali ta' l-ilma u infrastruttura magħquda tat-trasport.

Nieħu nota tal-fatt li l-Bulgarija esprimiet bżonn urġenti għall-assistenza finanzjarja biex tadotta l-infrastruttura tat-trasport intern tagħha għall-volum ta' traffiku li qed jikber li qed jaqsam it-territorju tagħha.

Il-Partijiet jaqblu li huma għandhom jagħmlu ħilithom, inizjalment taħt it-termini tal-ftehim li jeżisti diġà tan-negozju u l-koperazzjoni, biex isibu l-mezzi li biex jikkontribwixxu għat-titjib ta' l-infrastruttura msemmija, b'mod partikolari għall-modernizzazzjoni u l-kostruzzjoni ta' linji ferrovjarji u toroq għall-karozzi bejn Kulata u Sofija u bejn Sofija u Vidin, u għall-modernizzazzjoni ta' l-infrastruttura tal-kanal ta' l-ilma tad-Danubju u l-konnessjonijiet tiegħu internazzjonali, mingħajr preġudizzju għall-istima tal-proġetti bi qbil mal-proċeduri li daħlu fis-seħħ.

Jien inkun obbligat jekk tikkonferma li l-Gvern tiegħek jaqbel ma' dan ta' fuq.

Jekk jogħġbok aċċetta, Sinjur, l-assiguarazzjoni ta' l-ogħla kunsiderazzjoni tiegħi.

Għall-Kummissjoni

B. Ittra mill-Bulgarija

Sinjur,

Għandi l-unur li nirrikonoxxi l-irċevuta ta' l-ittra tiegħek tad-data tal-lum li tinqara kif ġej:

"Għandi l-unur li nikkonferma li l-Komunità, kif iddikjarat waqt in-negozjar tal-Ftehim Ewropew bejn il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, mill-parti l-waħda, u l-Bulgarija, mill-parti l-oħra, hija konxja bis-sħiħ fuq il-problemi infrastrutturali u ambjentali li qiegħda tiffaċċja l-Bulgarija fis-settur tat-trasport u li ser tipprovdi, kif inhu xieraq, taħt l-arranġamenti finanzjarji ssettjati mill-Ftehim Ewropew, l-iffinanzjar tat-titjib ta' l-infrastruttura tat-trasport intern, inklużi t-toroq, il-mogħdjiet tal-ferroviji, kanali ta' l-ilma u infrastruttura magħquda tat-trasport.

Nieħu nota tal-fatt li l-Bulgarija esprimiet bżonn urġenti għall-assistenza finanzjarja biex tadotta l-infrastruttura tat-trasport intern tagħha għall-volum ta' traffiku li qed jikber li qed jaqsam it-territorju tagħha.

Il-Partijiet jaqblu li huma għandhom jagħmlu ħilithom, inizjalment taħt it-termini tal-ftehim li jeżisti diġà tan-negozju u l-koperazzjoni, biex isibu l-mezzi li biex jikkontribwixxu għat-titjib ta' l-infrastruttura msemmija, b'mod partikulrai għall-modernizzazzjoni u l-kostruzzjoni ta' linji ferrovjarji u toroq għall-karozzi bejn Kulata u Sofija u bejn Sofija u Vidin, u għall-modernizzazzjoni ta' l-infrastruttura tal-kanal ta' l-ilma tad-Danubju u l-konnessjonijiet tiegħu internazzjonali, mingħajr preġudizzju għall-istima tal-proġetti bi qbil mal-proċeduri li daħlu fis-seħħ.

Jien inkun obbligat jekk tikkonferma li l-Gvern tiegħek jaqbel ma' dan ta' hawn fuq."

Għandi l-unur li nikkonferma li l-Gvern tal-Bulgarija jaqbel mal-kontenut ta' l-ittra tiegħek.

Jekk jogħġbok aċċetta, Sinjur, l-assiguarazzjoni ta' l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi.

Għall-Gvern tal-Bulgarija

--------------------------------------------------