Official Journal L 073 , 16/03/1994 P. 0020 - 0045
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 29 P. 0239
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 29 P. 0239
Konvenzjoni fuq il-protezzjoni ta' l-ambjent tal-baħar taż-Żona tal-Baħar Baltiku, 1992 IL-PARTIJIET KONTRAENTI, WAQT LI JAGĦRFU l-valuri kbar ta' l-ambjent tal-baħar ta' l-inħawi tal-Baħar Baltiku, il-karatteristiċi idrografiċi u ekoloġiċi eċċezzjonali tiegħu, kif ukoll is-sensittività tar-riżorsi ħajjin għal bidliet li qed iseħħu fl-ambjent; WAQT LI JŻOMMU F'MOĦĦHOM il-valuri storiċi u ekonomiċi, soċjali u kulturali preżenti ta' l-inħawi tal-Baħar Baltiku, għall-ġid u l-iżvilupp tal-popli ta' dak ir-reġjun; WAQT LI JINNUTAW il-problema kbira ta' tniġġiż li ma jieqaf qatt li hemm fl-inħawi tal-Baħar Baltiku; WAQT LI JIDDIKJARAW ir-rieda sħiħa tagħhom li jiżguraw ir-restawr ekoloġiku tal-Baħar Baltiku, waqt li jiżguraw ukoll il-possibbilità li l-ambjent tal-baħar ikun riġenerat fih innifsu waqt li jinżamm il-bilanċ ekoloġiku tiegħu; WAQT LI JAGĦRFU li l-ħarsien u t-tisħiħ ta' l-ambjent tal-baħar ta' l-inħawi tal-Baħat Baltiku huwa xogħol li ma jistax isir b'mod effettiv bi sforzi nazzjonali biss, iżda b'koperazzjoni reġjonali mill-qrib u b'miżuri internazzjonali oħra xierqa; WAQT LI JAPPREZZAW il-kisbiet fil-ħarsien ta' l-ambjent fil-qafas tal-Konvenzjoni fuq il-Ħarsien ta' l-Ambjent tal-Baħar ta' l-Inħawi tal-Baħar Baltiku ta' l-1974, u s-sehem tal-Kummissjoni dwar il-Ħarsien ta' l-Ambjent tal-Baħar Baltiku miġjuba fiha; WAQT LI JAGĦMLU SEJĦA għad-disposizzjonijiet u l-prinċipji tad-Dikjarazzjoni tal-Konferenza ta' Stokkolma fuq l-Ambjent tal-Bniedem ta' l-1972 u l-Att Finali tal-Konferenza fuq is-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa (CSCE) ta' l-1975; XEWQANA li jsaħħu l-koperazzjoni ma' organizzazzjonijiet reġjonali li jkunu kompetenti, bħall-Kummissjoni Internazzjonali dwar is-Sajd fil-Baħar Baltiku li kienet twaqqfet bil-Konvenzjoni ta' Gdansk fuq is-Sajd u l-Konservazzjoni tar-Riżorsi Ħajjin fil-Baħar Baltiku u l-Belts ta' l-1973; WAQT LI JILQGĦU d-Dikjarazzjoni tal-Baħar Baltiku li kienu għamlu l-Istati tal-Baltiku u oħrajn interessati, il-Komunità Ekonomika Ewropea u istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali li kienu qed jikkoperaw flimkien waqt l-Assemblea ta' Ronneby fl-1990, kif ukoll il-Programm Komprensiv Konġunt maħsub biex ikun hemm pjan ta' azzjoni konġunta biex l-inħawi tal-Baħar Baltiku jkollhom bilanċ ekoloġiku tajjeb; KONXJI mill-importanza tat-trasparenza u l-għarfien pubbliku kif ukoll mix-xogħol li sar minn organizzazzjonijiet non-governattivi għall-ħarsien b'suċċess ta' l-inħawi tal-Baħar Baltiku; WAQT LI JILQGĦU l-opportunitajiet imtejba għal koperazzjoni aktar mill-qrib li nfetħu bl-iżviluppi politiċi li seħħew dan l-aħħar fl-Ewropa fuq il-bażi ta' koperazzjoni paċifika u ftehim reċiproku; DETERMINATI li jinkludu dawn l-iżviluppi f'politika ambjentali u liġi ambjentali internazzjonali f'Konvenzjoni ġdida li għandha testendi, issaħħaħ u ġġedded ir-reġim legali għall-ħarsien ta' l-ambjent tal-baħar ta' l-inħawi tal-Baħar Baltiku; FTIEHMU dan li ġej: Artikolu 1 Iż-Żona tal-Konvenzjoni Din il-Konvenzjoni għandha tgħodd għaż-żona tal-Baħar Baltiku. Għall-għanijiet ta' din il-Konvenzjoni "iż-żona tal-Baħar Baltiku" għandha tkun il-Baħar Baltiku u d-daħla tal-Baħar Baltiku mdawra bil-parallel ta' Skaw fi Skagerrak fil-posizzjoni 57°44,43`N. Din tinkludi l-passaġġi fuq l-ilma interni, għall-għan ta' din il-Konvenzjoni, l-ilmijiet fuq in-naħa ta' l-art tal-linji bażiċi li minnhom titkejjel il-wisa' tal-baħar territorjali sal-limitu ta' l-art skond id-deskrizzjoni mill-Partijiet Kontraenti. Għall-għanijiet ta' din il-Konvenzjoni, Parti Kontraenti għandha, fiż-żmien tad-depożitu ta' l-istrument tar-ratifika, l-approvazzjoni jew is-sħubija, tgħarraf lid-depożitarju bid-deskrizzjoni tal-passaġġi fuq l-ilma interni tagħha. Artikolu 2 Definizzjonijiet Għall-għanijiet ta' din il-Konvenzjoni: 1. "tniġġiż" tfisser id-dħul mill-bniedem, direttament jew indirettament, ta' sustanzi jew enerġija fil-baħar, inklużi dawk dawk estwarji, li jistgħu jikkawżaw perikli għas-saħħa tal-bniedem, jagħmlu ħsara lir-riżorsi ħajjin u lill-ekosistemi tal-baħar, jikkawżaw ostaklu għall-użi leġittmi tal-baħar inkluż is-sajd, ifixxklu l-kwalità għall-użu ta' l-ilma baħar, kif ukoll iwasslu għal tnaqqis fil-faċilitajiet; 2. "tniġġiż minn sorsi bbażati fuq l-art" tfisser tniġġiż tal-baħar minn postijiet jew punti ta' tixrid mis-sorsi kollha fuq l-art li jilħqu l-baħar li jkunu ġejjin mill-ilma, mill-ajru jew inkella direttament mill-kosta. Dan jinkludi tniġġiż minn kull disponiment intenzjonali fil-qiegħ tal-baħar b'aċċess mill-art permezz ta' xi mina, linja ta' pajpijiet jew inkella xi mezzi oħra; 3. "vapur" tfisser biċċa tal-baħar ta' kull tip li tkun taħdem fl-ambjent tal-baħar; dawn jinkludu dgħajjes ħajdrofojl, vetturi b'kuxxin ta' l-arja, biċċiet ta' taħt il-baħar, opri li jżommu f'wiċċ l-ilma u pjattaformi fissi jew li jżommu f'wiċċ l-ilma; 4. (a) "rimi ta' skart" tfisser: (i) kull disponiment intenzjonali fil-baħar jew f'qiegħ il-baħar ta' skart jew materja oħra minn vapuri, minn strutturi oħra magħmula mill-bniedem fil-baħar jew minn ajruplani; (ii) kull disponiment intenzjonali fil-baħar minn vapuri, minn strutturi oħra magħmula mill-bniedem fil-baħar jew minn ajruplani; (b) "ir-rimi ta' skart" ma jinkludix: (i) id-disponiment fil-baħar ta' skart jew materjal ieħor b'mod aċċidentali, jew li jkun ġej mit-tħaddim normali tal-vapuri, minn strutturi oħra magħmula mill-bniedem fil-baħar jew minn ajruplani jew mit-tagħmir tagħhom, ħlief skart jew materja oħra li jkunu nġarru minn jew lejn il-vapuri, strutturi oħra magħmula mill-bniedem fil-baħar jew ajruplani, li jkunu jaħdmu apposta biex jiddisponu minn din il-materja, jew li tkun ġejja mit-trattament ta' dan l-iskart jew materjal ieħor, fuq dawn il-vapuri, strutturi jew ajruplani; (ii) it-tpoġġija ta' materja għal għan għajr dak tad-disponiment minnha, sakemm din it-tpoġġija ma tkunx tmur kontra l-għanijiet tal-Konvenzjoni preżenti; 5. "inċinerazzjoni" tfisser il-ħruq intenzjonali ta' skart jew materja oħra fil-baħar għall-qerda tagħhom bis-sħana. Attivitajiet inċidentali għat-tħaddim normali ta' vapuri jew strutturi oħra magħmula mill-bniedem huma esklużi mill-għan ta' din id-definizzjoni; 6. "żejt" tfisser karburant ta' kull għamla inkluż iż-żejt mhux maħdum, żejt karburanti, ħama, skart taż-żejt u prodotti raffinati; 7. "sustanzi li jagħmlu ħsara" tfisser kull sustanza li, jekk tiddaħħal fil-baħar, x'aktarx tikkawża t-tniġġiż; 8. "sustanzi perikolużi" tfisser kull sustanza perikoluża li, minħabba l-karatteristiċi intrinsiċi tagħha, tkun waħda persistenti, tossika jew li twassal għall-bio-akkumulat; 9. "inċident ta' tniġġiż" tfisser inċident jew sensiela ta' inċidenti li jkollhom l-istess oriġini, li jwassal jew jista' jwassal fi ħruġ ta' żejt jew sustanzi oħra perikolużi u li joħloq jew jista' joħloq theddida għall-ambjent tal-baħar tal-Baħar Baltiku, jew lill-kosta, jew inkella lill-interessi relatati ta' waħda mill-Partijiet Kontraenti jew aktar, u li dan ikun jeħtieġ ħidmiet ta' emerġenza jew oħrajn immdejati; 10. "organizzazzjoni reġjonali ta' integrazzjoni ekonomika" tfisser kull organizzazzjoni magħmula minn Stati sovrani, li lilhom l-Istati Membri tagħhom ikunu għaddewlhom il-kompetenzi dwar materji rregolati minn din il-Konvenzjoni, inklużi l-kompetenzi biex dawn jidħlu fi ftehim internazzjonali dwar dawn il-materji; 11. "il-Kummissjoni" tfisser il-Kummissjoni dwar il-Ħarsien ta' l-Ambjent tal-Baħar Baltiku msemmija fl-Artikolu 19. Artikolu 3 Il-Prinċipji u l-obbligi fundamentali 1. Il-Partijiet Kontraenti għandhom, individwalment jew b'mod konġunt, jieħdu l-miżuri kollha leġislattivi, amministrattivi xierqa jew oħrajn relevanti biex ikun evitat jew imneħħi t-tniġġiż ħalli jitmexxa 'l quddiem ir-restawr ekoloġiku taż-żona tal-Baħar u biex jinżamm tajjeb il-bilanċ ekoloġiku fih. 2. Il-Partijiet Kontraenti għandhom japplikaw il-prinċipju ta' prekawzjoni, i.e., li jieħdu l-miżuri preventivi meta jkun hemm raġuni li jassumu li s-sustanzi jew enerġiji li jkunu ddaħħlu, direttament jew indirettament, fl-ambjent tal-baħar dawn jistgħu joħolqu perikli għas-saħħa tal-bniedem, jagħmlu ħsara lir-riżorsi ħajjin u lill-ekosistemi tal-baħar, jagħmlu ħsara lill-faċilitajiet, jew inkella jitħalltu ma' użi leġittmi oħra tal-baħar anki meta ma jkun hemm l-ebda xiehda konklussiva ta' relazzjoni każwali bejn il-postijiet fejn jintefa' l-iskart u l-allegati effetti li dawn iħallu warajhom. 3. Biex ikun evitat jew eliminat it-tniġġiż fl-inħawi tal-Baħar Baltiku, il-Partijiet Kontraenti għandhom imexxu 'l quddiem l-użu ta' l-aħjar prattiċi ambjentali u l-aħjar teknoloġija disponibbli. Jekk it-tnaqqis ta' postijiet fejn jintrema l-iskart, li jkun ġej mill-użu ta' l-aħjar prattiċi ambjentali u mill-aħjar teknoloġija disponibbli, kif deskritt fl-Anness II, ma jwassalx għal riżultati li jkunu ambjentalment aċċettabbli, għandhom jittieħdu miżuri addizzjonali. 4. Il-Partijiet Kontraenti għandhom japplikaw il-prinċipju ta' min iniġġeż iħallas. 5. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jiżguraw li l-qisien u l-kalkoli ta' emissjonijiet minn għejun ta' punti ta' skart fl-ilma jew fl-arja u ta' inputs minn għejun ta' taħlit ta' skart fl-ilma u l-arja jsiru b'mod xjentifiku biex issir valutazzjoni ta' l-istat ta' l-ambjent tal-baħar ta' l-inħawi tal-Baħar Baltiku, waqt li jiżguraw l-implimentazzjoni ta' din il-Konvenzjoni. 6. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jagħmlu użu mill-aħjar sforzi tagħhom biex jiżguraw li l-implimentazzjoni ta' din il-Konvenzjoni ma twassalx biex ikun hemm tniġġiż transterritorjali f'inħawi 'l barra miż-żona tal-Baħar Baltiku. Aktar minn hekk, il-miżuri relevanti la għandhom iwasslu għal sforzi li ma jkunux ambjentalment aċċettabbli fuq il-kwalità ta' l-arja u l-atmosfera jew fl-ilma, il-ħamrija u l-ilma ġieri, jew għal żieda fid-disponiment ta' skart jew f'disponiment li jkun jagħmel ħsara mhux aċċettabbli, u lanqas għal żieda fir-riskji għas-saħħa tal-bniedem. Artikolu 4 L-Applikazzjoni 1. Din il-Konvenzjoni għandha tgħodd għall-ħarsien ta' l-ambjent tal-baħar ta' inħawi tal-Baħar Baltiku magħmula mill-massa tal-baħar u l-qiegħ tal-baħar, inklużi r-riżorsi ħajjin tagħhom u għamliet oħra ta' ħajja tal-baħar. 2. Bla preġudizzju għas-sovranità tagħha, kull Parti għandha timplimenta d-disposizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni fit-territorju tal-baħar tagħha u fil-passaġġi fuq l-ilma interni tagħha permezz ta' l-awtoritajiet nazzjonali tagħha. 3. Din il-Konvenzjoni ma tgħoddx għal vapuri tal-gwerra, ajruplani navali awżiljarji u militari jew għal kull vapur jew ajruplan ieħor li jkun fil-pussess jew imħaddem minn Stat u li jkun użat biss, għal dak il-waqt, għal servizz governattiv u mhux kummerċjali. Madankollu, kull Parti Kontraenti għandha tiżgura, bl-addozzjoni ta' miżuri xierqa li ma jkunux ifixklu it-tħaddim jew il-ħiliet ta' tħaddim ta' dawn il-vapuri jew ajruplani li jkunu fil-pussess tagħha jew imħaddma minnha, li dawn il-vapuri u ajruplani jaġixxu f'manjiera konsistenti, sakemm ikun raġonevoli u prattiku, ma' din il-Konvenzjoni. Artikolu 5 Sustanzi li jagħmlu ħsara Il-Partijiet Kontraenti jidħlu li jevitaw u jneħħu t-tniġġiż fl-ambjent tal-baħar ta' l-inħawi tal-Baħar Baltiku li jiġi kkawżat minn sustanzi ta' ħsara mill-għejun kollha, skond id-disposizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni, u, għal dan il-għan, li jimplimentaw il-proċeduri u l-miżuri ta' l-Anness I. Artikolu 6 Il-Prinċipji u l-obbligi dwar it-tniġġiż minn għejun li jinsabu fuq l-art 1. Il-Partijiet Kontraenti jidħlu li jevitaw u jneħħu t-tniġġiż ta' l-inħawi tal-Baħar Baltiku mill-għejun li jinsabu fuq l-art billi jużaw, inter alia, l-aħjar prattiċi ambjentali għall-għejun kollha u l-aħjar teknoloġija disponibbli għall-għejun ta' punti. Il-miżuri relevanti għal dan il-għan għandhom jittieħdu minn kull Parti Kontraenti fil-wesgħa tal-Baħar Baltiku, bla preġudizzju għas-sovranità tagħha. 2. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jimplimentaw il-proċeduri u l-miżuri stabbiliti fl-Anness III. Għal dan il-għan dawn għandhom, inter alia, jikkoperaw kif jixraq fl-iżvilupp u l-addozzjoni ta' programmi speċifiċi, linjigwida, gradi jew regolamenti dwar il-ħruġ u d-dħul ta' tniġġiż fl-ilma u l-arja, il-kwalità ta' l-ambjent, u prodotti li jkun fihom sustanzi u materjali ta' ħsara u l-użu tagħhom. 3. Sustanzi ta' ħsara minn għejun ta' punti m'għandhomx jiddaħħlu, ħlief jekk ma jkunux fi kwantitajiet żgħar ħafna, direttament jew indirettament fl-ambjent tal-baħar ta' l-inħawi tal-Baħar Baltiku, mingħajr permess speċjali minn qabel, li jista' jkun rivedut perjodikament; dan il-permess għandu jinħareġ mill-awtorità xierqa nazzjonali fi qbil mal-prinċipji ta' l-Anness III, ir-Regolament 3. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jiżguraw li l-emissjoni ta' tniġġiż fl-ilma u l-arja tkun imħarsa u kkontrollata. 4. Jekk il-post fejn jintrema l-iskart ikun f'kors ta' l-ilma, li jgħaddi minn ġot-territorji ta' żewġ Partijiet Kontraenti jew aktar jew li jkun jifforma konfini bejniethom, u dan x'aktar jikkawża tniġġiż fl-ambjent tal-baħar ta' l-inħawi tal-Baħar Baltiku, il-Partijiet Kontraenti kkonċernati għandhom b'mod konġunt u, jekk possibbli, f'koperazzjoni ma' tielet Stat li jkun interessat jew ikkonċernat, jieħdu l-miżuri xierqa biex ikun evitat jew imneħħi dan it-tniġġiż. Artikolu 7 Valutazzjoni ta' l-effetti fuq l-ambjent 1. Kulmeta valutazzjoni ta' l-effetti fuq l-ambjent ta' ħidma proposta li x'aktarx tikkawża effett ħażin sostanzjali fuq l-ambjent tal-baħar ta' l-inħawi tal-Baħar Baltiku tkun meħtieġa bil-liġi internazzjonali jew bir-regolamenti supra-nazzjonali li jgħoddu għall-Parti Kontraenti ta' l-oriġini, dik il-Parti Kontraenti għandha tavża lill-Kummissjoni u lil kull Parti Kontraenti oħra li tista' tiġi affettwata minn xi effett transterritorjali fuq iż-żona tal-Baħar Baltiku. 2. Il-Parti Kontraenti ta' l-oriġini għandha tikkonsulta ruħha ma' kull Parti Kontraenti li x'aktarx tkun se tiġi affettwata minn dan l-impatt transterritorjali; dan għandu jsir kulmeta l-konsultazzjonijiet jkunu meħtieġa bil-liġi internazzjonali jew bir-regolamenti supra-nazzjonali li jkunu jgħoddu għall-Parti Kontraenti ta' l-oriġini. 3. Fejn żewġ Partijiet Kontraenti jew aktar ikunu jaqsmu bejniethom l-ilmijiet transterritorjali fil-wesgħa tal-Baħar Baltiku, dawn il-Partijiet għandhom jikkoperaw biex jiżguraw li l-effetti potenzali fuq l-ambjent tal-baħar ta' l-inħawi tal-Baħar Baltiku jkunu investigati sew fil-valutazzjoni ta' l-impatt fuq l-ambjent li hemm imemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Il-Partijiet Kontraenti kkonċernati għandhom b'mod konġunt jieħdu l-miżuri xierqa biex jevitaw jew ineħħu t-tniġġiż, inklużi effetti qerrieda kumulattivi. Artikolu 8 Il-Prevenzjoni ta' tniġġiż mill-vapuri 1. Biex l-inħawi tal-Baħar Baltiku jkunu mħarsa mit-tniġġiż tal-vapuri, il-Partijiet Kontraenti għandhom jieħdu l-miżuri stabbiliti fl-Anness IV. 2. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jiżviluppaw u japplikaw kriterji uniformi għad-disposizzjoni ta' faċilitajiet fejn jispiċċa l-iskart ġġenerat mill-vapuri, waqt li jqisu, inter alia, il-bżonnijiet speċjali tal-vapuri tal-passiġġieri li jaħdmu fiż-żona tal-Baħar Baltiku. Artikolu 9 Opri tal-baħar ta' tgawdija Il-Partijiet Kontraenti għandhom, barra milli jimplimentaw dawk id-disposizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni li jistgħu jiġu applikati b'mod xieraq għal opri tal-baħar ta' tgawdija, jieħdu miżuri speċjali biex inaqqsu l-effetti ta' ħsara fuq l-ambjent tal-baħar ta' l-inħawi tal-Baħar Baltiku li tiġi kkawżata minn opri tal-baħar ta' tgawdija. Il-miżuri għandhom, inter alia, jittrattaw it-tniġġiż ta' l-arja, l-effetti tal-ħoss u dawk idrodinamiċi, kif ukoll il-faċilitajiet adekwati fejn jintrema l-iskart minn dawn l-opri tal-baħar ta' tgawdija. Artikolu 10 Il-Projbizzjoni ta' l-inċinerazzjoni 1. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jipprojbixxu l-inċinerazzjoni fl-inħawi tal-Baħar Baltiku. 2. Kull Parti Kontraenti tidħol li tiżgura l-konformità mad-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu minn vapuri li: (a) jkunu rreġistrati fit-territorju tagħha jew li jtajru l-bandiera tagħha; (b) jgħabbu, fit-territorju tagħha jew fil-baħar territorjali tagħha, materja li għandha tiġi maħruqa; jew (ċ) dwaru jkun maħsub li dan għandu x'jaqsam ma' l-inċinerazzjoni fil-passaġġi fuq l-ilma interni u l-baħar territorjali tagħha. 3. Fil-każ ta' inċinerazzjoni suspettata, il-Partijiet Kontraenti għandhom jikkoperaw billi jinvestigaw il-każ fi qbil mar-Regolament 2 ta' l-Anness IV. Artikolu 11 Il-Prevenzjoni ta' rimi ta' skart 1. Il-Partijiet Kontraenti għandhom, waqt li jiddependi mill-eżenzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 u 4 ta' dan l-Artikolu, jipprojbixxu r-rimi ta' skart fl-inħawi tal-Baħar Baltiku. 2. Ir-rimi ta' materjal ta' ħama għandu jkun jiddepenedi minn permess speċjali minn qabel maħruġ mill-awtorità xierqa nazzjonali fi qbil mad-disposizzjonijiet ta' l-Anness V. 3. Kull Parti Kontraenti għandha tiżgura l-konformità mad-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu minn vapuri u ajruplani li: (a) jkunu rreġistrati fit-territorju tagħha jew inkella jtajru l-bandiera tagħha; (b) jgħabbu, fit-territorju tagħha jew fil-baħar territorjali tagħha, materja li tkun se tintrema; jew (ċ) li dwarhom ikun maħsub li dawn għandhom x'jaqsmu mar-rimi ta' skart fil-passaġġi fuq l-ilma interni u l-baħar territorjali tagħha. 4. Id-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu m'għandhomx jgħoddu meta s-sigurtà tal-ħajja tal-bniedem jew ta' vapur jew ta' ajruplan li jkunu għaddejjin minn jew fuq il-baħar tkun mhedda bil-qerda sħiħa jew bit-telfien sħiħ ta' vapur jew ajruplan, jew f'każ fejn ikun hemm periklu għall-ħajja tal-bnidem, jekk ir-rimi ta' skart ikun jidher li huwa l-uniku mezz li bih tista' titneħħa din it-theddida u fejn hemm kull probabbiltà li l-ħsara li tiġi minħabba dan ir-rimi tkun ferm inqas milli seta' verament jiġri. Dan ir-rimi ta' skart għandu jsir b'tali mod li titnaqqas kemm jista' jkun il-ħsara għall-ħajja tal-bniedem u għall-ħlejjaq tal-baħar. 5. Ir-rimi ta' skart li jsir taħt id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu għandu jiġi rrappurtat u ttrattat fi qbil ma' l-Anness VII u għandu jiġi rrappurtat minnufih lill-Kummissjoni fi qbil mad-disposizzjonijiet tar-Regolament 4 ta' l-Anness V. 6. Fil-każ ta' rimi ta' skart li dwaru jkun hemm suspett li dan imur kontra d-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu, il-Partijiet Kontraenti għandhom jikkoperaw fl-investigazzjonijiet tal-każ fi qbil mar-Regolament 2 ta' l-Anness IV. Artikolu 12 It-Tiftix u l-użu ta' qiegħ il-baħar u s-sottoswol tiegħu 1. Kull Parti Kontraenti għandha tieħu l-miżuri kollha biex ikun evitat it-tniġġiż ta' l-ambjent tal-baħar ta' l-inħawi tal-Baħar Baltiku, liema tniġġiż ikun ġej mit-tiftix li jsir f'qiegħ il-baħar u s-sottoswol tiegħu tal-parti tagħha jew inkella minn ħidmiet assoċjati ma' dan, kif ukoll biex tiżgura li tinżamm tħejjija tajba għal ħidmiet ta' emerġenza kontra inċidenti ta' tniġġiż li jkunu twettqu minnhom. 2. Biex ikun evitat jew eliminat it-tniġġiż minn ħidmiet bħal dawn, il-Partijiet Kontraenti jidħlu li jimplimentaw il-proċeduri stabbiliti fl-Anness VI, safejn ikunu jgħoddu. Artikolu 13 L-Avviż u l-konsultazzjoni dwar inċidenti ta' tniġġiż 1. Kulmeta inċident ta' tniġġiż li jseħħ fit-territorju ta' Parti Kontraenti x'aktarx ikun se joħloq tniġġiż lill-ambjent tal-baħar ta' l-inħawi tal-Baħar Baltiku barra t-territorju tagħha u qrib żoni tal-baħar li fihom din tkun teżerċita drittijiet sovrani u ġurisdizzjoni skond il-liġi internazzjonali, din il-Parti Kontraenti għandha tavża minnufih lil dawk il-Partijiet Kontraenti li l-interessi tagħhom x'aktarx ikunu se jiġu affettwati. 2. Kulmeta jitqies meħtieġ mill-Partijiet Kontraenti msemmija fil-paragrafu 1, għandhom isiru konsultazzjonijiet bil-ħsieb li jkun evitat, jitnaqqas jew jiġi kkontrollat dan it-tniġġiż. 3. Il-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu jgħoddu wkoll f'każijiet fejn Parti Kontraenti tkun sofriet minn tniġġiż li jkun ġej minn terzi Stati. Artikolu 14 Il-Koperazzjoni fil-ġlieda kontra t-tniġġiż Il-Partijiet Kontraenti għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha, waħedhom jew b'mod konġunt, kif stabbilit fl-Anness VII, biex tinżamm ħila tajba u jkun hemm tweġiba immedjata għal kull inċident ta' tniġġiż, ħalli b'hekk jitneħħew jew jitnaqqsu l-konsegwenzi ta' dawn l-inċidenti fuq l-ambjent tal-baħar ta' l-inħawi tal-Baħar Baltiku. Artikolu 15 Il-Konservazzjoni tan-natura u l-bijodiversità Il-Partijiet Kontraenti għandhom, waħedhom jew b'mod konġunt, jieħdu l-miżuri kollha xierqa, dwar iż-żona tal-Baħar Baltiku u l-ekosistemi kostali tiegħu li jiġu affettwati mill-Baħar Baltiku, biex jikkonservaw l-ambjenti naturali u d-diversità bijoloġika, kif ukoll biex iħarsu l-proċessi ekoloġiċi. Dawn il-miżuri għandhom jittieħdu wkoll biex ikun żgurat l-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali fl-inħawi tal-Baħar Baltiku. Għal dan il-għan, il-Partijiet Kontraenti għandhom jaħsbu li jaddottaw strumenti oħra li fihom ikun hemm linjigwida u kriterji xierqa. Artikolu 16 Ir-Rappurtar u l-bdil tat-tagħrif 1. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni f'intervalli regolari fuq: (a) il-miżuri legali, regolatorji jew oħrajn li jkunu ttieħdu għall-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni, ta' l-Annessi tagħha u tar-rakkomandazzjonijiet addottati fihom; (b) kemm ikunu effettivi l-miżuri meħuda għall-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet msemmija f'(a) ta' dan il-paragrafu; u (ċ) il-problemi li jkunu ltaqgħu magħhom fl-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet msemmija f'(a) ta' dan il-paragrafu. 2. Fuq it-talba ta' Parti Kontraenti jew tal-Kummissjoni, il-Partijiet Kontraenti għandhom jipprovdu t-tagħrif fuq permessi ta' rimi ta' skart, tat-tagħrif dwar il-ħruġ ta' tniġġiż jew fuq il-kwalità ta' l-ambjent, kemm jista' jkun possibbli. Artikolu 17 It-Tagħrif għall-pubbliku 1. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jiżguraw li t-tagħrif dwar il-kondizzjoni tal-Baħar Baltiku u l-ilmijiet tal-wesgħa tiegħu ikun disponibbli għall-pubbliku, kif ukoll kull tagħrif ieħor dwar il-miżuri meħuda jew ippjanati li jittieħdu biex ikun evitat jew imneħħi t-tniġġiż, u dwar kemm ikunu effettivi dawk il-miżuri. Għal dan il-għan, il-Partijiet Kontraenti għandhom jiżguraw li t-tagħrif li ġej ikun disponibbli għall-pubbliku: (a) permessi maħruġa u l-kondizzjonijiet meħtieġa li jintlaħqu; (b) ir-riżultati tat-teħid ta' kampjuni li jkunu ttieħdu mill-ilma u min-nixxiegħat li jkunu saru għall-għan ta' tħaris u valutazzjoni, kif ukoll ir-riżultati biex tkun ivverifikata l-konformità ma' l-għanijiet tal-kwalità ta' l-ilma jew il-kondizzjonijiet tal-permess; u (ċ) l-għanijiet tal-kwalità ta' l-ilma. 2. Kull Parti Kontraenti għandha tiżgura li dan it-tagħrif ikun dejjem disponibbli għall-pubbliku u għandha tipprovdi lill-pubbliku b'faċilitajiet raġonevoli biex jinkisbu, b'miżati raġonevoli, kopji ta' l-entrati kollha li jsiru fir-reġistri tagħha. Artikolu 18 It-Tħaris tat-tagħrif 1. Id-disposizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni m'għandhomx jaffettwaw id-dritt jew l-obbligu ta' kull Parti Kontraenti taħt il-liġi nazzjonali tagħha u r-regolamenti supra-nazzjonali applikabbli tagħha biex dawn iħarsu t-tagħif dwar il-proprjetà intellettwali, inkluż il-kunfidenzalità industrijali u kummerċjail jew is-sigurtà nazzjonali, kif ukoll il-kunfidenzalità tat-tagħrif personali. 2. Jekk Parti Kontraenti, madankollu, tiddeċiedi li tipprovdi dan it-tagħrif protett lil Parti Kotraenti oħra, il-Parti li tirċievi dan it-tagħrif protett għandha tirrispetta l-kunfidenzalità tat-tagħrif li tkun irċeviet u l-kondizzjonijiet li taħthom dan ikun ipprovdut, u għandha tuża dan it-tagħrif biss għall-għan li għalih ikun ingħatalha. Artikolu 19 Il-Kummissjoni 1. Il-Kummissjoni dwar il-Ħarsien ta' l-Ambjent tal-Baħar Baltiku, imsejħa "il-Kummissjoni", qed tiġi hawnhekk stabbilita għall-għanijiet ta' din il-Konvenzjoni. 2. Il-Kummissjoni dwar il-Ħarsien ta' l-Ambjent tal-Baħar Baltiku, stabbilita skond il-Konvenzjoni fuq il-Ħarsien ta' l-Ambjent taż-Żona tal-Baħar Baltiku ta' l-1974, għandha tkun il-Kummissjoni. 3. Il-Presidenza tal-Kummissjoni għandha tingħata lil kull Parti Kontraenti waħda wara l-oħra f'ordni alfabetika skond l-ismijiet tal-Partijiet Kontraenti bl-Ingliż. Il-President għandu jservi għal perjodu ta' sentejn, u f'dak il-perjodu ta' Presidenza ma jistax iservi bħala rappreżentant ta' Parti Kontraenti li jkollha l-Presidenza. Jekk il-President jonqos milli jtemm il-perjodu kollu tal-kariga tiegħu, il-Parti Kontraenti li jkollha l-Presidenza għandha taħtar suċċessur biex jibqa' fil-kariga sakemm jintemm it-terminu tal-Parti Kontraenti. 4. Il-laqgħat tal-Kummissjoni għandhom jinżammu almenu darba fis-sena wara sejħa mill-President. Il-laqgħat straordinarji għandhom, fuq it-talba ta' kull Parti Kontraenti li tiġi ssekondata minn Parti Kontraenti oħra, jissejħu mill-President biex dawn isiru kemm jista' jkun malajr, imma madankollu mhux aktar tard minn 90 ġurnata wara d-data li fiha tkun ġiet sottomessa t-talba. 5. Kemm-il darba ma jingħadx mod ieħor taħt din il-Konvenzjoni, il-Kummissjoni għandha tieħu d-deċiżjonijiet tagħha b'mod unanimu. Artikolu 20 L-Obbligi tal-Kummissjoni 1. L-obbligi tal-Kummissjoni għandhom ikunu: (a) li żżomm l-implimentazzjoni ta' din il-Konvenzjoni taħt osservazzjoni kontinwa; (b) li tagħmel rakkomandazzjonijiet fuq il-miżuri dwar l-għanijiet ta' din il-Konvenzjoni; (ċ) li tirrevedi l-kontenut ta' din il-Konvenzjoni, inklużi l-Annessi, u li tirrakkomanda lill-Partijiet Kontraenti dawk l-emendi għal din il-Konvenzjoni, inklużi l-Annessi, skond kif ikun meħtieġ, inkluż tibdil fil-lista ta' sustanzi u materjali, kif ukoll l-addozzjoni ta' l-Annessi ġodda; (d) li tiddefinixxi kriterji ta' kontroll ta' tniġġiż, għanijiet għat-tnaqqis fit-tniġġiż, u għanijiet dwar miżuri, l-aktar dawk deskritti fl-Anness III; (e) li tmexxi 'l quddiem f'koperazzjoni mill-qrib l-entitajiet governattivi xierqa, waqt li tqis is-sotto-paragrafu (f) ta' dan l-Artikolu, miżuri addizzjonali għall-ħarsien ta' l-ambjent tal-baħar taż-żona tal-Baħar Baltiku u għal dan il-għan: (i) biex tirċievi, tipproċessa, tqassar u xxerred it-tagħrif xjentifiku, teknoloġiku u statistiku minn għejun disponibbli; u (ii) biex tmexxi 'l quddiem ir-riċerka xjentifika u teknoloġika; u (f) li tfittex, fejn ikun xieraq, is-servizzi ta' organizzazzjonijiet internazzjonali reġjonali u oħrajn kompetenti biex jaħdmu flimkien fir-riċerka xjentifika u teknoloġika, kif ukoll f'ħidmiet oħra relevanti għall-għanijiet ta' din il-Konvenzjoni. 2. Il-Kummissjoni tista' tassumi funzjonijiet oħra skond kif ikun meqjus xieraq biex ikunu ssukktati l-għanijiet ta' din il-Konvenzjoni. Artikolu 21 Disposizzjonijiet amministrattivi għall-Kummissjoni 1. Il-lingwa li għandha tintuża mill-Kummissjoni għandha tkun l-Ingliż. 2. Il-Kummissjoni għandha taddotta r-regoli tagħha tal-proċedura. 3. L-uffiċċju tal-Kummissjoni, magħruf bħla "s-segretarjat", għandu jkun f'Helsinki. 4. Il-Kummissjoni għandha taħtar segretarju eżekuttiv u tagħmel disposizzjonijiet għall-ħatra ta' impjegati oħra skond kif ikun meħtieġ, waqt li tistabbilixxi l-obbligi, it-termini u l-kondizzjonijiet tas-servizzi tas-segretarju eżekuttiv. 5. Is-segretarju eżekuttiv għandu jkun l-uffiċjal amministrattiv ewlieni tal-Kummissjoni u għandu jaqdi u jwettaq dawk il-funzjonijiet li jkunu meħtieġa għall-amministrazzjoni ta' din il-Konvenzjoni, ix-xogħol tal-Kummissjoni u kompiti oħra fdati lilu mill-Kummissjoni, kif ukoll ir-regoli tagħha tal-proċedura. Artikolu 22 Id-Disposizzjonijiet finanzjarji għall-Kummissjoni 1. Il-Kummissjoni għandha taddotta r-regoli finanzjarji tagħha. 2. Il-Kummissjoni għandha taddotta l-estmi ta' kull sena jew ta' kull sentejn dwar l-infieq propost u tqis l-estimi finanzjarji għall-perjodu fiskali li jkun imiss. 3. L-ammont sħiħ ta' l-estmi, inklużi kull estimi supplementari adottati mill-Kummissjoni, għandhom ikunu megħjuna minn Partijiet Kontraenti oħra għajr il-Komunità Ekonomika Ewropea, f'partijiet indaqs, kemm-il darba ma jkunx deċiż unanimanent mod ieħor mill-Kummissjoni. 4. Il-Komunità Ekonomika Ewropea għandha tikkontribwixxi għall-estimi mhux aktar minn 2,5 % ta' l-ispejjeż amministrattivi. 5. Kull Parti Kontraenti għandha tħallas l-ispejjeż marbuta mal-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti, dawk li jagħtuha parir u l-esperti tagħha fil-Kummissjoni. Artikolu 23 Id-Dritt tal-vot 1. Ħlief fejn jingħad fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, kull Parti Kontraenti għandu jkollha vot wieħed fil-Kummissjoni. 2. Il-Komunità Ekonomika Ewropea u kull organizzazzjoni reġjonali ta' integrazzjoni ekonomika, f'materji li huma fil-kompetenzi tagħhom, għandhom jeżerċiaw id-dritt tagħhom tal-vot b'numru ta' voti ndaqs għan-numru ta' l-Istati Membri tagħhom li jkunu Partijiet Kontraenti għal din il-Konvenzjoni. Dawn l-organizzazzjonijiet m'għandhomx jeżerċitaw id-dritt tagħhom tal-vot jekk l-Istati Membri tagħhom jeżerċitaw tagħhom, u bil-maqlub. Artikolu 24 Il-Koperazzjoni xjentifika u teknoloġika 1. Għall-għanijet ta' din il-Konvenzjoni, il-Partijiet Kontraenti jidħlu li, direttament jew meta jkun xieraq permezz ta' organizzazzjonijiet reġjonali jew oħrajn internazzjonali kompetenti, jikkoperaw fl-oqsma tax-xjenza, it-teknoloġija u riċerka oħra, u li jibdlu bejniethom tagħrif u informazzjoni xjentifika oħra. Biex jitħaffef ix-xogħol ta' riċerka u l-monitoraġġ fl-inħawi tal-Baħar Baltiku, il-Partijiet Kontraenti jidħlu li jarmonizzaw il-politika tagħhom dwar il-proċeduri ta' permess biex isiru dawn il-ħidmiet. 2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(2) ta' din il-Konvenzjoni, il-Partijiet Kontraenti jidħlu li, direttament jew inkella, meta jkun xieraq, permezz ta' organizzazzjonijiet reġjonali jew oħrajn internazzjonali kompetenti, imexxu 'l quddiem studji u li jwettqu, jappoġġjaw jew jgħinu fi programmi maħsuba li jiżviluppaw il-metodi li bihom issir valutazzjoni tan-natura u l-livell ta' tniġġiż, it-toroq, l-esponimenti, ir-riskji u r-rimedji fl-inħawi tal-Baħar Baltiku. L-aktar, il-Partijiet Kontraenti jidħlu li jiżviluppaw metodi alternattivi ta' trattament, disponiment u tneħħja ta' dawn il-materja u sustanzi li x'aktarx jikkawżaw tniġġiż fl-ambjent tal-baħar fl-inħawi tal-Baħar Baltiku. 3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(2) ta' din il-Konvenzjoni, il-Partijiet Kontraenti jidħlu li, direttament jew meta jkun xieraq permezz ta' organizzazzjonijiet reġjonali jew oħrajn internazzjonali kompetenti, u fuq il-bażi tat-tagħrif u dak miksub skond il-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, jikkoperaw fl-iżvilupp ta' metodi ta' osservazzjoni li tkun tista' titqabbel bejniethom, biex jagħmlu studji bażiċi, kif ukoll biex iwaqqfu programmi kumplimentari jew konġunti għall-monitoraġġ. 4. L-organizzazzjoni u l-għan tax-xogħol marbut ma' l-implimentazzjoni tax-xogħol imsemmi fil-paragrafi ta' qabel għandhom ikunu mfissra l-ewwel mill-Kummissjoni. Artikolu 25 Ir-Responsabbiltà għall-ħsara Il-Partijiet Kontraenti jidħlu li b'mod konġunt jiżviluppaw u jaċċettaw ir-regoli dwar ir-responsabbiltà għall-ħsara li tkun ġejja minn atti jew ommissjonijiet li jkunu jmorru kontra din il-Konvenzjoni, inklużi, inter alia, il-limiti tar-responsabbiltà, il-kriterji u l-proċeduri biex jiġi stabbilit minn huwa responsabbli, kif ukoll ir-rimedji. Artikolu 26 Is-Soluzzjoni ta' kwistjonijiet 1. Fil-każ ta' kwistjoni bejn Partijiet Kontraenti dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' din il-Konvenzjoni, dawn għandhom ifittxu soluzzjoni b'negozjati. Jekk il-Partijiet ikkonċernati ma jilħqux ftehim, dawn għandhom ifittxu l-għajnuna ta', jew flimkien jitolbu l-medjazzjoni ta', terza Parti, xi organizzazzjoni internazzjonali jew inkella xi persuna kkwalifikata. 2. Jekk il-Partijiet ikkonċernati ma jkunux jistgħu jsolvu l-kwistjoni ta' bejniethom b'negozjati jew ma setgħux jaqblu fuq xi miżuri deskritti hawn fuq, dawn il-kwistjonijiet għandhom, bi ftehim komuni, jiġu sottomessi quddiem tribunal ta' l-arbitraġġ ad hoc, quddiem tribunal ta' l-arbitraġġ permanenti, jew quddiem il-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja. Artikolu 27 Is-Salvagwardji ta' ċertu ħelsien Xejn f'din il-Konvenzjoni m'għandu jitqies bħala li jkun qed jikser il-libertà tat-tbaħħir, is-sajd, ir-riċerka xjentifika fuq il-baħar u użi leġittmi oħra ta' l-ibħra ewlenin, kif ukoll id-dritt tal-passaġġ ta' l-innoċenza fil-baħar territorjali. Artikolu 28 L-Istat ta' l-Annessi L-Annessi mehmuża ma' din il-Konvenzjoni jiffurmaw parti ewlenija għal din il-Konvenzjoni. Artikolu 29 Ir-Relazzjoni ma' Konvenzjonijiet oħra Id-disposizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-drittjiet u l-obbligi tal-Partijiet Kontraenti taħt trattati eżistenti u futuri li jmexxu 'l quddiem u jiżviluppaw il-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-baħar suġġetta għal din il-Konvenzjoni u, l-aktar, id-disposizzjonijiet dwar il-prevenzjoni mit-tniġġiż tal-baħar. Artikolu 30 Il-Konferenza biex tkun riveduta jew emendata l-Konvenzjoni Tista' tissejjaħ konferenza biex ikun hemm reviżjoni ġenerali jew inkella xi emenda f'din il-Konvenzjoni bil-kunsens tal-Partijiet Kontraenti jew fuq talba mill-Kummissjoni. Artikolu 31 Emendi fl-Artikli tal-Konvenzjoni 1. Kull Parti Kontraenti tista' tipproponi emendi għall-Artikli ta' din il-Konvenzjoni. Kull emenda proposta għandha tintbagħat lid-depożitarju u tixxandar lill-Partijiet Kontraenti kollha, u wara li dawn ikunu rċevew l-emenda għandhom jinfurmaw minnufih lid-depożitarju dwar jekk ikunux aċċettawha jew le. Emenda li tkun proposta għandha, fuq it-talba ta' Parti Kotraenti, tiġi kkunsidrata mill-Kummissjoni. F'dan il-każ għandu jkun jgħodd l-Artikolu 19(4). Jekk emenda tiġi addottata mill-Kummissjoni, għandha tkun tgħodd il-proċedura tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. 2. Il-Kummissjoni tista' tirrakkomanda emendi għall-Artikli ta' din il-Konvenzjoni. Kull emenda li tiġi rakkomandata għandha tintbagħat lid-depożitarju u xxandarha lill-Partijiet Kontraenti kollha. Wara li dawn jkunu rċevew l-avviż għandhom jgħarrfu minnufih lid-depożitarju dwar jekk ikunx aċċettaw jew le din l-emenda. 3. L-emenda għandha tidħol fis-seħħ 90 jum wara li d-Depożitarju jkun irċieva l-avviżi ta' l-aċċettazzjoni ta' dik l-emenda mill-Partijiet Kontraenti kollha. Artikolu 32 Emendi fl-Annessi u l-addozzjoni ta' l-Annessi 1. Kull emenda għall-Annessi li tiġi proposta minn Parti Kontraenti għandha tixxandar mid-depożitarju lill-Partijiet Kontraenti l-oħra u tkun ikkunsidrata fil-Kummissjoni. Jekk l-emenda tiġi addottata mill-Kummissjoni, din għandha tixxandar lill-Partijiet Kontraenti u rrakkomandata biex tiġi aċċettata. 2. Kull emendi fl-Annessi li jiġu rakkomandati mill-Kummissjoni għandhom jixxandru lill-Partijiet Kontraenti mid-depożitarju u jiġu rrakkomandati biex jiġu aċċettati. 3. Dawn l-emendi għandhom jitqiesu li jkunu ġew aċċettati fl-aħħar ta' perjodu stabbilit mill-Kummissjoni, kemm-il darba f'dak il-perjodu xi waħda mill-Partijiet Kontraenti ma tkunx oġġezzjonat għal dik l-emenda b'avviż bil-miktub li hija tibgħat li d-depożitarju. L-emenda li tiġi aċċettata għandha tidħol fis-seħħ f'data li għandha tkun stabbilita mill-Kummissjoni. Il-perjodu stabbilit mill-Kummissjoni għandu jittawwal għal perjodu ta' sitt xhur oħra u d-data tad-dħul fis-seħħ ta' l-emenda tiġi postposta kif xieraq, jekk, f'każijiet mhux tas-soltu, xi waħda mill-Partijiet Kontraenti tgħarraf lid-depożitarju qabel it-tmiem tal-perjodu stabbilit mill-Kummissjoni li, għalkemm hija beħsiebha taċċetta l-emenda, il-kriterji tal-liġi kostituzzjonali biex din tiġi aċċettata ma jkunux għadhom intlaħqu. 4. L-Anness għal din il-Konvenzjoni jista' jiġi addottat fi qbil mad-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu. Artikolu 33 Riżervi 1. Id-disposizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni m'għandhom ikunu jiddependu mill-ebda riżervi. 2. Id-disposizzjonijiet tal-paragrfu 1 ta' dan l-Artikolu ma jwaqqfux Parti Kontraenti milli tissospendi, għal perjodu ta' mhux aktar minn sena, l-applikazzjoni ta' l-Anness għal din il-Konvenzjoni jew ta' parti minnu jew emenda għalih, wara li l-Anness in kwistjoni jew l-emenda fih ikunu daħlu fis-seħħ. Kull Parti Kontraenti għall-Konvenzjoni fuq il-Ħarsien ta' l-Ambjent tal-Baħar taż-Żona tal-Baħar Baltiku ta' l-1974, li fid-dħul fis-seħħ ta' din il-Konvenzjoni tissospendi l-applikazzjoni ta' l-Anness jew ta' parti minnu, din għandha tapplika l-Anness li jikkorrispondi, jew il-parti minnu, tal-Konvenzjoni ta' l-1974 għall-perjodu kollu tas-sospensjoni. 3. Jekk wara d-dħul fis-seħħ ta' din il-Konvenzjoni Parti Kontraenti tinvoka d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, din għandha tgħarraf lill-Partijiet Kontraenti l-oħra, fiż-żmien meta tkun addottata l-emenda għall-Anness mill-Kummissjoni, jew l-Anness ġdid, dwar dawk id-disposizzjonijiet li għandhom ikunu sospiżi fi qbil mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Artikolu 34 Il-Firma Din il-Konvenzjoni għandha tkun miftuħa għall-firma f'Helsinki mid-9 ta' April sad-9 ta' Ottubru 1992 mill-Istati u mill-Komunità Ekonomika Ewropea li jkunu qed jieħdu sehem fil-Konferenza Diplomatika fuq il-Protezzjoni ta' l-Ambjent tal-Baħar taż-Żona tal-Baħar Baltiku li nżammet f'Helsinki fid-9 ta' April 1992. Artikolu 35 Ir-Ratifika, l-approvazzjoni jew is-sħubija 1. Din il-Konvenzjoni għandha tkun suġġetta għar-ratifika jew l-approvazzjoni. 2. Din il-Konvenzjoni għandha, wara d-dħul tagħha fis-seħħ tagħha, tkun miftuħa għas-sħubija minn Stati oħra jew minn organizzazzjonijiet reġjonali ta' integrazzjoni ekonomika li jkunu interessati li jwettqu l-għanijiet ta' din il-Konvenzjoni, sakemm dan l-Istat jew organizzazzjoni jkunu mistidena mill-Partijiet Kontraenti kollha. Fil-każ ta' organizzazzjoni reġjonali ta' integrazzjoni ekonomika li jkollha kompetenzi limitati, it-termini u l-kondizzjonijiet tal-parteċipazzjoni tagħha jistgħu jiġu miftiehma bejn il-Kummissjoni u l-organizzazzjoni interessata. 3. L-istrumenti tar-ratifika, l-approvazzjoni jew is-sħubija għandhom jiġu ddepożitati għand id-Depożitarju. 4. Il-Komunità Ekonomika Ewropea u kull organizzazzjoni reġjonali ta' integrazzjoni ekonomika oħra li jsiru Parti Kontraenti għal din il-Konvenzjoni għandhom, f'materji li jaqgħu fil-kompetenzi tagħhom, jew f'isimhom, jeżerċitaw id-drittijiet u jwettqu r-responsabbiltajiet li din il-Konvenzjoni tattribwixxi lill-Istati Membri tagħhom. F'dawn il-każijiet, l-Istati Membri ta' dawn l-organizzazzjonijiet m'għandhomx jitħallew jeżerċitaw dawn id-drittijiet waħedhom. Artikolu 36 Id-Dħul fis-seħħ 1. Din il-Konvenzjoni għandha tidħol fis-seħħ xahrejn wara d-depożitu ta' l-istrumenti tar-ratifika jew l-approvazzjoni mill-Istati firmatarji kollha li jikkonfinaw mal-Baħar Baltiku u mill-Komunità Ekonomika Ewropea. 2. Għal kull Stat li jirratifika jew japprova din il-Konvenzjoni qabel jew wara d-depożitu ta' l-aħħar strument tar-ratifika jew l-approvazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, din il-Konvenzjoni għandha tidħol fis-seħħ xahrejn wara d-data tad-depożitu minn dak l-Istat ta' l-istrument tiegħu tar-ratifika jew l-approvazzjoni jew fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din il-Konvenzjoni, liema minn dawn id-dati jiġu l-aħħar. 3. Għal kull Stat jew organizzazzjoni reġjonali ta' integrazzjoni ekonomika li tissieħeb, din il-Konvenzjoni għandha tidħol fis-seħħ xahrejn wara d-data tad-depożitu ta' l-istrument tagħha tas-sħubija minn dak l-Istat jew dik l-organizzazzjoni ta' integrazzjoni ekonomika. 4. Mad-dħul fis-seħħ ta' din il-Konvenzjoni, il-Konvenzjoni fuq il-Protezzjoni ta' l-Ambjent tal-Baħar taż-Żona tal-Baħar Baltiku, li kienet ġiet iffirmata f'Helsinki fit-22 ta' Marzu 1974 fil-forma emendata tagħha, m'għandhiex tibqa' tgħodd. 5. Minkejja l-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, l-emendi għall-Annessi ta' l-imsemmija Konvenzjoni, addottati mill-Partijiet Kontraenti għall-imsemmija Konvenzjoni bejn l-iffirmar ta' din il-Konvenzjoni u d-dħul fis-seħħ tagħha, għandhom ikunu japplikaw sakemm l-Annessi li jikkorrispondu ta' din il-Konvenzjoni jkunu ġew emendati kif xieraq. 6. Minkejja l-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, ir-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet addottati taħt l-imsemmija Konvenzjoni għandhom ikomplu jkunu jgħoddu sakemm dawn ikunu kumpatibbli ma', jew mhux espliċitament mitmuma b'din il-Konvenzjoni jew b'xi deċiżjoni oħra li tkun ġiet addottata wara. Artikolu 37 L-Irtirat 1. F'kull żmien wara t-tmiem ta' ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din il-Konvenzjoni, kull Parti Kontraenti tista', billi tippreżenta avviż bil-miktub lid-Depożitarju, tirtira min din il-Konvenzjoni. L-irtirar għandu jseħħ għal kull Parti Kontraenti fit-30 jum ta' Ġunju tas-sena ta' wara dik li fiha d-Depożitarju jkun ġie avżat bl-irtirat. 2. Fil-każ ta' avviż ta' irtirar minn Parti Kontraenti, id-Depożitarju għandu jsejjaħ laqgħa għall-Partijiet Kontraenti biex jitqies sew l-effett ta' dan l-irtirar. Artikolu 38 Id-Depożitarju Il-Gvern tal-Finlandja, waqt li jaġixxi bħala Depożitarju, għandu: (a) javża lill-Partijiet Kontraenti kollha u lis-Segretarju Eżekuttiv dwar: (i) il-firem; (ii) id-depożitu ta' kull strument ta' ratifika, approvazzjoni jew sħubija; (iii) kull data tad-dħul fis-seħħ ta' din il-Konvenzjoni; (iv) kull emenda proposta jew rakkomandata għal xi Artikolu jew l-Anness jew l-addozzjoni ta' xi l-Anness ġdid, kif ukoll id-data li fiha dik l-emenda jew l-Anness ġdid jidħlu fis-seħħ; (v) kull avviż, u d-data ta' meta dan ikun irċevieh, skond l-Artikli 31 u 32; (vi) kull avviż ta' irtirar u d-data li fiha dan l-irtirar ikun se jidħol fis-seħħ; (vii) kull att jew avviż ieħor dwar din il-Konvenzjoni; (b) iqassam kopji ċċertifikati ta' din il-Konvenzjoni lil Stati u organizzazzjonijiet reġjonali ta' integrazzjoni ekonomika li jissieħbu. B'XIEHDA TA' DAN hawn taħt iffirmat, li huwa awtorizzat jagħmel dan, iffirma din il-Konvenzjoni. Magħmula f'Helsinki, fid-disa' jum ta' April elf disa' mija u tnejn u disgħin f'kopja awtentika unika bil-lingwa Ingliża, liema dokument ġie ddepożitat għand il-Gvern tal-Finlandja. Il-Gvern tal-Finlandja għandu jqassam kopji ċċertifikati lill-Firmatarji kollha. Għar-Repubblika Federali Ċeka u Slovakka (CSFR)Għar-Renju tad-DanimarkaGħar-Repubblika ta' l-EstonjaGħar-Repubblika tal-FinlandjaGħar-Repubblika Federali tal-ĠermanjaGħar-Repubblika tal-LatvjaGħar-Repubblika tal-LituwanjaGħar-Renju tan-NorveġjaGħar-Repubblika tal-PolonjaGħall-Federazzjoni RussaGħar-Renju ta' l-IsvezjaGħall-UkrajnaGħall-Komunità Ekonomika Ewropea -------------------------------------------------- ANNESS I SUSTANZI LI JAGĦMLU ĦSARA PARTI 1: IL-PRINĊIPJI ĠENERALI 1.0. Daħla Biex jintlaħqu l-għanijiet tal-partijiet relevanti ta' din il-Konvenzjoni, il-proċedura li ġejja għandha tintuża mill-Partijiet Kontraenti biex jidentifikaw u jagħmlu valutazzjoni tas-sustanzi ta' ħsara, kif definit fl-Artikolu 2(7). 1.1. Kriterji fuq l-allokazzjoni ta' sustanzi L-identifikazzjoni u l-valutazzjoni ta' sustanzi għandhom ikunu bbażati fuq il-karatteristiċi intrinsiċi tas-sustanzi, l-aktar: - il-persistenza, - it-tossiċità jew karatteristiċi ta' ħsara oħrajn, - it-tendenza għal bio-akkumulazzjoni, kif ukoll fuq karatteristiċi li jistgħu jikkawżaw it-tniġġiż, bħal: - ir-rejxjow bejn il-konċentrazzjonijiet osservati u l-konċentrazzjonijiet li ma jkollhom l-ebda effett osservat, - ir-riskju ta' ewtrofikazzjoni kkawżata antropoġenikament, - it-tifsira transterritorjali jew ta' distanza twila, - riskju ta' tibdil mhux mixtieq fl-ekosistema tal-baħar u n-nuqqas ta' treġġigħ lura jew is-saħħa ta' l-effetti, - ir-radjoattività, - tfixkil serju bil-ħsad ta' ikel tal-baħar jew b'użi leġittmi oħra tal-baħar, - il-mudell tat-tqassim (i.e. kwantitajiet involuti, il-mudell ta' l-użu u kemm jilħaq l-ambjent tal-baħar), - karatteristiċi karsenoġeniċi, teratoġeniċi jew mutaġeniċi ppruvati fl-ambjent tal-baħar. Dawn il-karatteristiċi mhumiex neċessarjament ta' l-istess importanza għall-identifikazzjoni u l-valutazzjoni ta' sustanza jew grupp ta' sustanzi partikolari. 1.2. Gruppi ta' prijorità ta' sustanzi ta' ħsara Il-Partijiet Kontraenti għandhom, fil-miżuri tagħhom ta' prevenzjoni, jagħtu prijorità lill-gruppi ta' sustanzi li ġejjin li ġeneralment huma magħrufa bħala ta' sustanzi ta' ħsara: (a) metalli tqal u l-komposti tagħhom; (b) komposti organoaloġeni; (ċ) komposti organiċi ta' fosfru u landa; (d) pestiċidi, bħal fungiċidi, erbiċidi, insettiċidi, slimiċidi u kimiċi li jintużaw għall-preservazzjoni ta' l-injam, injam lest biex jinħadem, polpa ta' l-injam, ċellulosi, karta, ġlud u tessili; (e) żjut u idrokarboni ta' oriġini tal-petrolju; (f) komposti organiċi oħra li huma l-aktar ta' ħsara għall-ambjent tal-baħar; (g) nitroġenu u komposti tal-fosfru; (h) sustanzi radjoattivi, inkluż skart; (i) materjali persistenti li jistgħu jibqgħu f'wiċċ l-ilma, jibqgħu imdendlin jew jegħrqu; (j) sustanzi li jikkawżaw effetti serji fuq it-togħma u/jew ir-riħa ta' prodotti tal-baħar li jintużaw għall-konsum mill-bniedem, jew effetti fuq it-togħma, riħa, kulur, trasparenza jew karatteristiċi oħra ta' l-ilma. PARTI 2: SUSTANZI PPROJBITI Biex iħarsu l-inħawi tal-Baħar Baltiku minn sustanzi perikolużi, il-Partijiet Kontraenti għandhom jipprojbixxu, totalment jew parzjalment, l-użu tas-sustanzi jew gruppi ta' sustanzi li ġejjin fl-inħawi tal-Baħar Baltiku u l-wesgħat tiegħu. 2.1. Sustanzi pprojbiti għal użi finali, ħlief għad-drogi DDT (1,1,1-trichloro-2,2-bis-(chlorophenyl)-ethane) u d-derivattivi tagħha DDE u DDD. 2.2. Sustanzi pprojbiti għall-użi kollha, ħlief f'tagħmir ta' sistema magħluqa sat-tmiem tal-ħajja tas-servizzi, jew għal riċerka, żvilupp u analiżi (a) PCB's (bifenali poliklorinati); (b) PCT's (terfenali poliklorinati). 2.3. Sustanzi pprojbiti għal ċerti użi Komposti ta' l-organotin għal żebgħa għal kontra l-ħmieġ biex ma jaqbadx ma' biċċiet tal-baħar ta' tgawdija taħt il-25 m u għal gaġeġ li jinqabad il-ħut fihom. PARTI 3: PESTICIDI Biex iħarsu l-inħawi tal-Baħar Baltiku minn sustanzi perikolużi, il-Partijiet Kontraenti għandhom jaħdmu biex inaqqsu u, kulmeta jkun possibbli, jipprojbixxu l-użu tas-sustanzi li ġejjin bħala pestiċidi fl-inħawi tal-Baħar Baltiku u fil-wesgħat tiegħu: SAK-numru | Akrilonitril | 107131 | | Aldrin | 309002 | | Aramit | 140578 | | Kompost tal-Kadmju | – | | Klordejn | 57749 | | Klordekon | 143500 | | Klordimeform | 6164983 | | Kloroform | 67663 | | 1,2-Dibromoethane | 106934 | | Dialdrina | 60571 | | Endrina | 72208 | | Aċidu floroaċetiku u d-derivattivi | 7664393, | 144490 | Heptachior | 76448 | | Isobenzane | 297789 | | Isodrina | 465736 | | Kelevan | 4234791 | | Komposti taċ-¬omb | – | | Komposti tal-Merkurju | – | | Morfamquat | 4636833 | | Nitrofenu | 1836755 | | Il-pentaklorofenol | 87865 | | It-Terpini poliklorinati | 8001501 | | Quintozene | 82688 | | Il-kompost tas-Selenium | – | | 2,4,5-T | 93765 | | Toxaphene | 8001352 | | -------------------------------------------------- ANNESS II IL-KRITERJI GĦALL-UŻU TA' L-AĦJAR PRATTIKA AMBJENTALI U L-AĦJAR TEKNOLOĠIJA DISPONIBBLI REGOLAMENT 1: DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI 1. Fi qbil mal-partijiet relevanti ta' din il-Konvenzjoni, il-Partijiet Kontraenti għandhom japplikaw il-kriterji għall-aħjar prattika ambjentali u l-aħjar teknoloġija disponibbli deskritti hawn taħt. 2. Biex jevitaw u jneħħu t-tniġġiż, il-Partijiet Kontraenti għandhom jużaw l-aħjar prattika ambjentali għall-għejun kollha u l-aħjar teknoloġija disponibbli għall-għejun ta' punti, biex jitnaqqsu jew jitneħħew l-inputs għall-ilma u l-arja mill-għejun kollha li jipprovdu starteġiji ta' kontroll. REGOLAMENT 2: L-AĦJAR PRATTIKA AMBJENTALI 1. It-terminu "l-aħjar prattika ambjentali" tfisser l-applikazzjoni ta' l-aħjar kumbinazzjoni ta' miżuri xierqa. Fl-għażla ta' każijiet individwali, mill-inqas l-iskala gradata ta' miżuri li ġejjin għandha tiġi kkunsidrata: - id-disposizzjoni ta' tagħrif u edukazzjoni lill-pubbliku u lill-utenti fuq il-konsegwenzi ambjentali jekk jagħżlu jagħmlu ċerti attivitajiet u prodotti, l-użu u d-disponiment aħħari tagħhom, - l-iżvilupp u l-applikazzjoni ta' kodiċi ta' prattika ambjentali tajba li tkun tkopri l-aspetti kollha ta' attività fil-ħajja tal-prodott, - tikketti obbligatorji li jinfurmaw lill-pubbliku u lill-utenti dwar ir-riskji ambjentali marbuta ma' prodott, l-użu tiegħu u d-disponiment aħħari, - id-disponibbilà ta' sistemi ta' ġbir u disponiment, - il-preservazzjoni tar-riżorsi, inkluża l-enerġija, - ir-riċiklaġġ, l-akkwist mill-ġdid u l-użu mill-ġdid, - li jkun evitat l-użu ta' sustanzi perikolużi u prodotti u l-ġenerazzjoni ta' skart perikoluż, - l-applikazzjoni ta' strumenti ekonomiċi għal attivitajiet, prodotti jew gruppi ta' prodotti u emissjonijiet, - sistema ta' liċenzar li tinvolvi skala ta' restrizzjonijiet jew projbizzjoni. 2. Biex ikun stabbilit f'każi ġenerali jew individwali liema kumbinazzjoni ta' miżuri huma l-aħjar prattika ambjentali, għandhom jitqiesu l-aktar: - il-prinċipju ta' prekawzjoni, - ir-riskju ekoloġiku assoċjat mal-prodott, il-produzzjoni, l-użu u d-disponiment aħħari tiegħu, - li jkunu evitati ħidmiet jew sustanzi ta' tniġġiż jew li jintużaw oħrajn minflokhom li jikkawżaw inqas tniġġiż, - l-iskala ta' l-użu, - il-ġid jew il-konsegwenzi ambjentali li jistgħu jiġu minn materjali jew ħidmiet minflok oħrajn, - mixi 'l quddiem u tibdil fl-għerf u l-għarfien xjentifiku, - il-limiti taż-żmien għall-implimentazzjoni, - l-implikazzjonijiet soċjali u ekonomiċi. REGOLAMENT 3: L-AĦJAR TEKNOLOĠIJA DISPONIBBLI 1. It-terminu "l-aħjar teknoloġija disponibbli" tfisser l-iktar stadju ta' żvilupp reċenti ta' proċessi, ta' faċilitajiet jew ta' metodi ta' tħaddim li juru d-disponibbiltà prattika ta' miżura partikolari biex ikun imnaqqas ir-rimi ta' l-iskart. 2. Biex ikun stabbilit jekk sett ta' proċessi, faċilitajiet u metodi tat-tħaddim ikunx l-aħjar teknoloġija disponibbli f'każijiet ġenerali jew individwali, għandhomn jitqiesu l-aktar: - proċessi, faċilitajiet jew metodi ta' tħaddim li jistgħu jitqabblu li dan l-aħħar ikunu ġew ippruvati b'suċċess, - mixi 'l quddiem teknoloġiku u tibdil fl-għerf u l-għarfien xjentifiku, - kemm it-teknoloġija tkun waħda prattika, - il-limiti ta' żmien għall-applikazzjoni, - in-natura u l-volum ta' l-emissjonijiet ikkonċernati, - teknoloġija li ma tikkawżax skart/tikkawża livell baxx ta' skart, - il-prinċipju ta' prekawzjoni. REGOLAMENT 4: ŻVILUPPI FIL-ĠEJJIENI Għalhekk, ifisser li "l-aħjar prattika ambjentali" u "l-aħjar teknoloġija disponibbli" jinbidlu biż-żmien fid-dawl tal-mixi 'l quddiem teknoloġiku u ta' fatturi ekonomiċi u soċjali, kif ukoll minħabba l-bidliet fl-għerf u l-għarfien xjentifiku. -------------------------------------------------- ANNESS III KRITERJI U MIŻURI DWAR IL-PREVENZJONI TA' TNIĠĠIŻ MINN GĦEJUN LI JINSABU FUQ L-ART REGOLAMENT 1: DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI Fi qbil mal-partijiet relvanti ta' din il-Konvenzjoni, il-Partijiet Kontraenti għandhom japplikaw il-kriterji u l-miżuri f'dan l-Anness fil-wesgħa kollha u jqisu l-aħjar prattika ambjentali (APA) u l-aħjar teknoloġija disponibbli (ATD) kif deskritt fl-Anness II. REGOLAMENT 2: KRITERJI SPEĊIFIĊI 1. L-ilma tad-dranaġġ muniċipali għandu jiġi ttrattat b'metodi bijoloġiċi jew b'metodi oħrajn effettivi l-istess b'rabta mat-tnaqqis ta' parametri sostanzjali. It-tnaqqis sostanzjali għandu jiddaħħal għan-nutrijenti. 2. L-amministrazzjoni ta' l-ilma f'impjanti industrijali għandha taħseb għal sistemi magħluqin ta' l-ilma jew għal rata għolja ta' ċirkulazzjoni biex ikun evitat kemm jista' jkun li l-ilma li jispiċċa mormi. 3. L-ilma għar-rimi li jintuża fl-industrija għandu jiġi ttrattat b'mod qabel ma dan jitħallat ma' ilma mrattab. 4. L-ilma għar-rimi li fih ikun hemm sustanzi perikolużi jew sustanzi relevanti oħra m'għandux jiġi ttrattat flimkien ma' ilma ieħor għar-rimi, kemm-il darba ma jinkisibx tnaqqis ndaqs fl-ammont ta' tniġġiż meta mqabbel mal-purifikazzjoni separata ta' kull kurrent ta' ilma għar-rimi. It-titjib fil-kwalità ta' ilma għar-rimi m'għandux iwassal għal żieda sostanzjali fl-ammont ta' ħama li tagħmel ħsara. 5. Il-valuri tal-limitu għal emissjonijiet li fihom ikun hemm sustanzi ta' ħsara għall-ilma u l-arja għandhom jiġu ddikjarati f'permessi speċjali. 6. L-impjanti industrijali u għejun ta' punti oħra konnessi ma' impjanti tat-trattament muniċipali għandhom jużaw l-aħjar teknoloġija disponibbli biex f'impjant tat-trattament tad-dranaġġ muniċipali dawn ikunu jistgħu jevitaw sustanzi perikolużi li jibqgħu hekk jew li b'xi mod jistgħu jfixklu l-proċessi fl-impjant. Barra minn hekk, għandhom jittieħdu miżuri skond l-aħjar prattika ambjentali. 7. It-tniġġiż li jkun ġej mill-irziezet tal-ħut għandu jkun evitat u eliminati billi jimexxew 'l quddiem u jiġu implimentati l-aħjar prattika ambjentali u l-aħjar teknoloġija disponibbli. 8. It-tniġġiż li jkun ġej minn għejun ta' taħlit, inkluża l-agrikoltura, għandu jitneħħa billi titmexxa 'l quddiem u tiġi implimentata l-aħjar prattika ambjentali. 9. Il-perstiċidi li jintużaw għandhom ikunu konformi mal-kriterji stabbiliti mill-Kummissjoni. REGOLAMENT 3: IL-PRINĊIPJI GĦALL-ĦRUĠ TA' PERMESSI GĦALL-IMPJANTI INDUSTRIJALI Il-Partijiet Kontraenti jidħlu li japplikaw il-prinċipji u l-proċeduri li ġejjin meta joħorġu l-permessi msemmija fl-Artikolu 6(3) ta' din il-Konvenzjoni: 1. L-operatur ta' l-impjant industrijali għandu jibgħat it-tagħrif lill-awtorità xierqa nazzjonali billi juża formola ta' applikazzjoni. Huwa rakkomandat li l-operatur jinnegozja sew ma' l-awtorità xierqa nazzjonali dwar it-tagħrif meħtieġ għall-applikazzjoni qabel jibgħatha lill-awtorità (ftehim fuq l-għan tat-tagħrif u l-istħarriġ meħtieġa). It-tagħrif li ġej għandu jiddaħħal fl-applikazzjoni: Tagħrif ġenerali - l-isem, il-fergħa, il-lokalità u n-numru ta' impjegati. L-istat attwali u/jew attivitajiet ippjanati - is-sit tar-rimi u/jew emissjoni, - it-tip ta' produzzjoni, l-ammont ta' produzzjoni u/jew ipproċessar, - il-proċessi tal-produzzjoni, - it-tip u l-ammont ta' materjali mhux maħduma, aġenti u/jew prodotti intermedji, - l-ammont u l-kwalità ta' ilma għar-rimi mhux ittrattat u gass mhux raffinat mill-għejun relevanti kollha (eż. l-ilma li jintuża fl-ipproċessar, ilma li jkessaħ), - it-trattament ta' ilma għar-rimi u gass mhux raffinat, l-aktar dwar it-tip, il-proċess u l-effiċjenza ta' trattament minn qabel u/jew trattament aħħari, - ilma għar-rimi ttrattat u gass mhux raffinat b'rabta ma' l-ammont u l-kwalità fl-iżbokk tal-faċilitajiet tat-trattament minn qabel u/jew trattament aħħari, - l-ammont u l-kwalità ta' skart solidu u likwidu ġġenerat matul il-proċess u t-trattament ta' l-ilma għar-rimi u gass mhux raffinat, - it-trattament ta' skart solidu u likwidu, - tagħrif fuq il-miżuri biex ikunu evitati nuqqasijiet fil-proċess u tixrid aċċidentali, - l-istat preżenti u l-impatt possibbli fuq l-ambjent. Alternattivi u l-impatti diversi tagħhom, eż. aspetti ekoloġiċi, ekonomiċi u ta' sigurtà, jekk ikun meħtieġ - proċessi ta' produzzjoni oħrajn possibbli, - materjali mhux maħduma, aġenti u/jew prodotti intermedji oħrajn possibbli, - teknoloġiji ta' trattament oħrajn possibbli. 2. L-awtorità nazzjonali xierqa għandha teżamina l-istat preżenti u l-impatt possibbli tal-ħidmiet ippjanati fuq l-ambjent. 3. L-awtorità xierqa nazzjonali għandha toħroġ il-permess wara li tkun saret valutazzjoni komprensiva b'referenza speċjali lejn l-aspetti msemmija fuq. Mill-inqas dawn li ġejjin għandhom ikunu stabbiliti fil-permess: - il-karatterizzazzjonijiet tal-komponenti kollha (eż. il-kapaċità tal-produzzjoni) li jinfluwenzaw l-ammont u l-kwalità ta' rimi u/jew emissjonijiet, - il-valuri tal-limitu għall-ammont u l-kwalità (tagħbija u/jew konċentrazzjoni) ta' rimi dirett u indirett u emissjonijiet, - struzzjonijiet dwar: - il-bini u s-sigurtà, - il-proċessi tal-produzzjoni u/jew l-aġenti, - it-tħaddim u ż-żamma tal-faċilitajiet tat-trattament, - l-akkwist ta' materjali u sustanzi u d-disponiment ta' l-iskart, - it-tip u l-limitu tal-kontroll li għandhom jitwettqu mill-operatur (il-kontroll tiegħu nnifsu), - miżuri li għandhom jittieħdu f'każ ta' nuqqas fil-proċessi u tixrid aċċidentali, - metodi analitiċi li għandhom jintużaw, - skeda għall-immodernizzar, iż-żieda ta' tagħmir ġdid u l-investigazzjonijiet li jkunu saru mill-operatur, - skeda għar-rapporti ta' l-operatur fuq il-ħarsien u l-miżuri ta' kontroll tiegħu nnifsu, dwar żieda ta' tagħmir ġdid u oħrajn ta' investigazzjoni. 4. L-awtorità xierqa nazzjonali jew istituzzjoni indipendenti li tkun awtorizzata mill-awtorità nazzjonali xierqa għandha: - tagħmel spezzjoni fuq l-ammont u l-kwalità ta' rimi u/jew emissjonijiet billi jittieħdu u jiġu analizzati kampjuni, - tikkontrolla jekk ikunux intlaħqu l-kriterji tal-permess, - tirranġa l-monitoraġġ tad-diversi impatti ta' disponiment ta' ilma tar-rimi u emissjonijiet fl-atmosfera, - tirrevedi l-permess meta jkun meħtieġ. -------------------------------------------------- ANNESS IV IL-PREVENZJONI TA' TNIĠĠIŻ MILL-VAPURI REGOLAMENT 1: IL-KOPERAZZJONI Il-Partijiet Kontraenti għandhom, f'materji li jikkonċernaw il-ħarsien ta' l-inħawi tal-Baħar Baltiku mit-tniġġiż tal-vapuri, jikkoperaw: (a) fl-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali, l-aktar billi jmexxu 'l quddiem l-iżvilupp tar-regoli internazzjonali li huma bbażati, inter alia, fuq il-prinċipji fundamentali u l-obbligi ta' din il-Konvenzjoni, li tinkludi wkoll il-mixi 'l quddiem ta' l-użu ta' l-aħjar teknoloġija disponibbli u l-aħjar prattika ambjentali kif definiti fl-Anness II; (b) fl-implimentazzjoni effettiva u armonizzata tar-regoli addottati mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali. REGOLAMENT 2: L-GĦAJNUNA FL-INVESTIGAZZJONIJIET Il-Partijiet Kontraenti għandhom, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(3) ta' din il-Konvenzjoni, jgħinu lil xulxin kif xieraq biex jinvestigaw il-ksur li jsir fil-leġislazzjoni li teżisti fiq miżuri għal kontra t-tniġġiż, li jkun twettaq jew li dwaru hemm suspett li twettaq fiż-żona tal-Baħar Baltiku. Din l-għajnuna tista' tinkludi, iżda mhix limitata għal, spezzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti tar-reġistri taż-żejt, ir-reġistri tat-tagħbija, il-ġurnali ta' abbord u dawk tal-magni, kif ukoll it-teħid ta' kampjuni ta' żejt biex dan ikun identifikat b'mod analitiku. REGOLAMENT 3: ID-DEFINIZZJONIJIET Għall-għanijiet ta' dan l-Anness: 1. "amministrazzjoni" tfisser il-gvern tal-Parti Kontraenti li taħt l-awtorità tiegħu l-vapur ikun jaħdem. Dwar vapur awtorizzat li jtajjar il-bandiera ta' xi Stat, l-amministrazzjoni tkun il-gvern ta' dak l-Istat. Dwar pjattaformi fissi u li jgħumu f'wiċċ l-ilma li għandhom x'jaqsmu mat-tiftix u l-esplojtazzjoni ta' qiegħ il-baħar u s-sottoswol tiegħu qrib il-kosta li fuqhom l-Istat kostali jeżerċita d-drittijiet sovrani għat-tiftix u l-esplojtazzjoni tar-riżorsi naturali tagħhom, l-amministrazzjoni jkun il-gvern ta' l-Istat kostali kkonċernat; 2. (a) "rimi", dwar sustanzi ta' ħsara jew nixxiegħat li fihom ikun hemm dawn is-sustanzi, tfisser kull rilaxx, minkejja l-mod kif jiġi kkawżat, minn vapur u li jkun jinkludi kull ħruġ, disponiment, tixrid, tnixxija, ippumpjar, emissjoni jew żvujtar: (b) "ir-rimi" ma jinkludix: (i) ir-rimi fis-sens tal-Konvenzjoni fuq il-Prevenzjoni mit-Tniġġiż tal-Baħar bir-Rimi ta' Skart u Materja Oħra, li saret f'Londra fid-29 ta' Diċembru 1972; jew (ii) it-tħollija ta' sustanzi ta' ħsara li jkunu ġejjin direttament mit-tiftix u mill-esplojtazzjoni tar-riżorsi minerali ta' qiegħ il-baħar, kif ukoll minn proċessi relatati oħra li jsiru lil hinn mix-xtajta; jew (iii) it-tħollija ta' sustanzi ta' ħsara għall-għanijiet ta' riċerka xjentifika leġittma dwar it-tnaqqis jew il-kontroll tat-tniġġiż; 3. it-terminu "mill-eqreb art" ifisser mil-linja bażika li minnha l-baħar territorjali tat-territorju in kwistjoni ikun stabbilit fi qbil mal-liġi internazzjonali; 4. it-terminu "ġurisdizzjoni" għandu jiġi interpretat fi qbil mal-liġi internazzjonali li jkun hemm fis-seħħ meta jkun applikat jew interpretat dan l-Anness; 5. it-terminu "Marpol 73/78" ifisser il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġiż mill-Vapuri, 1973, kif immodifikata bil-Protokoll ta' l-1978 marbut magħha. REGOLAMENT 4: L-APPLIKAZZJONI TA' L-ANNESS GĦALL-MARPOL 73/78 Suġġett għar-Regolament 5, il-Partijiet Kontraenti għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta' l-Annessi għall-Marpol 73/78. REGOLAMENT 5: ID-DRANAĠĠ Il-Partijiet Kontraenti għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet tal-paragrafi A sa D u F u Ġ ta' dan ir-Regolament fuq ir-rimi ta' dranaġġ mill-vapuri waqt li jkunu għaddejjin mill-inħawi tal-Baħar Baltiku. A. Definizzjonijiet Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament: 1. "dranaġġ" ifisser: (a) dranaġġ u skart ieħor minn kull forma ta' lokijiet, urinali, u toqob tad-WC; (b) dranaġġ minn bini mediku (spiżerija, post fejn jinżammu l-pazjenti, eċċ.) minn sinkijiet, mejjilli tal-ħasil u tappieri li jkun hemm f'dan il-bini; (ċ) dranaġġ minn inħawi li fihom ikun hemm annimali ħajjin; jew (d) ilma ieħor għar-rimi meta jitħallat mad-dranaġġi msemmija fuq; 2. "tankijiet ta' ħażna" tfisser tank li jintuża għall-ġbir u l-ħażna tad-dranaġġ. B. L-Applikazzjoni Id-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw għal: (a) vapuri ta' 200 tunnellata metrika u 'l fuq; (b) vapuri ta' inqas minn 200 tunnellata metrika li jkunu ċċertifikati li jġorru aktar minn 10 persuni; (ċ) vapuri li ma jkollhomx tunnellata metrika mkejla u huma ċċerifikati li jgħabbu aktar minn 10 persuni. Ċ. Ir-Rimi ta' dranaġġ 1. Suġġett għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu D ta' dan ir-Regolament, ir-rimi ta' dranaġġ fil-baħar huwa pprojbit, ħlief meta: (a) l-vapur jarmi dranaġġ bi tniġġiż imnaqqas u diżinfettat billi juża sistema approvata mill-amministrazzjoni f'distanza ta' aktar minn erba' mili nawtiċi mill-eqreb art, jew dranaġġ li ma jkunx b'sustanzi ta' tniġġiż imnaqqsa jew diżinfettat f'distanza ta' aktar minn 12-il mil nawtiku mill-eqreb art, sakemm li f'kull każ id-dranaġġ li jkun inħażen fit-tankijiet tal-ħażna ma jintremiex f'daqqa iżda b'rata moderata meta l-vapur ikun għaddej u jkun qed jipproċedi b'veloċità ta' mhux inqas minn erba' mili tal-baħar; jew (b) il-vapur ikollu impjant ta' trattament tad-dranaġġjaħdem li jkun ġie approvat mill-amministrazzjoni, u (i) ir-riżultati tat-testijiet ta' l-impjant ikunu stabbiliti f'dokument li jinġarr fuq il-vapur; (ii) f'żieda ma' dan, id-dranaġġ li joħroġ m'għandux jipproduċi solidi li jidhru jgħumu f'wiċċ l-ilma, lanqas ma jikkawża tibdil fil-kulur tal-baħar qrib. 2. Meta d-dranaġġ jitħallat ma' skart jew ilma għar-rimi li jkollu kriterji ta' rimi differenti, għandhom ikunu japplikaw l-iktar kriterji stretti. D. Eċċezzjonijiet Il-paragrafu Ċ ta' dan ir-Regolament m'għandux japplika għal: (a) rimi ta' dranaġġ minn vapur meħtieġ biex jiżgura s-sigurtà ta' vapur u ta' dawk abbord jew biex tissalva ħajja fuq il-baħar; jew (b) rimi ta' dranaġġ li jkun ġej minn ħsara fuq vapur jew mit-tagħmir tiegħu jekk il-prekawzjonijiet kollha jkunu ttieħdu qabel u wara li tkun seħħet il-ħsara biex ikun evitat jew imanqqas kemm jista' jkun dan ir-rimi. E. Faċilitajiet ta' lqugħ 1. Kull Parti Kontraenti tidħol li tiżgura d-disposizzjoni ta' faċilitajiet fil-portijiet u t-terminali tagħha fl-inħawi tal-Baħar Baltiku għall-ilqugħ ta' dranaġġ, mingħajr ma jkun ikkawżat dewmien bla bżonn għall-vapuri. Dawn il-faċilitajiet għandhom ikunu tajbin biex jilħqu l-bżonnijiet tal-vapuri li jużawhom. 2. Biex il-pajpijiet li għandhom x'jaqsmu mal-faċilitajiet ta' lqugħ ikunu jistgħu jitwaħħlu mal-linja tal-pajpijiet ta' rimi tad-dranaġġ tal-vapur, iż-żewġ linji għandhom jitwaħħlu b'konnessjoni ta' rimi ta' dranaġġ li tkun standard fi qbil mat-tabella li ġejja: Dimensjoni standard ta' Konnezzjonijiet. Deskrizzjoni | Qies | Id-dijametru ta' barra | 210 mm | Id-dijametru ta' ġewwa | Skond id-dijametru ta' barra tal-pajp | Id-dijametru tal-bolt circle | 170 mm | Kanali fil-ħanek | Erba' toqob b'dijametru ta' 18 mm li jkunu jinsabu 'l bogħod minn xulxin fl-istess distanza u li jitpoġġew fuq bolt circle ta' dijametru msemmi fuq, b'kanali li jkunu jaslu sat-tarf tal-ħanek. Il-wisa' tal-kanal trid tkun ta' 18 mm | Il-Ħxuna tal-ħanek | 16 mm | Boltijiet u skorfini: kwantità u dijametru | Erbgħa, kull wieħed b'dijametru ta' 16 mm u ta' tul addattat | Il-ħanek ikun iddisinjat li jilqa' fih pajpijiet sa dijametru intern massimu ta' 100 mm u għandu jkun ta' l-azzar jew ta' materjal simili ieħor li jkollu wiċċ ċatt. Dan il-ħanek, flimkien ma' gasket addattata, għandu jkun tajjeb għal pressjoni ta' servizz ta' 6 kg/ċm2. Għal vapuri li fil-forma jkollhom fond ta' ħames metri u inqas, id-dijametru ta' ġewwa tal-konnessjoni tar-rimi tad-dranaġġ jista' jkun ta' 38 millimetru. F. Stħarriġ 1. Il-vapuri li jkunu fi vjaġġi internazzjonali fl-inħawi tal-Baħar Baltiku għandhom ikunu jiddependu minn stħarriġ kif speċifikat hawn taħt: (a) stħarriġ tal-bidu qabel ma l-vapur jidħol fis-servizzi jew qabel ma ċ-ċertifikat meħtieġ skond il-paragrafu Ġ ta' dan ir-Regolament jinħareġ għall-ewwel darba, inkluż stħarriġ fuq vapur li għandu li jsir b'tali mod li jkun żgurat li: (i) meta l-vapur ikun mgħammar b'impjant tat-trattament tad-dranaġġ, l-impjant għandu jilħaq il-kriterji bbażati fuq l-istandards u l-metodi ta' prova rakkomandati mill-Kummissjoni u għandu jkun approvat mill-amministrazzjoni; (ii) meta l-vapur ikun mgħammar b'sistema li tnaqqas jew tiddiżinfetta d-dranaġġ, din is-sistema għandha tilħaq il-kriterji tat-tħaddim ibbażati fuq l-istandards u l-metodi tal-prova rakkomandati mill-Kummissjoni u għandha tiġi approvata mill-amministrazzjoni; (iii) meta l-vapur ikun mgħammar b'tank ta' ħażna, il-kapaċità ta' dan it-tank għandha tkun tissodisfa l-kriterji ta' l-amministrazzjoni għaż-żamma tad-dranaġġ kollu, wara li tkun ikkunsidrat it-tħaddim tal-vapur, in-numru ta' l-impjegati abbord u fatturi relevanti oħra. It-tank tal-ħażna għandu jilħaq il-kriterji tat-tħaddim ibbażati fuq l-istandards u l-metodi tal-prova rakkomandati mill-Kummissjoni u għandu jkun approvat mill-amministrazzjoni; u (iv) il-vapur ikun mgħammar b'linja ta' pajpijiet biex minnu jintrema d-dranaġġ għal faċilità ta' l-ilqugħ. fi qbil mal-paragrafu E, jew għal vapuri li jkunu f'kummerċ iddedikat, alternattivament bi standards oħra li jistgħu jiġu aċċettati mill-amministrazzjoni, bħal irbit ta' konnessjoni mgħaġġla. Dan l-istħarriġ għandu jsir biex jiżgura li t-tagħmir, il-partijiet, l-arranġamenti u l-materjali jkunu jħarsu b'mod sħiħ il-kriterji applikabbli għal dan ir-Regolament. L-amministrazzjoni għandha tirrikonoxxi "iċ-ċertifikat tal-prova tat-tip" għall-impjanti tat-trattament tad-dranaġġ li jkunu nħarġu taħt l-awtorità ta' Partijiet Kontraenti oħra; (b) Stħarriġ perjodiku f'perjodi speċifikati mill-amministrazzjoni iżda li ma jkunux itwal minn ħames snin; dawn għandhom isiru b'tali mod li jiżguraw li t-tagħmir, il-partijiet, l-arranġamenti u l-materjali jkunu jħarsu b'mod sħiħ il-kriterji applikabbli ta' dan ir-Regolament. 2. L-istħarriġ tal-vapur dwar l-infurzar tad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom isiru mill-uffiċjali ta' l-amministrazzjoni. L-amministrazzjoni tista', madankollu, tafda l-istħarriġ tagħha jew lil investigaturi maħtura minnha għal dan il-għan jew lil organizzazzjonijiet magħrufa minnha. F'kull każ, l-amministrazzjoni kkonċernata tiggarantixxi b'mod sħiħ it-tkomplija u l-effiċjenza ta' l-istħarriġ. 3. Wara li jkun intemm kull stħarriġ fuq vapur, m'għandu jsir l-ebda tibdil sostanzjali fit-tagħmir, partijiet, arranġamenti, jew materjali koperti bl-istħarriġ mingħajr l-approvazzjoni ta' l-amministrazzjoni, ħlief il-bdil dirett ta' dan it-tagħmir jew partijiet. Ġ. Iċ-Ċertifikat 1. Ċertifikat ta' prevenzjoni mit-tniġġiż tad-dranaġġ għandu jinħareġ lil vapuri ċċertifikati li jġorru fuqhom aktar minn 50 persuna u li jkunu joperaw fi vjaġġi internazzjonali fl-inħawi tal-Baħar Baltiku, wara stħarriġ fi qbil mad-disposizzjonijiet tal-paragrafu F ta' dan ir-Regolament. 2. Dan iċ-ċertifikat għandu jinħareġ jew mill-amministrazzjoni jew minn kull persuna jew organizzazzjoni li tkun awtorizzata kif xieraq minnha. F'kull każ, l-amministrazzjoni tassumi responsabbiltà sħiħa għal dak iċ-ċertifikat. 3. Iċ-ċertifikat ta' prevenzjoni mid-dranaġġ għandu jkun f'għamla li tkun tikkorrispondi għal mudell mogħti fl-Appendiċi għall-Anness IV għall-Marpol 73/78. Jekk il-lingwa ma tkunx l-Ingliż, it-test għandu jinkludi traduzzjoni bl-Ingliż. 4. Ċertifikat ta' prevenzjoni mid-dranaġġ għandu jinħareġ għal perjodu ċċertifikat mill-amministrazzjoni, li m'għandux ikun aktar minn ħames snin. 5. Ċertifikat m'għandux jibqa' validu jekk ikun sar tibdil sostanzjali fit-tagħmir, partijiet, arranġamenti jew materjali meħtieġa mingħajr l-approvazzjoni ta' l-amministrazzjoni, ħlief il-bdil dirett ta' dan it-tagħmir jew partijiet. -------------------------------------------------- ANNESS V EŻENZJONIJIET MILL-PROJBIZZJONI ĠENERALI TAR-RIMI TA' SKART U MATERJA OĦRA FIŻ-ŻONA TAL-BAĦAR BALTIKU REGOLAMENT 1 Fi qbil ma' l-Artikolu 11(2) ta' din il-Konvenzjoni, il-projbizzjoni tar-rimi m'għandhiex tkun tgħodd għar-rimi ta' materjali bil-gamgmu fil-baħar sakemm: (a) ir-rimi ta' materjal bil-gamgmu li fih ikun hemm sustanzi ta' ħsara murija fl-Anness I ikun awtorizzat biss fi qbil mal-linjigwida addottati mill-Kummissjoni; u (b) ir-rimi jsir taħt permess speċjali maħruġ minn qabel mill-awtorità xierqa nazzjonali, jew: (i) fiż-żona tal-passaġġi fuq l-ilma interni u l-baħar territorjali ta' Parti Kontraenti; jew (ii) barra ż-żona tal-passaġġi fuq l-ilma interni u l-baħar territorjali, kulmeta jkun meħtieġ, wara konsultazzjonijiet minn qabel fil-Kummissjoni. Fil-ħruġ ta' dawn il-permessi, il-Parti Kontraenti għandha tkun konformi mad-disposizzjonijiet fir-Regolament 3 ta' dan l-Anness. REGOLAMENT 2 1. L-awtorità nazzjonali xierqa msemmija fl-Artikolu 11(2) ta' din il-Konvenzjoni għandha: (a) toħroġ permessi speċjali kif jingħad fir-Regolament 1 ta' dan l-Anness; (b) tirreġistra n-natura u l-kwantità ta' materja awtorizzata li tintrema kif ukoll il-lokalità, il-ħin u l-metodu tar-rimi; (ċ) tiġbor it-tagħrif disponibbli dwar in-natura u l-kwantitajiet ta' materja li jkunu ntremew reċentement fiż-żona tal-Baħar Baltiku u sad-dħul fis-seħħ ta' din il-Konvenzjoni, sakemm il-materja mormija in kwistjoni ma tkunx twassal biex tniġġeż l-ilma jew l-organiżmi li jgħixu fl-inħawi tal-Baħar Baltiku, jew li b'xi mod jinqabad mat-tagħmir tas-sajd, jew inkella li jwassal biex ikun hemm ħsara, kif ukoll it-tagħrif dwar il-lokalità, il-ħin u l-metodu ta' dan ir-rimi. 2. L-awtorità xierqa nazzjonali għandha toħroġ permessi speċjali fi qbil mar-Regolament 1 ta' dan l-Anness dwar materja maħsuba għar-rimi fl-inħawi tal-Baħar Baltiku li: (a) tkun tgħabbiet fit-territorju tagħha; (b) tkun tgħabbiet minn vapur jew ajruplan irreġistrati fit-territorju tagħha jew li jkunu jtajru l-bandiera tagħha, meta t-tagħbija sseħħ fit-territorju ta' Stat li ma jkunx Parti Kontraenti għal din il-Konvenzjoni. 3. Kull Parti Kontraenti għandha tirrapporta lill-Kummissjoni, u meta jkun xieraq lil Partijiet Kontraenti oħra, it-tagħrif speċifikat fis-sotto-paragrafu 1 (ċ) tar-Regolament 2 ta' dan l-Anness. Il-proċedura li għandha tissegwa u n-natura ta' dawn ir-rapporti għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjoni. REGOLAMENT 3 Fil-ħruġ ta' permessi speċjali fi qbil mar-Regolament 1 ta' dan l-Anness, l-awtorità nazzjonanli xierqa għandha tqis: (a) il-kwantità ta' materjal bil-gamgmu li għandu jintrema; (b) il-kontenut ta' sustanzi ta' ħsara msemmija fl-Anness I; (ċ) il-lokalità (eż. il-posizzjoni ġeografika taż-żona tar-rimi, il-fond u d-distanza mill-kosta) u r-relazzjoni tagħha ma' żoni ta' interess speċjali (eż. żoni ta' sbuħija, żoni fejn ibid u jitrabba l-ħut u oħrajn ta' sajd, eċċ); (d) il-karatteristiċi ta' l-ilma, jekk ir-rimi jsir barra mill-baħar territorjali, li jikkonsistu minn: (i) fatturi idrografiċi (eż. it-temperatura, l-imluħa, id-densità, il-profil); (ii) fatturi kimiċi (eż. pH, ossiġnu maħlul, nutrijenti); (iii) fatturi bijoloġiċi (eż. prodotti primarji u annimali li jgħixu f'qiegħ il-baħar); it-tagħrif għandu jinkludi informazzjoni biżżejjed fuq il-livelli medji ta' kull sena u t-tibdil fl-istaġuni fuq il-fatturi msemmija f'din il-paragrafu; u (e) l-eżistenza u l-effetti ta' rimi ieħor li jista' jkun sar fiż-żona tar-rimi. REGOLAMENT 4 Ir-rapporti li jsiru fi qbil ma' l-Artikolu 11(5) ta' din il-Konvenzjoni għandhom jinkludu t-tagħrif li għandu jingħata fil-formola tar-rappurtar li għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjoni. -------------------------------------------------- ANNESS VI IL-PREVENZJONI TA' TNIĠĠIŻ MINN ATTIVITAJIET LIL HINN MIX-XATT REGOLAMENT 1: DEFINIZZJONIJIET Għall-għanijiet ta' dan l-Anness: 1. "attività lil hinn mix-xatt" tfisser kull tiftix u esplojtazzjoni ta' żejt u gass lil hinn mix-xatt minn stallazzjoni jew struttura fissa jew li tgħum f'wiċċ l-ilma, li tinkludi attivitajiet assoċjati magħha; 2. "unit lil hinn mix-xatt" tfisser kull stallazzjoni jew struttura fissa jew li tgħum f'wiċċ l-ilma li tintuża fit-tiftix jew l-esplotazzjoni ta' gass jew żejt, jew f'attivitajiet ta' produzzjoni, jew għat-tagħbija jew il-ħatt ta' żejt; 3. "tiftix" jinkludi kull xogħol ta' tħaffir iżda mhux investigazzjonijiet sismiċi; 4. "esplotazzjoni" tinkludi kull xogħol ta' produzzjoni, ittestjar ta' bjar jew ta' stimulazzjoni. REGOLAMENT 2: L-UŻU TA' L-AĦJAR TEKNOLOĠIJA DISPONIBBLI U L-AĦJAR PRATTIKA AMBJENTALI Il-Partijiet Kontraenti jidħlu li jevitaw u jeliminaw it-tniġġiż minn xogħol li jsir lil hinn mix-xatt bl-applikazzjoni tal-prinċipji ta' l-aħjar teknoloġija disponibbli u l-aħjar prattika ambjentali kif imfisser fl-Anness II. REGOLAMENT 3: VALUTAZZJONI FUQ L-IMPATT AMBJENATLI U L-MONITORAĠĠ 1. Għandha ssir valutazzjoni ta' l-impatt ambjenatli qabel ma x-xogħol lil hin mix-xatt ikun awtorizzat jibda. Fil-każ ta' l-esplojtazzjoni msemmija fir-Regolament 5, ir-riżultati ta' din il-valutazzjoni għandhom jiġu avżati lill-Kummissjoni qabel ma x-xogħol lil hinn mix-xatt ikun awtorizzat jibda. 2. B'rabta mal-valutazzjoni ta' l-impatt ambjentali, is-sensittività ambjentali taż-żona tal-baħar madwar il-unit lil hinn mix-xatt li jkun propost għandha tiġi eżaminata dwar dan li ġej: (a) l-importanza ta' l-inħawi għall-għasafar u l-mammiferi tal-baħar; (b) l-importanza ta' l-inħawi bħala żoni ta' sajd jew fejn il-ħut u l-frott tal-baħar jagħmel il-bajd, kif ukoll għall-akwakultura; (ċ) l-importanza ta' l-inħawi għall-mistrieħ; (d) il-komposizzjoni tas-sediment imkejjel bħala: id-distribuzzjoni tal-qies tal-frak, materja xotta, telf fit-tiqbid, il-kontenut idrokarboniku sħiħ, u l-kontenut ta' Ba, Cr, Pb, Cu, Hg u Cd; (e) l-abbundanza u d-diversità ta' l-annimali ta' qiegħ il-baħar u l-kontenut ta' idrokarboni alifatiċi u aromatiċi magħżula. 3. Biex jitħarsu l-effetti ta' wara l-fażi tat-tiftix mill-istudji li jkunu saru fuq ix-xogħol lil hinn mix-xtajta, mill-inqas dawk imsemmija fis-sotto-paragrafu (d) għandhom isiru qabel u wara x-xogħol. 4. Biex jitħarsu l-effetti ta' wara l-fażi ta' l-esplojtazzjoni mill-istudji li jkunu saru fuq ix-xogħol lil hinn mix-xtajta, mill-inqas dawk imsemmija fis-sotto-paragrafi (d) u (e), għandhom isiru qabel ix-xogħol, f'intervalli ta' kull sena matul ix-xogħol, u wara li x-xogħol ikun intemm. REGOLAMENT 4: EMISSJONIJIET FIL-FAŻI TAT-TIFTIX 1. L-użu ta' ħama li tiġi mit-tħaffir għaż-żejt, li fiha ikun hemm sustanzi perikolużi oħra, għandu jkun ristrett għal każijiet, fejn ikun meħtieġ, li jinvolvu raġunijiet ġeoloġiċi, tekniċi jew ta' sigurtà, u wara biss li tkun ħarġet awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtorità kompetenti. F'dawn il-każijiet għandhom jittieħdu l-miżuri xierqa waqt li jkunu pprovduti stallazzjonijiet xierqa biex ikun evitat il-ħruġ ta' din il-ħama fl-ambjent tal-baħar. 2. Il-ħama li tiġi mit-tħaffir għaż-żejt u qatgħat li jkunu ġejjin mill-użu ta' ħama li tiġi mit-tħaffir għaż-żejt m'għandhomx jispiċċaw fiż-żona tal-Baħar Baltiku, iżda jittieħdu l-art għal trattament jew disponiment aħħari f'manjiera li tkun ambjentalment aċċettabbli. 3. Il-ħruġ ta' ħama li tiġi mit-tħaffir għall-ilma u qatgħat għandhom ikunu jiddependu minn awtorizzazzjoni li tingħata mill-awtorità xierqa nazzjonali. Qabel ma tingħata l-awtorizzazzjoni, il-kontenut ta' ħama li tiġi mit-tħaffir għall-ilma għandu jkun ġie ppruvat li għandu livell tossiku baxx. 4. Il-ħruġ ta' qatgħat li jkunu ġejjin mill-użu ta' ħama li tiġi mit-tħaffir għall-ilma m'għandux ikun awtorizzat f'partijiet sensittivi ħafna taż-żona tal-Baħar Baltiku, bħal inħawi magħluqa jew baxxi bi bdil limitat ta' ilma u oħrajn li għandhom ekosistemi rari, ta' valur, jew verament fraġli. REGOLAMENT 5: EMISSJONIJIET FIL-FAŻI TA' L-ESPLOJTAZZJONI F'żieda mad-disposizzjonijiet ta' l-Anness IV, id-disposizzjonijiet li ġejjin għandhom jgħoddu għall-emissjonijiet: (a) il-kimiċi u l-materjali kollha għandhom jittieħdu l-art u jistgħu jitħallew biss wara li jkun inkiseb il-permess mill-awtorità xierqa nazzjonali f'kull operazzjoni individwali; (b) l-emissjoni ta' ilma tal-produzzjoni u ilma ta' spjazzament hija pprojbita kemm-il darba l-kontenut ta' żejt fih ma jkunx ippruvat li huwa inqas minn 15 mg/l, imkejjel skond metodi ta' analiżi u teħid ta' kampjuni li għandhom jiġu addottati mill-Kummissjoni; (ċ) jekk il-konformità ta' dan il-valur ta' limitu ma jkunx jista' jinkiseb bl-użu ta' l-aħjar prattika ambjentali u l-aħjar teknoloġija disponibbli, l-awtorità xierqa nazzjonali tista' titlob li jittieħdu miżuri xierqa addizzjonali biex tkun evitata l-possibbiltà ta' tniġġiż ta' l-ambjent tal-baħar taż-żona tal-Baħar Baltiku u tippermetti, jekk ikun meħtieġ, valur ta' limitu ogħla li, madankollu, għandu jkun baxx kemm jista' jkun, u fl-ebda każ m'għandu jkun aktar minn 40 mg/l; il-kontenut ta' żejt għandu jitkejjel kif imfisser fis-sotto-paragrafu (b); (d) l-emissjoni awtorizzata m'għandha fl-ebda każ toħloq effetti mhux aċċettabbli fuq l-ambjent tal-baħar; (e) biex ikunu jistgħu jgawdu mill-iżvilupp fil-ġejjieni li jkun hemm fit-teknoloġija tat-tindif u l-produzzjoni, il-permessi ta' l-emissjonijiet għandhom jiġu riveduti regolarment mill-awtorità xierqa nazzjonali, waqt li l-limiti ta' emissjonijiet ikunu wkoll riveduti kif suppost. REGOLAMENT 6: IL-PROĊEDURA TAR-RAPPURTAR Kull Parti Kontraenti għandha titlob lill-operatur jew lil xi persuna oħra responsabbli mill-unit ta' lil hinn mix-xatt biex dan jirrapporta fi qbil mad-disposizzjonijiet tar-Regolament 5 (1) ta' l-Anness VII għal din il-Konvenzjoni. REGOLAMENT 7: IPPJANAR TA' KONTINĠENZA Kull unit li tkun lil hinn mix-xatt għandu jkollha pjan ta' emerġenza għal kontra t-tniġġiż li jkun approvat fi qbil mal-proċedura stabbilita mill-awtorità xierqa nazzjonali. Il-pjan għandu jkun fih tagħrif fuq sistemi ta' emerġenza u ta' komunikazzjoni, l-organizzazzjoni ta' miżuri ta' tweġibiet, lista ta' tagħmir imħejji u deskrizzjoni tal-miżuri li għandhom jittieħdu f'għamliet differenti ta' inċidenti ta' tniġġiż. REGOLAMENT 8: UNITS LIL HINN MIX-XATT LI MA JKUNUX UŻATI Il-Partijiet Kontraenti għandhom jiżguraw li units lil hinn mix-xatt li jkunu abbandunati jew mhux użati u dawk li jiġġarrfu aċċidentalment jitneħħew kompletament u jinġiebu lejn l-art taħt ir-responsabbiltà ta' sidhom, u li bjar tat-tħaffir mhux użati jingħalqu. REGOLAMENT 9: IL-BDIL TA' TAGĦRIF Il-Partijiet Kontraenti għandhom il-ħin kollu jbiddlu bejniethom, permezz tal-Kummissjoni, it-tagħrif fuq il-lokalità u n-natura tal-ħidmiet kollha, ippjanati jew imwettqa, lil hinn mix-xatt, fuq in-natura u l-ammonti ta' emissjonijiet, kif ukoll fuq il-miżuri ta' kontinġenza li jsiru. -------------------------------------------------- ANNESS VII TWEĠIBA GĦAL INĊIDENTI TA' TNIĠĠIŻ REGOLAMENT 1: DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI 1. Il-Partijiet Kontraenti jidħlu li jżommu l-ħila li jwieġbu għal inċidenti ta' tniġġiż li jkunu qed jheddu l-ambjent tal-baħar ta' l-inħawi tal-Baħar Baltiku. Din il-ħila għandha tinkludi fiha tagħmir tajjeb, vapuri u nies imħarrġa għal operazzjonijiet f'ibħra kostali kif ukoll fl-ibħra ewlenin. 2. (a) F'żieda ma' l-inċidenti msemmija fl-Artikolu 13, il-Parti Kontraenti għandha tavża wkoll mingħajr dewmien dawk l-inċidenti ta' tniġġiż li jseħħu fir-reġjun responsabbli minnu, li jaffettwaw jew li x'aktarx jaffettwaw l-interessi ta' Partijiet Kontraenti oħra. (b) Fil-każ ta' inċident ta' tniġġiż sostanzjali, Partijiet Kontraenti oħra u l-Kummissjoni għandhom ikunu mgħarrfa kemm jista' jkun malajr. 3. Il-Partijiet Kontraenti jaqblu li, suġġett għall-ħiliet u d-disponibbiltà tar-riżorsi relevanti, dawn għandhom jikkoperaw billi jwieġbu għal inċidenti ta' tniġġiż meta s-serjetà ta' każijiet bħal dawn tkun tiġġustifika hekk. 4. Barra minn hekk, il-Partijiet Kontraenti għandhom jieħdu miżuri biex: (a) jagħmlu sorveljanza regolari barra l-kosta; u (b) jikkoperaw u jbiddlu tagħrif ma' Partijiet Kontraenti oħra biex itejbu l-ħila li jwieġbu għal inċidenti ta' tniġġiż. REGOLAMENT 2: IPPJANAR TA' KONTINĠENZA Kull Parti Kontraenti għandha tfassal pjan ta' kontinġenza nazzjonali u, f'koperazzjoni ma' Partijiet Kontraenti oħra, pjani bilaterali jew multilaterali xierqa għal rispons konġunt meta jkun hemm inċidenti ta' tniġġiż. REGOLAMENT 3: SORVELJANZA 1. Biex ma jkunx hemm ksur fir-regolamenti eżistenti fuq il-prevenzjoni ta' tniġġiż mill-vapuri, il-Partijiet Kontraenti għandhom jiżviluppaw u japplikaw, waħedhom jew f'koperazzjoni, ħidmiet ta' sorveljanza li jkunu jkopru ż-żona tal-Baħar Baltiku biex jidentifikaw u jimmonitorjaw iż-żejt u sustanzi oħra li jispiċċaw fil-baħar. 2. Il-Partijiet Kontraenti jidħlu li jwettqu l-miżuri xierqa biex jagħmlu s-sorveljanza msemmija fil-paragrafu 1 bl-użu, inter alia, ta' sorveljanza mill-ajru mgħammra b'sistemi ta' satellita. REGOLAMENT 4: REĠJUNI TA' RISPONS Il-Partijiet Kontraenti għandhom jaqblu minnufih, bilateralment jew multilateralment, fuq dawk ir-reġjuni taż-żona tal-Baħar Baltiku li fihom dawn se jwettqu ħidmiet ta' sorveljanza u fejn se jieħdu azzjoni kulmeta jiġri, jew x'aktarx jiġri, xi inċident ta' tniġġiż sostanzjali; dan il-ftehim m'għandux jippreġudika kull ftehim ieħor li jkun ġie konkluż bejn Partijiet Kontraenti dwar l-istess suġġett. L-Istati ġirien għandhom jiżguraw l-armonizzazzjoni ta' ftehim differenti. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jgħarrfu lil Partijiet Kontraenti oħra u lill-Kummissjoni dwar dan il-ftehim. REGOLAMENT 5: IL-PROĊEDURA TAR-RAPPURTAR 1. (a) Kull Parti Kontraenti għandha titlob lill-kaptani jew persuni oħra responsabbli mill-vapuri li jtajru l-bandiera tagħha biex dawn jirrappurtaw mingħajr dewmien kull każ fuq il-vapuri tagħhom li jkun jonvolvi emissjoni jew emissjoni probabbli ta' żejt jew sustanzi oħra ta' ħsara. (b) Ir-rapport għandu jsir lill-eqreb Stat kostali u fi qbil mad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 u l-Protokoll I tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni ta' Tniġġiż mill-Vapuri, 1973, kif immodifikata bil-Protokoll ta' l-1978 relatat magħha (Marpol 73/78). (ċ) Il-Partijiet Kontraenti għandhom jitolbu lill-kaptani jew persuni oħra responsabbli mill-vapuri u lill-bdoti ta' ajruplani biex jirrappurtaw minnufih, u fi qbil ma' din is-sistema, il-ħruġ sostanzjali ta' żejt jew sustanzi oħra ta' ħsara li jkunu osservati fil-baħar. Kemm jista' jkun dawn ir-rapporti għandu jkun fihom it-tagħrif li ġej: il-ħin, il-posizzjoni, il-kondizzjonijiet tar-riħ u l-baħar, u l-għamla, il-limitu u s-sors li minnha x'aktarx ħareġ iż-żejt jew is-sustanzi osservati. 2. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 (b) għandhom jgħoddu b'rabta mar-rimi li jkun sar taħt id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 11(4) ta' din il-Konvenzjoni. REGOLAMENT 6: MIŻURI TA' EMERĠENZA ABBORD IL-VAPURI 1. Kull Parti Kontraenti għandha tara li l-vapuri li jkunu intitolati jtajru l-bandiera tagħha ikollhom abbord pjan ta' emerġenza apposta kontra tniġġiż minn żejt kif meħtieġ minn u fi qbil mad-disposizzjonijiet tal-Marpol 73/78. 2. Kull Parti Kontraenti għandha titlob lill-kaptani tal-vapuri li jtajru l-bandiera tagħha jew, fil-każ ta' pjattaformi fissi jew li jgħumi f'wiċċ l-ilma li jkunu qed jaħdmu fil-ġurisdizzjoni tagħha, lill-persuni responsabbli minn dawn biex jipprovdu, fil-każ ta' inċident ta' tniġġiż u fuq talba mill-awtoritajiet xierqa, dak it-tagħrif dettaljat kollu dwar il-vapur u t-tagħbija tiegħu jew, fil-każ ta' pjattoformi, dwar il-produzzjoni tagħha, li jkun relevanti għal azzjonijiet marbuta mal-prevenzjoni jew ilqugħ minn tniġġiż tal-baħar, u biex dawn jikkoperaw ma' dawn l-awtoritajiet. REGOLAMENT 7: MIŻURI TA' RISPONS 1. Il-Parti Kontraenti għandha, meta jiġri inċident ta' tniġġiż fir-reġjun tar-rispons tagħha, tagħmel il-valutazzjoni meħtieġa tas-sitwazzjoni u tieħu azzjoni adekwata ta' rispons biex ikunu evitati jew imnaqqsa effetti ta' tniġġiż li jiġu wara. 2. (a) Il-Partijiet Kontraenti għandhom, suġġett għas-sotto-paragrafu (b), jużaw mezzi mekkaniċi biex iwieġbu għal inċidenti ta' tniġġiż. (b) Aġenti kimiċi jistgħu jintużaw biss f'każijiet rari u wara konsultazzjoni, f'kull każ individwali, mill-awtorità xierqa nazzjonali. 3. Meta dan it-tixrid jibda miexi jew x'aktarx jimxi lejn reġjun ta' rispons ta' Parti Kontraenti oħra, dik il-Parti għandha minnufih tkun avżata dwar is-sitwazzjoni u l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu. REGOLAMENT 8: L-GĦAJNUNA 1. Skond is-disposizzjonijiet tal-paragrafu 3 tar-Regolament 1: (a) Parti Kontraenti hija intitolata li ssejjaħ l-għajnuna ta' Partijiet Kontraenti oħra meta din tkun qed twieġeb għal xi inċident ta' tniġġiż fil-baħar; u (b) il-Partijiet Kontraenti għandhom jużaw l-aħjar sforzi tagħhom biex iġibu din l-għajnuna. 2. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jieħdu l-miżuri legli jew amministrattivi meħtieġa biex iħaffu: (a) il-wasla u l-użu fi u t-tluq mit-territorju tagħha ta' vapuri, ajruplani u mezzi oħra ta' trasport li jkunu maħsuba biex iwieġbu għal kull inċident ta' tniġġiż jew li jkunu jġorru fuqhom impjegati, tagħbijiet, materjali u tagħmir biex jilqa' għal dawn l-inċidenti; u (b) il-moviment mgħaġġel ġo, jew barra t-territorju tagħha, ta' impjegati, tagħbijiet, materjali u tagħmir imsemmi fis-sotto-paragrafu (a). REGOLAMENT 9: IR-RIMBORŻ U L-ISPIŻA TA' L-GĦAJNUNA 1. Il-Partijiet Kontraenti għandhom iġorru l-ispejjeż ta' l-għajnuna msemmija fir-Regolament 8 fi qbil ma' dan ir-Regolament. 2. (a) Jekk l-azzjoni tkun ittieħdet minn Parti Kontraenti fuq it-talba espliċita ta' Parti Kontraenti oħra, il-Parti li tkun qed tagħmel it-talba għandha tħallas lura lill-Parti li qed tagħti l-għajuna l-ispejjeż marbuta ma' l-azzjoni li tkun ħadet il-Parti li qed tgħin. Jekk it-talba tiġi kkanċellata, il-Parti li qed tagħmel it-talba għandha ġġorr l-ispejjeż li jkunu saru diġà mill-Parti li qed tgħin. (b) Jekk l-azzjoni tkun ittieħdet minn Parti Kontraenti fuq l-inizjattiva tagħha, din il-Parti għandha ġġorr l-ispejjeż ta' l-azzjoni tagħha. (ċ) Il-prinċipji stabbiliti fuq fis-sotto-paragrafi (a) u (b) għandhom jgħoddu kemm-il darba l-Partijiet ikkonċernati ma jaqblux mod ieħor f'kull każ individwali. 3. Kemm-il darba ma jaqblux mod ieħor, l-ispejjeż ta' l-azzjoni meħuda minn Parti Kontraenti fuq it-talba ta' Parti Kontraenti oħra għandhom ikunu kkalkulati b'mod ġust skond il-liġi u l-prattika preżenti tal-Parti li qed tgħin b'rabta mar-rimborż ta' dawn l-ispejjeż. 4. Id-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament m'għandhomx jiġu interpretati bħallikieku qed jippreġudikaw id-drittijiet tal-Partijiet Kontraenti biex jakkwistaw minn terzi partijiet l-ispejjeż ta' l-azzjonijiet meħuda biex jilqgħu għal inċidenti ta' tniġġiż taħt disposizzjonijiet applikabbli oħra u r-regoli tal-liġi internazzjonali u nazzjonali u r-regolamenti supra-nazzjonali. REGOLAMENT 10: KOPERAZZJONI REGOLARI 1. Kull Parti Kontraenti għandha tipprovdi t-tagħrif lill-Partijiet Kontraenti l-oħra u lill-Kummissjoni dwar: (a) l-organizzazzjoni tagħha biex tilqa' għal ħruġ ta' żejt u sustanzi oħra ta' ħsara fil-baħar; (b) ir-regolamenti tagħha u materji oħra maħsuba direttament għat-tħejjija u t-tweġiba għal inċidenti ta' tniġġiż fil-baħar ikkawżat minn ħruġ ta' żejt u sustanzi oħra ta' ħsara; (ċ) l-awtorità kompetenti responsabbli li tirċievi u tibgħat rapporti ta' tniġġiż fil-baħar minħabba ħruġ ta' żejt u sustanzi oħra ta' ħsara; (d) l-awtoritajiet kompetenti biex jittrattaw domandi dwar għajnuna reċiproka, tagħrif u koperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti fi qbil ma' dan l-Anness; u (e) azzjonijiet meħuda fi qbil mar-Regolamenti 7 u 8 ta' dan l-Anness. 2. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jibdlu bejniethom tagħrif fuq programmi ta' riċerka u żvilupp, riżultati dwar il-modi kif ikun ġie ttrattat it-tniġġiż fil-baħar ikkawżat miż-żejt u sustanzi oħra ta' ħsara, kif ukoll dwar l-esperjenzi tagħhom f'ħidmiet ta' sorveljanza u dwar kif wieġbu għal problemi ta' tniġġiż. 3. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jorganizzaw fuq bażi regolari ħidmiet konġunti dwar kif jiġġieldu każi ta' tniġġiż kif ukoll eżerċizzji ta' emerġenza. 4. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jikkoperaw fi ħdan l-Organizzazzjoni Internazzjonali Marittima f'materji li jikkonċernaw l-implimentazzjoni u l-iżvilupp tal-Konvenzjoni Internazzjonali fuq it-Tħejjija, it-Tweġiba u l-Koperazzjoni fit-Tniġġiż taż-Żejt. REGOLAMENT 11: IL-MANWAL HELCOM DWAR IL-ĠLIEDA KONTRA T-TNIĠĠIŻ Il-Partijiet Kontraenti jaqblu li japplikaw, safejn ikun prattiku, il-prinċipji u r-regoli li hemm fil-Manwal fuq il-Koperazzjoni fil-Ġlieda kontra t-Tniġġiż tal-Baħar, li jiddettalja dan l-Anness u li ġie addottat mill-Kummissjoni jew mill-Kumitat maħtur mill-Kummissjoni għal dan il-għan. --------------------------------------------------