21993A0501(06)



Official Journal L 109 , 01/05/1993 P. 0036 - 0041


Ftehim

fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda dwar ċerti arranġamenti fl-agrikoltura

Oporto, 2 ta' Mejju 1992.

Sinjur,

B'dan il-mezz għandi l-unur li nirreferi għad-diskussjonijiet dwar l-arranġamenti kummerċjali għal ċerti prodotti agrikoli bejn il-Komunità u l-Islanda li seħħew fil-qafas tan-negozjati fuq Ftehim taż-ŻEE, u għall-Protokoll 42 mehmuż għal dak il-Ftehim.

B'dan il-mezz, jiena nikkonferma li b'riżultat ta' dawn id-diskussjonijiet, ir-Repubblika ta' l-Iżlanda sejra, mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim taż-ŻEE, aboliet dazji ta' importazzjoni għall-prodotti elenkati f'Anness I għal din l-ittra li joriġinaw fil-Komunità fi ħdan it-tifsira ta' Anness II.

Inkun obbligat jekk tikkonferma li l-Gvern tar-Repubblika tal-Iżlanda jaqbel mal-kontenut ta' din l-ittra.

F'isem il-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej

+++++ TIFF +++++

Oporto, 2 ta' Mejju 1992.

Sinjur,

Għandi l-unur ngħarrfek li rċevejt l-ittra tiegħek bid-data tal-llum, li taqra hekk:

"B'dan il-mezz għandi l-unur li nirreferi għad-diskussjonijiet dwar l-arranġamenti kummerċjali għal ċerti prodotti agrikoli bejn il-Komunità u l-Iżlanda li seħħew fil-qafas tan-negozjati fuq Ftehim taż-ŻEE, u għall-Protokoll 42 mehmuż għal dak il-Ftehim.

B'dan il-mezz, jiena nikkonferma li b'riżultat ta' dawn id-diskussjonijiet, ir-Repubblika ta' l-Iżlanda sejra, mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim taż-ŻEE, aboliet dazji ta' importazzjoni għall-prodotti elenkati f'Anness I għal din l-ittra li joriġinaw fil-Komunità fi ħdan it-tifsira ta' Anness II.

Inkun obbligat jekk tikkonferma li l-Gvern tar-Repubblika tal-Iżlanda jaqbel mal-kontenut ta' din l-ittra."

Għandi l-unur nikkonferma li l-Gvern tiegħi jaqbel mal-kontenut ta' din l-ittra.

Għall-Gvern tar-Repubblika ta’ l-Islanda

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS I

Intestatura tat-Tariffa Doganali Islandiża | Deskrizzjoni |

ex06031000 | Fjuri maqtugħin: Qronfol, Protea, Anthurium, Ornithogalum, Strelitzia (1 ta' Diċembru - 30 ta' April) |

ex070200 | Tadam (1 ta' Novembru sal-15 ta' Marzu), frisk jew imkessaħ |

07031000 | Basal għajr faxex, frisk jew imkessaħ |

07032000 | Tewm, frisk jew imkessaħ |

ex07051100 | Ħass ikkabbuċjat (1 ta' Novembru sal-15 ta' Marzu), frisk jew imkessaħ |

ex070700 | Ħjar u gherkins (1 ta' Novembru sal-15 ta' Marzu), frisk jew imkessaħ |

07092000 | Brunġiel, frisk jew imkessaħ |

07093000 | Brunġiel (eggplants), frisk jew imkessaħ |

ex07096009 | Bżar ħelu (1 ta' Novembru sal-15 ta' Marzu), frisk jew imkessaħ |

ex07099009 | Qarabali, frisk jew imkessaħ |

07102900 | Ħaxix leguminuż għajr il-piżelli u l-fażola, iffriżat |

ex07108000 | Bżar ħelu (1 ta' Novembru sal-15 ta' Marzu) |

ex07129009 | Ħaxix imnixxef ieħor, għajr l-isweet corn, it-tadam u l-karrotti, taħlitat ta' ħaxix imnixxef |

08021100 12 00 | Lewż, frisk jew imnixxef |

08023100 32 00 | Walnuts, frisk jew imnixxef |

08022100 22 00 | Ġellewż jew filerts, frisk jew imnixxef |

08135000 | Taħlita ta' ġewż jew ta' frott imnixxef ta' dan il-Kapitolu |

ex08029000 | Il-qalba ta' l-arżnu |

08030000 | Banana, friska jew imnixxfa |

08043000 | Ananas, frisk jew imnixxef |

ex08042000 | Tim imnixxif |

08051000 | Larinġ, frisk jew imnixxef |

08052000 | Mandarini, klementini eċċ, friski jew imnixfin |

08053001 | Lumi, frisk jew imnixxef |

ex08061000 | Għeneb tal-mejda, frisk |

08062001 20 09 | Għeneb imnixxef |

08071000 | Bettiegħ, inkluż id-dulliegħ, frisk |

08091000 | Berquq, frisk |

08092000 | Ċirasa, friska |

08093000 | Ħawħ, inkluż in-nuċiprisk, frisk |

ex08094000 | Għambaqar, frisk |

08101000 | Frawli, frisk |

ex08109000 | Frott tal-kiwi, frisk |

08111001 10 09 | Frawli ffriżat, bi jew mingħajr zokkor jew xi sostanza oħra miżjuda |

ex08129000 | Berquq, ippriservat b'mod proviżorju |

08131000 | Berquq imnixxef |

08053009 | Xkomp, frisk jew imnixxef |

09042001 20 09 | Frott tal-ġenus Capiscum or il-ġenus Pimenta, imnixxef jew mitħun |

09050000 | Vanilla |

09102000 | Żagħfran |

1006 | Ross |

1211 | Pjanti u partijiet minn pjanti ta' tip użat primarjament fl-istudju tal-preparazzjoni tal-fwieħa |

13023101 31 09 | Agar agar |

1509 | Żejt taż-żebbuġa |

18040000 | Butir tal-kawkaw, xaħam u żjut |

2002 | Tadam preparat jew priservat, għajr bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku |

ex20031000 | Faqqiegħ preparat jew priservat |

ex20040000 | Qaqoċċ preparat jew priservat, iffriżat |

20056000 | Asparagus, preparat jew priservat, mhux iffriżat |

20057000 | Żebbuġ, preparat jew priservat, mhux iffriżat |

ex20059000 | Qaqoċċ preparat jew priservat, mhux iffriżat |

ex20059000 | Kappar preparat jew priservat, mhux iffriżat |

ex200600 | Frott, priservat biz-zokkor, għajr il-ġinġer u ċ-ċirasa, b'kontenut ta' zokkor ta' aktar minn 13 % bil-piż |

20082001 20 09 | Ananas preparati jew priservati |

ex20083001 30 09 | Mandolin (li jinkludi t-tanġerini u s-satsumi); klementini, wilkings u ibridi taċ-ċitru simili ppreparati jew priservati |

20085001 50 09 | Berquq preparat jew priservat |

20087001 70 09 | Ħawħ preparat jew priservat |

ex20091101 11 09 19 01 19 09 | Meraq tal-larinġ, għajr ta' valur li ma jaqbiżx ECU 30 għal kull 100 kg piż nett |

ex20093001 30 09 | Meraq ta' kwalunkwe froot taċ-ċitru wadieni ieħor, ta' densità ta' mhux aktar minn 1,33 g/cm3 f'20oC, ta' valur ta' mhux aktar minn ECU 30 għal kull 100 kg piż nett, għajr li jkun fih zokkor miżjud |

ex20096001 60 09 | Meraq ta' l-għeneb ieħor |

ex22043000 | Għeneb magħsur (must), għajr f'fermentazzjoni jew bil-fermentazzjoni mwaqqfa, għajr biż-żjieda ta' alkoħol |

ex220421 | Inbid ieħor, ta' saħħa alkoħolika attwali bil-volum ta' aktar minn 15 % vol iżda ta' mhux aktar minn 18 % vol, f'reċipjenti ta' żewġ litri |

ex220429 | Inbid ieħor, ta' saħħa alkoħolika attwali bil-volum ta' aktar minn 15 % vol iżda ta' mhux aktar minn 18 % vol, f'reċipjenti ta' żewġ litri jew inqas |

ex22083000 | Whiskey Irlandiż, għajr whiskey Bourbon, rum u taffja |

22084000 | Rum u taffja |

ex22089009 | Ouzo |

ex22089004 | Likuri bil-krema Irlandiżi |

2401 | Tabakk mhux iffabbrikat, skart tat-tabakk |

--------------------------------------------------

ANNESS II

REGOLI TA' ORIĠINI

1. 1. Għall-għan li jiġi implimentat il-Ftehim, prodott għandu jitqies li jkun joriġina fil-Komunità jekk ikun ġie miksub kollu kemm hu minn hemmek.

2. Dawn li ġejjin għandhom jitqiesu bħala li ġew miksubin kollha kemm huma mill-Komunità:

(a) prodotti tal-ħaxix kultivati hemmek;

(b) annimali ħajjin imwielda u mkabbra hemmek;

(ċ) prodotti minn annimali mkabbra hemmek;

(d) merkanzija ffabbrikata hemmek esklussivament minn prodotti speċifikati f'(a) sa (ċ).

3. Materjali ta' ppakkjar u reċipjenti ta' ppakkjar preżentati bi prodott fihom ma għandhomx jiġu nklużi ma' dan il-prodott għall-għan li jiġi stabbilit jekk ikunx ġie miksub kollu kemm hu u ma għandux ikun hemm bżonn li jiġi stabbilit jekk materjal ta' ppakkjar bħal dan jew reċipjenti ta' ppakkjar joriġinawx jew le.

2. Minkejja l-punt 1, il-prodotti msemmija fil-kolonni 1 u 2 tal-lista fl-Appendiċi miksubin fil-Komunità u li jinkorporaw materjali li ma jkunux ġew miksubin kollha kemm huma hemmek, għandhom jitqiesu wkoll bħala li joriġinaw, sakemm il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-kolonna 3 dwar il-ħidma jew l-ipproċessar imwettaq fuq materjali bħal dawn ikunu ġew sodisfatti.

3. 1. It-trattament preferenzjali previst taħt il-Ftehim japplika biss għal prodotti li jiġu ttrasportati direttament mill-Komunità għall-Islanda mingħajr ma jgħaddu mit-territorju ta' pajjiż ieħor. Madankollu, prodotti li jikkostitwixxu kunsinna waħdanija, jistgħu jiġu ttrasportati mit-territorju għajr dak tal-Komunità u l-Islanda ma', jekk ikun hemm bżonn, trasbord jew ħżin temporanju f'territorju bħal dan, sakemm il-prodotti jkunu baqgħu taħt is-sorveljanza ta' l-awtoritajiet doganali fil-pajjiż ta' transitu jew ta' ħżin u li jkunu għaddew minn operazzjonijiet għajr ta' ħatt, tagħbir mill-ġdid jew kwalunkwe operazzjoni oħra mfassla sabiex iżżommhom f'kondizzjoni tajba.

2. Evidenza li l-kondizzjonijiet li hemm referenza għalihom fil-punt 3.1 ġew sodisfatti għandha tingħata lill-awtoritajiet doganali ta' l-Islanda bi qbil ma' Artikolu 13(2) tal-Protokoll 4 għall-Ftehim taż-ŻEE.

4. 1. Prodotti li joriġinaw fi ħdan it-tifsira ta' dan l-Anness għandhom, malli jiġu mportati fl-Islanda, jibbenefikaw mill-Ftehim malli jiġi ppreżentat jew ċertifikat ta' moviment EUR.1 jew dikjarazzjoni ta' fattura, maħruġa jew magħmula bi qbil mat-Titolu V tal-Protokoll 4 għall-Ftehim taż-ŻEE.

2. Id-dokumenti li hemm referenza għalihom fil-punt 4.1 għandhom jindikaw biċ-ċar li l-prodotti konċernati joriġinaw fil-Komunità fi ħdan it-tifsira ta' dan il-Ftehim billi jużaw il-kelma "Komunità" f'waħda mil-lingwi li fiha jkun miktub il-Ftehim, segwita bl-ittri "AGRI" mdaħħlin bejn il-parentesi. Fil-kas tad-dikjarazzjoni tal-fatturi, din l-indikazzjoni għandha tissostitwixxi r-referenza għal "oriġini preferenzjali taż-ŻEE" fit-test tad-dikjarazzjoni mogħtija f'Appendiċi IV tal-Protokoll 4 għall-Ftehim taż-ŻEE.

5. Id-dispożizzjonijiet tat-Titoli IV (rifużjoni jew eżenzjoni), V (prova ta' oriġini) u VI (arrangementi għal kooperazzjoni amministrattiva) tal-Protokoll 4 għall-Ftehim taż-ŻEE għandhom jgħoddu mutatis mutandis. Fir-rigward tad-dispożizzjonijiet ta' Titolu IV, huwa mifhum li l-projbizzjoni tar-rifużjoni ta, jew eżenzjoni minn, dazji doganali f'dawn id-dispożizzjonijiet għandha tapplika biss fir-rigward ta' materjali li huma ta' tip li għalihom japplika l-Ftehim taż-ŻEE.

--------------------------------------------------