21990A0315(01)



Official Journal L 068 , 15/03/1990 P. 0002 - 0017
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 15 P. 0191
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 15 P. 0191


Fethim

bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika u l-Unjoni tar-Repubbliki Soċjalisti Sovjetiċi dwar il-kummerċ u l-koperazzjoni kummerċjali u ekonomika

IL-KOMUNITÀ EKONOMIKA EWROPEA, u

IL-KOMUNITÀ EWROPEA GĦALL-ENERĠIJA ATOMIKA,

hawnhekk iżjed "il quddiem imsejħa" l-Komunità, minn naħa waħda, u

L-UNJONI TAR-REPUBBLIKI SOĊJALISTI SOVJETIĊI,

hawnhekk iżjed ‘il quddiem "il-USSR", minn naħa l-oħra,

WAQT LI JAGĦRFU li l-Komunità u l-USSR jixtiequ jistabbilixxu relazzjonijiet kontrattwali diretti ma' xulxin li jippermettulhom jiżviluppaw iktar fi stadju iktar tard,

WAQT LI JIKKUNSIDRAW li l-iżvilupp tar-relazzjonijiet bejn il-Partijiet Kontraenti jikkumplimenta u jestendi relazzjonijiet bilaterali bejn l-Istati Membri Komunitarji u l-USSR,

WAQT LI JIKKONISDRAW l-importanza li jagħtu effett komplut lill-Att Finali tal-Konferenza dwar is-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropea u lid-Dokumenti finali tal-laqgħat sussegwenti ta' l-Istati Parteċipanti CSCE,

WAQT LI JIXTIEQU joħolqu kondizzjonijiet favorevoli għall-iżvilupp armonjuż u d-diversifikazzjoni tal-kummerċ u l-promozzjoni tal-koperazzjoni kummerċjali u ekonomika f'oqsma ta' interess reċiproku fuq il-bażi ta' l-ugwaljanza, il-benefiċċju reċiproku u r-reċiproċità,

WAQT LI JEMMNU li l-volum u l-istruttura tal-kummerċ bejn il-partijiet kontraenti ma jikkorrispondux għall-potenzjal rappreżentat mill-livelli kurrenti tagħhom ta' żvilupp ekonomiku u l-prospetti tagħhom fil-ġejjieni,

WAQT LI JIEĦDU KONT ta' l-implikazzjonijiet favorevoli għar-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi bejn il-Partijiet Kontraenti tar-ristrutturiżżazzjoni ekonomika għaddejja fl-USSR,

WAQT LI JIFTAKRU fid-Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-istabbiliment ta' relazzjonijiet uffiċjali bejn il-Kunsill għall-Assistenza Ekonomika Reċiproka u l-Komunità Ekonomika Ewropea,

IDDEĊIDEW li jikkonkludu Ftehim dwar il-kummerċ u l-koperazzjoni kummerċjali u ekonomika bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u l-Unjoni tar-Repubbiki Soċjalisti Sovejtiċi, minn naħa l-oħra, u b'dan l-iskop innominaw bħala l-Plenipotenzarji tagħhom:

IL-KOMUNITÀ EKONOMIKA EWROPEA:

Roland Dumas,

Ministre d'Etat,

Ministru għall-Affarijiet Barranin tar-Repubblika Franċiża,

Il-President fil-Kariga tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej;

Frans Andriessen,

Il-Viċe-president tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej;

IL-KOMUNITÀ EWROPEA GĦALL-ENERĠIJA ATOMIKA:

Frans Andriessen,

Il-Viċe-President tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej;

L-UNJONI TAR-REPUBLIKI SOĊJALISTI SOVJETIĊI

Eduard Shevardnadze,

Ministru għall-Affarijiet Barranin ta' l-Unjoni tar-Republiki Soċjalisti Sovjetiċi;

LI, wara li skambjaw bejniethom il-Poteri Sħaħ tagħhom, li nstabu li kienu tajbin u fil-forma dovuta,

FTEHMU kif ġej:

TITOLU I

Ġenerali

Artikolu 1

Fil-qafas tal-liġijiet u r-regolamenti rispettivi tagħhom, il-Partijiet Kontraenti għandhom jużaw l-aħjar sforzi biex jiffaċilitaw u jippromwovu:

- l-iżvilupp armonjuż u d-diversifikazzjoni tal-kummerċ tagħhom, u

- l-iżvilupp tat-tipi varji ta' koperazzjoni kummerċjali u ekonomika.

B'dak l-iskop, jikkonfermaw ir-riżoluzzjoni tagħhom li jikkonsidraw favorevolment, kull wieħed għal tiegħu, suġġerimenti magħmula mill-parti l-oħra bl-iskop li jintlaħqu dawn l-għanijiet.

TITOLU II

Il-koperazzjoni tan-negozju u kummerċ

Artikolu 2

1. Dan il-Ftehim għandu japplika għall-kummerċ fil-merkanzija kollha li toriġina fil-Komunità jew fl-USSR, bl-eċċezzjoni tal-prodotti koperti mit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar.

2. Dan il-Ftehim m'għandux jaffettwa d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekomomika Ewropea u l-USSR dwar il-kummerċ fil-prodotti tat-tessuti ffirmat fil-11 ta' Diċembru 1989 u applikat proviżorjament mill-1 ta' Jannar 1990, lanqas lid-dispożizzjonijiet ta' kull skambju ta' ittri, kull arranġament ieħor konkluż f'konnessjoni magħhom u kull ftehim dwar il-kummerċ fil-prodotti tat-tessuti sussegwentement konkluż, għall-perjodu ta' applikazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet.

Artikolu 3

1. Il-Partijet Kontraenti għandhom jagħtu lil xulxin trattament tan-nazzjon l-iktar ta' favur fl-oqsma kollha fejn għandhom x'jaqsmu:

- d-dazji doganali u l-imposti applikati għall-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet, inkluż il-metodu ta' ġbir ta' dawn id-dazji u l-imposti,

- d-dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' clearance, transitu, mħażen u t-trasbord,

- t-taxxi u imposti interni oħrajn ta' kull xorta applikati direttament jew indirettament fuq merkanzija importata,

- metodi ta' pagamenti u t-trasferiment ta' dawn il-pagamenti,

- r-regoli li għandhom x'jaqsmu mal-bejgħ, max-xiri, mat-trasport, mad-distribuzzjoni u ma' l-użu ta' merkanzija fis-suq domestiku.

2. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 m'għandhomx japplikaw għal:

(a) vantaġġi mogħtija bl-iskop li jiġu maħluqa unjoni doganali jew erja ta' kummerċ ħieles jew skond il-kreazzjoni ta' din l-unjoni jew erja;

(b) vantaġġi mogħtija lil pajjiżi partikolari skond il-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ u l-arranġamenti internazzjonali oħrajn favur il-pajjiżi li qed jizviluppaw;

(ċ) vantaġġi mogħtija lil pajjiżi ġirien biex jiffaċilitaw il-kummerċ fiż-żona tal-fruntiera.

Artikolu 4

Il-Partijiet Kontaenti jintrabtu li jippermettu ħelsien minn dazji, taxxi u imposti oħrajn, u li jagħtu liċenzji fejn għandha x'taqsam merkanzija li tibqa' temporanjament fit-territorji tagħhom għall-esportazzjoni mill-ġdid jew f'kondizzjoni mhux mibdula jew wara pproċessar minn ġewwa.

Artikolu 5

L-USSR għandha tagħti lill-importazzjonijiet ta' prodotti li joriġinaw fil-Komunità trattament mhux diskriminatorju fejn għandhom x'jaqsmu l-applikazzjoni ta' restrizzjonijiet kwantitattivi, l-għoti ta' liċenzji u l-allokazzjoni tal-valuta meħtieġa biex tħallas għal dawn l-importazzjonijiet.

Artikolu 6

Sakemm mhux speċifikat mod ieħor f'dan il-Ftehim, il-kummerċ u l-koperazzjoni kummerċjali oħra bejn il-Partijiet Kontraenti għandhom jiġu mmexxija skond ir-regolamenti rispettivi tagħhom.

Artikolu 7

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 5, kull Parti Kontraenti għandha tagħti l-ogħla grad possibbli ta' liberaliżżazzjoni għall-importazzjonijiet tal-prodotti ta' l-oħrajn. Il-proċess ta' liberaliżżazzjoni għandu jieħu kont ta' l-iżvilupp tal-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti, tal-kondizzjonijiet tas-suq, tal-bidliet fir-regoli li jikkonċernaw il-kummerċ fil-Komunità jew fl-USSR u tal-progress magħmul fl-implimentazzjoni tal-Ftehim.

Artikolu 8

B'dan l-iskop il-Komunità tintrabat:

- li tagħmel sforzi biex tassigura progress lejn l-abolizzjoni progressiva ta' "restrizzjonijiet kwantitattivi speċifiċi", l-iktar dawk ir-restrizzjonijiet kwantitattivi applikati għall-oġġetti importati li joriġinaw fl-USSR taħt ir-Regolament (KEE) Nru 3420/83 li jikkonċerna prodotti ta' xort' oħra minn dawk li għalihom ir-restrizzjonijiet kwantitattivi huma applikati taħt ir-Regolament (KEE) Nru 288/82,

- li telimina, fi żmien sena mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, ir-restrizzjonijiet kwantitattivi fuq importazzjonijiet f'dawk ir-reġjuni Komunitarji u ta' dawk il-prodotti mniżżla fl-Anness I,

- li tissospendi, fi żmien sena mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, l-applikazzjoni tar-restrizzjonijiet kwantitattivi fuq importazzjonijiet f'dawk ir-reġjuni tal-Komunità u ta' dawk il-prodotti mniżżla fl-Anness II fuq il-klawżoli u l-kondizzjonijiet speċifikati hemmhekk.

Artikolu 9

Fejn għandhom x'jaqsmu r-restrizzjonijiet kwantitattivi li mhumiex fl-Annessi I u II, il-Partijiet Kontraenti għandhom jeżaminaw, qabel it-30 ta' Ġunju 1992, fil-qafas tal-kumitat konġunt imsemmi fl-Artikolu 22, il-bidliet l-oħrajn li jistgħu jsiru fl-arranġament ta' l-importazzjoni eżistenti dak iż-żmien. Il-bidliet li għandhom jiġu kkonsidrati jistgħu jinkludu kull waħda mill-miżuri li ġejjin:

- il-liberalizzazzjoni,

- il-liberalizzazzjoni bis-sorveljanza ta' l-importazzjonijiet,

- l-adozzjoni ta' miżuri approprjati mill-USSR bħal ħruġ tal-liċenzji ta' l-esportazzjoni jew taċ-ċertifikati biex jassiguraw li l-esportazzjonijiet lill-Komunità jibqgħu fi ħdan livelli speċifikati,

- il-miżuri li jistgħu ikunu meħtieġa biex jadattaw arranġamenti eżistenti Komunitarji fuq l-importazzjoni.

Artikolu 10

1. Għal kull sena kalendarja, il-Komunità għandha tiftaħ kwoti fuq l-importazzjoni għal prodotti li huma ta' interess għall-USSR u li huma soġġetti għal restrizzjonijiet kwantitattivi.

2. Il-Partijiet Kontraenti għandhom iżommu konsultazzjonijiet kull sena fil-kumitat konġunt previst fl-Artikolu 22 bex jiddeterminaw liema żidiet jistgħu jsiru għall-kwoti msemmija fil-paragrafu 1 u jekk il-kwoti jistgħux jinfetħu għal prodotti oħrajn għas-sena ta' wara.

Artikolu 11

1. Il-Komunità tintrabat li tneħħi sal-31 ta' Diċembru 1995 l-iktar tard ir-restrizzjonijiet kwantitattivi speċifiċi li jibqgħu bl-eċċezzjoni ta' dawk li jikkonċernaw in-numru limitat ta' prodotti li jistgħu jitqiesu sensittivi f'dak il-ħin.

2. Il-kumitat konġunt stabbilit skond l-Artikolu 22 għandu, tul il-laqgħa tiegħu fl-1995, ifassal l-arranġamenti li għandhom japplikaw għal perjodu preskritt wara l-31 ta' Diċembru 1995 lill-importazzjonijiet tal-prodotti sensittivi msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 12

L-Importazzjonijiet fil-Komunità ta' prodotti koperti minn dan il-Ftehim m'għandhomx jitħallsu għall-kwoti msemmija fl-Artikolu 10 meta huma ddikjarati bħala intiżi għall-esportazzjoni mill-ġdid u huma attwalment esportati mill-ġdid mill-Komunità jew f'kondizzjoni mhux mibdula jew wara l-ipproċessar minn ġewwa, taħt l-arranġamenti amminisrattivi ta' kontroll fis-seħħ fil-Komunità.

Artikolu 13

Il-Partijiet għandhom jinfurmaw lil xulxin b'xi bidliet fin-nomenkaltura tariffarja jew statistika tagħhom jew b'kull deċiżjoni meħuda skond il-proċeduri fis-seħħ li jikkonċernaw il-klassifika tal-prodotti koperti minn dan il-Ftehim.

Artikolu 14

Il-Merkanzija għandha tiġi ttrattata bejn il-Partijiet Kontraenti bi prezzijiet relatati mas-suq.

Artikolu 15

1. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jippruvaw jevitaw sitwazzjonijiet konfliġġenti li jeħtieġu miżuri ta' salvagwardja f'kummerċ reċiproku. Jekk huma kkawżati problemi madanakollu f'kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti, il-Partijiet għandhom jiftħu konsultazzjonijiet sa mhux iktar tard minn 30 jum wara s-sottomissjoni minn wieħed minnhom ta' talba approprjata fi ħdan qafas ta' kumitat konġunt stabbilit skond l-Artikolu 22. Dawn il-konsultazzjonijiet jimmiraw li jfittxu soluzzjonijiet reċiproċi soddisfaċenti għal dawn il-problemi. Kull Parti Kontraenti għandha tassigura li, ħlief f'ċirkostanzi kritiċi, kif definiti fil-paragrafu 4, ma tittieħed ebda azzjoni qabel ma jinżammu konsultazzjonijiet.

2. B'mod partikolari, id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 għandhom japplikaw jekk kull prodott qed jiġi mportat fit-territorju ta' wieħed mill-Partijiet Kontraenti f'tali kwantitajiet miżjuda jew taħt ċerti kondizzjonijiet li jikkawżaw, jew jheddu li jikkawżaw, ħsara għal produtturi domestiċi ta' prodotti bħalhom jew direttament kompetittivi. F'dan il-każ, il-Parti Kontraenti li titlob il-konsultazzjonijiet għandha tipprovdi lill-Parti l-oħra bl-informazzjoni kollha meħtieġa għall-eżami dettaljat tas-sitwazzjoni.

3. Jekk, bħala riżultat tal-konsultazzjonijiet, il-Partijiet Kontraenti ma jilħqux ftehim dwar azzjonijiet biex tiġi evitata s-sitwazzjoni, il-Parti li talbet il-konsultazzjonijiet għandha tkun libera li tirrestrinġi l-importazzjonijiet tal-prodotti kkonċernati sa l-estent u għal dak iż-żmien neċessarju biex tkun prevenuta jew rimedjata l-ħsara. Il-Parti Kontraenti l-oħra għandha mbagħad tkun libera tiddevja mill-obbligi tagħha lejn l-ewwel Parti fejn għandu x'jaqsam kummerċ sostanzjalment ekwivalenti.

4. F'ċirkostanzi kritiċi meta d-dewmien kien jikkawża ħsara diffiċili bex tissewwa, il-Partijiet Kontraenti jistgħu jieħdu azzjonijiet ta' salvagwardja proviżjonali qabel il-konsultazzjonijiet, fuq il-kondizzjoni li l-konsultazzjonijiet għandhom jiġu effettwati immedjatament wara li tittieħed din l-azzjoni.

5. Fl-għażla tal-miżuri taħt dan l-Artikolu, il-Partijiet Kontraenti għandhom jagħtu prijorità lil dawk li jikkawżaw l-inqas tfixkil biex jintlaħħqu l-miri ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 16

1. Dan il-Ftehim m'għandux jipprekludi projbizzjonijiet jew restrizzjonjiet fuq l-importazzjonijiet, l-esportazzjonijiet jew il-merkanzija f'transitu ġustifikati fuq bażi ta' moralità, liġi u ordni pubblika jew sigurtà pubblika, il-protezzjoni tal-ħajja u s-saħħa tal-bnedmin, ta' l-annimali jew tal-pjanti, il-protezzjoni ta' proprjetà industrijali, kummerċjali u intelletwali, jew regoli li għadhom x'jaqsmu mad-deheb jew mal-fidda jew imposti għall-protezzjoni ta' teżori nazzjonali ta' valur artistiku, storiku jew arkeoloġiku.

Dawn il-projbizzjonijiet u r-restrizzjonijiet m'għandhomx, madanakollu, jikkostitwixxu mezz ta' diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni travestita fuq kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti.

2. Dan il-Ftehim m'għandux jipprekludi li tittieħed azzjoni ġustifikata fuq bażi tal-protezzjoni ta' interessi essenzali tas-sigurtà:

(i) li għandhom x'jaqsmu ma' materjali li jistgħu jinfirdu jew mal-materjali li minnhom huma derivati;

(ii) li għandhom x'jaqsmu mat-traffiku fl-armi, fil-munizzjoni u fl-implimenti tal-gwerra u ma' dan it-traffiku f'merkanzija jew materjali kif hu mwettaq direttament jew indirettament bl-iskop ta' fornitura ta' stabbiliment militari;

(iii) meħuda f'żmien ta' gwerra jew emerġenza oħra f'relazzjonijiet internazzjonali.

TITOLU III

Il-Koperazzjoni kummerċjali u ekonomika

Artikolu 17

1. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jagħmlu kull sforz biex jippromwovu, jespandu u jiddiversifikaw il-kummerċ tagħhom. Il-kumitat konġunt stabbilit mill-Artikolu 22 għandu jagħti importanza speċjali għall-modi ta' inkoraġġiment ta' espansjoni tal-kummerċ reċiproku u armonjuż.

2. Il-Partijiet Kontraenti jintrabtu li jiffaċilitaw l-iskambju ta' informazzjoni kummerċjali u ekonomika fuq il-kwistjonijiet kollha li kienu jassistu l-iżvilupp tal-koperazzjoni kummerċjali u ekonomika.

B'dan l-iskop, il-Partijiet Kontraenti jiftiehmu li jassiguraw l-applikazzjoni ta' informazzjoni komprensiva dwar kwistjonijiet kummerċjali u finanzjarji, inkluża l-produzzjoni, l-konsum u statistiċi barranija ta' kummerċ.

3. Il-Partijiet Kontraenti jintrabtu li jiffaċilitaw il-koperazzjoni bejn is-servizzi tad-dwana rispettivi tagħhom, b'mod partikolari fl-oqsma li ġejjin:

- it-taħriġ professjonali,

- is-simplifikazzjoni ta' dokumentazzjoni u proċeduri doganali, u

- fi ħdan il-limiti tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, il-koperazzjoni amministrattiva sabiex jiġu prevenuti u jinstabu ksur tar-regoli dwar kwistjonijiet doganali, inklużi regoli li jirregolaw l-applikazzjoni ta' kwoti fuq l-importazzjoni.

4. Il-Partijiet Kontraenti, fi ħdan il-limiti tal-poteri rispettivi tagħhom, jintrabtu li jiffaċilitaw il-koperazzjoni kummerċjali u ekonomika tagħhom, inter alia, permezz ta' dan li ġej:

- billi jinkoraġġixxu l-promozzjoni ta' attivitajiet kummerċjali favur l-intrapriżi tagħhom, inkluż ir-reklamar, il-konsultazzjoni, il-fatturazzjoni u servizzi oħrajn kummerċjali;

- billi jipprovdu lill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi tal-Parti l-oħra bil-garanziji tad-drittijiet individwali u ta' proprjetà tagħhom, inkluż l-aċċess mhux diskriminatorju għal dak l-iskop għall-qrati u l-korpi amministrattivi approprjati tal-Komunità u l-USSR;

- bili jinkoraġġixxu kuntatti bejn assoċjazzjonijiet kummerċjali tal-Komunità u l-USSR.

5. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jinkoraġġixxu forom ta' kummerċ kompatibbli mal-kondotta effiċjenti ta' relazzjonijiet kummerċjali internazzjonali u jinkoraġġixxu wkoll soċji kummerċjali biex jiddeċiedu indipendentement fuq il-mudelli kummerċjali tagħhom.

Il-Partijiet Kontraenti għalhekk jiftiehmu li prattiċi kontra-kummerċjali għandhom jitqiesu bħala temporanji u eċċezzjonali.

Barra minn hekk jiftiehmu li ma jġiegħlux kumpaniji stabbiliti fil-Komunità jew fl-USSR jingaġġaw f'dawn il-prattiċi kummerċjali. Madanakollu, meta impriżi jew kumpaniji jiddeċiedu ma jirrikorrux għal operazzjonijiet kontra-kummerċjali, il-Partijiet Kontraenti jagħmlulhom kuraġġ biex ifornu l-informazzjoni kollha rilevanti biex jiffaċilitaw it-transazzjoni.

6. Fit-twettiq tal-miri ta' dan l-Artikolu, il-Partijiet Kontraenti jiftiehmu li jmantnu u jtejbu regolamenti kummerċjali, faċilitajiet u prattiċi favorevoli għall-impriżi jew il-kumpaniji ta' xulxin fis-swieq rispettivi tagħhom, inter alia kif indikat fl-Anness III.

Artikolu 18

Fil-limiti tal-poteri rispettivi tagħhom, il-Partijiet Kontraenti:

- għandhom jinkoraġġixxu l-adozzjoni ta' l-arbitraġġ għas-sodisfazzjon ta' tilwim ikkawżati minn transazzjonijiet kummerċjali u ta' koperazzjoni konklużi minn imprżi, intrapriżi u organizzazzjonjiet ekonomiċi tal-Komuntà u dawk ta' l-USSR,

- jiftiehmu li meta tilwima tkun sottomessa għal arbitraġġ, kull parti għat-tilwima tista', ħlief meta r-regoli taċ-ċentru ta' l-arbitraġġ magħżula mill-partijiet jipprovdu xort' oħra, tagħżel l-arbitratur tagħha proprja irrispettivament miċ-ċittadinanza tiegħu, u t-tielet arbitratur li jippresjedi jew l-arbitratur waħdieni jista' jkun ċittadin ta' Stat terz,

- jirrakkomandaw lill-operaturi ekonomiċi tagħhom jagħżlu b'kunsens reċiproku l-liġi applikabbli għall-kuntratti tagħhom,

- għandhom jinkoraġġixxu rikors għar-regoli arbitrarji elaborati mill-Kummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi Kummerċjali Internazzjonali (KNULK) u għall-arbitraġġ minn kull ċentru ta' Stat firmatarju għall-Konvenzjoni dwar ir-Rikonoxximent u l-Infurzar ta' Għotjiet Arbitrarji Barranija magħmul fi New York fl-10 ta' Ġunju 1958.

Artikolu 19

Fil-limiti tal-poteri rispettivi tagħhom, il-Partijiet Kontraenti jintrabtu li:

- jassiguraw protezzjoni adegwata u l-infurzar ta' drittijiet ta' proprjetà industrijali, kummerċjali u intelletwali,

- jassiguraw li l-impenji internazzjonali tagħhom fil-qasam ta' drittijiet ta' proprjetà industrijali, kummerċjali u intellettwali huma sodisfatti,

- jinkoraġġixxu arranġamenti approprjati bejn l-impriżi u l-istituzzjonijiet fi ħdan il-Komunità u l-USSR bl-iskop ta' protezzjoni dovuta ta' drittijiet ta' proprjetà industrijali, kummerċjali u intellettwali.

TITOLU IV

Il-Koperazzjoni Ekonomika

Artikolu 20

1. Fid-dawl tal-politika u l-għanijiet rispettivi ekonomiċi tagħhom, il-Partijiet Kontraenti għandhom iżommu koperazzjoni ekonomika fuq bażi wiesa' kemm jista' jkun fl-oqsma kollha meqjusa fl-interess reċiproku tagħhom.

Din il-koperazzjoni għandha tkun immirata b'mod patikolari lejn:

- it-tisħiħ u d-diversifikazzjoni tar-rabtiet eknomiċi bejn il-Partijiet Kontraenti, b'kont meħud tal-kumplimentarjetà ta' l-ekonomiji tagħhom,

- il-kontribuzzjoni ta' l-iżvilupp ta' l-ekonomiji rispettivi u l-livell ta' l-għajxien tagħhom,

- il-ftuħ ta' fonti ġodda ta' fornitura u swieq ġodda,

- l-inkoraġġiment ta' koperazzjoni bejn operaturi ekonomiċi, bl-iskop li jippromwovu l-investiment u x-xogħolijiet konġunti, l-ftehim b'liċenzji u forom oħrajn ta' koperazzjoni industrijali għall-iżvilupp ta' l-industriji rispettivi tagħhom,

- l-inkoraġġiment tal-parteċipazzjoni ta' impriżi żgħar u ta' daqs medju fil-kummerċ u l-koperazzjoni,

- l-inkoraġġiment ta' poloz ambjentali sħaħ,

- inkoraġġiment tal-progress xjentifiku u teknoloġiku.

2. Sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet, il-Partijiet Kontraenti għandhom jinkoraġġixxu l-koperazzjoni ekonomika f'oqsma ta' interess reċiproku, b'mod partikolari fl-oqsma li ġejjin:

- l-istatistiċi,

- l-istandardizzazzjoni,

- l-industrija,

- il-materjali mhux ipproċessati u t-tħaffir,

- l-agrikoltura, inklużi l-industirji li jipproċessaw l-ikel,

- il-protezzjoni ambjentali u l-ġestjoni ta' risorsi naturali,

- l-enerġija, inkluża l-enerġija nukleari u s-sigurtà nukleari, (is-sigurtà fiżika u l-protezzjoni kontra r-radjazzjoni),

- ix-xjenza u t-teknoloġija f'oqsma fejn il-partijiet Kontraenti huma attivi u li jikkunsidraw ta' interess reċiproku, inkluża r-riċerka nukleari,

- is-servizzi ekonomiċi, monetarji, bankarji, ta' assigurazzjoni u oħrajn finanzjarji,

- it-trasport, it-turiżmu u attivitajiet oħra ta' servizz,

- l-amministrazzjoni u t-taħriġ professjonali.

3. Sabiex jagħtu effett għall-għanijiet ta' koperazzjoni ekonomika u fi ħdan il-limti tal-poteri rispettivi tagħhom u skond il-liġijiet u l-politiki rispettivi tagħhom, il-Partijiet Kontraenti għandhom jinkoraġġixxu l-adozzjoni ta' miżuri mmirati lejn il-ħolqien ta' kondizzjonijiet favorevoli għall-koperazzjoni ekonomika u industrijali, b'mod partikolari permezz ta':

- l-faċilitazzjoni ta' skambji u kuntatti bejn persuni u delegazzjonijiet li jirrapreżentaw organizzazzjonijiet kummerċjali, ekonomiċi, ta' negozju jew organizzazzjonijiet oħrajn approprjati,

- l-inkoraġġiment u l-faċilitazzjoni ta' attivitajiet li jippromwovu l-kummerċ, bħall-organiżżazzjoni ta' seminars, fieri u esibizzjonijiet,

- il-faċilitar tal-kondotta ta' riċerka fis-suq u attivitajiet oħrajn tas-suq dwar it-territorji rispettivi tagħhom,

- il-promozzjoni ta' attivitajiet li jinvolvu d-dispożizzjoni ta' esperjenza teknika fl-oqsma approprjati,

- il-promozzjoni ta' skambju ta' informazzjoni u kuntatti dwar suġġetti xjenitifiċi ta' interess reċiproku,

- iż-żamma ta' klima favorevoli għall-investiment, xogħolijiet konġunti u arranġamenti ta' liċenzja, l-iktar bl-estensjoni mill-Istati Membri Komunitarji u l-USSR ta' arranġamenti għall-investiment, il-promozzjoni u l-protezzjoni, b'mod partikoalri għat-trasferiment ta' profitti u r-ripatrijazzjoni ta' kapital investit, a bażi tal-prinċipji ta' non-diskriminazzjoni u reċiproċità.

Artikolu 21

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej, dan il-Ftehim u kull azzjoni meħuda taħtu m'għandhom b'ebda mod jaffettawaw il-poteri ta' l-Istati Membri Komunitarji biex jintrabtu f'attivitajiet bilaterali ma' l-USSR fil-qasam ta' koperazzjoni ekonomika u biex jikkonkludu, meta approprjat, arranġamenti ta' koperazzjoni ekonomika ġdida ma' l-USSR.

TITOLU V

Il-Kumitat konġunt

Artikolu 22

1. (a) Kumitat konġunt jitwaqqaf u jkun kompost minn rappreżentanti Komunitarji, minn naħa waħda, u rappreżentanti ta' l-USSR, minn naħa l-oħra.

(b) Il-kumitat konġunt għandu jifformula rakkomandazzjonijiet b'kunsens reċiproku.

(ċ) Il-kumitat konġunt għandu, kif neċessarju, jaddotta r-regoli tiegħu ta' proċedura u tal-programm tax-xogħol.

(d) Il-kumitat konġunt għandu jiltaqa' darba fis-sena fi Brussel u f'Moska b'mod alternat. Laqgħat speċjali jistgħu jissejħu bi ftehim reċiproku, fuq it-talba ta' kull Parti Kontraenti. Il-mandat tal-President tal-kumitat konġunt għandu jinżamm b'mod alternat minn kull Parti Kontraenti. Kull meta possibbli, l-aġenda għall-laqgħat tal-kumitat konġunt għandhom jinftiehmu minn qabel.

2. (a) Il-kumitat konġunt għandu jassigura l-funzjonament kif suppost ta' dan il-Ftehim u għandu jfassal u jirrakkomanda miżuri biex jintlaħqu dawn l-għanijiet, waqt li jżomm f'konsiderazzjoni l-politika ekonomika u soċjali tal-partijiet Kontraenti.

(b) Il-kumitat konġunt għandu jipprova jsib modi biex jinkoraġġixxu l-iżvilupp kummerċjali u tan-negozju u l-koperazzjoni ekonomika bejn il-Partijiet Kontraenti. B'mod partikolari, għandu:

- jeżamina l-varji aspetti ta' kummerċ bejn il-Partijiet, l-iktar il-mudell ġenerali tiegħu, ir-rata ta' tkabbir, l-istruttura u d-diversifikazzjoni, il-bilanċ kummerċjali u l-forom varji ta' kummerċ u l-promozzjoni tal-kummerċ,

- jagħmel rakkomandazzjonijiet fuq kull problema ta' koperazzjoni kummerċjali u ekonomika ta' natura reċiproka,

- ifittex mezzi approprjati biex jiġu evitati diffikultajiet possibbli fl-oqsma tal-kummerċ u l-koperazzjoni u jinkoraġġixxi forom varji ta' koperazzjoni kummerċjali u eknomika fl-oqsma ta' interess reċiproku,

- jikkonsidra mezzi li x'aktarx jiżviluppaw u jiddiversifikaw il-kummerċ u l-koperazzjoni ekonomika, l-iktar billi jitjiebu l-opportunitajiet ta' l-importazzjoni fil-Komunità u fl-USSR,

- skambju ta' informazzjoni dwar pjanijiet makro-ekonomiċi u, meta jeżistu, pjanijiet kummerċjali barranin u tbassir għall-ekonomiji tal-Partijiet li għandhom impatt fuq il-kummerċ u l-koperazzjoni u, b'estensjoni, fuq l-iskop għall-iżvilupp tal-komplimentarità bejn l-ekonomiji rispettivi tagħhom u wkoll fuq programmi ta' żvilupp ekonomiċi proposti,

- skambju ta'informazzjoni dwar emendi u żviluppi fil-liġijiet, fir-regolamenti u f'formalitajiet tal-Partijiet Kontraenti fl-oqsma koperti minn dan il-Ftehim,

- ifittex metodi biex jirranġa u jinkoraġġixxi l-iskambju ta' informazzjoni u kuntatti dwar kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-koperazzjoni fil-qasam ekonomiku bejn il-Partijiet Kontraenti dwar bażi reċiproka vantaġġuża, u jaħdmu lejn il-ħolqien ta' kondizzjonijiet favorevoli għal din il-koperazzjoni,

- jeżamina modi favorevoli biex jittejbu l-kondizzjonijiet għall-iżvilupp ta' kuntatti diretti bejn impriżi stabbiliti fil-Komunità u dawk stabbiliti fl-USSR,

- jifformula u jissottometti lill-awtoritajiet tal-Partijiet Kontraenti rakkomandazzjonijiet biex isolvu kull problema li tiġi kkawżata, meta approprjat bili jiġu konklużi arranġamenti jew ftehim.

- jeżamina s-sitwazzjoni fejn għandu x'jaqsam l-għoti ta' kuntratti għall-fornitura ta' merkanzija u servizzi konsegwenti fuq stediniet internazzjonali għal tender.

TITOLU VI

Dispożizzjonijiet ġenerali u finali

Artikolu 23

Soġġett għad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw koperazzjoni eknomika fl-Artikolu 21, id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim għandhom jissostitwixxu d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim konkluż bejn l-Istati Membri tal-Komunità u l-USSR, sa fejn id-dispożizzjonijiet ta' l-aħħar huma jew inkompatibbli ma', jew identiċi għal, ta' l-ewwel.

Artikolu 24

Dan il-Ftehim għandu japplika, fuq naħa waħda, għat-territorji li fihom it-Trattati li jistabbilixxu l-Komunità Komunità Ekonomika u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika huma applikati u taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dawk it-Trattati u, fuq in-naħa l-oħra, għat-territorju ta' l-Unjoni tar-Repubbliki Sovjetiċi Soċjalisti.

Artikolu 25

1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data li fiha l-Partijiet Kontraenti jkunu nnotifikaw lil xulxin li l-proċeduri legali neċessarji għal dan l-iskop ġew kompletati. Dan il-Ftehim għandu jiġi konkluż għal perjodu inizjali ta' 10 snin. Il-Ftehim għandu jiġġedded awtomatikament sena b'sena sakemm l-ebda Parti Kontraenti ma tagħti lill-Parti l-oħra notifika bil-miktub tad-denunzja tal-Ftehim sitt xhur qabel ma jiskadi.

Il-Partijiet Kontraenti jistgħu jespandu u/jew jemendaw dan il-Ftehim jew jelaboraw iktar fuq id-dispożizzjonijiet speċifiċi tiegħu b'kunsens reċiproku sabiex jieħdu kont ta' l-iżviluppi ġodda.

L-Annessi, id-Dikjarazzjoni Konġunta u l-iskambju ta' ittri annessi ma' dan il-Ftehim għandhom jiffurmaw parti integrali tiegħu.

Artikolu 26

Dan il-Ftehim għandu jitfassal f'duplikat bil-lingwa Daniża, Olandiża, Ingliża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Portugiża, Spanjola u Russa, b'kull test li jkun ugwalment awtentiku.

En fe de lo cual, los plenipotenciarios abajo firmantes han suscrito el presente Acuerdo.Til bekræftelse heraf har undertegnede befuldmægtigede underskrevet denne aftale.Zu Urkund dessen haben die unterzeichneten Bevollmächtigten ihre Unterschriften unter dieses Abkommen gesetzt.Εις πίστωση των ανωτέρω, οι υπογράφοντες πληρεξούσιοι έθεσαν τις υπογραφές τους κάτω από την παρούσα συμφωνία.In witness whereof the undersigned Plenipotentiaries have affixed their signatures below this Agreement.En foi de quoi, les plénipotentiaires soussignés ont apposé leurs signatures au bas du présent accord.In fede di che, i plenipotenziari sottoscritti hanno apposto le loro firme in calce al presente accordo.Ten blijke waarvan de ondergetekende gevolmachtigden hun handtekening onder dit Akkoord hebben gesteld.Em fé do que, os plenipotenciários abaixo assinados apuseram as suas assinaturas no final do presente Acordo.Б УДОСТОВЕРЕНИЕ ЧЕГО нижеподписавшиеся Полномочные представители подписали настоящее Соглашение.

Hecho en Bruselas, el dieciocho de diciembre de mil novecientos ochenta y nueve.Udfærdiget i Bruxelles, den attende december nitten hundrede og niogfirs.Geschehen zu Brüssel am achtzehnten Dezember neunzehnhundertneunundachtzig.Έγινε στις Βρυξέλλες, στις δέκα οκτώ Δεκεμβρίου χίλια εννιακόσια ογδόντα εννέα.Done at Brussels on the eighteenth day of December in the year one thousand nine hundred and eighty-nine.Fait à Bruxelles, le dix-huit décembre mil neuf cent quatre-vingt-neuf.Fatto a Bruxelles, addì diciotto dicembre millenovecentottantanove.Gedaan te Brussel, de achttiende december negentienhonderd negenentachtig.Feito em Bruxelas, em dezoito de Dezembro de mil novecentos e oitenta e nove.Совершено в Брюсселе восемнадцатого декабря тысяча девятьсот восемьдесят девятого года.

Por la Comunidad Económica EuropeaFor Det Europæiske Økonomiske FællesskabFür die Europäische WirtschaftsgemeinschaftΓια την Ευρωπαϊκή Οικονομική ΚοινότηταFor the European Economic CommunityPour la Communauté économique européennePer la Comunità economica europeaVoor de Europese Economische GemeenschapPela Comunidade Económica EuropeiaЗа Европейское зкономическое сообщество

+++++ TIFF +++++

Por la Comunidad Europea de la Energia AtómicaFor Det Europæiske AtomenergifællesskabFür die Europäische AtomgemeinschaftΓια την Ευρωπαϊκή Κοινότητα Ατομικής ΕνέργειαςFor the European Atomic Energy CommunityPour la Communauté européenne de l'énergie atomiquePer la Comunità europea dell'energia atomicaVoor de Europese Gemeenschap voor AtoomenergiePela Comunidade Europeia da Energia AtómicaЗа Европейское сообщество по атомной энергии

+++++ TIFF +++++

Por la Unión de Repúblicas Socialistas SoviéticasFor Unionen af Socialistiske SovjetrepublikkerFür die Union der Sozialistischen SowjetrepublikenΓια την Ένωση Σοβιετικών Σοσιαλιστνκών ΔημοκρατιώνFor the Union of Soviet Socialist RepublicsPour l'Union des républiques socialistes soviétiquesPer l'Unione delle Repubbliche socialiste sovieticheVoor de Unie van Socialistische SowjetrepubliekenPela União das Repúblicas Socialistas SoviéticasЗа Союз Советских Социалистических Республик

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS I

Lista tar-reġjuni Komunitarji u l-prodotti msemmija fit-tieni inċiż ta' l-Artikolu 8

In-Noti ma' l-Anness I, li jispjegaw il-liberalizzazzjoni parzjali ta' ċerti prodotti:

BENELUXIR-REPUBLIKA FEDERALI TAL-GERMANJAID-DANIMARKAIL-GREĊJASPANJAFRANZAL-IRLANDAL-ITALJAIR-RENJU UNIT | |

--------------------------------------------------

ANNESS II

Lista tar-reġjuni tal-Komunità u l-prodotti msemmija fit-tielet inċiż ta' l-Artikolu

L-iskemi għas-sospensjoni ta' restrizzjonijiet kwantitattivi msemmija hawn taħt ġew stabbiliti sabiex jippermettu l-importazzjoni tal-prodotti konċernati mingħajr limitu kwantitattiv fuq bażi sperimentali u temporanja. B'konsegwenza, f'mumenti partikolari, bħala riżultat ta' l-esportazzjonijiet ta' l-USSR għar-reġjuni Komunitarji konċernati, id-drawwiet tas-suq jagħmluh neċessarju għall-Komunità biex ma tkomplix din il-prattika; f'dan il-każ, l-USSR tkun infurmata b'dan immedjatament.

A.BENELUX: (arrangamenti awtomatiċi għall-liċenzja – TLA)07019059ex70049095ex700490997010901070109021701090317010904570109047701090557010905770109071701090817010908770109099Kategoriji tat-tessuti125Aex 126127A148A149A149B149CB.FRANZA: (sistema mingħajr limiti kwantitattivi – SLQ)760110007601201076012090Ċ.L-ITALJA: (arrangamenti awtomatiċi għall-liċenzja – TLA)44111100441119004411210044112900441131004411390044119100441199004804111148041115480411194804191148041915480419194804193148041935480421104804395148043959480441104804421048044910480451104804521048045910491000007003119070031990700330007004105070041090700490707004909170049093700490957004909970051010700510317005103370051035700510917005109370051095700521107005212070052130700521407005215070052190700529107005293170052933700529357005299170052993700529957016901084431200844319118443191984431990844350198443509084439000 | |

--------------------------------------------------

ANNESS III

Dikjarazzjoni mill-USSR dwar l-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 17(6)

Waqt li jkunu ikkonsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Att Finali tal-Konferenza dwar is-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa u d-dokumenti ta' konklużjoni tal-laqgħat sussegwenti ta' l-Istati Parteċipanti CSCE, u fil-kuntest tar-riformi ekonomiċi tagħha, l-USSR, fil-limiti tal-poteri tagħha, tintrabat, sabiex tiffaċilita l-koperazzjoni kummerċjali u ekonomika u sabiex tinkoraġġixxi l-kummerċ reċiproku, li tieħu miżuri bħal:

(a) il-faċilitazzjoni tad-dħul, li toqgħod u l-moviment ta' negozjanti Komunitarji fl-USSR;

(b) il-faċilitazzjoni ta' aċċess dirett ta' negozjanti Komunitarji għal kuntatti ta' negozju u għall-utenti ta' l-aħħar fl-USSR;

(ċ) l-faċilitazzjoni, fuq bażi mhux diskriminatorja u fuq il-bażi ta' prezzijiet mhux diskriminatorji, l-istabbiliment u l-operazzjoni ta' uffiċċji rappreżentattivi ta' impriżi Komunitarji fl-USSR, inkluż il-kiri ta' postijiet kummerċjali u spazju għall-għajxien, l-akkwisizzjoni ta' tagħmir u faċilitajiet tat-trasport, l-aċċess għat-telekomunikazzjonijiet, utilitajiet u servizzi soċjali;

(d) il-faċilitazzjoni fuq bażi mhux diskriminatorja ta' reklutaġġ ħieles ta' persunal lokali meħtieġ minn dawn l-impriżi;

(e) in-nuqqas ta' inkoraġġiment ta' transazzjonijiet ta' tpartit minn impriżi stabbiliti fl-USSR;

(f) iċ-ċentraliżżazzjoni ta' l-għoti tal-liċenzji fl-USSR fi ħdan korp Statali komponentali wieħed sabiex tkun assigurata l-implimentazzjoni xierqa tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 5.

Dikjarazzjoni Konġunta mill-Komunità u mill-USSR li tikkonċerna l-Artikolu 23

Hu mifhum li l-Ftehim konkluż bejn l-Istati Membri tal-Komunità u l-USSR, imsemmija fl-Artikolu 23, jistgħu jinkludu inter alia ftehim dwar il-kummerċ u n-navigazzjoni

--------------------------------------------------