21989A0228(01)



Official Journal L 057 , 28/02/1989 P. 0063 - 0076
Finnish special edition: Chapter 12 Volume 2 P. 0086
Swedish special edition: Chapter 12 Volume 2 P. 0086


Il-Ftehim

ta' koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika u l-Gvern tal-Ġappun fil-qasam tal-fużjoni termonukleari kontrollata

IL-KOMUNITÀ EWOPEA GĦALL-ENERĠIJA ATOMIKA (hawn ‘il quddiem imsejħa "Euratom"), u

IL-GVERN TAL-ĠAPPUN

flimkien imsejħa "il-Partijiet"

Waqt li jafu bil-koperazzjoni li diġà teżisti fil-qasam tal-fużjoni termonukleari kontrollata bejn il-Partijiet, u jixtiequ li din il-koperazzjoni f'dan il-qasam tinżamm u tissaħħaħ,

Waqt li jixtiequ li jġibu ‘l quddiem il-kisba ta' l-enerġija tal-fużjoni bħala għajn ta' enerġija li hija potenzalment aċċettabbli għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-ambjent, ekonomikament kompetittiva u prattikament mingħajr limiti,

Waqt li jirrikonoxxu li hemm xebħ u komplimentarjetà fil-progammi tal-Partijiet dwar riċerka u żvilupp fil-qasam ta' l-enerġija tal-fużjoni,

Waqt li jafu bil-kisbiet u bl-opportunitajiet tal-kollaborazzjoni fi ħdan l-Aġenzija Internazzjonali ta' l-Enerġija ta' l-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku,

FTEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu I

L-iskop ta' dan il-Ftehim huwa li tinżamm u tissaħħaħ il-koperazzjoni bejn il-partijiet fl-oqsma tal-programmi tagħhom ta' fużjoni, fuq bażi ta' ugwaljanza u vantaġġi reċiproċi, biex jinkiseb tagħrif xjentifiku u kapaċità teknoloġika meħtieġa għal sistemi ta' enerġija tal-fużjoni.

Artikolu II

Il-koperazzjoni skond dan il-Ftehim tista' tinkludi l-oqsma li ġejjin:

(a) tokamaks;

(b) linji alternattivi għal tokamaks;

(ċ) teknoloġija tal-fużjoni;

(d) il-fiżika tal-plażma; u

(e) oqsma oħra li jkun hemm ftehim dwarhom,

skond kif imsemmi f'Annessi I, II u III li huma parti integrali ta' dan il-Ftehim.

Artikolu III

Il-Koperazzjoni fl-oqsma msemmija fl-Artikolu II tista' tinkludi l-attivitajiet li ġejjin:

(a) skambju u għoti ta' informazzjoni;

(b) skambju ta' persunal;

(ċ) laqgħat ta' diversi għamla;

(d) skambju u għoti ta' kampjuni, materjal, strumenti u komponenti;

(e) eżekuzzjoni flimkien ta' studji, proġetti u esperimenti; u

(f) attivitajiet oħra miftehma flimkien,

kif imsemmi fl-Annessi I, II u III.

Artikolu IV

1. Il-koperazzjoni għandha titmexxa skond l-Annessi I, II u III, mill-Euratom jew minn kull entità u organizzazzjoni oħra msieħba magħha fil-qasam tal-Programm tal-Fużjoni ta' l-Euratom jew fl-impriża komuni Joint European Torus (JET) magħżula mill-Euratom għal dan l-iskop, waqt li minn naħa Ġappuniża minn Monbusho, mill-Ministeru tal-Kummerċ u l-Industrija Internazzjonali u mill-Aġenzija tax-Xjenza u Teknoloġija jew minn kull entità jew organizzazzjoni oħra magħżula għal dan l-iskop.

2. (a) L-annessi jibqgħu fis-seħħ sakemm dan il-Ftehim jibqa' fis-seħħ, jekk ma jkunx terminat qabel skond is-subparagrafu (b) hawn taħt.

(b) Kull Anness jista' jiġi terminat f'kull żmien skond kif jidhrilhom kull waħda miż-żewġ partijiet interessati, wara li jkun ingħata avviż bil-miktub fi żmien sitt xhur mill-parti li tkun ser tittermina l-Anness. It-terminazzjoni issir bla ħsara għad-drittijiet li jkunu ġew akkwistati taħt kull Anness sad-data tat-terminazzjoni tiegħu.

(ċ) L-attivitajiet kollha li ma jkunux spiċċaw mat-terminazzjoni ta' kull Anness jistgħu jitkomplew sa ma jintemmu skond il-kondizzjonijiet ta' l-Anness relattiv.

(d) Jekk matul il-perjodu tal-Ftehim il-programm ta' fużjoni ta' waħda mill-partijiet ikollu jinbidel sostanzjalment kemm b'żieda sostanzjali, tnaqqis, jew tibdil jew għax elementi ewlenin oħra jingħaqdu ma' programm ta' fużjoni ta' parti terza, kull parti jkollha d-dritt li titlob reviżjonijiet skond l-iskop u l-kondizzjonijiet ta' l-Annessi relattivi.

Artikolu V

1. Il-Partijiet għandhom jistabbilixxu Kumitat ta' Kordinament biex jiffaċilita l-kordinazzjoni u l-implimentazzjoni ta' l-attivitajiet koperattivi taħt dan il-Ftehim. Kull parti għandha taħtar l-istess numru ta' membri għall-Kumitat ta' Kordinament u għandha taħtar wieħed mill-membri magħżulin minnha bħala kap tad-delegazzjoni tagħha.

2. Il-Kumitat ta' Kordinament għandu jiltaqa' kull sena, darba fl-Ewropa u darba fil-Ġappun jew f'postijiet u żminijiet oħra skond kif jiġi miftiehem. Il-kap tad-delegazzjoni li tlaqqa' l-kumitat għandu jmexxi l-laqgħa.

3. Il-funzjonijiet tal-Kumitat ta' Kordinament għandhom jinkludu:

(a) analiżi u kontroll ta' kif ikunu qed isiru l-attivitajiet koperattivi;

(b) skambju ta' informazzjoni u fehmiet fuq affarijiet ta' politika xjentifika u teknoloġika; u

(ċ) diskussjonijiet dwar attivitajiet koperattivi futuri.

Artikolu VI

It-Trattament ta' informazzjoni, ta' proprjetà industrijali u tad-drittijiet ta' l-awtur dwar attivitajiet koperattivi taħt dan il-Ftehim huwa regolat fl-Annessi I, II u III. Dawn id-disposizzjonijiet huma identiċi fl-Annessi kollha.

Artikolu VII

Xejn f'dan il-Ftehim m'għandu jitfisser b'mod li jkun ta' ħsara għal arranġamenti attwali jew futuri dwar koperazzjoni bejn iż-żewġ partijiet.

Artikolu VIII

1. Dak li jagħmlu l-partijiet taħt dan il-Ftehim għandu jiddependi minn jekk ikunx hemm disponibbli fondi approprijati.

2. Il-Koperazzjoni taħt dan il-Ftehim għandha tkun skond il-liġijiet u r-regolamenti li japplikaw fil-pajjiżi rispettivi u għall-Euratom.

3. Kull parti għandha tagħmel dak li tista' fil-kwadru tal-liġijiet applikabbli biex tiffaċilita l-konklużżjoni tal-formalitajiet dwar il-moviment tal-persuni, l-importazzjoni ta' materjal u tagħmir u t-trasferiment ta' flus, li jkunu meħtieġa biex isseħħ il-koperazzjoni.

4. Kumpens għal danni kawżati waqt l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim għadhu jkun skond il-liġijiet applikabbli fil-pajjiżi rispettivi u għall-Euratom.

Artikolu IX

Il-kwistjonijiet kollha li jkollhom x'jaqsmu ma' dan il-Ftehim għandha tinstabilhom soluzjoni mill-partijiet b'konsultazzjonijiet reċiproċi.

Artikolu X

1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha jkun iffirmat. Għandu jibqa' fis-seħħ għal tliet snin u wara dan għandu jissokta fis-seħħ jekk ma jkunx terminat minn waħda mill-partijiet fit-tmiem tal-perjodu inizjali ta' tlett snin jew f'kull żmien wara dan permezz ta' notifika ta' avviż bil-miktub lill-parti l-oħra fi żmien sitt xhur bil-quddiem tal-ħsieb tagħha li tittermina dan il-Ftehim.

2. It-terminazzjoni ta' dan il-Ftehim m'għandhiex iżżomm milli jitkompla proġġett jew programm mibdi taħt dan il-Ftehim u li ma' jkunx intemm fid-data tat-terminazzjoni ta' dan il-Ftehim.

3. It-terminazzjoni ta' dan il-Ftehim jew l-Annessi tiegħu m'għandhiex tkun ta' ħsara għad-drittijiet u l-obbligazzjonijiet skond l-Artikolu VI jew għal kull ftehim ieħor magħmul skond Artikolu VI.

Artikolu XI

1. Dan il-Ftehim għandu japplika, għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-Euratom, għat-territorji fejn it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika huwa applikat u skond il-kondizzjonijiet imsemmija f'dak it-Trattat.

2. Kull meta f'dan il-Ftehim jintużaw il-kliem "pajjiż", "entità", "organizzazzjoni" jew "ċittadin", b'referenza għall-Euratom, dawn għandhom jinftiehmu li jfissru jew li jirreferu għall-Istati Membri tal-Euratom, iżda wkoll għar-Renju ta' l-Iżvezja jew għall-Konfederazzjoni Svizzera li huma lkoll imseħbin fil-Programm ta' Fużjoni ta' l-Euratom u rappreżentati fl-impriża konġunta JET.

Magħmul fi Brussel fl-20 ta' Frar, 1988, b'mod duplikat fil-lingwa Ingliża u Ġappuniża, biż-żewġ verżjonijiet ugwalment awtentiċi.

Għall-Komunità Ewropea għall-l-Enerġija Atomika

Filippo M. Pandolfi

Għall-Gvern tal-Ġappun

Munioki Date

Ambaxxatur tal-Ġappun għall-Komunitajiet

--------------------------------------------------

Anness I

Bis-saħħa ta' l-Artikolu IV ta' dan il-Ftehim, il-Partijiet b'dan qegħdin jistabbilixxu l-arranġamenti li ġejjin għal proċeduri u dettalji speċifiċi ta' eżekuzzjoni għal programm ta' koperazzjoni fil-qasam ta' riċerka u żvilupp tal-fużjoni bejn Euratom u Monbusho tal-Ġappun (hawn taħt f'dan l-Anness imsejjaħ bħala "il-koperazzjoni").

1. Euratom u Monbusho (hawn taħt imsejħin flimkien bħala "l-aġenziji eżekuttivi") għandhom kull wieħed minnhom jaħtru persuna bħala kuntatt li tkun responsabbli għall-kordinazzjoni u biex tirrapporta lill-Kumitat ta' Kordinament imsemmi fl-Artikolu V ta' dan il-Ftehim.

2. L-aġenziji eżekuttivi jistgħu jaħtru universitajiet u istituzzjonijiet ta' riċerka nazzjonali xierqa fil-ġurisdizzjoni tagħhom jew assoċjati magħhom (minn hawn 'il quddiem imsejha "il-maħturin"), biex, bil-kunsens tal-maħturin, jikkoperaw fl-eżekuzzjoni tal-koperazzjoni

3. Il-koperazzjoni tista' ssir fl-oqsma li ġejjin:

3.1. tokamaks;

3.2. linji alternattivi għal tokamaks inkluż il-konfinament inerzjali;

3.3. teknoloġija tal-fużjoni;

3.4. teorija tal-plasma u fisika tal-plasma applikata; u

3.5. oqsma oħra li dwarhom l-aġenziji eżekuttivi jilħqu ftehim.

4.1. Il-koperazzjoni tista' tinkludi l-attivitajiet li ġejjin (minn hawn ‘il quddiem imsejħa bħala' attivitajiet ta' "koperazzjoni"):

4.1.1. skambju u għoti ta' informazzjoni xjentifika u teknika;

4.12. skambju ta' xjenzati biex jipparteċipaw għal skop ta' riċerka, żvilupp, analiżi, disinn, ippjanar u attivitajiet sperimentali;

4.1.3. żamma ta' seminars u laqgħat oħra;

4.1.4. żjajjar qosra minn xjenzati;

4.1.5. skambju u għoti ta' taghmir, strumenti u materjali ta' verifika; u

4.1.6. attivitajiet oħra li l-aġenziji eżekuttivi jistgħu jiftiehmu flimkien dwarhom.

4.2. Fejn ikun meħtieġ, dettalji speċifiċi u proċeduri li bihom isiru l-attivitajiet imsemmija fil-lista fis-sub-paragrafi 4.1.1. sa 4.1.5. jistgħu ikunu stabbiliti wara konsultazzjonijiet jew arranġamenti awżiljarji bejn l-aġenziji eżekuttivi jew il-maħturin. Klawsoli u kondizzjonijiet speċifiċi meħtieġa biex isiru l-attivitajiet imsemmija fil-listi fis-sub-paragrafu 4.1.6. għandhom ikunu stabbiliti permezz ta' ftehim bil-miktub bejn l-aġenziji eżekuttivi.

5. L-ispejjeż kollha tal-koperazzjoni għandhom jitħallsu mill-aġenzija eżekuttiva jew mill-maħtur, skond min ikun għamilhom, jekk l-aġenziji eżekuttivi ma jkunux ftiehmu speċifikatament mod iehor bil-miktub.

6.1. L-aġenziji eżekuttivi għandhom jagħtu appoġġ biex tinxtered kemm jista' jkun fil-wisa' l-informazzjoni li huma bi dritt jistgħu jisvelaw u li jew tkun għandhom jew jistgħu jiksbuha, u li tkun ingħatat jew ġiet skambjata skond il-koperazzjoni, bil-kondizzjoni li jitħarsu l-informazzjoni dwar proprjetà, restrizzjonijiet ta' dritt ta' awtur, u d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 8.

Mal-pubblikazzjoni ta' din l-informazzjoni għandu jingħad b'mod ċar li l-informazzjoni inkisbet permezz tal-koperazzjoni.

6.2. Informazzjoni dwar proprjetà għandha tkun ittrattata kif gej:

6.2.1. Tifsir

Il-frażi "informazzjoni ta' proprjetà" tfisser data xjentifika jew teknika, riżultati jew metodi ta' riċerka u żvilupp, u kull informazzjoni oħra maħsuba biex tingħata jew tkun skambjata permezz tal-koperazzjoni, bħalma huma know how, informazzjoni li jkollha x'taqsam direttament ma' invenzjonijiet u skoperti kif imsemmi fil-paragrafu 8, informazzjoni teknika, kummerċjali jew finanzjarja, bil-kondizzjoni li din tkun immarkata u meqjusa sewwa bħala hekk skond is-sub-paragrafu 6.2.2. u:

(a) ma tkunx ġeneralment magħrufa jew ma tkunx tista' tinkiseb minn bnadijiet oħra;

(b) ma kienx hemm qabel permess minn sidha li tinkiseb minn oħrajn mingħajr l-obbligu li titħares il-konfidenzalità tagħha, u

(ċ) ma tkunx diga fil-pussess ta' l-aġenzija eżekuttiva li tirċevieha jew il-maħturin tagħha mingħajr l-obbligu li titħares il-konfidenzalità taghha.

6.2.2. Proċeduri

(i) Aġenzija eżekuttiva jew il-maħturin tagħha li jirċievu informazzjoni ta' proprjetà permezz tal-koperazzjoni għandhom jirrispettaw in-natura privileġġjata tagħha. L-identità ta' kull dokument li jkollu informazzjoni ta' proprjetà għandha tinżamm konfidenzali mill-aġenzija eżekuttiva jew mill-maħturin tagħha permezz tad-disposizzjoni restrittiva (jew oħra sostanzjalment bħala) li ġejja:

"Dan id-dokument għandu fih informazzjoni ta' proprjetà mogħtija konfidenzalment skond l-Anness I tal-Ftehim għal Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika u l-Gvern tal-Ġappun fil-qasam tal-fużjoni termonukleari kkontrollata ta' l-20 ta' Frar, 1989, u m'ghandux jitqassam barra mill-Euratom u minn Moribusho, il-kuntratturi tagħhom, liċenzati u l-maħturin mingħajr il-permess minn qabel ta'…

Dan l-avviż għandu jkun immarkat fuq kull riproduzzjoni ta' dan id-dokument, kollu jew parti minnu. Dawn il-limitazzjonijiet għandhom jispiċċaw awtomatikament meta din l-informazzjoni tkun svelata mis-sid mingħajr restrizzjonijiet".

(ii) Informazzjoni ta' proprjetà mogħtija konfidenzalment skond il-koperazzjoni tista' titqassam mill-aġenzija eżekuttiva li tircevieha jew mill-maħturin tagħha lil:

(a) persuni jew impjegati ta' aġenzija eżekuttiva li tirċevieha jew ta' dipartimenti u agenziji ohra interessati tal-gvern jew tal-maħturin fil-pajjiż ta' l-aġenzija eżekuttiva li tirċevieha;

(b) kuntratturi jew subkuntratturi ta' l-aġenzija eżekuttiva li tirċevieha jew il-maħturin tagħha fil-pajjiż ta' dik l-aġenzija biex tintuża biss għal kuntratti tagħhom ma' l-aġenzija eżekuttiva li tirċevieha jew il-maħturin tagħha għal xogħol li jkollu x'jaqsam mas-suġġett ta' l-informazzjoni ta' proprjetà;

iżda informazzjoni ta' proprjetà hekk imqassma għandha tkun immarkata b'disposizzjoni restrittiva sostanzjalment identika għal dik li tidher fil-punt (i).

(iii) bil-permess bil-miktub mogħti minn qabel mill-aġenzija eżekuttiva li tipprovdi informazzjoni ta' proprjetà skond il-koperazzjoni, l-aġenzija eżekuttiva li tirċevieha tkun tista' tqassam dik l-informazzjoni ta' proprjetà aktar fil-wisa' milli minn kif imsemmi fil-punt (ii) qabel dan. L-aġenziji eżekuttivi għandhom jikkoperaw flimkien sabiex jiżviluppaw proċeduri biex jitolbu u jiksbu permess bil-miktub minn qabel għal dan it-tqassim aktar fil-wisa', u kull aġenzija eżekuttiva għandha tagħti dak il-permess safejn ikunu jippermettu l-liġijiet u r-regolamenti applikabbli għall-pajjiżi rispettivi u għall-Euratom u skond il-politika tal-partijiet.

6.3. Jekk waħda mill-aġenziji eżekuttivi ssir taf li hija jew il-maħturin tagħha ma jkunux jistgħu' jew ma jkunux raġonevolment mistennija li jistgħu josservaw ir-restrizzjonijiet u l-kondizzjonijiet ta' tqassim skond dan il-paragrafu, hija għandha minnufih tgħarraf lill-aġenzija l-oħra eżekuttiva. L-aġenziji eżekuttivi għandhom wara dan jikkonsultaw biex ifasslu pjan xieraq ta' azzjoni.

6.4. L-informazzjoni miksuba minn seminars, workshops, u laqgħat oħra, it-tqassim tax-xogħol tal-persunal, l-użu ta' faċilitajiet u skambju ta' tagħmir magħmul skond il-koperazzjoni għandhom ikunu ttrattati mill-aġenziji eżekuttivi u l-maħturin tagħhom skond il-prinċipji msemmija f'dan il-paragrafu, bil-kondizzjoni li l-ebda informazzjoni ta' proprjetà li tkun ġiet komunikata verbalment m'għandha tkun soġġetta għall-kondizzjonijiet tal-koperazzjoni dwar svelar limitat jekk il-persuna li tkun ikkomunikat dik l-informazzjoni tkun avżat lil min kellu jirċevieha dwar in-natura ta' proprjetà ta' l-informazzjoni komunikata.

7. L-aġenzija eżekuttiva jew il-maħturin tagħha li jibagħtu informazzjoni lill-aġenzija eżekuttiva l-oħra jew lill-maħturin tagħha ma jiggarantux li l-informazzjoni mibgħuta tkun tajba għal xi użu jew applikazzjoni partikolari.

8.1. L-invenzjonijiet jew skoperti li jsiru jew jinħolqu fl-eżekuzzjoni tal-koperazzjoni jkunu regolati mill-aġenziji ezekuttivi li jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa skond il-liġijiet u r-regolamenti applikabbli biex jagħmlu dan li ġej:

8.1.1. Fejn l-invenzjoni jew skoperta ssir jew tinħoloq minn persunal (l-inventur) ta' waħda mill-aġenziji eżekuttivi (l-aġenziji li jassenjaw) jew mill-maħturin tagħha jew mill-kuntratturi tagħhom waqt li dawn ikunu assenjati ma' l-aġenzija eżekuttiva l-oħra (l-aġenzija li tilqagħhom) jew mal-maħturin tagħha jew mal-kuntratturi tagħhom b'konnessjoni ma' skambju ta' xjenzati, inġiniera u speċjalisti oħra:

(i) l-aġenzija li tilqagħhom jew il-maħturin tagħha jakkwistaw id-drittijiet kollha, titolu u interess fi u għal dik l-invenzjoni jew skoperta fil-pajjiż tagħhom u f'pajjiżi terzi; u

(ii) l-aġenzija li tassenja jew il-maħturin tagħha jew l-inventur jakkwistaw id-drittijiet kollha, titolu u interess fi u għal dik l-invenzjoni jew skoperta fil-pajjiż tagħhom.

8.1.2. Fil-każijiet li għalihom ma japplikax is-sub-paragrafu 8.1.1. u fejn l-invenzjoni jew skoperta jsiru jew jinħolqu mill-persunal (l-inventur) ta' waħda miż-żewġ aġenziji ezekuttivi jew mill-maħturin tagħha jew mill-kuntratturi tagħhom bħala riżultat dirett ta' użu ta' informazzjoni li kienet komunikata lilhom skond il-koperazzjoni mill-aġenzija l-oħra eżekuttiva jew mill-maħturin tagħha jew mill-kuntratturi tagħhom jew komunikata matul seminars jew laqgħat oħra konġunti, l-aġenzija eżekuttiva jew il-maħturin tagħha jew il-kuntratturi tagħhom li l-persunal tagħhom jagħmel l-invenzjoni jew l-inventur għandhom jakkwistaw id-drittijiet kollha, titolu u interess fi u għal dik l-invenzjoni jew skoperta fil-pajjiżi kollha.

8.1.3. L-aġenzija eżekuttiva jew il-maħturin tagħha jew il-kuntratturi tagħhom jew l-inventur, skond min minnhom ikun s-sid ta' l-invenzjoni msemmija fis-subparagrafi 8.1.1. u 8.1.2. għandhom jagħtu liċenza ta' dik l-invenzjoni lill-aġenzija l-oħra eżekuttiva, lill-maħturin tagħha, lill-gvern tagħha u liċ-ċittadini tal-pajjiż taghhom maghżul minnha, wara talba mill-aġenzija l-oħra eżekuttiva jew il-maħturin tagħha taħt kondizzjonijiet raġjonevoli.

8.1.4. Dwar drittijiet ta' proprjetà industrijali għal invenzjonijiet jew skoperti li jirriżultaw minn attivitajiet koperattivi ħlief għal skambju ta' persunal jew informazzjoni, l-aġenziji eżekuttivi jew il-maħturin għandhom, qabel ma jibdew dawk l-attivitajiet koperattivi, għandhom jiddeċiedu dwar tqassim xieraq ta' dawk id-drittijiet waqt li jqisu l-benefiċċji, id-drittijiet u s-sehem ta' l-aġenziji eżekuttivi jew tal-maħturin.

8.2. Id-disposizzjonijiet tas-sub-paragrafu 8.1. għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-protezzjoni ta' mudell utilitarju u ta' disinn.

8.3. Kull aġenzija eżekuttiva jew il-maħturin tagħha għandhom jassumu r-responsabbiltà biex iħallsu l-premju jew kumpens li jkollu jitħallas lill-impjegati tagħhom stess jew lil ċittadini ta' pajjiżi rispettivi skond il-liġijiet applikabbli. Kull aġenzija eżekuttiva jew il-maħturin tagħha għandhom, bla ħsara għad-drittijiet ta' l-inventuri skond il-liġijiet applikabbli, jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jassiguraw il-koperazzjoni ta' l-inventuri taghhom biex ikunu implimentati d-disposizzjonijiet ta' dan il-paragrafu.

9. Id-dritt ta' awtur ta' l-aġenziji eżekuttivi jew tal-maħturin għandu jkun skond il-Konvenzjoni Universali dwar id-Dritt ta' Awtur kif riveduta f'Pariġi fl-24 ta' Lulju, 1971. Dwar dritt ta' awtur għal materjali li għalihom japplika s-sub-paragrafu 6.1. li jkunu ta' jew kontrollati mill-ġenzija eżekuttiva jew mill-maħturin tagħha, dik l-aġenzija eżekuttiva jew il-maħturin tagħha għandhom jagħmlu li jistgħu biex jagħtu lill-aġenzija l-oħra eżekuttiva jew lill-maħturin tagħha liċenza biex jipproduċu jew jittraduċu materjal li jkollu dritt ta' awtur.

10. Dwar l-iskambju ta' persunal fi ħdan il-koperazzjoni, għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet li ġejjin:

10.1. Kull meta jkun kontemplat skambju ta' persunal fi ħdan il-koperazzjoni, kull aġenzija eżekuttiva jew il-maħturin tagħha għandhom jassiguraw li jintghażel persunal kwalifikat biex ikun assenjat lill–agenzija eżekuttiva l-oħra jew lill-mahturin tagħha.

10.2. Kull assenjazzjoni bħal din ta' persunal għandha tkun soġġetta għal ftehim ta' assenjazzjoni separat bejn l-aġenziji eżekuttivi jew il-maħturin.

103. Kull aġenzija eżekuttiva jew il-maħturin tagħha għandhom ikunu responsabbli għas-salarji, assigurazzjoni u allowances li jitħallsu lill-persunal taghhom.

10.4. Sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor, l-aġenzija eżekuttiva jew il-maħturin tagħha għandhom iħallsu l-ispejjeż tal-vjaġġ u ta' l-akkomodazzjoni tal-persunal li jibaghtu fuq assenjazzjoni.

10.5. L-aġenzija eżekuttiva li tirċeviehom jew il-maħturin tagħha għandhom jagħtu akkomodazzjoni tajba lill-persunal assenjat u lill-familji tagħhom b'mod reċiproku aċċettabbli minnhom it-tnejn.

10.6. L-aġenzija eżekuttiva li tirċeviehom jew il-maħturin tagħha għandhom jipprovdu kull għajnuna meħtieġa lill-persunal assenjat u lill-familji tagħhom dwar formalitajiet amministrattivi (kondizzjonijiet tal-vjaġġ, eċċ).

10.7. Il-persunal assenjat minn aġenzija eżekuttiva jew mill-maħturin tagħha għandu josserva r-regoli ġenerali u speċjali tax-xogħol u r-regolamenti ta' sigurtà fis-seħħ fl-istabbiliment li jilqagħhom, jew skond ftehim separat ta' assenjazzjoni.

11. Fil-każ ta' skambju jew għotja ta' tagħmir, strumenti, materjali jew spare parts meħtiega (hawn taħt ilkoll imsejħa "tagħmir, eċċ") minn aġenzija eżekuttiva waħda jew mill-maħturin tagħha lill-aġenzija eżekuttiva l-oħra jew lill-maħturin tagħha, id-disposizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-ġarr bil-baħar u l-użu ta' dak it-taghmir, eċċ:

11.1. L-aġenzija eżekuttiva jew il-maħturin tagħha li jibaghtu tagħmir, eċċ., għandhom jipprovdu malajr kemm jista' jkun lista dettaljata tat-tagħmir, eċċ., li għandu jkun provdut, flimkien ma' l-ispeċifikazzjonijiet meħtieġa u dokumentazzjoni teknika u informattiva.

11.2. Tagħmir, eċċ., mibgħut mill-aġenzija eżekuttiva jew mill-maħturin tagħha jibqa' l-proprjetà tagħhom u għandu jingħata lura lill-aġenzija eżekuttiva jew lill-mahturin tagħha li jkunu bagħtuh meta tintemm l-attività miftiehma bejniethom, sakemm ma jkunx gie miftiehem xort'ohra.

11.3. Tagħmir, eċċ., għandu jibda jintuża fl-istabbiliment li jirċevieh biss skond kif jiftiehmu bejniethom l-aġenziji eżekuttivi jew il-maħturin.

11.4. L-aġenzija eżekuttiva jew il-maħturin tagħha li jirċievu t-tagħmir, eċċ., għandhom jipprovdu l-bini meħtieġ biex jitqiegħed fih, u għandhom jipprovdu għal enerġija elettrika, ilma, gas, eċċ., skond il-ħtiġijiet tekniċi li dwarhom jiftiehmu bejniethom l-aġenziji jew il-maħturin.

11.5. Jekk ma jkunx miftiehem mod ieħor, ir-responsabbiltà għall-ġarr tat-tagħmir, eċċ., mill-aġenzija eżekuttiva jew mill-maħturin tagħha li jibagħtuh sad-destinazzjoni aħħarija tiegħu fil-pajjiż ta' l-aġenzija eżekuttiva jew tal-maħturin tagħha li jirċevuh, kif ukoll meta jintbaghat lura, u biex jinżamm sewwa u biex ikollu assigurazzjoni matul il-ġarr tiegħu, flimkien ma' l-ispejjeż relattivi għal dan għandha tkun ta' l-aġenzija eżekuttiva jew tal-maħturin tagħha li jibagħtuh.

11.6. L-aġenzija eżekuttiva jew il-maħturin tagħha li jirċievu t-tagħmir, eċċ. għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet doganali li huma jqisu t-tagħmir, eċċ. mibgħut mill-aġenzija eżekuttiva jew mill-maħturin tagħha għat-twettiq ta' attivitajiet li jkunu ftiehmu dwarhom flimkien bħala ta' karattru xjentifiku u mhux ta' karattru kummerċjali.

--------------------------------------------------

ANNESS II

Bis-saħħa ta' l-Artikolu IV ta' dan il-Ftehim, il-Partijiet qegħdin jistabbilixxu l-arranġamenti li ġejjin għal proċeduri u dettalji speċifiċi fit-twettiq ta' programm ta' koperazzjoni fil-qasam ta' riċerka u żvilupp tal-fużjoni bejn Euratom u l-Ministeru tal-Kummerċ u Industrija tal-Ġappun (MITI) (minn hawn ‘il quddiem f'dan l-Anness imsejjaħ bħala "il-koperazzjoni").

1. Euratom u MITI (minn hawn ‘il quddiem imsejħin flimkien bħala "l-aġenziji eżekuttivi") kull wieħed minnhom għandu jaħtar persuna bħala kuntatt li tkun responsabbli għall-kordinazzjoni u biex tirrapporta lill-Kumitat ta' Kordinament imsemmi fl-Artikolu V ta' dan il-Ftehim.

2. L-aġenziji eżekuttivi jistgħu jaħtru istituti li jkunu magħqudin jew assoċjati magħhom biex jieħdu sehem fit-twettiq tal-koperazzjoni.

3. Il-koperazzjoni tista' ssir fl-oqsma li ġejjin:

3.1. tokamaks, inklużi proġetti tal-ġenerazzjoni preżenti u attivitajiet relattivi għal dawk tal-ġenerazzjoni li tmiss;

3.2. linji alternattivi għal tokamaks inkluż il-konfinament inerzjali u reversed field pinch;

3.3. teknoloġija tal-fużjoni inkluża l-inġinerija tal-plasma;

3.4. teorija tal-plasma u fisika tal-plasma applikata; u

3.5. oqsma oħra kif miftiehem bejn l-aġenziji eżekuttivi.

4. Il-koperazzjoni tista' tinkludi l-attivitajiet li ġejjin (hawn ‘il quddiem imsejħa bħala "attivitajiet ta' koperazzjoni").

4.1.1. skambju u provvista ta' informazzjoni u data dwar attivitajiet xjentifiċi u tekniċi, żviluppi, esperimenti u riżultati, u dwar politika u pjanijiet ta' programmazzjoni;

4.1.2. skambju ta' xjenzati, inġiniera u speċjalisti oħra għal perjodi miftiehma biex jieħdu sehem f'esperimenti, analiżi, proġettazzjoni u attivitajiet oħra ta' riċerka u żvilupp;

4.1.3. laqgħat ta' diversi tipi biex tkun diskussa u skambjata informazzjoni dwar aspetti xjentifiċi u teknoloġiċi ta' suġġetti ġenerali jew speċifiċi u biex ikunu identifikati azzjonijiet magħmulin b' koperazzjoni;

4.1.4. skambju u provvista ta' kampjuni, materjali, strumenti u komponenti għal esperimenti, verifika u valutazzjoni;

4.1.5. organizzazzjoni flimkien ta' studji, proġetti u esperimenti inklużi l-proġettazzjoni, kostruzzjoni u eżekuzzjoni taghhom flimkien; u

4.1.6. attivitajiet oħra kif miftiehem bejn l-aġenziji eżekuttivi.

4.2. Fejn ikun meħtieġ, dettalji speċifiċi u proċeduri biex isiru l-attivitajiet li jidhru fis-sub-paragrafi 4.1.1 sa 4.1.5 jistgħu ikunu stabbiliti permezz ta' konsultazzjonijiet u b'arranġamenti komplimentari bejn l-aġenziji eżekuttivi jew il-maħturin tagħhom. Termini u kondizzjonijiet mehtiega biex isiru l-attivitajiet li jidhru fis-sub-paragrafu 4.1.6. għandhom ikunu stabbiliti permezz ta' ftehim bil-miktub bejn l-aġenziji eżekuttivi.

5. L-ispejjeż kollha relattivi għall-koperazzjoni għandhom jitħallsu mill-aġenzija eżekuttiva jew mill-maħtur li jagħmluhom jekk ma jkunx miftiehem mod ieħor bil-miktub mill-aġenziji eżekuttivi.

6.1. L-aġenziji eżekuttivi għandhom jagħtu appoġġ lit-tixrid aktar fil-wisa' ta' informazzjoni li huma jkollhom dritt li jisvelaw u li tkun jew fil-pussess tagħhom jew disponibbli għalihom, u tkun provduta jew skambjata skond il-koperazzjoni, soġġetta għall-ħtieġa li tkun protetta l-informazzjoni tal-proprjetà, għal restrizzjonijiet tad-dritt ta' l-awtur u għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 8.

Mal-pubblikazzjoni ta' din l-informazzjoni, għandu jingħad b'mod ċar li l-informazzjoni inkisbet permezz tal-koperazzjoni.

6.2. Dik l-informazzjoni għandha tkun ittrattata kif ġej:

6.2.1. Tifsir

Il-frażi "informazzjoni dwar proprjetà" tfisser data xjentifika jew teknika, riżultati jew metodi ta' ricerka u żvilupp, u kull informazzjoni maħsuba li tingħata jew tkun skambjata skond il-koperazzjoni, bħalma huma tagħrif, informazzjoni li għandha x'taqsam direttament ma' invenzjonijiet u skoperti kif imsemmi fil-paragrafu 8, informazzjoni teknika, kummercjali jew finanzjarja, bil-kondizzjoni li hija tkun immarkata sewwa jew meqjusa hekk skond is-sub-paragrafu 6.2.2, u

(a) ma tkunx ġeneralment magħrufa jew disponibbli pubblikament minn għejun oħra;

(b) ma setgħatx tingħata qabel mis-sid lil oħrajn mingħajr obbligu dwar il-konfidenzalità tagħha; u

(ċ) mhix diġa fil-pussess ta' l-aġenzija eżekuttiva jew il-maħturin tagħha li jirċevuha mingħajr obbligu dwar il-konfidenzalità tagħha.

62.2. Procċeduri

(i) Aġenzija eżekuttiva jew il-maħturin tagħha li jirċievu informazzjoni dwar proprjetà permezz tal-koperazzjoni għandhom jirrispettaw in-natura privileġġjata tagħha. Kull dokument li jkollu informazzjoni ta' proprjetà għandu jkun immarkat mill-aġenzija eżekuttiva jew mill-maħturin tagħha bid-disposizzjoni restrittiva (jew oħra sostanzjalment bħala) li ġejja:

"Dan id-dokument għandu fih informazzjoni dwar proprjetà moghtija konfidenzalment skond l-Anness II tal-Ftehim ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika u l-Gvern tal-Ġappun fil-qasam tal-fużjoni termonukleari kontrollata, ta' l-20 ta' Frar, 1989, u m'għandux jitqassam barra mill-Euratom u mill-MITI, il-kuntratturi tagħhom, liċenzati u l-maħturin mingħajr il-kunsens minn qabel ta'…

Dan l-avviż għandu jkun immarkat fuq kull riproduzzjoni ta' dan id-dokument, kollu jew parti minnu. Dawn il-limitazzjonijiet għandhom jispiċċaw awtomatikament meta din l-informazzjoni tkun svelata mis-sid mingħajr restrizzjonijiet."

(ii) Informazzjoni ta' proprjetà riċevuta konfidenzalment skond il-koperazzjoni tista' titqassam mill-aġenzija eżekuttiva li tkun irċevietha jew mill-maħturin tagħha lil:

(a) persuni jew impjegati ta' aġenzija eżekuttiva riċevitriċi jew ta' dipartiment interessat ieħor tal-gvern u aġenziji jew tal-maħturin fil-pajjiż ta' l-aġenzija eżekuttiva riċevitriċi;

(b) kuntratturi jew subkuntratturi ta' l-aġenzija eżekuttiva riċevitriċi jew lill-maħturin tagħha fil-pajjiż ta' l-aġenzija eżekuttiva riċevitriċi għall-użu biss fil-kwadru tal-kuntratti tagħhom ma' l-aġenzija eżekuttiva riċevitriċi jew il-maħturin tagħha għal xogħol li jkollu x'jaqsam mas-suġġett ta' l-informazzjoni ta' proprjetà;

iżda informazzjoni ta' proprjetà hekk imqassma għandha tkun immarkata b'disposizzjoni restrittiva sostanzjalment identika għal dik li tidher fil-punt (i).

(iii) bil-permess bil-miktub mogħti minn qabel mill-aġenzija eżekuttiva li tipprovdi informazzjoni ta' proprjetà skond il-koperazzjoni, l-aġenzija eżekuttiva riċevitriċi tista' tqassam dik l-informazzjoni ta' proprjetà aktar fil-wisa' milli xort'oħra jkun permissibbli skond il-punt (ii) qabel dan. L-aġenziji eżekuttivi għandhom jikkoperaw flimkien sabiex jiżviluppaw proċeduri biex jitolbu u jiksbu permess bil-miktub minn qabel għal dan it-tqassim aktar fil-wisa', u kull aġenzija eżekuttiva għandha tagħti dak il-permess safejn ikunu jippermettu l-liġijiet u r-regolamenti fil-pajjiżi rispettivi u lil Euratom u skond il-politika tal-partijiet.

6.2.3. Jekk waħda mill-aġenziji eżekuttivi ssir taf li hija jew il-maħturin tagħha ma jkunux jistgħu' jew ma jkunux raġonevolment mistennija li jistgħu josservaw ir-restrizzjonijiet u l-kondizzjonijiet ta' tqassim skond dan il-paragrafu, hija għandha minnufih tgħarraf lill-aġenzija eżekuttiva l-oħra. L-aġenziji eżekuttivi għandhom wara dan jikkonsultaw biex ifasslu pjan xieraq ta' azzjoni.

62.4. L-informazzjoni li tirriżulta minn seminars, workshops, u laqgħat oħra, it-tqassim tax-xogħol ta' l-istaff, l-użu ta' faċilitajiet u skambju ta' tagħmir magħmul skond il-koperazzjoni għandhom ikunu ttrattati mill-aġenziji eżekuttivi u l-maħturin tagħhom skond il-prinċipji msemmija f'dan il-paragrafu, bil-kondizzjoni li l-ebda informazzjoni ta' proprjetà li tkun ġiet komunikata verbalment m'għandha tkun soġġetta għall-ħtiġijiet tal-koperazzjoni dwar svelar limitat jekk il-persuna li tkun ikkomunikat dik l-informazzjoni tkun avżat lil minn kellu jirċevieha dwar in-natura ta' proprjetà ta' l-informazzjoni komunikata.

7. L-aġenzija eżekuttiva jew il-maħturin tagħha li jittrasmettu informazzjoni lill-aġenzija eżekuttiva l-oħra jew lill-maħturin tagħha ma jiggarantux li l-informazzjoni trasmessa tkun tajba għal xi użu jew applikazzjoni partikolari.

8.1. Dwar kull invenzjoni jew skoperta li ssir jew tinħoloq fl-eżekuzzjoni tal-koperazzjoni, l-aġenziji eżekuttivi għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa skond il-liġijiet u regolamenti applikabbli biex jagħmlu dan li ġej.

8.1.1. Fejn l-invenzjoni jew skoperta ssir jew tinħoloq minn persunal (l-inventur) taż-żewġ aġenziji eżekuttivi (l-aġenzija li tassenja) jew il-maħturin tagħha jew il-kuntratturi tagħhom waqt li jkunu assenjati ma' l-aġenzija eżekuttiva l-oħra (l-aġenzija riċevitriċi) jew il-maħturin tagħha jew il-kuntratturi tagħhom dwar skambju ta' xjenzati, inġiniera u speċjalisti oħra:

(i) l-aġenzija riċevitriċi jew il-maħturin tagħha jakkwistaw id-drittijiet kollha, titolu u interess fi u għall-invenzjoni jew skoperta fil-pajjiż tagħhom u f'pajjiżi terzi; u

(ii) l-aġenzija li tassenja jew il-maħturin tagħha jew l-inventur jakkwistaw id-drittijiet kollha, titolu u interess fi u għall-invenzjoni jew skoperta fil-pajjiż tagħhom.

8.1.2. Fil-każijiet li għalihom ma japplikax is-sub-paragrafu 8.1.1. u fejn l-invenzjoni jew skoperta jsiru jew jinħolqu mill-persunal (l-inventur) taż-żewġ aġenziji eżekuttivi jew mill-maħturin tagħhom jew mill-kuntratturi tagħhom bħala riżultat dirett ta' użu ta' informazzjoni li kienet komunikata lilhom skond il-koperazzjoni mill-aġenzija eżekuttiva l-oħra jew mill-maħturin tagħha jew mill-kuntratturi tagħha jew komunikata matul seminars jew laqgħat oħra konġunti, l-aġenzija eżekuttiva jew il-maħturin tagħha jew il-kuntratturi tagħhom li l-persunal tagħhom jagħmel l-invenzjoni jew l-inventur jakkwistaw id-drittijiet kollha, titolu u interess fi u għall-invenzjoni jew skoperta fil-pajjiżi kollha.

8.1.3. L-aġenzija eżekuttiva jew il-maħturin tagħha jew il-kuntratturi tagħhom jew l-inventur, skond min minnhom ikun is-sid ta' l-invenzjoni msemmija fis-subparagrafu 8.1.1. u 8.1.2. għandhom jagħtu liċenza ta' dik l-invenzjoni lill-aġenzija eżekuttiva l-oħra, lill-maħturin tagħha, lill-gvern taghha u liċ-ċittadini tal-pajjiż tagħha maħtur minnha, wara talba mill-aġenzija eżekuttiva l-oħra jew mill-maħturin tagħha taħt kondizzjonijiet raġjonevoli.

8.1.4. Fir-rigward ta' drittijiet ta' proprjetà industrijali dwar invenzjonijiet jew skoperti li jirriżultaw minn attivitajiet magħmula bil-koperazzjoni, ħlief għal skambju ta' persunal jew informazzjoni, l-aġenziji eżekuttivi jew il-maħturin, qabel ma jibdew dawk l-attivitajiet bil-koperazzjoni, għandhom jiddeċiedu dwar distribuzzjoni xierqa ta' dawk id-drittijiet waqt li jqisu l-benefiċċji, id-drittijiet u l-kontribuzzjoni ta' l-aġenziji eżekuttivi jew tal-maħturin.

8.2. Id-disposizzjonijiet tas-sub-paragrafu 8.1. għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-protezzjoni ta' mudell utilitarju u ta' disinn.

8.3. Kull aġenzija eżekuttiva jew il-maħturin tagħha għandhom jassumu r-responsabbiltà li jħallsu l-premju jew kumpens li jkollu jitħallas lill-impjegati tagħhom stess jew lil ċittadini ta' pajjiżi rispettivi skond il-liġijiet applikabbli. Kull aġenzija eżekuttiva jew il-maħturin tagħha għandhom, bla ħsara għad-drittijiet ta' l-inventuri skond il-liġijiet applikabbli, jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jassiguraw il-koperazzjoni ta' l-inventuri taghhom biex ikunu implimentati d-disposizzjonijiet ta' dan il-paragrafu.

9. Id-drittijiet ta' awtur ta' l-aġenziji eżekuttivi jew tal-maħturin għandhom jingħataw trattament li jkun skond il-Konvenzjoni Universali dwar id-Dritt ta' Awtur kif riveduta f'Pariġi fl-24 ta' Lulju, 1971. Dwar dritt ta' awtur għal materjali li għalihom japplka s-sub-paragrafu 6.1. li jkunu ta' jew kontrollati mill-ġenzija eżekuttiva jew mill-maħturin tagħha, dik l-aġenzija eżekuttiva jew il-maħturin tagħha għandhom jagħmlu li jistgħu biex jagħtu lill-aġenzija eżekuttiva l-oħra jew lill-maħturin tagħha liċenza biex jipproduċu jew jittraduċu materjal li jkollu dritt ta' awtur.

10. Dwar l-iskambju ta' persunal fi ħdan il-koperazzjoni, japplikaw id-disposizzjonijiet li ġejjin:

10.1. Kull meta jkun hemm il-ħsieb li jsir skambju ta' persunal fi ħdan il-koperazzjoni, kull aġenzija eżekuttiva jew il-mahturin tagħha għandhom jassiguraw li jintgħażel persunal kwalifikat biex ikun assenjat lill–aġenzija eżekuttiva l-oħra jew lill-maħturin tagħha.

10.2. Kull assenjazzjoni ta' persunal għandha tkun soġġetta għal ftehim ta' assenjazzjoni separat bejn l-aġenziji eżekuttivi jew il-maħturin.

10.3. Kull agenzija eżekuttiva jew il-maħturin tagħha għandhom ikunu responsabbli għas-salarji, assigurazzjoni u allowances li jitħallsu lill-persunal tagħhom.

10.4. Sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor, l-aġenzija eżekuttiva jew il-maħturin tagħha għandhom iħallsu l-ispejjeż tal-vjaġġ u l-akkomodazzjoni tal-persunal li jibagħtu għal assenjazzjoni.

10.5. L-aġenzija eżekuttiva li tilqagħhom jew il-maħturin tagħha għandhom jagħtu akkomodazzjoni tajba lill-persunal assenjat u lill-familji tagħhom fuq bażi reċiproka aċċettabbli minnhom it-tnejn.

10.6. L-aġenzija eżekuttiva li tilqagħhom jew il-maħturin tagħha għandhom jipprovdu kull għajnuna meħtiega lill-persunal assenjat u lill-familji tagħhom dwar formalitajiet amministrattivi (kondizzjonijiet tal-vjaġġ, eċċ).

10.7. Il-persunal assenjat minn aġenzija eżekuttiva jew mill-maħturin tagħha għandu josserva r-regoli ġenerali u speċjali tax-xogħol u r-regolamenti ta' sigurtà fis-seħħ fl-istabbiliment li jilqaghhom, jew skond ftehim separat ta' assenjazzjoni.

11. Fil-każ ta' skambju jew għotja ta' tagħmir, strumenti, materjali jew spare parts meħtiega (hawn taħt ilkoll imsejħa "tagħmir, eċċ") minn aġenzija eżekuttiva waħda jew mill-maħturin tagħha lill-aġenzija eżekuttiva l-oħra jew lill-maħturin taghha, id-disposizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-ġarr bil-baħar u l-użu ta' dak it-tagħmir, eċċ:

1.1. L-aġenzija eżekuttiva jew il-maħturin tagħha li jibagħtu tagħmir, eċċ., għandhom jipprovdu malajr kemm jista' jkun lista dettaljata tat-tagħmir, eċċ., li għandu jkun provdut, flimkien ma' l-ispeċifikazzjonijiet meħtieġa u dokumentazzjoni teknika u informattiva.

11.2. Tagħmir, eċċ., mibgħut mill-aġenzija eżekuttiva jew mill-maħturin tagħha jibqa' l-proprjetà tagħhom u għandu jingħata lura lill-aġenzija eżekuttiva jew lill-maħturin tagħha li jkunu bagħtuh meta tintemm l-attività miftiehma bejniethom.

11.3. Tagħmir, eċċ., għandu jibda jintuża fl-istabbiliment li jirċevieh biss skond kif jiftiehmu bejniethom l-aġenziji eżekuttivi jew il-maħturin.

11.4. L-aġenzija eżekuttiva jew il-maħturin tagħha li jirċievu t-tagħmir, eċċ., għandhom jipprovdu l-bini fejn jitqieghed, u għandhom jipprovdu għal enerġija elettrika, ilma, gas, eċċ., skond il-ħtiġiet tekniċi li dwarhom jiftiehmu bejniethom l-aġenziji jew il-maħturin.

11.5. Jekk ma jkunx miftiehem mod ieħor, ir-responsabbiltà għall-ġarr tat-taghmir, eċċ., mill-aġenzija eżekuttiva jew mill-maħturin tagħha li jibagħtuh sad-destinazzjoni aħħarija tiegħu fil-pajjiż ta' l-aġenzija eżekuttiva jew tal-maħturin tagħha li jirċevuh, kif ukoll meta jintbaghat lura, u biex jinżamm sewwa u biex ikollu assigurazzjoni matul il-ġarr tiegħu, flimkien ma' l-ispejjeż relattivi għal dan għandha tkun ta' l-aġenzija eżekuttiva jew tal-maħturin tagħha li jibagħtuh.

11.6. L-aġenzija eżekuttiva jew il-maħturin tagħha li jirċievu t-tagħmir, eċċ. għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet doganali li huma jqisu t-tagħmir, eċċ. mibgħut mill-aġenzija eżekuttiva jew mill-maħturin tagħha biex isiru attivitajiet li jkunu ftiehmu dwarhom bħala ta' karattru xjentifiku u mhux ta' karattru kummerċjali.

--------------------------------------------------

ANNESS III

Bis-saħħa ta' l-Artikolu IV ta' dan il-Ftehim, il-Partijiet qegħdin jistabbilixxu l-arranġamenti li ġejjin għal proċeduri u dettalji speċifiċi ta' eżekuzzjoni għal programm ta' koperazzjoni fil-qasam ta' riċerka u żvilupp tal-fużjoni bejn Euratom u l-Aġenzija tax-Xjenza u Teknoloġija tal-Ġappun (STA) (hawn taht f'dan l-Anness imsejjah bhala "il-koperazzjoni").

1. Euratom u STA (hawn taht imsejħin flimkien bhala "l-aġenziji eżekuttivi") kull wieħed minnhom għandu jaħtar persuna bħala kuntatt li tkun responsabbli ghall-kordinazzjoni u biex tirrapporta lill-Kumitat ta' Kordinament imsemmi fl-Artikolu V ta' dan il-Ftehim.

2. L-aġenziji eżekuttivi jistgħu jaħtru istituzzjonijiet uffiċjali li l-budgets annwali u l-pjanijiet ta' operazzjonijiet tagħhom ikunu approvati mill-kap ta' l-aġenzija rispettiva jew mill-istituti msieħba jew assoċjati magħhom (minn hawn ‘il quddiem imsejħa "maħturin") bil-kunsens tal-maħturin, fl-eżekuzzjoni tal-koperazzjoni.

3. Il-koperazzjoni tista' ssir fl-oqsma li ġejjin:

3.1. tokamaks, inklużi l-proġetti l-kbar tal-ġenerazzjoni preżenti (fosthom JET u JT.60) u attivitajiet li għandhom x'jaqsmu ma' dawk tal-ġenerazzjoni li jmiss,

3.2. linji alternattivi għal tokamaks,

3.3. teknoloġija tal-fużjoni,

3.4. teorija tal-plasma u fisika tal-plasma applikata; u

3.5. oqsma oħra kif miftiehma bejn l-aġenziji eżekuttivi.

4.1. Il-koperazzjoni tista' tinkludi l-attivitajiet li ġejjin (hawn ‘il quddiem imsejħa "attivitajiet ta' koperazzjoni").

4.1.1. skambju u provvista ta' informazzjoni u data dwar attivitajiet xjentifiċi u tekniċi, żviluppi, esperimenti u riżultati, u dwar politika u pjanijiet ta' programmazzjoni;

4.1.2. skambju ta' xjenzati, inġiniera u speċjalisti oħra għal perjodi miftiehma biex jieħdu sehem f'esperimenti, analiżi, proġettazzjoni u attivitajiet oħra ta' riċerka u żvilupp;

4.1.3. laqgħat ta' diversi tipi biex ikunu diskussi u tkun skambjata informazzjoni dwar aspetti xjentifiċi u teknoloġiċi ta' suġġetti ġenerali jew speċifiċi u biex ikunu identifikati azzjonijiet ta' koperazzjoni;

4.1.4 skambju u provista ta' kampjuni, materjali, strumenti u komponenti għal esperimenti, verifika u valutazzjoni;

4.1.5. organizzazzjoni ta' studji konġunti, proġetti u esperimenti inklużi d-disinn konġunt tagħhom, kostruzzjoni u eżekuzzjoni; u

4.1.6 attivitajiet oħra kif jiftiehmu bejniethom l-aġenziji eżekuttivi.

4.2. Fejn ikun meħtieġ, dettalji speċifiċi u proċeduri biex isiru l-attivitajiet elenkati fis-sub-paragrafi 4.1.1 sa 4.1.5 jistgħu ikunu stabbiliti permezz ta' konsultazzjonijiet u b'arranġamenti komplimentari bejn l-aġenziji eżekuttivi jew il-maħturin tagħhom. It-termini u l-kondizzjonijiet speċifiċi biex isiru l-attivitajiet elenkati fis-sub-paragrafu 4.1.6. għandhom ikunu stabbiliti permezz ta' ftehim bil-miktub bejn l-aġenziji eżekuttivi.

5. L-ispejjeż kollha relattivi għall-koperazzjoni għandhom jitħallsu mill-aġenzija eżekuttiva jew mill-maħtur, skond min jagħmilhom, jekk ma jkunx miftiehem mod ieħor bil-miktub mill-aġenziji eżekuttivi.

6.1. L-aġenziji eżekuttivi għandhom jagħtu appoġġ lid-tixrid l-aktar fil-wisa' ta' informazzjoni li huma jkollhom dritt li jisvelaw u li tkun jew fil-pussess tagħhom jew li jistgħu jiksbuha, u tingħata jew tkun skambjata skond il-koperazzjoni soġġetta għall-ħtieġa li tkun protetta l-informazzjoni tal-proprjetà, għal restrizzjonijiet tad-dritt ta' l-awtur u għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 8.

Mal-pubblikazzjoni ta' din l-informazzjoni, għandu jingħad b'mod ċar li l-informazzjoni nkisbet fil-kwadru tal-koperazzjoni.

6.2. Informazzjoni dwar proprjetà għandha tkun ittrattata kif ġej:

6.2.1. Tifsir

Il-frażi "informazzjoni dwar proprjetà" tfisser data xjentifika jew teknika, riżultati jew metodi ta' riċerka u żvilupp, u kull informazzjoni maħsuba li tingħata jew tkun skambjata skond il-koperazzjoni, bħalma huma tagħrif, informazzjoni li jkollha x'taqsam direttament ma' invenzjonijiet u skoperti kif imsemmi fil-paragrafu 8, informazzjoni teknika, kummerċjali jew finanzjarja, bil-kondizzjoni li tkun immarkata sewwa jew meqjusa hekk skond is-sub-paragrafu 6.2.2, u

(a) ma tkunx ġeneralment magħrufa jew disponibbli pubblikament minn għejun oħra;

(b) ma setgħatx tingħata qabel mis-sid lil oħrajn mingħajr obbligu dwar il-konfidenzalità tagħha; u

(ċ) mhix diġa fil-pussess ta' l-aġenzija eżekuttiva jew tal-maħturin tagħha li jirċevuha mingħajr obbligu dwar il-konfidenzalità tagħha.

6.2.2. Proċeduri

(i) Aġenzija eżekuttiva jew il-maħturin tagħha li jirċievu informazzjoni dwar proprjetà permezz tal-koperazzjoni għandhom jirrispettaw in-natura privileġġjata tagħha. Kull dokument li jkollu informazzjoni ta' proprjetà għandu jkun immarkat mill-agenzija eżekuttiva jew mill-mahturin taghha bid-disposizzjoni restrittiva (jew oħra sostanzjalment bħala) li ġejja:

"Dan id-dokument għandu informazzjoni dwar proprjetà mogħtija konfidenzalment skond l-Anness III tal-Ftehim ghal Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika u l-Gvern tal-Ġappun fil-qasam tal-fużjoni termonukleari kontrollata, ta' l-20 ta' Frar, 1989, u m'għandux jitqassam barra mill-Euratom u mill-MITI, il-kuntratturi tagħhom, liċenzati u l-maħturin mingħajr il-permess minn qabel ta'…

Dan l-avviż għandu jkun immarkat fuq kull riproduzzjoni ta' dan id-dokument, kollu jew parti minnu. Dawn il-limitazzjonijiet jispiċċaw awtomatikament meta din l-informazzjoni tkun svelata mis-sid mingħajr restrizzjonijiet".

(ii) Informazzjoni ta' proprjetà riċevuta konfidenzalment skond il-koperazzjoni tista' titqassam mill-aġenzija eżekuttiva riċevitriċi jew il-maħturin tagħha lil:

(a) persuni jew impjegati ta' aġenzija eżekuttiva riċevitriċi jew ta' dipartiment interessat ieħor tal-gvern u aġenziji jew lill-maħturin fil-pajjiż ta' l-aġenzija eżekuttiva riċevitriċi;

(b) kuntratturi jew sub-kuntratturi ta' l-aġenzija eżekuttiva riċevitriċi jew il-maħturin tagħha fil-pajjiż ta' l-aġenzija eżekuttiva riċevitriċi għall-użu biss fil-kwadru tal-kuntratti tagħhom ma' l-aġenzija eżekuttiva riċevitriċi jew il-maħturin tagħha għal xogħol li jkollu x'jaqsam mas-suġġett ta' l-informazzjoni ta' proprjetà;

iżda li kull informazzjoni dwar proprjetà hekk imqassma għandha tkun immarkata b'disposizzjoni restrittiva sustanzjalment identika għal dik li tidher f'punt (i) hawn fuq.

(iii) bil-permess bil-miktub mogħti minn qabel mill-agenzija eżekuttiva li tipprovdi informazzjoni ta' proprjetà skond il-koperazzjoni, l-agenzija eżekuttiva riċevitriċi tista' tqassam dik l-informazzjoni ta' proprjetà aktar fil-wisa' milli xort'oħra jkun permissibbli fil-punt (ii) qabel dan. L-aġenziji eżekuttivi għandhom jikkoperaw flimkien sabiex jiżviluppaw proċeduri biex jitolbu u jiksbu permess bil-miktub minn qabel għal tqassim aktar fil-wisa' bħal dan, u kull aġenzija eżekuttiva għandha tagħti dak il-permess safejn ikunu jippermettu l-liġijiet u r-regolamenti fil-pajjiżi rispettivi u lil Euratom u skond il-politika tal-partijiet.

6.2.3. Jekk waħda mill-aġenziji eżekuttivi ssir taf li hija jew il-maħturin tagħha ma jkunux jistgħu jew ma jkunux raġonevolment mistennija li jistgħu josservaw ir-restrizzjonijiet u l-kondizzjonijiet ta' tqassim skond dan il-paragrafu, hija għandha minnufih tgħarraf lill-aġenzija eżekuttiva l-oħra. L-aġenziji eżekuttivi għandhom wara dan jikkonsultaw biex ifasslu pjan xieraq ta' azzjoni.

6.2.4. L-informazzjoni li tirriżulta minn seminars, workshops, u laqgħat oħra, it-tqassim tax-xogħol tal-persunal, l-użu ta' faċilitajiet u skambju ta' tagħmir magħmul skond il-koperazzjoni għandhom ikunu ttrattati mill-aġenziji eżekuttivi u l-maħturin tagħhom skond il-prinċipji msemmija f'dan il-paragrafu, bil-kondizzjoni li l-ebda informazzjoni ta' proprjetà li tkun ġiet komunikata verbalment m'għandha tkun soġġetta għall-ħtiġijiet tal-koperazzjoni dwar svelar limitat jekk il-persuna li tkun ikkomunikat dik l-informazzjoni tkun avżat lil min kellu jirċevieha dwar in-natura ta' proprjetà ta' l-informazzjoni komunikata.

7. L-aġenzija eżekuttiva jew il-maħturin tagħha li jibagħtu informazzjoni lill-aġenzija eżekuttiva l-oħra jew lill-maħturin tagħha ma jiggarantux li l-informazzjoni mibgħuta tkun tajba għal xi użu jew applikazzjoni partikolari.

8.1. Dwar kull invenzjoni jew skoperta li jsiru jew jinħolqu fl-eżekuzzjoni tal-koperazzjoni, l-aġenziji eżekuttivi għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa fil-kwadru tal-liġijiet u regolamenti applikabbli biex jagħmlu dan li ġej.

8.1.1. Fejn l-invenzjoni jew skoperta issir jew tinħoloq minn persunal (l-inventur) ta' waħda miż-żewġ aġenziji eżekuttivi (l-aġenzija li tassenja) jew il-maħturin tagħha jew mill-kuntratturi tagħhom waqt li jkunu assenjati ma' l-aġenzija eżekuttiva l-oħra (l-aġenzija riċevitriċi) jew il-maħturin tagħha jew il-kuntratturi tagħhom dwar skambju ta' xjenzati, inġiniera u speċjalisti oħra:

(i) l-aġenzija riċevitriċi jew il-maħturin tagħha jakkwistaw id-drittijiet kollha, titolu u interess fi u għall-invenzjoni jew skoperta fil-pajjiż tagħhom u f'pajjiżi terzi; u

(ii) l-aġenzija li tassenja jew il-maħturin tagħha jew l-inventur jakkwistaw id-drittijiet kollha, titolu u interess fi u għall-invenzjoni jew skoperta fil-pajjiż tagħhom.

8.1.2. Fil-każijiet li għalihom ma japplikax is-sub-paragrafu 8.1.1. u fejn l-invenzjoni jew skoperta jsiru jew jinħolqu mill-persunal (l-inventur) ta' waħda miż-żewġ aġenziji eżekuttivi jew mill-maħturin tagħhom jew mill-kuntratturi tagħhom bħala riżultat dirett ta' użu ta' informazzjoni li kienet komunikata lilhom skond il-koperazzjoni mill-aġenzija eżekuttiva l-oħra jew mill-maħturin tagħha jew mill-kuntratturi tagħhom jew komunikata matul seminars jew laqgħat oħra konġunti, l-aġenzija eżekuttiva jew il-maħturin tagħha jew il-kuntratturi tagħhom li l-persunal tagħhom jagħmel l-invenzjoni jew l-inventur jakkwistaw id-drittijiet kollha, titolu u interess fi u għall-invenzjoni jew skoperta fil-pajjiżi kollha.

8.1.3. L-aġenzija eżekuttiva jew il-maħturin tagħha jew il-kuntratturi tagħhom jew l-inventur, skond min minnhom ikun s-sid ta' l-invenzjoni msemmija fis-subparagrafi 8.1.1. u 8.1.2., għandhom jagħtu liċenza ta' dik l-invenzjoni lill-aġenzija l-oħra ezekuttiva, lill-maħturin tagħha, lill-gvern tagħha u liċ-ċittadini tal-pajjiż taghhom maghżul minnha, wara talba mill-aġenzija l-oħra ezekuttiva jew il-maħturin tagħha taħt kondizzjonijiet raġjonevoli.

8.1.4. Fir-rigward ta' drittijiet ta' proprjetà industrijali dwar invenzjonijiet jew skoperti li jirriżultaw minn attivitajiet magħmula bil-koperazzjoni, ħlief għal skambju ta' persunal jew informazzjoni, l-aġenziji eżekuttivi jew il-maħturin għandhom, qabel ma jibdew dawk l-attivitajiet tal-koperazzjoni, jiddeċiedu dwar distribuzzjoni xierqa ta' dawk id-drittijiet waqt li jqisu l-benefiċċji, id-drittijiet u l-kontribuzzjoni ta' l-aġenziji eżekuttivi jew tal-maħturin.

8.2. Id-disposizzjonijiet tas-sub-paragrafu 8.1. għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-protezzjoni ta' mudell utilitarju u ta' disinn.

8.3. Kull aġenzija eżekuttiva jew il-maħturin tagħha għandhom jassumu r-responsabbiltà biex iħallsu l-premju jew kumpens li jkollhom jitħallsu lill-impjegati tagħhom stess jew lil ċittadini ta' pajjiżi rispettivi skond il-liġijiet applikabbli. Kull aġenzija eżekuttiva jew il-maħturin tagħha għandhom, bla ħsara għad-drittijiet ta' l-inventuri skond il-liġijiet applikabbli, jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jassiguraw il-koperazzjoni ta' l-inventuri taghhom biex ikunu implimentati d-disposizzjonijiet ta' dan il-paragrafu.

9. Id-dritt ta' awtur ta' l-aġenziji eżekuttivi jew tal-maħturin għandhom jingħataw trattament li jkun skond il-Konvenzjoni Universali dwar id-Dritt ta' Awtur kif riveduta f'Pariġi fl-24 ta' Lulju, 1971. Dwar dritt ta' awtur għal materjali għall-fini tas-sub-paragrafu 6.1. li jkunu ta' jew kontrollati mill-aġenzija eżekuttiva jew il-maħturin tagħha, dik l-aġenzija eżekuttiva jew il-maħturin tagħha għandhom jagħmlu li jistgħu biex jagħtu lill-aġenzija l-oħra eżekuttiva jew lill-maħturin tagħha liċenza biex jipproduċu jew jittraduċu materjal li jkollu dritt ta' awtur.

10. Dwar l-iskambju ta' persunal fi ħdan il-koperazzjoni, japplikaw id-disposizzjonijiet li ġejjin:

10.1. Kull meta jkun kontemplat skambju ta' persunal fi ħdan il-koperazzjoni, kull aġenzija eżekuttiva jew il-maħturin taghha għandhom jassiguraw li jintgħażel persunal kwalifikat biex ikun assenjat lill-aġenzija eżekuttiva l-oħra jew lill-maħturin tagħha.

10.2. Kull assenjazzjoni bħal din ta' persunal għandha tkun soġġetta għal ftehim ta' assenjazzjoni separat bejn l-aġenziji eżekuttivi jew il-maħturin.

10.3. Kull aġenzija eżekuttiva jew il-maħturin tagħha għandha tkun responsabbli għas-salarji, assigurazzjoni u allowances li jitħallsu lill-persunal tagħha.

10.4. Sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor, l-aġenzija eżekuttiva jew il-maħturin tagħha għandhom iħallsu l-ispejjeż tal-vjaġġ u l-akkomodazzjoni tal-persunal waqt l-assenjazzjoni.

10.5. L-aġenzija eżekuttiva li tilqagħhom jew il-maħturin tagħha għandhom jagħtu akkomodazzjoni tajba lill-persunal assenjat u lill-familji tagħhom fuq bażi aċċettabbli reċiprokament.

10.6. L-aġenzija eżekuttiva li tilqagħhom jew il-maħturin tagħha għandhom jipprovdu kull għajnuna meħtieġa lill-persunal assenjat u lill-familji tagħhom dwar formalitajiet amministrattivi (kondizzjonijiet tal-vjaġġ, eċċ).

10.7. Il-persunal assenjat mill-aġenzija eżekuttiva jew mill-maħturin tagħha għandu josserva r-regoli ġenerali u speċjali tax-xogħol u r-regolamenti ta' sigurtà fis-seħħ fl-istabbiliment li jilqagħhom, jew skond ftehim separat ta' assenjazzjoni.

11. Fil-każ li jkollu jsir skambju jew għotja ta' taghmir, strumenti, materjali jew spare parts meħtiega (hawn taħt ilkoll imsejħa "tagħmir, eċċ") minn aġenzija eżekuttiva waħda jew mill-maħturin tagħha lill-aġenzija eżekuttiva l-ohra jew lill-maħturin tagħha, id-disposizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-ġarr bil-baħar u l-użu ta' dak it-tagħmir, eċċ.

11.1 L-aġenzija eżekuttiva jew il-maħturin tagħha li jibagħtu tagħmir, eċċ., għandhom iipprovdu malajr kemm jista' jkun lista dettaljata ta' dak it-tagħmir, eċċ., flimkien ma' l-ispeċifikazzjonijiet meħtieġa u dokumentazzjoni teknika u informattiva.

11.2. Tagħmir, eċċ., mibgħut mill-aġenzija eżekuttiva jew il-maħturin tagħha jibqa' l-proprjetà tagħhom u għandu jingħata lura lill-aġenzija eżekuttiva jew lill-maħturin tagħha li jkunu bagħtuh meta tintemm l-attività miftiehma bejniethom.

11.3. Tagħmir, eċċ., għandu jibda jintuża fl-istabbiliment li jirċevieh biss skond kif jiftiehmu bejniethom l-aġenziji eżekuttivi jew il-maħturin.

11.4. L-aġenzija eżekuttiva jew il-maħturin tagħha li jirċievu t-tagħmir, eċċ., għandhom jipprovdu l-bini fejn jitqiegħed, u għandhom jipprovdu għal enerġija elettrika, ilma, gas, eċċ., skond il-ħtiġiet teknici li dwarhom jiftiehmu bejniethom l-aġenziji jew il-maħturin.

11.5. Jekk ma jkunx miftiehem mod ieħor, ir-responsabbiltà għall-ġarr tat-tagħmir, eċċ., mill-aġenzija eżekuttiva jew il-mahħturin tagħha li jibagħtuh sad-destinazzjoni aħħarija tiegħħħu fil-pajjiż ta' l-aġenzija eżekuttiva jew il-maħturin tagħha li jirċevuh, kif ukoll meta jintbagħat lura, u biex jinżamm sewwa u biex ikollu assigurazzjoni matul il-ġarr tiegħu, flimkien ma' l-ispejjeż relattivi għal dan għandha tkun ta' l-aġenzija eżekuttiva jew il-maħturin tagħha li jibagħtuhom.

11.6. L-aġenzija eżekuttiva jew il-maħturin tagħha li jirċievu t-tagħmir, eċċ. għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet doganali li huma jqisu t-tagħmir, eċċ. mibgħut mill-aġenzija eżekuttiva jew mill-maħturin tagħha għat-twettiq ta' attivitajiet li jkunu ġew miftiehma flimkien li jkunu ta' karattru xjentifiku u mhux ta' karattru kummerċjali.

--------------------------------------------------