21988A1227(05)



Official Journal L 358 , 27/12/1988 P. 0017 - 0018
Official Journal L 358 , 27/12/1988 P. 0017 - 0018


Il-Ftehim

fil-forma ta' Skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu ta' l-Alġerija dwar l-importazzjoni fil-Komunità ta' taħlitiet ta' frott ippreservat li joriġinaw fl-Alġerija.

Ittra Nru 1

Sinjur,

Bl-iskop li jkun implimentat it-tnaqqis ta' 55 % fid-dazji doganali applikabbli li jipprovdi għalih l-Artikolu 19 tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu ta' l-Alġerija, u wara l-iskambju ta' kjarifiki dwar il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-importazzjoni fil-Komunità ta' taħlitiet ta' frott ippreservat li huma kklassifikati taħt il-Kodiċi tan-NM ex20089250, ex20089271 u ex20029279 u li joriġinaw fl-Alġerija, għandi l-unur ninfurmak illi l-Gvern Alġerin jintrabat li jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura illi l-kwantitajiet forniti lill-Komunità mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru ta' kull sena ma jaqbżux il-100 tunnellata metrika.

Għal dan il-għan il-Gvern Alġerin jiddikjara illi l-esportazzjoni kollha lejn il-Komunità tal-prodotti msemmija ssir esklussivament minn esportaturi li l-operazzjonijiet tagħhom huma kkontrollati mis-Société de gestion et de développement des industries alimentaires (SOGEDIA) (Soċjetà għall-Amministrazzjoni u l-Iżvilupp ta' l-Industriji tal-Prodotti ta' l-Ikel)

Il-garanziji dwar il-kwantitajiet ikunu sodisfatti skond il-proċeduri miftehma bejn SOGEDIA u d-Direttorat-Ġenerali għall-Agrikoltura tal-Kummissjoni tal-Komunitatijiet Ewropej.

B'deroga mill-Artikolu 19 tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni, dal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri għandu jibqa' fis-seħħ sakemm ikun iddenunzjat minn waħda mill-Partijiet, liema denunzja trid issir qabel it-30 ta' Settembru ta' kull sena.

Inkun grat jekk inti tikkonferma li l-Komunità taqbel ma' dan li ingħad hawn qabel.

Nitolbok, Sinjur, taċċetta l-assigurazzjoni ta' l-ogħla rispett tiegħi.

Għall-Gvern tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu ta' l-Alġerija

Ittra Nru 2

Sinjur,

Għandi l-unur ninfurmak li waslitli l-ittra tiegħek tal-lum bit-test li ġej:

"Bl-iskop li jkun implimentat it-tnaqqis ta' 55 % fid-dazji doganali applikabbli li jipprovdi għalih l-Artikolu 19 tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu ta' l-Alġerija, u wara l-iskambju ta' kjarifiki dwar il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-importazzjoni fil-Komunità ta' taħlitiet ta' frott ippreservat li huma kklassifikati taħt il-Kodiċi tan-NM ex20089250, ex20089271 u ex20029279 u li joriġinaw fl-Alġerija, għandi l-unur ninfurmak illi l-Gvern Alġerin jintrabat li jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura illi l-kwantitajiet forniti lill-Komunità mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru ta' kull sena ma jaqbżux il-100 tunnellata metrika.

Għal dan il-għan il-Gvern Alġerin jiddikjara illi l-esportazzjoni kollha lejn il-Komunità tal-prodotti msemmija ssir esklussivament minn esportaturi li l-operazzjonijiet tagħhom huma kkontrollati mis-Société de gestion et de développement des industries alimentaires (SOGEDIA) (Soċjetà għall-Amministrazzjoni u l-Iżvilupp ta' l-Industriji tal-Prodotti ta' l-Ikel)

Il-garanziji dwar il-kwantitajiet ikunu sodisfatti skond il-proċeduri miftehma bejn SOGEDIA u d-Direttorat-Ġenerali għall-Agrikoltura tal-Kummissjoni tal-Komunitatijiet Ewropej.

B'deroga mill-Artikolu 19 tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni, dal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri għandu jibqa' fis-seħħ sakemm ikun iddenunzjat minn waħda mill-Partijiet, liema denunzja trid issir qabel it-30 ta' Settembru ta' kull sena.

Inkun grat jekk inti tikkonferma li l-Komunità taqbel ma' dan li ingħad hawn qabel."

Jiena nista' nikkonferma li l-Komunità taqbel ma' dan li ingħad hawn qabel u b'riżultat ta' dan niddikjara illi t-tnaqqis ta' 55 % fid-dazji doganali applikabbli japplika mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru ta' kull sena għall-kwantitajiet ta' taħlitiet ta' frott ippriservat li joriġinaw fl-Alġerija li tirreferi għalihom l-ittra tiegħek.

Nitolbok, Sinjur, taċċetta l-assigurazzjoni ta' l-ogħla rispett tiegħi.

F'isem il-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej

--------------------------------------------------