21988A0714(02)



Official Journal L 183 , 14/07/1988 P. 0031 - 0033
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 14 P. 0095
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 14 P. 0095


Proposta mill-Kumitat internazzjonali għall-protezzjoni tar-rhine kontra tniġġiż maħsub bħala suppliment għall-anness iv mal-konvenzjoni għall-protezzjoni tar-rhine kontra tniġġiż kimiku, iffirmat f'Bonn fit-3 ta' diċembru 1976

IL-KUMMISSJONI INTERNAZZJONALI GĦALL-PROTEZZJONI TAR-RHINE KONTRA TNIĠĠIŻ,

Wara li kkunsidrat il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tar-Rhine kontra Tniġġiż Kimiku, iffirmata f'Bonn fit-3 ta' Diċembru 1976,

Wara li kkunsidrat b'mod partikolari l-Artikoli 3, 4, 5 u 14 tagħha,

Wara li kkunsidrat il-proposta tat-28 ta' Ġunju 1979 miġbura f'tabella f'Baden fl-Isvizzera u maħsuba li żżid ma' l-Anness IV tal-valuri ta' limitu tal-Konvenzjoni hawn fuq għal ħruġ tal-merkurju minn impriżi ta' elettroliżi tal-klor-alkali,

TIPPROPONI LILL-PARTIJIET KONTRAENTI MAL-KONVENZJONI

li l-Anness IV mal-Konvenzjoni tat-3 ta' Diċembru 1976 jiġi supplimentat kif ġej rigward il-merkurju:

Sustanza jew grupp ta' sustanzi | Oriġini | Valur ta' limitu f'termini tal-konċentrazzjoni massima ta' sustanza | Valur ta' limitu f'termini tal-kwantita massima ta' sustanza | Limitu ta' żmien għal ħruġ eżistenti | Rimarki |

1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 |

Merkurju | 1.Industriji kimiċi li jużaw il-katalisti tal-merkjurju | | | | ,,, |

1.1Għall-produzzjoni ta' klorur tal-vinil | 0,05 milligrammi ta' merkurju kull litru ta' ħruġ | 0,1 gramma ta' merkurju kull tunnellata metrika ta' kapaċita ta' produzzjoni ta' klorur tal-vinil | fl-1 ta' Lulju 1989. | |

Għal ħruġ eżistenti japplika l-valur ta' limitu provisorju ta' 0,1 milligrammi ta' merkurju kull litru ta' ħruġ. | Għal ħruġ eżistenti japplika l-valur ta' limitu provisorju ta' 0,2 gramma ta' merkurju kull tunnellata metrika ta' kapaċita ta' produzzjoni ta' klorur tal-vinil. | fl-1 ta' Lulju 1986. | |

1.2Għall-fabbrikazzjoni ta' prodotti oħra | 0,05 milligrammi ta' merkurju kull litru ta' ħruġ | 5 grammi ta' merkurju kull kilogramma ta' merkurju trattat | fl-1 ta' Lulju 1989. | ,,, |

Għal ħruġ eżistenti japplika l-valur ta' limitu provisorju ta' 0,1 milligrammi ta' merkurju kull litru ta' ħruġ. | Għal ħruġ eżistenti japplika l-valur ta' limitu provisorju ta' 10 grammi ta' merkurju kull kilogramma li qed jiġi trattat | fl-1 ta' Lulju 1986. | |

2.Il-fabbrikazzjoni ta' katalisti tal-merkurju wżati fil-produzzjoni ta' klorur tal-vinil | 0,05 milligrammi ta' merkurju kull litru ta' ħruġ | 0,7 grammi ta' merkurju kull kilogramma ta' merkurju trattata | fl-1 ta' Lulju 1989. | |

Għal ħruġ eżistenti japplika l-valur ta' limitu provisorju ta' 0,1 milligrammi ta' merkurju kull litru ta' ħruġ. | Għal ħruġ eżistenti japplika l-valur ta' limitu provisorju ta' 1,4 grammia ta' merkurju kull kilogramma ta' merkurju li qed jiġi trattat | fl-1 ta' Lulju 1986. | |

3.Il-fabbrikazzjoni ta' komposti tal-merkurju organiċi u mhux organiċi (minbarra fil-prodotti koperti minn punt 2) | 0,05 milligrammi ta' merkurju kull litru ta' ħruġ | 0,05 gramma ta' merkurju kull kilogramma ta' merkurju trattata | fl-1 ta' Lulju 1989 | |

Għal ħruġ eżistenti japplika l-valur ta' limitu provisorju ta' 0,1 milligrammi ta' merkurju kull litru ta' ħruġ. | Għal ħruġ eżistenti japplika l-valur ta' limitu provisorju ta' 0,1 grammia ta' merkurju kull kilogramma ta' merkurju li qed jiġi trattat | fl-1 ta' Lulju 1986. | |

4.Il-fabbrikazzjoni ta' batteriji primarji li jikkontjenu l-merkurju | 0,05 milligrammi ta' merkurju kull litru ta' ħruġ | 0,03 grammi ta' merkurju kull kilogramma ta' merkurju trattata | fl-1 ta' Lulju 1989. | ,,, |

Għal ħruġ eżistenti japplika l-valur ta' limitu provisorju ta' 0,1 milligrammi ta' merkurju kull litru ta' ħruġ. | Għal ħruġ eżistenti japplika l-valur ta' limitu provisorju ta' 0,05 gramma ta' merkurju kull kilogramma ta' merkurju li qed jiġi trattat | fl-1 ta' Lulju 1986. | |

5.Industriji tal-metalli mhux tal-ħadid | | | | ,,,, |

5.1Impriżi għall-irkupru tal-merkurju | 0,05 milligrammi ta' merkurju kull litru ta' ħruġ | | fl-1 ta' Lulju 1989. | |

Għal ħruġ eżistenti japplika l-valur ta' limitu provisorju ta' 0,1 milligrammi ta' merkurju kull litru ta' ħruġ. | | fl-1 ta' Lulju 1986. | |

5.2Estrazzjoni u raffinazzjoni ta' metallic mhux tal-ħadid | 0,05 milligrammi ta' merkurju kull litru ta' ħruġ | | fl-1 ta' Lulju 1989. | |

Għal ħruġ eżistenti japplika l-valur ta' limitu provisorju ta' 0,1 milligrammi ta' merkurju kull litru ta' ħruġ. | | fl-1 ta' Lulju 1986. | |

6.Impriżi għat-trattament ta' skart tossiku li jikkontjeni l-merkurju | 0,05 milligrammi ta' merkurju kull litru ta' ħruġ | | fl-1 ta' Lulju 1989. | ,,, |

Għal ħruġ eżistenti japplika l-valur ta' limitu provisorju ta' 0,1 milligrammi ta' merkurju kull litru ta' ħruġ. | | fl-1 ta' Lulju 1986. | |

Jekk ikun meħtieġ, valuri ta' limitu għal industriji oħra, bħal ma huma impjanti ta' l-enerġija li jaħdmu mill-ħruq ta' karta, ta' l-azzar u tal-faħam, se jiġu proposti mill-Kummissjoni Internazzjonali fi stadju aktar tard. Sadattant, il-gvernijiet se jiffissaw livelli stabbiliti ta' emissjoni għall-merkurju awtonomament bi qbil ma' l-Artikoli 3 u 4 tal-Konvenzjoni. Dawn il-livelli stabbiliti jridu jqisu l-aħjar mezzi tekniċi disponibbli u ma jridux ikunu inqas strinġenti mill-eqreb valur tal-limitu komparabbli fl-Anness IV.

Skond l-Artikoli 14 u 19 tal-Konvenzjoni, dawk id-dispożizzjonijiet se jidħlu fis-seħħ wara l-aċettazzjoni unanima tagħhom mill-Partijiet Kontraenti mal-Konvenzjoni.

Il-Partijiet Kontraenti se jgħarrfu bl-adozzjoni tagħhom lill-Gvern tal-Konfederazzjoni Svizzera li se jgħarraf li rċieva din in-notifika.

--------------------------------------------------