21987A0813(01)



Official Journal L 226 , 13/08/1987 P. 0002 - 0117


Konvenzjoni dwar proċedura komuni ta' transitu

IR-REPUBBLIKA TA' L-AWSTRIJA, IR-REBUBBLIKA TAL-FINLANDJA, IR-REPUBBLIKA TA' L-ISLANDA, IR-RENJU TAN-NORVEĠJA, IR-RENJU TA' L-ISVEZJA, IL-KONFEDERAZZJONI SVIZZERA,

minn hawn 'il quddiem imsejħa l-pajjiżi ta' l-EFTA,

Il-KOMUNITÀ EKONOMIKA EWROPEA,

minn hawn 'il quddiem imsejħa l-Komunità,

META WIEĦED JIKKONSIDRA l-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità u kull wieħed mill-pajjiżi ta' l-EFTA,

META WIEĦED JIKKONSIDRA d-Dikjarazzjonijiet Konġunti għall-ħolqien ta' spazju ekonomiku Ewropew, adottat mill-Ministri tal-pajjiżi ta' l-EFTA u l-istati membri tal-Komunità u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej fil-Lussemburgu fid-9 ta' April 1984, speċjalment għal dak li jirrigwarda s-simplifikazzjoni tal-formalitajiet tal-fruntiera u regoli ta' l-oriġini,

META WIEĦED JIKKONSIDRA l-Konvenzjoni dwar is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fil-kummerċ tal-merkanzija, konkluża bejn il-pajjiżi ta' l-EFTA u l-Komunità, fejn ġie introdott dokument amministrattiv singolu għall-użu f'tali kummerċ,

META WIEĦED JIKKONSIDRA li l-użu ta' dan id-dokument singolu fl-istruttura ta' proċedura komuni ta' transitu għall-ġarr ta' merkanzija bejn il-Komunità u l-pajjiżi ta' l-EFTA u bejn il-pajjiżi ta' l-EFTA stess iwassal għal simplifikazzjoni,

META WIEĦED JIKKONSIDRA li l-aktar mod xieraq sabiex jintlaħaq dan il-għan ikun dak li bih tiġi estiża għal dawk il-pajjiżi ta' l-EFTA li ma japplikawhiex il-proċedura ta' transitu li tapplika fil-preżent għall-ġarr ta' merkanzija fil-Komunità, bejn il-Komunità u l-Awstrija u l-Isvizzera, u bejn l-Awstrija u l-Isvizzera,

META WIEĦED JIKKONSIDRA wkoll l-ordni Nordiku ta' transitu li hu applikat bejn il-Finlandja, in-Norveġja u l-Isvezja,

IDDEĊIDEW li jikkonkludu l-Konvenzjoni segwenti:

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1

1. Din il-Konvenzjoni tistabbilixxi miżuri għall-ġarr ta' merkanzija fi transitu bejn il-Komunità u l-pajjiżi ta' l-EFTA kif ukoll bejn il-pajjiżi ta' l-EFTA stess, inkluża, fejn applikabbli, merkanzija fi trasbord, rikonsenjata jew maħżuna, bl-introduzzjoni ta' proċedura komuni ta' transitu hu x'inhu t-tip u l-oriġini tal-merkanzija.

2. Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni u b'mod partikolari dawk li jikkonċernaw il-garanziji, merkanzija li tiċċirkola fil-Komunità tkun meqjusa li tpoġġiet taħt il-proċedura ta' transitu tal-Komunità.

3. Skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 7 sa 12 hawn taħt, ir-regoli li jiddeterminaw il-proċedura komuni ta' transitu huma deskritti fl-Appendiċi I u II ta' din il-Konvenzjoni.

4. Dikjarazzjonijiet ta' transitu u dokumenti ta' transitu għall-fini tal-proċedura komuni ta' transitu jridu jkunu konformi ma' Appendiċi III u magħmula skond l-istess Appendiċi.

Artikolu 2

1. Il-proċeduri komuni ta' transitu minn hawn 'il quddiem jkunu deskritti bħala l-proċedura T 1 jew il-proċedura T 2, skond kif ikun il-każ.

2. Il-proċedura T 1 tista' tkun imposta fuq kull merkanzija trasportata skond l-Artikolu 1, paragrafu 1.

3. Il-proċedura T 2 tapplika għal merkanzija trasportata skond l-Artikolu 1, paragrafu 1:

(a) fil-komunità, huwa biss meta l-merkanzija tissodisfa il-kondizzjonijiet ta' l-Artikoli 9 u 10 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea u ma tkunx ġiet soġġettata għall-formalitajiet doganali fuq l-esportazzjoni għall-konċessjoni ta' rimbors fuq l-esportazzjoni lejn il-pajjiżi, m'humiex Stati Membri tal-Komunità, konformi mall-politika komuni agrarja jew meta l-merkanzija inkluża fit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u hi, taħt it-termini ta' dak it-Trattat, f'ċirkolazzjoni libera fil-Komunità (Merkanzija Komunitarja);

(b) f' pajjiż ta' l-EFTA, huwa biss meta l-merkanzija tkunu waslet f'pajjiżi ta' l-EFTA skond il-proċedura T 2 u tkun rikonsenjata skond il-kondizzjonijiet speċjali stabbiliti fl-Artikolu 9 aktar 'l isfel.

4. Il-kondizzjonijiet speċjali stabbiliti f'din il-Konvenzjoni rigward il-klassifika ta' merkanzija taħt il-proċedura T 2 għandhom japplikaw ukoll għall-ħruġ ta' dokumenti T 2 L li jiċċertifikaw l-istatus Komunitarju tal-merkanzija u merkanzija koperta minn dokumenti T 2 L għandhom ikunu ttrattati bl-istess mod bħal merkanzija trasportata taħt il-proċedura T 2, bl-eċċezzjoni li m' hemmx il-ħtieġa li d-dokument T 2 L jakkompanja l- merkanzija.

Artikolu 3

1. Għall-fini ta' din il-Konvenzjoni, it-terminu:

(a) "Transitu" jfisser proċedura doganali li taħtha l-merkanzija tkun trasportata, taħt kontroll doganali, minn uffiċċju doganali f'pajjiż għal uffiċċju doganali ieħor fl-istess pajjiż jew f'pajjiż ieħor jaqsam għall-inqas fruntiera waħda;

(b) "pajjiż", ifisser kwalunkwe pajjiż ta' l-EFTA u kwalunkwe Stat Membru tal-Komunità;

(ċ) "pajjiż terz" ifisser kwalunkwe Stat li m'huwiex la pajjiż ta' l-EFTA u l-anqas Stat Membru tal-Komunità.

2. Fl-applikazzjoni tar-regoli stabbiliti minn din il-Konvenzjoni għall-proċedura T 1 jew T 2, il-pajjiżi ta' l-EFTA, u l-Komunità u l-Istati Membri tagħha, għandu jkollhom l-istess drittijiet u obbligi.

Artikolu 4

1. Din il-Konvenzjoni għandha tkun bla ħsara għall-applikazzjoni ta' kwalunkwe ftehim ieħor internazzjonali li jikkonċerna proċedura ta' transitu, b'mod partikolari il-proċedura TIR jew ir-Rhine manifest, suġġettata għal kwalunkwe limitazzjonijiet għal tali applikazzjoni fir-rigward ta' ġarr ta' merkanzija minn punt fil-Komunità għal punt ieħor fil-Komunità u għal limitazzjonijiet għall-ħruġ ta' dokumenti T 2 L li jiċċertifikaw l-istatus Komunitarju tal-merkanzija.

2. Din il-Konvenzjoni għandha tkun ukoll bla ħsara għall-:

(a) moviment ta' merkanzija taħt proċedura ta' ammissjoni temporanja; u

(b) ftehim li jittratta traffiku fil-fruntiera.

Artikolu 5

Fl-assenza ta' ftehim bejn il-Partijiet Kontraenti u pajjiż terz fejn il-merkanzija li tkun qed tiċċaqlaq bejn il-Partijiet Kontraenti tista' tkun trasportata f'pajjiż terz taħt il-proċedura T 1 jew T 2, tali proċedura tapplika għal merkanzija trasportata minn pajjiżi terzi biss jekk il-ġarr minn dak il-pajjiż iseħħ taħt il-kopertura ta' dokument singolu ta' trasport ippreparat fit-territorju ta' Parti Kontraenti u l-operazzjoni ta' dik il-proċedura tkun sospiża fit-territorju ta' dak il-pajjiż terz.

Artikolu 6

Bil-kondizzjoni li l-implementazzjoni ta' kwalunkwe miżura applikabbli għall- merkanzija tiġi żgurata, pajjiżi jistgħu, fil-proċedura T 1 jew T 2, jintroduċu proċeduri simplifikati għal ċerti tipi ta' traffiku permezz ta' ftehim bilaterali jew multilaterali. Tali ftehim għandu jkun innnotifikat lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej li għandhom jinformaw lill-pajjiżi l-oħra.

Implementazzjoni tal-proċedura ta' transitu

Artikolu 7

1. Soġġetti għal kwalunkwe dispożizzjoni speċjali ta' din il-Konvenzjoni, l-uffiċċji doganali kompetenti tal-pajjiżi ta' l-EFTA għandhom is-setgħa li jassumu l-funzjonijiet ta' uffiċċji tat-tluq, uffiċċji ta' transitu, uffiċċji ta' destinazzjoni u uffiċċji ta' garanzija.

2. L-uffiċċji doganali kompetenti ta' l-Istati Membri tal-Komunità għandu jkollhom il-poter li joħorġu dokumenti T 1 jew T 2 għal transitu lejn uffiċċju ta' destinazzjoni li jinsab f'pajjiż ta' l-EFTA. Suġġetti għal kwalunkwe dispożizzjoni speċjali ta' din il-Konvenzjoni, għandu jkollhom ukoll is-setgħa li joħorġu dokumenti T 2 L għal merkanzija konsenjata lil pajjiż ta' l-EFTA.

3. Fejn numru ta' kunsinni ta' merkanzija jkun miġbur flimkien u mgħobbi fuq mezz ta' trasport singolu, kif imfisser fl-Artikolu 16, paragrafu 2, ta' l-appendiċi I, u jkun mibgħut bħala groupage load minn prinċipal wieħed f'operazzjoni T 1 jew T 2 singola, minn uffiċċju tat-tluq wieħed sa uffiċċju ta' destinazzjoni wieħed għal wasla lil destinatarju wieħed, Parti Kontraenti tista' tiddomanda li dawk il-kunsinni jkunu, ħlief f'każijiet eċċezzjonali, f'każijiet mistħoqqa, inklużi f'dikjarazzjoni singola T 1 jew T 2 bil-listi tat-tagħbija korrispondenti.

4. Minkejja l-ħtieġa għall-istatus tal-merkanzija tal-Komunità li jkun attestat fejn huwa applikabbli, persuna li tikkompleta l-formalitajiet ta' l-esportazzjoni fl-uffiċċju doganali tal-fruntiera ta' Parti Kontraenti m'għandhiex tkun mitluba li tpoġġi l- merkanzija kkunsenjata taħt il-proċedura T 1 jew T 2, irrispettivament mill-proċedura doganali li taħtha l-merkanzija tkun impoġġija fl-uffiċċju doganali tal-fruntiera ġara.

5. Minkejja l-ħtieġa għall-istatus tal merkanzija tal-Komunità li jkun attestat fejn applikabbli, l-uffiċċju doganali tal-fruntiera tal-Parti Kontraenti fejn il-formalitajiet ta' l-esportazzjoni jkunu kompletati jista' jirrifjuta li jpoġġi l-merkanzija taħt il-proċedura T 1 jew T 2 jekk dik il-proċedura tkun se tintemm fl-uffiċċju doganali tal-fruntiera ġara.

Artikolu 8

L-ebda addizzjoni, tneħħija jew sostituzzjoni ma tista' ssir fil-każ ta' merkanzija ppreżentata taħt il-kopertura ta' dokument T 1 jew T 2, b'mod partikolari meta l-kunsinni jkunu mifruda, trasbordati jew bulked.

Artikolu 9

1. Merkanzija li tkun imdaħħla f'pajjiż ta' l-EFTA taħt il-proċedura T 2 u li tista' tkun mill-ġdid rikonsenjata taħt dik il-proċedura għandha tibqa' f'kull ħin taħt il-kontroll ta' l-awtoritajiet doganali ta' dak il-pajjiż sabiex ikun żgurat li ma jkunx hemm tibdil fl-identità jew stat tagħha.

2. Minħabba li tali merkanzija tkun rikonsenjata minnn pajjiż ta' l-EFTA wara li tkun tpoġġiet, f'dak il-pajjiż ta' l-EFTA, taħt proċeduri doganali minbarra l-proċedura tat-transitu jew ta' ħżin, l-ebda proċedura T 2 ma tista' tiġi applikata.

Din id-dispożizzjoni madankollu, ma tapplikax għal merkanzija li tkun ammessa temporanjament sabiex tintwera f'esibizzjoni, fiera jew esibizzjoni pubblika simili u li ma rċeviet l-ebda trattament ieħor għajr dak meħtieġ għall-preservazzjoni fl-istat oriġinali jew għat-tqassim tal-kunsinni.

3. Fejn il- merkanzija tkun rikonsenjata minn pajjiż ta' l-EFTA wara li tkun ġiet maħżuna taħt proċedura ta' ħżin, il-proċedura T 2 tista' tkun applikata bisss kond il-kondizzjonijiet segwenti:

- li l-merkanzija ma ġietx maħżuna għall-perjodu li jeċċedi ħames snin; madankollu, għal dak li jirrigwarda merkanzija li taqa' taħt Kapitolu 1 sa 24 tan-Nomenklatura għall-Klassifikazzjoni tal-Merkanzija f'Tariffi Doganali (Konvenzjoni Internazzjonali dwar id-Deskrizzjoni ta' Komoditajiet Armonizzata u s-Sistema ta' Kodiċi tal-14 ta' Ġunju 1983), dak il-perjodu għandu jkun limitat għal sitt xhur,

- li l- merkanzija tkun ġiet maħżuna fi spazji speċjali u ma jkunux irċevew xi trattament minbarra dak meħtieġ għall-preservazzjoni tagħhom fl-istat oriġinali, jew għat-tqassim f' kunsinni mingħajr tibdil fl-ippakkjar.

- li kwalunkwe trattament jkun seħħ taħt superviżjoni doganali.

4. Kwalunkwe dokument T 2 jew T 2 L maħruġ minn uffiċċju doganali ta' pajjiż ta' l-EFTA għandu jkollu jidher fuqu referenza li tikkorrispondi ma' dokument T 2 jew T 2 L li taħtha l-merkanzija tkun waslet f'dak il-pajjiż ta' l-EFTA u għandu jinkludi l-osservazzjonijiet speċjali kollha endorsjati fuqu magħmula b'dan l-għan.

Artikolu 10

1. Ħlief kull fejn ipprovdut mod ieħor fil-paragrafu 2 aktar 'l isfel jew fl-Appendiċi, kwalunkwe operazzjoni T 1 jew T 2 għandha tkun koperta minn garanzija valida għall-pajjiżi kollha involuti f'dik l-operazzjoni.

2. Id-dispożizzjonijiet ta' paragrafu 1 ma jippreġudikawx id-dritt:

(a) ta' Partijiet Kontraenti sabiex jaqblu bejniethom li l-garanzija għandha tkun rinunzjata għall-operazzjonijiet T 1 jew T 2 li jinvolvu biss it-territorji tagħhom;

(b) ta' Parti Kontraenti li tkun eżentata minn garanzija għall-parti ta' operazzjoni T 1 jew T 2 bejn l-uffiċċju tat-tluq u l-ewwel uffiċċju tat-transitu.

3. Għall-finijiet tal-garanzija b'rata bażi kif hemm provdut fl-Appendiċi I u II ta' din il-Konvenzjoni, l-ECU tfisser it-total ta' l-ammonti segwenti:

0,719 | il-Mark Ġermaniż, |

0,0878 | Il-Lira Sterlina, |

1,31 | Il-Frank Franċiż, |

140 | Il-Lira Taljana, |

0,256 | Il-Guilder Olandiż, |

3,71 | Il-Frank Belġjan, |

0,14 | Il-Frank tal-Lussemburgu, |

0,219 | Il-Kroner Daniż, |

0,00871 | Il-Lira Irlandiża, |

1,15 | Id-Drakma Griega. |

Il-valur ta' l-ECU f' munita partikolari jkun ekwivalenti għas-somma tal-valuri tal-kambju f'dik il-munita ta' l-ammonti msemmija hawn fuq.

Artikolu 11

1. Bħala regola ġenerali, l-identifikazzjoni tal-merkanzija għandha tkun żgurata permezz ta' l-issiġillar.

2. Is-segwenti għandu jkun issiġillat:

(a) l-ispazju li fih tkun il-merkanzija, meta l-mezz ta' trasport jkun diġà ġie approvat taħt regoli doganali oħra jew identifikat mill-uffiċċju tat-tluq bħala ideali għall-issiġillar;

(b) kull pakk individwali f'każijiet oħra.

3. Mezz ta' trasport jista' jkun rikonoxxut bħala ideali għall-issiġillar fuq il-kundizzjoni li:

(a) is-siġilli jistgħu sempliċement u effettivament jitwaħħlu magħhom;

(b) huma mibnija b'tali mod li l-ebda merkanzija ma tista' titneħħa jew tiddaħħal mingħajr ma tħalli traċċi viżibbli ta' abbuż jew mingħajr ma jitkissru s-siġilli;

(ċ) ma jkollhomx spazji moħbija li fihom tista' tinħeba merkanzija;

(d) l-ispazji riżervati għall-ħażna jkunu aċċessibbli faċilment għal spezzjonijiet doganali.

4. L-uffiċċju tat-tluq jista' jgħaddi mingħajr l-issiġillar jekk, wara li jiġu kkunsidrati miżuri oħra possibbli ta' identifikazzjoni, id-deskrizzjoni tal-merkanzija fid-dikjarazzjoni T 1 jew T 2 jew fid-dokumenti supplimentari tagħmilha identifikabbli mill-ewwel.

Artikolu 12

1. Sakemm tiġi miftehma proċedura għall-iskambju ta' informazzjoni statistika sabiex tassigura li l-pajjiżi ta' l-EFTA u l-Istati Membri tal-Komunità jkollhom l-informazzjoni neċessarja għall-preparazzjoni ta' l-istatistiċi tagħhom tat-transitu, kopja addizzjonali tal-kopja No 4 tad-dokumenti T 1 u T 2 għandha tkun ipprovduta għall-fini ta' statistika sakemm il-Parti Kontraenti tibqa' m'għandhiex bżonnhom:

(a) lill-ewwel uffiċċju ta' transitu f' kull pajjiż ta' l-EFTA;

(b) lill-ewwel uffiċċju ta' transitu fil-Komunità fil-każ ta' merkanzija li tkun is-suġġett ta' operazzjoni T 1 jew T 2 li tibda minn pajjiż ta' l-EFTA.

2. Madankollu, il-kopja addizzjonali msemmija hawn fuq m'għandhiex tkun rikjesta meta l-merkanzija tkun trasportata taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f'Kapitolu I tat-titolu IV ta' Appendiċi II.

3. Il-prinċipal jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu, fuq talba tad-dipartmenti nazzjonali responsabbli għall-statistiċi dwar transitu, jipprovdi kwalunkwe informazzjoni konnessa ma' dokumenti T 1 jew T 2 neċessarji għall-kumpilazzjoni ta' l-istatistiċi.

Assistenza Amministrattiva

Artikolu 13

1. L-awtoritajiet doganali tal-pajjiżi kkonċernati għandhom jgħaddu lil xulxin kull informazzjoni li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom li tkun ta' importanza sabiex tiġi vverifikata l-applikazzjoni ġusta ta' din il-Konvenzjoni.

2. Fejn huwa neċessarju, l-awtoritajiet doganali tal-pajjiżi kkonċernati għandhom jikkomunikaw bejniethom kulma jiskporu, dokumenti, rapporti, reġistrazzjoni ta' proċeduri u informazzjoni relatati ma' operazzjonijet ta' trasport li jseħħu taħt il-proċedura T 1 jew T 2 kif ukoll ma' irregolaritajiet jew ksur ta' regolamenti konnessi ma' tali operazjonijiet.

Barra minn dan, fejn ikun neċessarju, jridu jikkomunikaw bejniethom dak kollu li jiskopru konness ma' merkanzija li minħabba fiha tinħoloq assistenza reċiproka u li kienet soġġetta għal proċedura doganali ta' ħżin.

3. Fejn ikun hemm suspett ta' irregolaritajiet jew ksur ta' regoli rigward merkanzija li ddaħħlet f'pajjiż minn pajjiż ieħor jew għaddiet minn pajjiż jew ġiet maħżuna taħt proċedura ta' ħżin, l-awtoritajiet doganali tal-pajjiżi kkonċernati għandhom jekk jintalbu jiskambjaw bejniethom kull informazzjoni li tikkonċerna:

(a) il-kundizzjonijiet li taħthom dik l-merkanzija ġiet trasportata:

- kien x'kien il-mod li bih ġiet rikonsenjata, fejn waslet taħt il-kopertura ta' dokument T 1, T 2 jew T 2 L fil-pajjiż li lejh kienet indirizzata t-talba, jew

- kien x'kien il-mod li bih wasletu, fejn kienet rikonsenjata taħt il-kopertura ta' dokument T 1, T 2 jew T 2 L mill-pajjiż li lejh kienet indirizzata t-talba:

(b) il-kondizzjonijiet ta' kwalunkwe ħżin ta' dik il-merkanzija fejn waslet fil-pajjiż li lejh kienet indirizzata t-talba taħt il-kopertura ta' dokument T 2 jew T 2 L jew fejn kienet rikonsenjata minn dak il-pajjiż taħt il-kopertura ta' dokument T 2 jew T 2 L.

4. Kwalunkwe talba magħmula taħt paragrafu 1 sa 3 għandha tispeċifika l-każ jew każijiet li għaliha tirreferi.

5. Jekk l-awtorità doganali ta' pajjiż titlob għajnuna li hi ma tkunx kapaċi tagħti jekk tintalab, hija għandha tiġbed l-attenzjoni għal dak il-fatt fit-talba tagħha. Konformità ma' dik it-talba għandha tkun fid-diskrezzjoni ta' l-awtorità doganali li lilha saret it-talba.

6. L-informazzjoni miksuba skond il-paragrafi 1 sa 3 trid tkun użata biss għall-finijiet ta' din il-konvenzjoni u trid tkun mogħtija l-istess protezzjoni minn pajjiż riċevitur bħalma tingħata lill-informazzjoni ta' l-istess tip taħt il-liġi nazzjonali ta' dak il-pajjiż. Tali informazzjoni tista' tkun użata għal finijiet oħra biss bil-kunses bil-miktub ta' l-awtoritajiet doganali li fornewha u suġġetta għal restrizzjonijiet stabbiliti mill-awtorità.

Il-Kumitat Konġunt

Artikolu 14

1. Kumitat Konġunt jkun hawnhekk imwaqqaf li fih kull Parti Kontraenti għal din il-Konvenzjoni tkun rappreżentata.

2. Il-Kumitat Konġunt jaġixxi bi ftehim reċiproku.

3. Il-Kumitat Konġunt għandu jiltaqa' kull meta jkun possibbli iżda għall-inqas darba fis-sena. Kwalunkwe Parti Kontraenti tista' tagħmel talba sabiex tissejjaħ laqgħa.

4. Il-Kumitat Konġunt għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura li għandhom, inter alia, jikkontjenu dispożizzjonijiet għas-sejħa ta' laqgħat u għan-nomina tal-President u ż-żmien ta' kariga tiegħu.

5. Il-Kumitat Konġunt jista' jiddeċiedi li jwaqqaf sotto-komitat jew grupp ta' nies maħtur li jista' jassistih fil-qadi ta' dmirijietu.

Artikolu 15

1. Għandha tkun ir-responsabbilità tal-Kumitat Konġunt li jamministra din il-Konvenzjoni u jassigura l-implementazzjoni korretta tagħha. Għal dan il-għan, għandu jkun informat regolarment mill-Partijiet Kontraenti bl-esperjenzi ta' l-applikazzjoni ta' din il-Konvenzjoni u jagħmel rakkomandazzjonijiet, u fil-każijiet previsti fil-paragrafu 3, għandu jieħu deċiżjonijiet.

2. B'mod partikolari għandu jirrakkomanda:

(a) emendi għal din il-Konvenzjoni, minbarra dawk riferuti fil-paragrafu 3;

(b) kwalunkwe miżuri oħra bżonjużi għall-applikazzjoni tagħha.

3. Għandha tadotta permezz ta' deċiżjoni:

(a) emendi għall-Appendiċi;

(b) emendi għad-definizzjoni ta' l-ECU kif iddikjarati fl-Artikolu 10(3);

(ċ) emendi oħra għal din il-Konvenzjoni li jsiru neċessarji minħabba emendi għall-Appendiċi;

(d) miżuri li jittieħdu taħt l-Artikolu 28(2) ta' Appendiċi I;

(e) miżuri transitorji meħtieġa fil-każ ta' l-adeżjoni ta' Stati Membri ġodda fil-Komunità

Tali deċiżjonijiet għandhom jiddaħħlu fis-seħħ mill-Partijiet Kontraenti skond il-liġi tagħhom.

4. Jekk, fil-Kumitat Konġunt, rappreżentant ta' Parti Kontraenti jkun aċċetta deċiżjoni soġġetta għat-twettiq tal-ħtiġiet kostituzjonali, id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ, jekk l-ebda data ma tidher fiha, fl-ewwel ġurnata tat-tieni xahar wara li t-tneħħija tar-riżerva tkun innotifikata.

Dispożizzjonijiet finali u mixxellanji

Artikolu 16

Kull Parti Kontraenti għandha tieħu miżuri xierqa sabiex tiżgura li d-dispożizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni huma applikati b'mod effettiv u armonjuż, tindirizza l-ħtieġa li tirriduċi sa fejn ikun possibbli l-formalitajiet imposti fuq l-operaturi u l-ħtieġa li jintlaħqu soluzzjonijiet sodisfaċenti reċiproċi għal kwalunkwe diffikultà li tirriżulta mit-tħaddim ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

Artikolu 17

Il-Partijiet Kontraenti għandhom iżommu lil xulxin infurmati bid-dispożizzjonijiet li huma jadottaw għall-implementazzjoni ta' din il-Konvenzjoni.

Artikolu 18

Id-dispożizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni m'għandhomx iżommu projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni, esportazzjoni jew transitu ta' merkanzija promulgati mill-Partijiet Kontraenti jew mill-Istati Membri tal-Komunità u ġġustifikati abbażi tal-moralità pubblika, public policy jew sigurtà pubblika, il-protezzjoni tas-saħħa u l-ħajja tan-nies, annimali jew pjanti, il-protezzjoni ta' teżori nazzjonali li għandhom valur artistiku, storiku jew arkeoloġiku, jew il-protezzjoni ta' proprjetà industrijali jew kummerċjali.

Artikolu 19

L-Appendiċi u l-Protokoll Addizzjonali għal din il-Konvenzjoni jiffurmaw parti integrali minnha.

Artikolu 20

1. Din il-konvenzjoni tapplika, minn naħa, għat-territorji li fihom it-Trattat li jistabbilixxi lill-Komunità Ekonomika Ewropea huwa applikat u taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dak it-Trattat u, min-naħa l-oħra, għat-territorji tal-pajjiżi ta' l-EFTA.

2. Din il-Konvenzjoni tapplika wkoll għall-Prinċipat ta' Liechtenstein sakemm dan il-Prinċipat jibqa' marbut mal-Konfederazzjoni Svizzera bi trattat ta' għaqda doganali.

Artikolu 21

Kwalunkwe Parti Kontraenti tista' tirtira minn din il-Konvenzjoni kemm-il darba tagħti avviż bil-miktub lid-depożitarju12-il xahar qabel, li min-naħa tiegħu għandu jinnotifika lill-Partijiet Kontraenti l-oħra kollha.

Artikolu 22

1. Din il-Konvenzjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1988, jekk il-Partijiet Kontraenti, qabel l-1 ta' Novembru 1987, ikunu ddepositaw l-istrumenti tagħhom ta' aċċetazzjoni mas-Segretarjat tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej, li jaġixxi bħala depożitarju.

2. Jekk din il-Konvenzjoni ma tidħolx fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1988, għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara li jsir id-depożitu ta' l-aħħar stument ta' aċċetazzjoni.

3. Id-depożitarju għandu jinnotifika d-data tad-depożitu ta' l-istrument ta' aċċetazzjoni ta' kull Parti Kontraenti u d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din il-Konvenzjoni.

Artikolu 23

1. Mad-dħul fis-seħħ ta' din il-konvenzjoni, il-Ftehim tat-30 ta' Novembru 1972 u tat-23 ta' Novembru 1972 dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar Transitu Komunitarju, konkluż mill-Awstrija u l-Isvizzera rispettivament mal- Komunità, kif ukoll il-Ftehim tat-12 ta' Lulju 1977 dwar l-estensjoni ta' l-applikazzjoni tar-regoli dwar Transitu Komunitarju konkluż minn dawn il-pajjiżi u l-Komunità, ma jibqgħux japplikaw.

2. Il-Ftehim imsemmijin f' paragrafu 1 għandhom, madankollu, jibqgħu japplikaw għall-operazzjonijiet T 1 jew T 2 mibdija qabel id-dħul fis-seħħ ta' din il-Konvenzjoni.

3. L-ordni ta' transitu Nordiku applikat bejn il-Finlandja, in-Norveġja u l-Isvezja jintemm mad-data tad-dħul fis-seħħ ta' din il-Konvenzjoni.

Artikolu 24

Din il-Konvenzjoni, li hija mfassla f'kopja singola fil-lingwa Daniża, Olandiża, Ingliża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Taljana, Portugiża, Spanjola, Finlandiża, Islandiża, Norveġiża u Svediża, it-testi kollha huma ugwalment awtentiċi, għandhom ikunu ddepositati fl-arkivji tas-Segretarjat tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej, li għandhom jikkonsenjaw kopja awtentika tagħha lil kull Parti Kontraeti.

Magħmul f' Interlaken, fl-20 ta' Mejju 1987.

--------------------------------------------------

APPENDIĊI I

IT-TITOLU I

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

1. Il-proċedura ta' transitu stabbilita f' din il-Konvenzjoni għandha tkun applikabbli għall-ġarr ta' merkanzija skond l-Artikolu 1(1), ta' din il-Konvenzjoni.

2. Għandha tkun il-proċedura T 1 jew T 2 soġġetta għall-Atikolu 2 ta' din il-Konvenzjoni.

L-Artikolu 2 sa 10

(Dan l-Appendiċi ma jinkludix l-Artikoli 2 sa 10.)

Artikolu 11

Għall-finijiet ta' din il-Konvenzjoni

(a) "prinċipal" tfisser:

il-persuna li, personalment jew tramite rappreżentant awtorizzat, titlob permess, f'dikjarazzjoni skond il-formalitajiet doganali neċessarji, sabiex twettaq operazzjoni ta' transitu u b'hekk tagħmel lilha nnifsha responsabbli lejn l-awtoritajiet kompetenti għall-eżekuzzjoni ta' l-operazzjoni skond ir-regoli;

(b) "mezz ta' trasport" tfisser, b'mod partikolari:

- kull vettura tat-triq, trejler, semi-trejler,

- kull karozza ferrovjarja jew vagun,

- kull dgħajsa jew bastiment,

- inġenji ta' l-ajru ta' kull tip,

- kull kontejner li jaqa' taħt it-tifsira tal-Konvenzjoni Doganali dwar kontejners;

(ċ) "uffiċċju tat-tluq" tfisser l-uffiċċju doganali minn fejn tibda l-operazzjoni ta' transitu;

(d) "uffiċċju ta' transitu" tfisser:

- l-uffiċċju doganali fil-punt tad-dħul għal ġewwa pajjiż minbarra fil-pajjiż tat-tluq,

- kif ukoll l-uffiċċju doganali fil-punt tal-ħruġ minn Parti Kontraenti meta il-kunsinna tkun ħierġa mit-territorju doganali ta' dik il-Parti Kontraenti fil-proċess ta' operazzjoni ta' transitu minn fruntiera bejn Parti Kontraenti u pajjiż terz;

(e) uffiċċju ta' destinazzjoni

tfisser l-uffiċċju doganali fejn il-merkanzija trid jtkun ippreżentata sabiex tkun kompletata l-operazzjoni ta' transitu;

(f) uffiċċju ta' garanzija

tfisser l-uffiċċju doganali fejn garanzija komprensiva tkun iddepożitata;

(g) fruntiera interna

tfisser fruntiera komuni għal żewġ Partijiet Kontraenti.

Merkanzija mgħobbija f'port ta' Parti kontraenti u maħtuta f'port ta' Parti Kontraenti oħra għandha titqies bħallikieku qasmet il-fruntiera interna jekk il-qsim bil-baħar huwa kopert minn dokument singolu ta' trasport.

Merkanzija li ġejja bil-baħar minn pajjiż terz u trasbordata f'port ta' Parti Kontraenti bil-għan li tinħatt f'port ta' Parti Kontraenti oħra għandha tkun meqjusa bħallikieku ma qasmitx fruntiera interna.

IT-TITOLU II

PROĊEDURA T 1

Artikolu 12

1. Kwalunkwe merkanzija li għandha tinġarr taħt proċedura T 1 tkun suġġetta, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti minn din il-Konvenzjoni, għal dikjarazzjoni T 1. Dikjarazzjoni T 1 tfisser dikjarazzjoni fuq formola li tikkorrispondi ma' formola kampjun li tinsab f' Appendiċi III.

2. Il-formola T 1 riferuta fil-paragrafu 1 tista' tkun supplimentata, fejn hu xieraq, permezz ta' formola jew aktar formoli supplimentari T 1 bis li jikkorrispondu mal-formoli supplimentari kampjun li jinsabu f'Appendiċi III.

3. Il-formoli T 1 u T 1 bis għandhom ikunu stampati u kompletati f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Partijiet Kontraenti li hija aċċetabbli għall-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż tat-tluq. Meta jkun neċessarju, l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż konċernat f'dik l-operazzjoni T 1 jistgħu jiddomandaw it-traduzzjoni fil-lingwa uffiċjali jew f'waħda mill-lingwi uffiċjali ta' dak il-pajjiż.

4. Id-dikjarazzjoni T 1 għandha tkun iffirmata mill-persuna li titlob permess sabiex tagħmel operazzjoni T 1 jew mir-rappreżentant awtorizzat tagħha u għall-inqas tliet kopji tagħha għandhom ikunu ppreżentati fl-uffiċċju tat-tluq.

5. Id-dokumenti supplementari annessi mad-dikjarazzjoni T 1 għandhom jiffurmaw parti integrali minnha.

6. Id-dikjarazzjoni T 1 għandha tkun akkompanjata mid-dokument ta' trasport.

L-uffiċċju tat-tluq jista' jeżenta l-preżentazzjoni ta' dan id-dokument waqt l-ikkompletar tal-formalitajiet doganali. Madankollu, id-dokument ta' trasport irid ikun ippreżentat kull meta jkun mitlub mill-awtoritajiet doganali waqt il-ġarr.

7. Meta l-proċedura T 1 fil-pajjiż tat-tluq isseħħ in segwitu għal proċedura doganali oħra, għandha ssir referenza fuq id-dikjarazzjoni T 1 għal dik il-proċedura jew għad-dokumenti doganali korrispondenti.

Artikolu 13

Il-prinċipal għandu jkun responsabbli għat-:

(a) twassil tal-merkanzija intatta fl-uffiċċju ta' destinazzjoni f'tul ta' żmien preskritt u bl-osservanza mistħoqqa tal-miżuri adottati mill-awtoritajiet kompetenti sabiex jassiguraw l-identifikazzjoni;

(b) l-osservanza tad-dispożizzjonijiet relatati mal-proċedura T 1 u mat-transitu f'kull pajjiż li fit-territorju tiegħu jkun irrealizzat il-ġarr tal-merkanzija.

Artikolu 14

1. Kull pajjiż jista', skond il-kondizzjonijiet li jista' jippreskrivi, jaħseb għall-użu tad-dokument T 1 għal proċeduri nazzjonali.

2. Id-dettalji supplimentari inklużi fid-dokument T 1 għal dak l-għan minn persuna oħra li mhix il-prinċipal għandhom ikunu r-responsabbiltà ta' dan ta' l-ewwel, skond il-provedimenti nazzjonali stabbiliti fil-liġi, regolament jew azzjoni amministrattiva.

L-Artikolu 15

(Dan l-Appendiċi ma jinkludix l-Artikolu 15.)

Artikolu 16

1. L-istess mezz ta' trasport jista' jintuża għal tagħbija ta' merkanzija f'iktar minn uffiċċju ta' tluq wieħed u għal ħatt f'iktar minn uffiċċju ta' destinazzjoni wieħed.

2. Kull dikjarazzjoni T 1 għandha tinkludi biss il-merkanzija mgħobbija jew li ser tkun mgħobbija fuq mezz ta' trasport wieħed għall-ġarr minn uffiċċju ta' tluq wieħed għal uffiċċju ta' destinazzjoni wieħed.

Għall-fini tas-sub-paragrafu preċedenti s-segwenti għandu jitqies bħala mezz ta' trasport wieħed, bil-kundizzjoni li l-merkanzija trasportata tkun mibgħuta f'daqqa:

(a) vettura tat-triq akkumpanjata minn trejler(s) jew semi-trejler(s);

(b) linja karozzi jew vaguni tal-ferroviji kkoppjati;

(ċ) dgħajjes li joperaw bħala katina waħda;

(d) kontejners mgħobbija fuq mezzi ta' trasport fis-sens ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 17

1. L-uffiċċju tat-tluq għandu jirreġistra d-dikjarazzjoni T 1, jippreskrivi l-perjodu li fih il-merkanzija għandha tkun ippreżentata fl-uffiċċju tad-destinazzjoni, u jieħu tali miżuri għall-identifikazzjoni li jqis neċessarji.

2. Wara li jkun daħħal id-dettalji neċessarji fid-dikjarazzjoni T 1, l-uffiċċju tat-tluq għandu jżomm il-kopja tagħha u jirritorna l-oħrajn lill-prinċipal jew lir-rappreżentant tiegħu.

Artikolu 18

(Dan l-Appendiċi ma jinkludix l-Artikolu 18.)

Artikolu 19

1. Il-kopji tad-dokument T 1 ikkonsenjati lill-prinċipal jew lir-rappreżentant tiegħu mill-uffiċċju tat-tluq iridu jakkompanjaw il-merkanzija.

2. Il-merkanzija għandha tkun trasportata tramite l-uffiċċji ta' transitu msemmija fid-dokument T 1. F'ċirkostanzi ġġustifikati, uffiċċji oħra ta' transitu jistgħu jintużaw.

3. Għal finijiet ta' superviżjoni, kull pajjiż jista' jippreskrivi rotot ta' transitu fit-territorju tiegħu.

4. Kull pajjiż għandu jipprovdi lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej b'lista ta' uffiċċji doganali awtorizzati sabiex jieħdu ħsieb operazzjonijiet T 1, li tiddikjara l-ħinijiet li fihom ikunu miftuħin.

Il-Kummissjoni għandha tikkomunika din l-informazzjoni lill-pajjiżi l-oħra.

Artikolu 20

Kopji tad-dokument T 1 għandhom ikunu ppreżentati f'kull pajjiż kif mitlub mill-awtoritajiet doganali, li jistgħu jivverifikaw li s-siġilli m'humiex imkissra. Il-merkanzija m'għandhiex tkun spezzjonata sakemm m'hemmx suspett ta' xi irreġolarità li tista' tirriżulta f'xi abbuż.

Artikolu 21

Il-kunsinna kif ukoll il-kopji tad-dokumenti T 1 għandhom ikunu ppreżenatati f'kull uffiċċju ta' Transitu.

Artikolu 22

1. It-trasportatur għandu jagħti lil kull uffiċċju ta' transitu ittra ta' avviż ta' transitu. L-abbozz ta' l-ittra ta' l-avviż ta' transitu huwa stabbilit f'Appendiċi II.

2. L-uffiċċji ta' transitu m'għandhomx jispezzjonaw il-merkanzija sakemm m'hemmx suspett ta' xi irregolarità li tista' tirriżulta f' xi abbuż.

3. Jekk, skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 19(2), merkanzija tkun trasportata tramite uffiċċju ta' transitu li mhux dak imsemmi fid-dokument T 1, dak l-uffiċċju għandu mingħajr dewmien jibgħat ittra ta' avviż ta' transitu lill-uffiċċju msemmi f'dak id-dokument.

Artikolu 23

Meta l-merkanzija tkun mgħobbija jew maħtuta f'xi uffiċċju intermedjarju, kopji tad-dokument T 1 maħruġa mill-uffiċċju (i) tat-tluq iridu jiġu ppreżentati.

Artikolu 24

1. Il-merkanzija deskritta fuq dokument T 1 tista', mingħajr rinnovament tad-dikjarazzjoni, tkun trasferita għal fuq mezz ta' trasport ieħor taħt is-sorveljanza ta' l-awtoritajiet doganali ta' dak il-pajjiż li fit-territorju tiegħu jkun sar it-trasferiment. F'tali każ, l-awtoritajiet doganali għandhom jirrekordjaw id-dettalji rilevanti fuq id-dokument T 1.

2. L-awtoritajiet doganali jistgħu, skond tali kondizzjonijiet li għandhom jiddeterminaw huma, jawtorizzaw tali trasferiment mingħajr sorveljanza. F'tali każ it-trasportatur għandu jirrekordja d-dettalji rilevanti fuq id-dokument T 1 u jinforma lill-uffiċċju doganali li jmiss li fih għandha tiġi ppreżentata l-merkanzija, sabiex it-trasferiment ikun attestat uffiċjalment mill-awtoritajiet doganali.

Artikolu 25

1. Jekk jinkisru xi siġilli waqt it-trasportazzjoni liema ksur ma jkunx intenzjonat mit-trasportatur, huwa għandu, mill-aktar fis possibbli, jitlob li jsir rapport attestat fil-pajjiż li fih ikun jinsab il-mezz ta' trasport, mill-awtoritajiet doganali jekk ikun hemm waħda fil-viċinanzi jew, jekk ma jkunx hemmx, minn awtorità oħra kompetenti. L-awtorità kkonċernata għandha, jekk ikun possibbli, twaħħal siġilli ġodda.

2. F'każ ta' aċċident fejn huwa neċessarju li jsir trasferiment għal fuq mezz ta' trasport ieħor id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 24 għandhom jgħoddu.

Jekk ma jkunx hemm awtorità doganali fil-viċinanzi, kull awtorità oħra approvata tista' taġixxi minflokha skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 24(1).

3. Fil-każ ta' periklu imminenti li jeħtieġ ħatt immedjat tat-tagħbija kollha jew parti minnha, it-trasportatur jista' jieħu azzjoni minn rajh. Huwa għandu jirrekordja tali azzjoni fuq id-dokument T 1. Id- dispożizzjonijiet ta' paragrafu 1 għandhom japplikaw fit-tali każ.

4. Jekk, b'riżultat ta' aċċidenti jew inċidenti oħra li jseħħu waqt it-trasport, it-trasportatur ma jkunx f'pożizzjoni li josserva l-limitu ta' żmien li jirreferi għalih l-Artikolu 17, huwa għandu jinforma lill- awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 mill-aktar fis possibbli. Dik l-awtorità għandha mbagħad tirrekordja d-dettalji rilevanti fuq id-dokument T 1.

Artikolu 26

1. L-uffiċċju ta' destinazzjoni għandu jirrekordja fuq il-kopji tad-dokument T 1 id-dettalji tal-kontrolli u għandu minnufih jibgħat kopja lill-uffiċċju tat-tluq u jżomm il-kopja l-oħra.

2. (Dan l-Artikolu ma jinkludix paragrapfu 2.)

3. Meta l-merkanzija tkun ippreżentata fl-uffiċċju tad-destinazzjoni meta jiskadi l-limitu ta' żmien preskritt mill-uffiċċju tat-tluq u meta l-limitu ta' żmien ma jkunx rispettat minħabba ċirkostanzi li jkunu spjegati b'mod sodisfaċenti għall-uffiċċju tad-destinazzjoni u li ma jkunux fil-kontroll tat-trasportatur jew tal-prinċipal, dan ta' l-aħħar għandu jkun meqjus li rrispetta l-limitu ta' żmien preskritt.

4. Bla ħsara għall-Artikolu 34 u 51 ta' l-Appendiċi II operazzjoni T 1 tista' tkun itterminata f'uffiċċju ieħor li m'huwiex dak speċifikat fid-dokument T 1, kemm-il darba ż-żewġ uffiċċji jkunu ta' l-istess Parti Kontraenti. Dak l-uffiċċju għandu mbagħad isir l-uffiċċju tad-destinazzjoni.

Jekk, eċċezzjonalment, jirriżulta neċessarju li l-merkanzija tkun ippreżentata bl-intenzjoni li tiġi tterminata t-trasportazzjoni tagħha f'uffiċju ieħor li ma jkunx dak speċifikat fid-dokument T 1 u ż-żewġ uffiċċji jkunu ta' Partijiet Kontraenti differenti, l- awtoritajiet doganali fl-uffiċċju fejn il-merkanzija tkun ippreżentata jistgħu jawtorizzaw it-tibdil ta' l-uffiċċju tad-destinazzjoni. L-uffiċċju tad-destinazzjoni l-ġdid għandu jimla fil-kaxxa "Kontrol mill-uffiċju tad-destinazzjoni" fuq il-kopja tar-ritorn tad-dokument T 1, flimkien mal-prospetti li s-soltu jkun obbligat jimla, wieħed mill-prospetti segwenti:

- Diferencias: mercancias presentadas en la aduana … (nombre y pais)

- Forskelle: det toldsted, hvor varerne blev frembudt … (navn og land)

- Unstimmigkeiten: Zollstelle der Gestellung … (Name und Land)

- Διαφορέζ: εμπορεύματα προσκομισθέντα στο τελωνείο … (όνομα και χώρα)

- Differences: office where goods were presented … (name and country)

- Diffèrences: marchandises présenteées au bureau … (nom et pays)

- Differenze: ufficio al quale sono state presentate le merci … (nome e paese)

- Verchillen: kantoor waar de goederen zijn aangebracht … (naam en land)

- Diferenças: mercadorias apresentadas na estància … (nome e pais)

- Muutos: toimipaikka, jossa tavarat esitetty … (nimi ja maa)

- Breying: Tollstjóraskrifstofa øar sem vörum var framvisad … (Nafn og land)

- Forskjell: det tollsted hvor varene ble fremlagt … (navn og land)

- Avvikelse: tullanstalt där varorna anmäldes … (namm och land)

Madankollu, l-ebda tibdila simili ta' l-uffiċċju tad-destinazzjoni m'għandha tkun awtorizzata rigward dokument T 1 li jkollu fuqu waħda mill-kitbiet segwenti:

- Salida de la Comunidad sometida a restricciones

- Udførsel fra Fællesskabet undergivet restriktioner

- Ausgang aus der Gemeinschaft Beschränkungen unterworfen

- Έξoδoς από την Κοινότητα υποκείμενη σε περιορισμούς

- Export from the Community subject to restrictions

- Sortie de la Communauté soumise à des restrictions

- Uscita dalla Comunità assoggettata a restrizioni

- Verlaten van de Gemeenschap aan beperkingen onderworpen

- Saída da Comunidade sujeita a restrições

- Salida de la Comunidad sujeta a pago de derechos

- Udførsel fra Fællesskabet betinget af afgiftsbetaling

- Ausgang aus der Gemeinschaft Abgabenerhebung unterworfen

- Έξoδoς από την Κοινότητα υποκείμενη σε επιβάρυνση

- Export from the Community subject to duty

- Sortie de la Communauté soumise à imposition

- Uscita dalla Comunità assoggettata a tassazione

- Verlaten van de Gemeenschap aan belastingheffing onderworpen

- Saída da Comunidade sujeita a pagamento de imposições

L-uffiċċju tat-tluq m'għandux jirrilaxxa dokument T 1 sakemm l-obbligi kollha li jirriżultaw mit-tibdil ta' l-uffiċċju tad-destinazzjoni ma jkunux ġew imħarsa. Fejn hu xieraq, huwa għandu jinforma lill-garanti li ma sarx rilaxx.

Artikolu 27

1. Sabiex ikun żgurat il-ġbir tad-dazji u spejjeż oħra li kull pajjiż huwa awtorizzat li jimponi dwar merkanzija li tgħaddi mit-territorju tiegħu fil-proċess ta' operazzjoni T 1 il-prinċipal għandu jagħti garanzija, ħlief jekk hemm ipprovdut mod ieħor f'dan l-Appendiċi.

2. Il-garanzija tista' tkun komprensiva, li tkopri numru ta' operazzjonijiet T 1, jew individwali, li tkopri operazzjoni singola T 1.

3. Skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 33(2), il-garanzija għandha tikkonsisti fil-garanzija flimkien u separatament ta' persuna terza naturali jew legali stabillita fil-pajjiż li fih il-garanzija hija pprovduta li tkun approvata bħala garanti minn dak il-pajjiż.

Artikolu 28

1. Il-persuna li tidħol garanti taħt il-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 27 għandha tkun responsabbli biex tinnomina, f'kull pajjiż li minnu tkun ser tgħaddi l-merkanzija matul operazzjoni T 1, terza persuna naturali jew legali li tkun ser tidħol garanti għall-prinċipal.

Tali garanti jrid ikun stabbilit fil-pajjiż imsemmi u jrid jimpennja ruħu, flimkien u separatament mal-prinċipal, li jħallas id-dazji u spejjeż oħra li huma dovuti f'dak il-pajjiż.

2. L-applikazzjoni ta' paragrafu 1 għandha tkun soġġetta għad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt bħala riżultat ta' eżaminazzjoni tal-kondizzjonijiet li taħthom il-Partijiet Kontraenti setgħu jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta' rkupru skond l-Artikolu 36.

Artikolu 29

1. Il-garanzija li jirreferi għaliha l-Artikolu 27(3), għandha tkun fil-forma ta' waħda mill-garanziji kampjuni murija bħala Kampjun I jew II annessi ma' dan l-Appendiċi, kif inhu xieraq.

2. Meta d-dispożizzjonijiet stabbiliti mil-liġi nazzjonali, regolament jew azzjoni amministrattiva, jew kif tirrikjedi l-prattika komuni, kull pajjiż jista' jippermetti li l-garanzija tkun f'forma differenti, bil-kondizzjoni li jkollha l-istess effetti legali bħad-dokumenti murija bħala kampjuni.

Artikolu 30

1. Garanzija komprensiva għandha tkun iddepożitata ma' uffiċċju ta' garanzija.

2. L-uffiċċju ta' garanzija għandu jiddetermina l-ammont tal-garanzija, jaċċetta l-impenn tal-garanti u joħroġ awtorizzazzjoni li tippermetti lill-prinċipal sabiex iwettaq, fil-limiti tal-garanzija, kwalunkwe operazzjoni T 1 irrispettivament mill-uffiċċju tat-tluq.

3. Kull persuna li kisbet awtorizzazzjoni għandha, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi kkonċernati, tkun maħruġa b'kopja waħda jew aktar ta' ċertifikat ta' garanzija. Id-disinn taċ-ċertifikat ta' garanzija hu stabbilit f'Appendiċi II.

4. Referenza għal dan iċ-ċertifikat għandha issir f'kull dikjarazzjoni T 1.

Artikolu 31

1. L-uffiċċju ta' garanzija jista' jirrevoka l-awtorizzazzjoni jekk il-kondizzjonijiet li taħthom inħarġet ma jeżistux aktar.

2. Kull pajjiż irid jinnotifika lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej b'kull revoka ta' awtorizzazzjoni.

Il-Kummissjoni għandha tikkomunika din l-informazzjoni lill-pajjiżi l-oħra.

Artikolu 32

1. Kull pajjiż jista' jaċċetta li t-terza persuna naturali jew legali li tidħol garanti taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 27 u 28 tiggarantixxi, permezz ta' garanzija singola u għar-rata bażi ta' 7000 ECU fir-rigward ta' kull dikjarazzjoni, ħlas ta' dazji u spejjeż oħra li jistgħu jinqalgħu matul l-operazzjoni T 1 li sseħħ taħt ir-responsabbiltà tiegħu, ikun minn ikun il-prinċipal. Jekk il-ġarr tal-merkanzija jippreżenta iżjed riskji, meta wieħed jikkonsidra b'mod partikolari l-ammont ta' dazji u spejjeż oħra li jistgħu jkollhom jagħmlu tajjeb għalihom f'pajjiż wieħed jew aktar, ir-rata bażi għandha tkun iffissata f'livell ogħla mill-uffiċċju tat-tluq.

Il-garanzija msemmija fl-ewwel sub-paragrafu għandha tikkonforma ma' Kampjun III anness ma' dan l-Appendiċi.

2. Il-valuri tal-kambju f'muniti nazzjonali ta' l-ECU li għandhom ikunu applikati taħt din il-konvenzjoni għandhom ikunu kkalkolati darba fis-sena.

3. Is-segwenti hu stabbilit f'Appendiċi II:

(a) moviment ta' merkanzija li jista' jagħti lok għal żieda fl-ammont tar-rata bażi, u l-kondizzjonijiet li taħthom għandha tapplika t-tali żieda;

(b) il-kondizzjonijiet li taħthom il-garanzija rreferiet għalihom fil-paragrafu 1 għandhom jgħoddu għal kull operazzjoni T 1 partikoli;

(ċ) ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-valuri tal-kambju f'muniti nazzjonali ta' l-ECU.

Artikolu 33

1. Garanzija individwali fornuta għal operazzjoni singola T 1 għandha tkun iddepositata fl-uffiċċju tat-tluq.

2. Il-garanzija tista' tkun depożitu ta' flus kontanti. F'tali każ, l-ammont għandu jkun iffissat mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi kkonċernati u l-garanzija trid tkun imġedda f'kull uffiċċju ta' transitu kif imfisser fl-ewwel indent ta' l-Artikolu 11(d).

Artikolu 34

Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jippreskrivu każijiet oħra ta' eżenzjoni, il-prinċipal għandu jkun eżentat mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi kkonċernati mill-ħlas ta' dazji u spejjeż oħra fil-każ ta':

(a) merkanzija li ġiet distrutta minn diżastru naturali jew aċċident evidentement inevitabbli; jew

(b) nuqqasijiet magħrufa uffiċjalment li jinqalgħu minħabba n-natura tal-merkanzija.

Artikolu 35

Il-garanti għandu jkun meħlus mill-obbligi tiegħu lejn il-pajjiż li minnu l-merkanzija ġiet trasportata matul operazzjoni T 1 meta d-dokument T 1 kien ġie rrilaxxat fl-uffiċċju tat-tluq. Meta l-garanti ma jkunx ġie nnotifikat mill-awtoritajiet doganali kompetenti tal-pajjiż tat-tluq li d-dokument T 1 ma kienx rilaxxat, huwa għandu bl-istess mod ikun meħlus mill-obbligi ta' l-iskadenza ta' perjodu ta'

12-il xahar mid-data ta' reġistrazzjoni tad-dikjarazzjoni T 1.

Fejn, fil-perjodu li jipprovdi għalih it-tieni sub-paragrafu, il-garanti jkun ġie nnotifikat mill-awtoritajiet doganali kompetenti li d-dokument T 1 ma ġiex rilaxxat, huwa jrid, ukoll, ikun infurmat li huwa jrid jew jista' jkollu jagħmel tajjeb biex iħallas l-ammonti li għalihom huwa responsabbli rigward l-operazzjoni T 1 imsemmija. Din in-notifika trid tilħaq lill-garanti mhux aktar tard minn tliet snin wara d-data ta' registrazzjoni tad-dikjarazzjoni T 1. Fejn l-ebda notifika simili ma tkun saret qabel l-iskadenza ta' l-imsemmi limitu ta' żmien, il-garanti għandu bl-istess mod ikun meħlus mill-obbligi tiegħu.

Artikolu 36

1. Meta jinstab li, fil-proċess ta' operazzjoni T 1, reat jew irregolarità tkun ġiet kommessa f'pajjiż partikolari, l-irkupru ta' dazji jew spejjeż oħra li jistgħu jkunu dovuti għandhom ikunu effettwati minn dak il-pajjiż skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-liġi, regolament jew azzjoni amministrattiva, bla ħsara għall-istituzzjoni ta' proċeduri kriminali.

2. Jekk il-post li fih isir ir-reat jew irregolarità ma jistax jiġi stabbilit, dan ikun meqjus li ġie kommess:

(a) meta, fil-proċess ta' operazzjoni T 1, ir-reat jew l-irregolarità tkun skoperta f'uffiċċju ta' transitu li jinsab fi fruntiera interna: fil-pajjiż minn fejn il-mezz ta' trasport jew il-merkanzija tkun għadha kif telqet;

(b) meta, fil-proċess ta' operazzjoni T 1, ir-reat jew irregolarità tkun skoperta f'uffiċċju ta' transitu kif imfisser fit-tieni indent ta' l- l-Artikolu 11(d): fil-pajjiż li għalih jappartjeni dak l-uffiċċju;

(ċ) meta, fil-proċess ta' operazzjoni T 1, ir-reat jew irregolarità tkun skoperta fit-territorju ta' pajjiż iżda li mhux uffiċċju ta' transitu: fil-pajjiż li fih tkun skoperta;

(d) meta l-kunsinna ma tkunx ippreżentata fl-uffiċċju tad-destinazzjoni: fl-aħħar pajjiż li l-mezz ta' trasport jew il-merkanzija tkun imniżżla fuq l-ittra ta' avviż ta' transitu li tkun daħlet;

(e) meta r-reat jew irregolarità tkun skoperta wara li l-operazzjoni T 1 tkun ġiet konkluża: fil-pajjiż li fih tkun skoperta.

Artikolu 37

1. Id-dokumenti T 1 maħruġa skond ir-regoli, u l-miżuri ta' identifikazzjoni meħuda mill-awtoritajiet doganali ta' pajjiż wieħed, għandu jkollhom l-istess effetti legali f'pajjiżi oħra bħad-dokumenti T 1 maħruġa skond ir-regoli u l-miżuri ta' identifikazzjoni meħuda mill-awtoritajiet doganali ta' kull wieħed minn dawk il-pajjiżi.

2. L-iskoperti ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiż magħmula meta l-ispezzjonijiet isiru taħt proċedura T 1 għandu jkollhom l-istess saħħa f'pajjiżi oħra bħal skoperti ta' l- awtoritajiet kompetenti ta' kull wieħed minn dawk il-pajjiżi.

Artikolu 38

(Dan l-Appendiċi ma jinkludix l-Artikolu 38.)

IT-TITOLU III

T 2 PROĊEDURA

Artikolu 39

1. Kull merkanzija li tkun ser tiġi trasportata taħt proċedura T 2 għandha tkun is-suġġett, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti minn din il-Konvenzjoni, ta' dikjarazzjoni T 2 li tiddaħħal f'formola korrispondenti għall-formoli kampjuni li jinsabu f'Appendiċi III.

Id-dikjarazzjoni msemmija f'sub-paragrafu 1 għandu jkollha jidher fuqha s-simbolu "T 2". Fil-każ ta' użu ta' formoli supplimentari, s-simbolu "T 2 bis" irid ikun indikat fuq dawk il-formoli.

2. Id-dispożizzjonijiet tat-Titolu II għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-proċedura T 2.

L-Artikoli 40 u 41

(Dan l-Appendiċi ma jinkludix l-Artikoli 40 u 41.)

IT-TITOLU IV

DISPOSIZZJONIJIET SPEĊJALI LI JAPPLIKAW GĦAL ĊERTI MEZZI TA' TRASPORT

Artikolu 42

1. L-awtoritajiet ferrovjarji tal-pajjiżi kkonċernati għandhom ikunu eżenti mill-ħtieġa li jissupplixxu garanzija.

2. Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 19(2) u (3), l-Artikoli 21 u 22 m'għandhomx japplikaw għall-ġarr ta' merkanzija bil-ferrovija.

3. Għall-finijiet ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 36(2)(d), l-informazzjoni miġbura mill-awtoritajiet ferrovjarji għandha tieħu post l-ittri ta' avviż ta' transitu.

Artikolu 43

1. L-ebda garanzija ma teħtieġ tkun fornuta għall-ġarr ta' merkanzija fir-Rhine u il-kanali tar-Rhine.

2. Kull pajjiż jista' jgħaddi mingħajr ma jagħti garanzija fejn jidħol il-ġarr ta' merkanzija fuq passaġġi ta' l-ilma oħrajn li jinsabu fit-territorju tiegħu. Hu għandu jgħaddi d-dettalji tal-miżuri meħuda għal dak l-iskop lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej li għandha min-naħa tagħha tinforma lill-pajjiżi l-oħra.

Artikolu 44

1. Merkanzija, li t-trasport tagħha jinvolvi passaġġ minn fruntiera interna li jaqa' fit-tifsira tat-tieni sub-paragrafu tal-Artikolu 11(g), m'għandhiex għalfejn titpoġġa taħt proċedura T 1 jew T 2 qabel ma tinqasam dik il-fruntiera.

2. Paragrafu 1 m'għandux japplika meta l-ġarr ta' merkanzija bil-baħar, taħt kuntratt singolu ta' trasport, ikollu jkun segwit, lil hinn mill-port fejn tinħatt il-merkanzija, minn ġarr fuq l-art jew passaġġi ta' ilma interni taħt proċedura ta' transitu ħlief meta l-ġarr lil hinn minn dak il-port iseħħ taħt il-proċedura tar-Rhine Manifest.

3. Meta l-merkanzija tkun tpoġġiet taħt proċedura T 1 jew T 2 qabel taqsam il-fruntiera interna, l-effett ta' dik il-proċedura għandu jkun sospiż waqt vjaġġar f'ibħra miftuħa.

4. L-ebda garanzija m'hemm bżonn tkun mogħtija għal ġarr ta' merkanzija bil-baħar.

Artikolu 45

1. Il-proċedura T 1 jew T 2 ma għandhiex tkunx obbligatorja għall-ġarr ta' merkanzija bl-ajru sakemm ma tkunx soġġetta għal miżuri li jitolbu kontroll ta' l-użu jew id-destinazzjoni tagħhom.

2. F'każijiet fejn proċedura T 1 jew T 2 tkun użata għal ġarr effettwat totalment jew parzjalment bl-ajru, l-ebda garanzija m'hemm bżonn tingħata sabiex tkopri l-parti tal-vjaġġ bl-ajru ta' merkanzija trasportata minn impriżi awtorizzati sabiex iwettqu tali ġarr permezz ta' servizzi bl-iskeda jew mingħajr skeda f'pajjiżi kkonċernati.

Artikolu 46

1. Il-proċedura T 1 jew T 2 ma għandhiex tkunx obbligatorja għall-ġarr ta' merkanzija b'mod dirett u privileġġat.

2. F'każijiet fejn tali proċedura tkun użata għall-ġarr ta' merkanzija b'mod dirett u privileġġat l-ebda garanzija m'hemm bżonn tingħata.

Artikolu 47

(Dan l-Appendiċi ma jinkludix l-Artikolu 47.)

IT-TITOLU V

DISPOSIZZJONIJIET SPEĊJALI LI JAPPLIKAW GĦALL-KUNSINNI POSTALI

Artikolu 48

1. B'deroga mid-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 1 il-proċedura T 1 jew T 2 ma għandhiex tapplika għall-kunsinni postali (li tinkludi pakki postali).

2. (Dan l-Artikolu ma jinkludix paragrafu 2.)

IT-TITOLU VI

DISPOSIZZJONIJIET SPEĊJALI LI JAPPLIKAW GĦAL OĠĠETTI TRASPORTATI MINN VJAĠĠATURI JEW KONTENUTI FIL-BAGOLLI TAGĦHOM

Artikolu 49

1. Il-proċedura T 1 jew T 2 ma għandhiex tkunx obbligatorja għall-ġarr ta' oġġetti li jakkumpanjaw vjaġġaturi jew li jkunu kontenuti fil-bagolli tagħhom, jekk l-oġġetti kkonċernati ma jkunux intenzjonati għal użu kummerċjali.

2. (Dan l-Artikolu ma jinkludix paragrafu 2.)

L-Artikolu 50 sa 61

(Dan l-Appendiċi ma jinkludix l-Artikoli 50 sa 61.)

--------------------------------------------------

ANNESS

Dan l-Anness għandu kampjuni tas-sistemi differenti ta' garanziji applikabbli skond il-proċedura komuni ta' transitu u t-transitu Komunitarju

KAMPJUN I

PROĊEDURA KOMUNI TA' TRANSITU /TRANSITU KOMUNITARJU

GARANZIJA KOMPRENSIVA

(Garanzija komprensiva li tkopri numru ta' operazzjonijiet ta' Transitu skond il-Konvenzjoni dwar il-Proċedura Komuni ta' Transitu /numru ta' operazzjonijiet ta' Transitu Komunitarju skond ir-regoli Komunitarji rilevanti)

II. Impenn mill-garanti

1. Is-sottoskritt [1]…

residenti f' [2]…

minn hawnhekk jiggarantixxi flimkien u solidalment, fl-uffiċċju ta' garanzija ta'…

sa ammont massimu ta'…

favur ir-Renju tal-Belġju, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju tas-Spanja, ir-Repubblika Franċiża, l-Irlanda, ir-Repubblika Taljana, Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju ta' l-Olanda, ir-Repubblika Portugiża, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, ir-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Repubblika ta' l-Islanda, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Renju ta' l-Isvezja u l-Konfederazzjoni Svizzera [3], kull ammont li għaliha prinċipal [4]…

jista' jkun jew isir responsabbli lejn dawk l-istati msemmija hawn fuq minħabba ksur jew irregolaritajiet komessi fil-qadi ta' operazzjoni ta' transitu taħt il-Konvenzjoni fuq Proċedura Komuni ta' Transitu/Transitu Komunitarju magħmul minn dik il-persuna, inklużi dazji, taxxi, imposti agrikoli u piżijiet oħra bl-eċċezzjoni ta' penali pekunarji - għal dak li jirrigwarda djun prinċipali jew ulterjuri, spejjeż jew affarijiet oħra inċidentali.

2. Is-sottoskritt jobbliga ruħu li jħallas fuq l-ewwel applikazzjoni bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-istati msemmija fil-paragrafu 1 u mingħajr ma jkun possibbli li jiġi tardjat l-pagamanent aktar minn perjodu ta' 30 jum mid-data ta' l-applikazzjoni s-somom rikjesti sal-limitu ta' l-ammont msemmi hawn fuq, sakemm hu jew hi jew kull persuna oħra konċernata tistabbilixxi qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet kompetenti, li l-operazzjoni ta' transitu taħt il-konvenzjoni dwar Proċedura Komuni ta' Transitu /Transitu Komunitarju saret mingħajr ksur jew irregolaritajiet li jaqaw fit-tifsira ta' paragrafu 1.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fuq talba tas-sottoskritt u għal kwalunkwe raġunijiet li jkunu meqjusa bħala validi, jiddiferixxu l-perjodu li fiħ is-sottoskritt huwa obbligat li jħallas is-somom rikjesti lil-hin minn perjodu ta' 30 jum mid-data ta' l-applikazzjoni tal-ħlas. L-ispejjeż li jkunu saru, mill-konċessjoni ta' dan il-perjodu addizzjonali, u partikolarment kull imgħax, għandhom ikunu kkalkolati b'mod li l-ammont huwa ekwivalenti għal dak li jkun impost għal dak il-għan fuq is-suq monetarju jew fuq is-suq finanzjarju fl-Istat ikkonċernat.

Dan l-ammont ma jistax jitnaqqas mis-somom ġa mħallsa bis-saħħa ta' dan l-impenn sakemm ma jkunx responsabbli s-sottoskritt għal-rigward ta' l-operazzjoni ta' transitu skond il-Konvenzjoni dwar Proċedura Komuni ta' Transitu/Transitu Komunitarju li bdiet qabel ma kienet ġiet irċevuta applikazzjoni preċedenti għall-ħlas jew matul it-30 jum ta' wara li kienet irċevuta.

3. Dan l-impenn ikun validu mill-ġurnata ta' l-àċetazzjoni tiegħu mill-uffiċċju tal-garanzija.

Din il-garanzija tista' titħassar fi kull żmien mis-sottoskritt, jew mill-Istat fit-territorju li fih jinstab l-uffiċċju ta' garanzija.

It-tħassir għandu jidħol fis-seħħ fis-16-il jum wara li tkun saret in-notifika tagħha lill-parti l-oħra.

Is-sottoskritt għandu jibqa' responsabbli għall-ħlasijiet tas-somom li jkunu dovuti minħabba operazzjonijiet ta' transitu skond il-Konvenzjoni dwar Proċedura Komuni ta' Transitu /Transitu Komunitarju koperti minn dan l-impenn li beda qabel id-data li fiha daħal fis-seħħ it-tħassir, anki jekk it-talba għall-ħlas issir wara dik id-data.

4. Għall-finijet ta' dan l-impenn is-sottoskritt jagħti l-indirizz għan-notifika [5], bħala [6]…

u, f'kull wieħed mill-Istati l-oħra imsemmija fil-paragrafu 1, fi ħsieb ta':

Stat | Kunjom u ismijiet, jew isem tad-ditta, u indirizz sħiħ |

… | … |

… | … |

… | … |

… | … |

… | … |

… | … |

Is-sottoskritt jagħraf li l-korrispondenza u l-avviżi kollha u kull formalità jew proċedura li għandhom x'jaqsmu ma' dan l-impenn indirizzati jew magħmula bil-kitba f'wieħed mill-indirizzi tiegħu għan-notifika ikunu àċetati bħala debitament ikkonsenjata lilu.

Is-sottoskritt jàċetta l-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-postijiet fejn huwa għandu indirizz għan-notifika.

Is-sottoskritt jobbliga ruħu li jżomm l-indirizz tiegħu għan-notifika jew, jekk ikollu ibiddel wieħed jew aktar minn dawk l-indirizzi, jinforma l-uffiċċju ta' garanzija bil-quddiem.

Magħmul fi … fi…

(Firma) [7]

II. Aċċetazzjoni mill-uffiċċju ta' garanzija

Uffiċċju ta' garanzija…

Impenn tal-garanti àċetata fil-…

(Timbru u firma)

KAMPJUN II

PROĊEDURA KOMUNI TA' TRANSITU/ TRANSITU KOMUNITARJU

GARANZIJA GĦALL-OPERAZZJONI WAĦDANIJA

(Garanzija li tkopri operazzjoni waħdanija ta' transitu skond il-Konvenzjoni dwar Proċedura Komuni ta' Transitu/operazzjoni waħdanija ta' transitu Komunitarju skond ir-regoli Komunitarji rilevanti)

I. L-obbligi tal-garanti

1. Is-sottoskritt [1] …

residenti fi [2] …

bil-preżenti jiggarantixxi flimkien u solidalment, fl-uffiċċju tat-tluq ta'…

favur ir-Renju tal-Belġju, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiza, l-Irlanda, ir-Repubblika Taljana, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju ta' l-Olanda, ir-Repubblika Portugiża, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, ir-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Repubblika ta' l-Isanda, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Renju ta' l-Isvezja u l-Konfederazzjoni Svizzera [3], kull ammont li għalih prinċipal [4]…

jista' jkun jew isir dovut lill-Istati imsemmija hawn fuq minħabba raġunijiet ta' ksur jew irregolaritajiet kommessi fil-proċess ta' operazzjoni ta' transitu skond il-Konvenzjoni dwar il-Proċedura Komuni ta' Transitu/Transitu Komunitarju magħmula minn persuna mill-uffiċċju tat-tluq ta'…

lill-uffiċċju ta' destinazzjoni ta'…

għal rigward ta' oġġetti imsemmija hawnhekk, inkluzi dazji, imposti agrikoli u piżijiet oħra - bl-eċċezzjoni ta' penali pekunarji - għall-rigward ta' obbligi prinċipali jew ulterjuri, spejjeż u inċidentali.

2. Is-sottoskritt jobbliga ruħu li jħallas ma' l-ewwel applikazzjoni bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati msemmija fil-paragrafu 1 u mingħajr ma jkun hemm il-possibbilità li jiġi tardjat il-pagament aktar minn perjodu ta' 30 jum mid-data ta' l-applikazzjoni tas-somom rikjesti sakemm hu jew hi jew kull persuna oħra konċernata tistabbilixxi qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet kompetenti, li l-operazzjoni ta' transitu skond il-Konvenzjoni dwar proċedura komuni ta' Transitu/Transitu Komunitarju twettqet mingħajr ksur jew irregolaritajiet li jaqaw fit-tifsira tal-paragrafu 1.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fuq talba tas-sottoskritt u għall-raġunijiet magħrufa bħala validi jiddiferixxu l-perjodu li fih is-sottoskritt huwa obbligat li jħallas ir-rikjesta ta' ħlas f'perjodu ta' aktar minn 30 jum mid-data ta' l-applikazzjoni għal-ħlas. L-ispejjeż li jkunu ntefqu, minħabba l-konċessjoni ta' dan il-perjodu addizzjonali, u partikolarment kull imgħax għandhom jkunu kkalkolati b'mod li l-ammont huwa ekwivalenti għal dak li huwa impost għal dak il-għan fuq is-suq monetarju jew suq finanzjarju fl-Istat ikkonċernat.

3. Dan l-impenn ikun validu mill-ġurnata ta' l-àċettazzjoni tiegħu mill-uffiċċju tat-tluq.

4. Għall-finijiet ta' dan l-impenn, is-sottoskritt jagħti l-indirizz tiegħu għan-notifika [5] bħala [6] …

u, f'kull wieħed mill-istati l-oħra msemmija f'paragrafu 1, fi ħsieb ta':

Stat | Kunjom u ismijiet, jew isem tad-ditta, u indirizz sħiħ |

… | … |

… | … |

… | … |

… | … |

… | … |

… | … |

Is-sottoskritt jagħraf li l-korrispondenza u l-avviżi kollha u kull formalità jew proċedura li għandha x'taqsam ma' dan l-impenn li huma indirizzati lil jew magħmula bil-miktub f'wieħed mill-indirizzi tiegħu għan-notifika ikunu àċettati bħala debitament ikkonsenjati lilu.

Is-sottoskritt jagħraf il-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-postijiet fejn hu għandu l-indirizz għan-notifika.

Is-sottoskritt jobbliga ruħu li jżomm l-indirizz tiegħu għan-notifika jew, jekk ikollu l-ħtieġa li jbiddel wieħed jew aktar minn dawk l-indirizzi, biex jinforma l-uffiċċju ta' garanzija bil-quddiem.

Magħmul… f'…f'…

(Firma) [7]

II. Aċċettazzjoni mill-uffiċċju tat-tluq

Uffiċċju tat-tluq…

L-impenn tal-garanti aċċettat …fi.… sabiex ikopri l-operazzjoni ta' transitu T 1/T 2 [8], rilaxxjata fil-..

skond No…

(Timbru u firma)

KAMPJUN III

PROĊEDURA KOMUNI TA' TRANSITU/ TRANSITU KOMUNITARJU

GARANZIJA B' RATA FISSA

(Sistema ta' garanzija b'rata fissa)

I. Rabta tal-garanti

1. Is-sottoskritt [1] …

residenti fi [2] …

hawnhekk jiggarantixxi flimkien u solidalment, fl-uffiċċju ta' garanzija ta'…

favur ir-renju tal-Belġju, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, l-Irlanda, ir-Repubblika Taljana, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju ta' l-Olanda, ir-Repubblika Portugiża, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, ir-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Repubblika ta' l-Islanda, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Renju ta' l-Isvezja u l-Konfederazzjoni Svizzera, kull ammont li għalih prinċipal jista' jkun debitur favur l-istati msemmija hawn fuq minħabba f'raġunijiet ta' ksur jew irregolaritajiet komessi fil-proċess ta' operazzjoni ta' transitu skond il-konvenzjoni dwar il-Proċedura Komuni ta' Transitu/Transitu Komunitarju inklużi dazji, taxxi, imposti agrikoli u piżijiet oħra - bl-eċċezzjoni ta' penali pekunjarji – fir-rigward ta' dejn prinċipali jew dejn ulterjuri, spejjeż u piżijiet inċidentali li għaliha s-sottoskritt aċetta li jkun responsabbli permezz tar-rilaxx ta' vawċers ta' garanzija sa ammont massimu ta' 7000 ECU għal-kull vawċer ta' garanzija.

2. Is-sottoskritt jintrabat li jħallas fuq l-ewwel applikazzjoni bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati msemmija fil-paragrafu 1 u mingħajr ma jkun jista' jsir diferiment tal-ħlas għall-aktar mill-perjodu ta' 30 jum mid-data ta' l-applikazzjoni tas-somom mitluba sa 7000 ECU għal kull vawċer ta' garanzija, sakemm hu jew hi jew kull persuna oħra konċernata jistabbilixxu qabel l-iskadenza tal-perjodu, għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet kompetenti, li l-operazzjoni ta' transitu skond il-Konvenzjoni dwar Proċedura ta' Transitu Komuni/Transitu Komunitarju kien seħħ mingħajr ksur jew irregolaritajiet fi tifsira tal-paragrafu 1.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu fuq talba tas-sottoskritt u għal kull raġuni rikonoxxuta bħala valida jiddiferixxu l-perjodu li fih is-sottoskritt għandu jħallas is-somom mitluba aktar minn perjodu ta' 30 jum mid-data ta' l-applikazzjoni għall-ħlas. L-ispejjeż li jkunu ntefqu, minħabba l-konċessjoni ta' dan il-perjodu addizzjonali, u partikolarment kull imgħax, għandhom ikunu kkalkolati b'mod li l-ammont huwa ekwivalenti għal dak li jkun impost għal dak il-għan fuq is-suq monetarju jew finanzjarju fl-istat konċernat.

3. Dan l-obbligu jkun validu mill-ġurnata ta' l-àċetazzjoni mill-uffiċċju tal-garanzija.

Din il-garanzija tista' tiġi kanċellata f'kull żmien mis-sottoskritt, jew mill-istat fit-territorju li fih jinstab l-uffiċċju ta' garanzija.

It-tħassir jidħol fis-seħħ fis-16-il jum wara n-notifika tagħha lill-parti l-oħra.

Is-sottoskritt jibqa' responsabbli għall-pagament tas-somom li jsiru dovuti għal-rigward ta' operazzjonijiet ta' transitu skond il-Konvenzjoni dwar Proċedura Komuni ta' Transitu/Transitu Komunitarju kopert minn dan l-impenn li jkun beda qabel id-data li fiha t-tħassir ikun daħal fis-seħħ, anki jekk it-talba għall-ħlas issir wara dik id-data.

4. Għall-fini ta' dan l-impenn, is-sottoskritt jagħti l-indirizz tiegħu għan-notifika [3], bħala [4]…

u, f'kull wieħed mill-Istati l-oħra msemmija fil-paragrafu 1, fi ħsieb ta':

Stat | Kunjom u ismijiet, jew isem tad-ditta, u indirizz sħiħ |

… | … |

… | … |

… | … |

… | … |

… | … |

… | … |

Is-sottoskritt jagħraf li l-korrispondenza u l-avviżi kollha u kull formalità jew proċedura li għandhom x'jaqsmu ma' dan l-impenn indirizzati jew magħmula bil-kitba f'wieħed mill-indirizzi tiegħu għan-notifika jkunu àċettati bħala debitament konsenjati lilu.

Is-sottoskritt jàċetta l-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-postijiet fejn hu għandu indirizz għan-notifika.

Is-sottoskritt jintrabat li jżomm l-indirizzi tiegħu għan-notifika jew, jekk ikollu jbiddel wieħed jew aktar minn dawk l-indirizzi, li jinforma l-uffiċċju ta' garanzija bil-quddiem.

…Magħmul fi… fi …

(Firma) [5]

II. Aċċettazzjoni mill-uffiċċju ta' garanzija

Uffiċċju ta' garanzija.…

Impenn tal-garanti aċċettat fil-.…

(Timbru u firma)

[1] Kunjom u ismijiet, jew isem tal-ditta.

[2] Indirizz sħiħ.

[3] Ħassar l-isem ta' kull Stat jew Stati li t-territorju tiegħu mhux ser jiġi użat.

[4] Kunjom u ismijiet, jew isem il-ditta, u indirizz sħiħ tal-prinċipal.

[5] Jekk, skond il-liġi ta' l-Istat, m'hemm l-ebda disposizzjoni għall-indirizz għan-notifika il-garanti għandu jaħtar, f'kull wieħed mill-Istati msemmija fil-paragrafu 1, agent awtorizzat sabiex jirċievi kull kommunikazzjoni indirizzata lilu. Il-qrati tal-postijiet li fih l-indirizzi għan-notifika tal-garanti jew ta' l-agenti tiegħu jinstabu jkollhom ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet li jikonċernaw din il-garanzija. L-għarfien fit-tieni sub-paragrafu u l-obbligu fir-raba' sub-paragrafu tar-4 paragrafu jridu jkunu jikorrigt spondu.

[6] Indirizz sħiħ.

[7] Qabel il-firma jrid ikun hemm miktub id-dettalji li ġejjin bil-kalligrafija stess tal-firmatarju: "Garanzija għall-ammont ta'…"…, bl-ammont miktub bil-kliem.

[1] Kunjom u ismijiet, jew isem tal-kumpannija.

[2] Indirizz sħiħ.

[3] Ħassar l-isem ta' kull stat jew stati li t-territorju tagħhom ma jintuzawx.

[4] Kunjom u ismijiet, jew isem il-kumpannija, u indirizz sħiħ tal-prinċipal.

[5] Jekk, fil-liġi ta' l-Istat, m'hemm l-ebda dispozizzjoni għall-indirizz għan-notifika il-garanti jrid jaħtar, f'kull wieħed mill-Istati msemmija fil-paragrafu 1, agent awtorizzat sabiex jirċievi kull kommunikazzjoni indirizzata lilu. Il-qrati li jkunu fil-postijiet li fihom jinstabu l-indirizzi għan-notifika tal-garanti jew ta' l-aġenti tiegħu jkollhom ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet li jikkonċernaw din il-garanzija. L-għarfien fit-tieni sub-paragrafu u l-obbligu fir-raba' sub-paragrafu tal-paragrafu 4 jridu jkunu jikkorispondu.

[6] Indirizz sħiħ.

[7] Qabel il-firma jrid ikun hemm miktub is-segwenti dettalji fil-kalligrafija stess tal-firmatarju: "Garanzija".

[8] Ħassar kif xieraq.

[1] Kunjom u ismijiet, jew isem tal-kumpannija.

[2] Indirizz sħiħ.

[3] Jekk, fil-liġi ta' l-Istat, m'hemm l-ebda dispozizzjoni għall-għotja ta' l-indirizzi għan-notifika l-garanti għandu jaħtar, f'kull wieħed mill-Istati msemmija fil-paragrafu 1, agent awtorizzat sabiex jirċievi kull kommunikazzjoni indirizzat lilu. Il-qrati tal-postijiet li fihom jinstabu l-indirizzi għan-notifika tal-garanti jew ta' l-aġenti tiegħu jinstabu jkollhom ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet li jikkonċernaw din il-garanzija. L-għarfien fit-tieni sub-paragrafu u l-obbligu fir-raba' sub-paragrafu tal-paragrafu 4 jridu jkunu jikkorispondu.

[4] Indirizz sħiħ.

[5] Qabel il-firma għandu ikun hemm miktub is-segwenti dettalji fil-kalligrafija stess tal-firmatarju: "Garanzija".

--------------------------------------------------

APPENDIĊI II

TITOLU I

DISPOSIZZJONIJIET LI GĦANDHOM X'JAQSMU MAL-FORMOLI U L-UŻU TAGĦHOM FIL-PROĊEDURA

KAPITOLU I

FORMOLI:

Enumerazzjoni tal-formuli:

Artikolu 1

1. Il-formoli li fuqhom id-dikjarazzjonijiet T 1 jew T 2 jsiru għandhom ikunu skond il-kampjuni li jinstabu fl-Annessi I sa IV ta' l-Appendiċi III.

Dawn id-dikjarazzjonijiet ikunu magħmula skond ir-regoli li jinstabu fil-Konvenzjoni.

2. Listi ta' tagħbija bbażati fuq il-kampjun fl-Anness I ta' dan l-Appendiċi jistgħu, bla ħsara għall-kondizzjonijiet preskritti fl-Artikoli 5 sa 9 u l-Artikolu 85, ikunu użati bħala l-parti deskrittiva ta' dikjarazzjonijiet ta' transitu. L-użu tagħha tkun mingħajr preġudizzju għall-formalitajiet għal-dispaċċ, esportazzjoni jew għat-tpoġġija ta' oġġetti taħt kull proċedura fil-pajjiż ta' deskrizzjoni u l-formoli użati għal-tali formalitajiet.

3. Il-formola li trid timtela bħala l-nota ta' avviż ta' Transitu għall-fini ta' l-Artikolu 22 ta' l-Appendiċi I għandha tkun skond il-kampjun fl-Anness II ta' dan l-Appendiċi.

4. Il-formola li trid timtela bħala rċevuta, sabiex tiċċertifika li d-dokument T 1 jew T 2 u l-kunsinna rilevanti kienu preżentati fl-uffiċċju ta' deskrizzjoni, jridu jkunu konformi mal-kampjun fl-Anness III ta dan l-Appendiċi. Iżda, fir-rigward tad-dokument T 1 jew T 2, l-irċevuta fuq wara tal-kopja għar-ritorn tagħha tista' tintuża. L-irċevuta għandha tkun rilaxxjata skond l-Artikolu 10.

5. Iċ-ċertifikat ta' garanzija li għaliha jsir provediment taħt l-Artikolu 30 (3), ta' l-Appendiċi I għandu jkun konformi mal-kampjun fl-Anness IV ta' dan l-Appendiċi. Iċ-ċertifikat għandu jkun rilaxxjat u użat skond l-Artikoli 12 sa 15.

6. Il-vawċer ta' garanzija bir-rata fissa trid tkun konformi mal-kampjun fl-Anness V ta' dan l-appendiċi. Il-kitbiet fuq in-naħa ta' wara ta' din il-formola jistgħu, iżda, jintwerew fuq in-naħa ta' quddiem aktar 'il fuq mid-dettalji ta' l-individwu jew kumpannija li tirrilaxxja l-vawċer, il-kitbiet segwenti jibqaw l-istess. Il-vawċer ta' garanzija bir-rata fissa trid tkun rilaxxjata u użata skond l-Artikoli 16 sa 19.

7. Id-dokument li jiċċertifika l-istatus Komunitarju ta' l-oġġetti - msejjaħ "dokument T 2 L" – isir fuq formola li hija konformi mal-kopja 4 tal-kampjun li jinstab fl-Anness I ta' l-Appendiċi III jew ta' kopja 4/5 tal-kampjun li tinstab fl-Anness II ta' dak l-Appendiċi.

Dik il-formola trid tkun supplementata, fejn huwa neċessarju b'formola waħda jew aktar li huma konformi mal-kopja 4 jew mal-kopja 4/5 tal-kampjun li jinstabu fl-Annessi III u IV rispettivament ta' l-Appendiċi III.

Meta, fil-każ ta' użu ta' sistema kompjuterizzata għall-ipproċessar ta' dikjarazzjonijiet li tirrilaxxa dawn id-dikjarazzjonijiet, il-formoli li jinstabu fl-Annessi III u IV rispettivament ta' l-Appendiċi III m'humiex użati bħala formoli supplementarji, id-dokument T 2 L għandu jkun supplementat b'formola waħda jew aktar li jikkonformaw ma' kopja 4 jew ma kopji 4/5 tal-kampjun li jinstabu fl-Annessi I u II rispettivament ta' l-Appendiċi III.

Il-persuna konċernata għandha tniżżel is-simbolu "T 2 L", fis-sezzjoni li tinstab fin-naħa tal-lemin f'kaxxa 1 tal-formola li tikkonforma ma' kopja 4 jew ma' kopji 4/5 tal-kampjun li jinstabu fl-Annessi I u II rispettivament ta' l-Appendiċi III. Jekk formoli supplementarji huma użati, il-persuna konċernata għandha ddaħħal is-simbolu "T 2 L" fis-sezzjoni li tinstab fin-naħa tal-lemin tal-kaxxa 1 tal-formola li tikkonforma mal-kopja 4 jew mal-kopji 4/5 tal-kampjun li jinstabu fl-Annessi I u III jew II u IV, rispettivament, ta' l-Appendiċi III.

Għall-fini ta' din il-Konvenzjoni dan id-dokument għandu jsir riferiment għalih bħala 'dokument "T 2 L"; għandu jkun rilaxxjat u użat skond it-Titolu V ta' dan l-Appendiċi.

Stampar tal-formoli u l-mili tagħhom

Artikolu 2

1. Il-karta użata għall-formoli għal-listi ta' tagħbija, noti ta' avviż ta' transitu u riċevuti tkun tajba għall-fini ta' kitba u għandha tiżen għall-inqas 40 g/m2; is-saħħa tagħha għandha tkun tali li f'użu normali ma titqattax jew titkemmixx faċillment.

2. Il-karta użata għall-vawċer ta' garanżija b'rata fissa m'għandux ikollha polpa mekkanika, tkun tajba għall-skopijiet ta' kitba u tiżen għall-inqas 55 g/m2. Il-karta għandha jkollha arabesk stampat bi sfond ta' kulur aħmar sabiex b'hekk jkun jidher ċar jekk ikun hemm falsifikazzjoni permezz ta' mezzi mekaniċi jew kimiċi.

3. Il-karta użata għà-ċertifikat ta' garanzija m'għandhiex ikollha polpa mekkanika u ma tkunx tiżen inqas minn 100 g/m2.

Għandha jkollha arabesk stampat bi sfond ta' kulur aħdar fuq iż-żewġ naħat, sabiex b'hekk jkun jidher ċar jekk ikun hemm falsifikazzjoni permezz ta' mezzi mekaniċi jew kimiċi.

4. Il-karta imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 għandha tkun bajda, bl-eċċezzjoni tal-listi ta' tagħbija msemmija fl-Artikolu 1 (2), li f'dan il-każ il-kulur tal-karta jista' jitħalla fl-għażla ta' l-utent.

5. Id-daqsijiet tal-formoli jkunu ta':

(a) 210 × 297 mm għal-listi ta' tagħbija, tkun konċessa toleranza fit-tul ta' 5 jew + 8 mm;

(b) 210 × 148 mm għal nota ta' avviż ta' transitu u ċ-ċertifikat ta' garanzija;

(ċ) 148 × 105 mm għall-irċevuta u vawċer tal-garanzija b'rata fissa;

6. Id-dikjarazzjonijiet u dokumenti jridu jkunu miktuba f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-partijiet kontraenti li hija àċetabbli lill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż tat-tluq. Dan il-provediment ma għandux japplika għall-vawċers b'rata fissa.

L-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiz ieħor li fih jridu jiġu preżentati d-dikjarazzjonijiet u d-dokumenti jridu jkunu preżentati jistgħu, kif neċessarju, jeħtieġu traduzzjoni fil-lingwa, jew waħda mill-lingwi uffiċjali, ta' dak il-pajjiż.

Il-lingwa li għandha tintuża għà-ċerifikat ta' garanzija tkun deċiża mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż responsabbli għall-uffiċċju ta' garanzija.

7. Il-vawċers ta' garanzija b'rata fissa jridu juru l-isem u l-indirizz ta' l-istampatur jew marka li tippermetti l-identifikazzjoni ta' l-istampatur. Il-vawċers ta' garanzija b'rata fissa għandhom ikunu enumerati b'numri f'serje bħala mezz ta' identifikazzjoni.

8. Il-Partijiet Kontraenti għandhom ikunu responsabbli għall-istampar tal-formoli tà-ċerifikat ta' garanzija. Kull ċertifikat għandu ikun ennumerat għall-fini ta' l-identifikazzjoni.

9. Il-formoli tà-ċertifikat ta' garanzija u l-vawċers ta' garanzija b'rata fissa jridu jkunu mimlija permezz ta' typewriter jew proċess mekkaniku jew proċess simili.

Listi ta' tagħbija, noti ta' avviż ta' transitu u irċevuti jistgħu jkunu kompluti permezz ta' typewriter jew proċess mekkaniku jew proċess simili, jew leġibbli f'manuskritt; fl-aħħar każ għandhom jkunu mimlija bl-inka u b'ittri kapitali.

L-ebda tħassir jew alterazzjonijiet ma jistgħu jsiru. Għandhom isiru l-emendi permezz ta' linji li jaqtaw id-dettalji żbaljati, u fejn huwa xieraq, jiġu miżjuda dawk id-dettalji meħtieġa. Tali emendi għandu ikollhom miktubin ħdejhom l-inizjali tal-persuna li tagħmel l-emendi u jridu jiġu awtentikati mill-awtoritajiet kompetenti.

KAPITOLU II

UŻU TA' FORMOLI

Dikjarazzjonijiet T 1 u T 2

Deskrizzjoni u użu

Kunsinni mħallta

Artikolu 3

1. Il-kopji li jikkostitwixxu l-formoli li fuqhom id-dikjarazzjonijiet T 1 jew T 2 huma magħmula huma deskritti fin-nota spjegattiva li tnstab fl-Anness VII ta' l-Appendiċi III, u għandha timtela skond in-nota spjegattiva.

Meta kull dettal li għandu jingħata f'dawk il-formoli għandu jidher fil-forma ta' kodiċi, il-kodiċijiet in kwistjoni għandhom ikunu skond d-dettalji mogħtija fl-Anness IX ta' l-Appendiċi III.

2. Meta oġġetti ser jiċċaqalqu skond proċedura T 1, il-prinċipal għandu jikteb is-simbolu "T 1" fis-sezzjoni li tinstab fin-naħa tal-lemin tal-kaxxa 1 tal-formola li hija konformi ma kampjun li jinstab fl-Annessi I u II ta' l-Appendiċi III. Meta formoli supplementarji huma użati, il-prinċipal għandu jikteb is-simbolu "T 1 bis" fis-sezzjoni li tinstab fin-naħa tal-lemin tal-kaxxa 1 ta' waħda jew aktar formoli li huma konformi ma' kampjun li jinstab fl-Anness III u IV ta' l-Appendiċi III.

Meta, fil-każ ta' użu ta' sistema kompjuterizzata għall-ipproċessar ta' dikjarazzjonijiet li tirrilaxxa tali dikjarazzjonijiet, il-formoli supplementarji użat huma konformi mal-kampjun li jinstab fl-Anness I jew II ta' l-Appendiċi III is-simbolu "T 1 bis" għandu jitniżżel fis-sezzjoni li tinstab fin-naħa tal-lemin tal-kaxxa 1 ta' l-imsemmija formoli.

Meta oġġetti ser jiċċaqalqu skond il-proċedura T 2, il-prinċipal għandu idaħħal is-simbolu "T 2" fis-sezzjoni li tinstab fin-naħa tal-lemin tal-kaxxa 1 tal-formola li hija konformi mal-kampjun li jinstab fl-Anness I u II ta' l-Appendiċi III. Meta formoli supplementarji huma użati, il-prinċipal għandu idaħħal is-simbolu "T 2 bis" fis-sezzjoni li tinstab fin-naħa tal-lemin tal-kaxxa 1 ta' waħda jew aktar formoli li huma konformi mal-kampjun li jinstabu fl-Annessi III u IV ta' l-Appendiċi III.

Meta, f'każ ta' użu ta' sistema kompjuterizzat għall-ipproċessar ta' dikjarazzjonijiet li tirrilaxxja tali dikjarazzjonijiet, il-formola supplementari użata hija konformi mal-kampjun li jinstab fl-Annessi I jew II ta' l-Appendiċi III, is-simbolu "T 2 bis" trid tidaħħal fis-sezzjoni li tinstab fin-naħa tal-lemin tal-kaxxa 1 ta' l-imsemmija formoli.

3. F'każ ta' kunsinni li jikkontjenu fl-istess ħin oġġetti li jkunu qed jiċċaqalqu skond il-proċedura T 1 u oġġetti li jkunu qed jiċċaqalqu skond il-proċedura T 2, dokumenti supplementarji li huma konformi mal-kampjun li jinstabu fl-Annessi III u IV jew, fejn xieraq, Annessi I u II ta' l-Appendiċi III u li għandhom fuqhom is-simboli "T 1 bis" jew "T 2 bis", rispettivament, jistgħu jiġu mqabbda ma' forma waħda li hija konformimal-kampjun li jinstab fl-Annessi I u II ta' l-Appendiċi III. F'dan il-każ, is-simbolu "T" għandujiddaħ ħal fis-sezzjoni li tinstab fin-naħa tal-lemin tal-kaxxa 1 ta' l-imsemmija formola, l-ispazju vojt li jsegwi s-simbolu "T" għandu jinqata b'linja; u, il-kaxxi 32 "Oġġett Nru", 33 "Kodiċi tal-Komodità", 35 "'Massa grossa (kg)", 38 "Massa netta (kg)" u 44 "Informazzjoni addizzjonali Dokumenti/informazzjoni ċertifikati/Prodotti u awtorizzazzjonijiet" jkunu maqtugħin. Referenza għan-numri ta' serje tad-dokumenti supplementari li għandhom fuqhom is-simbolu "'T 1 bis" u d-dokumenti supplementarji li għandhom fuqhom is-simbolu "T 2 bis" jridu jidaħħlu fil-kaxxa 31 "Pakki u deskrizzjoni ta' oġġetti" tal-formola li hija konformi mal-kampjun li jinstab fl-Anness I u II ta' l-Appendiċi III.

4. Meta wieħed mis-simboli msemmija fil-paragrafu 2 tħallew barra mis-sezzjoni li tinstab fin-naħa tal-lemin tal-kaxxa 1 tal-formola użata jew meta, f'każ ta' kunsinni li jikkontjenu fl-istess ħin oġġetti li jkunu qed jiċċaqalqu skond il-proċedura T 1 u oġġetti li jkunu qed jiċċaqalqu skond il-proċedura T 2, id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 3 u ta' l-Artikolu 5, paragrafu 7, ma ġewx osservati, oġġetti skond il-kappa ta' tali dokumenti jkunu meqjusa li qegħdin jiċaqalqu skond il-proċedura T 1.

Preżentzzjoni tad-dikjarazzjoni ta' dispaċċ jew ta' l-esportazzjoni mad-dikjarazzjoni ta' Transitu

Artikolu 4

Mingħajr preġudizzju għal-kull miżura ta' simplifikazzjoni applikabbli, id-dokument doganali għad-dispaċċ jew re-dispaċċ ta' oġġetti jew dokument doganali għall-esportazzjoni jew re-esportazzjoni ta' oġġetti jew kull dokument li għandu effett ekwivalenti għandu jiġi preżentat lill-uffiċċju tat-tluq flimkien mad-dikjarazzjoni ta' Transitu li jirrelata għaliha.

Għall-fini tas-sub-paragrafu preċedenti u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7 (3), tal-Konvenzjoni, id-dikjarazzjoni ta' dispaċċ jew re-dispaċċ jew id-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni jew re-esportazzjoni minn naħa waħda, u d-dikjarazzjoni tat-transitu minn naħa l-oħra, jistgħu jiġu kombinati f'formola waħda.

Listi ta' Tagħbija

Użu ta' listi ta' tagħbija

Kunsinni mħallta

Artikolu 5

1. Fejn l-użi prinċipali tal-listi ta' tagħbija għall-kunsinna li jikkomprendu żewġ tipi jew oħra ta' oġġetti, il-kaxxi 15 "Pajjiż ta' dispaċċ/esportazzjoni", 32 "Oġġett Nru", 33 "Kodiċi ta' Kommodità", 35 "Massa Grossa (kg)", 38 "Massa Netta (kg)" u fejn neċessarju, 44 "Informazzjoni addizzjonali /Dokumenti ċertifikati/Prodotti u awtorizzazzjonijiet" tal-formola użata għall-fini ta' transitu jridu jkunu maqtugħin u l-kaxxa 31 "Pakki u deskrizzjoni ta' oġġetti" ta' dik il-formola ma tiġix użata sabiex turi l-marki u numri, numru u tip tal-pakki u deskrizzjoni ta' l-oġġetti. F'dan il-każ, formola supplementari ma jistgħux jiġu użati.

2. Il-lista ta' tagħbija imsemmija fl-Artikolu 1 (2) tfisser kull dokument kummerċjali li hija skond il-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2 (1), (5) (a), (6), l-ewwel u t-tieni sub-paragrafi, (9), tieni u tielet sub-paragrafi u l-Artikoli 6 u 7.

3. Il-listi tat-tagħbija jridu jiġu preżentati fl-istess numru ta' kopji bħala formola użata għall-skopijiet ta' transitu li għaliha tirrelata u trid tkun iffirmata mill-persuna li tiffirma dik il-formola.

4. Meta d-dikjarazzjoni hija reġistrata, il-lista tat-tagħbija għandu ikollha l-istess numru tar-registrazzjoni bħal tal-formola użata għall-fini ta' transitu li għaliha tirrelata. Dak in-numru għandu ikun stampat jew permezz ta' timbru li jinkorpora fih in-numru ta' l-uffiċċju tat-tluq jew inkella miktuba bl-id. F'dan l-aħħar każ trid tiġi akkumpanjata minn timbru ta' l-uffiċċju.

Il-firma ta' uffiċjal ta' uffiċċju tat-tluq mhijiex obbligatorja.

5. Meta żewġ listi ta' tagħbija jew aktar jakkumpanjaw formola waħda użata għall-finijiet ta' transitu, kull waħda għandu ikollha fuqha numru serjali mogħti mill-prinċipal; in-numru ta' listi ta' tagħbija ta' akkumpanjament jridu jiġu murija fil-kaxxa "Listi ta' tagħbija" ta' l-imsemmija formola.

6. Dikjarazzjoni fuq formola li hija konformi mal-kampjun fl-Anness I u II ta' l-Appendiċi III, li turi s-simbolu "T 1" jew "T 2" fl-ispazju li jinstab fin-naħa tal-lemin tal-kaxxa 1 u li hija akkompanjata minn waħda jew aktar listi ta' tagħbija hu huma skond il-kondizzjonijiet li jinstabu fl-Artikoli 6 sa 9 jkunu, kif inhu xieraq, jkunu trattati bħala ekwivalenti għal dikjarazzjoni T 1 jew T 2 għall-finijiet ta' l-artikolu 12 jew Artikolu 39 ta' l-Appendiċi I.

7. F'każ ta' kunsinni li huma kontenuti fl-istess żmien ta' oġġetti li jkunu qed jiċċaqalqu skond il-proċedura T 1 u oġġetti li jkunu qed jiċċaqalqu taħt il-proċedura T 2, listi separati ta' tagħbija għandhom ikunu kompletati u jistgħu jkunu mqabbda ma' formola waħda li hija konformi mal-kampjun fl-Anness I jew II tal-Appendiċi III.

F'dak il-każ, is-simbolu "T" għandu jidaħħal fl-ispazju li tinstab fin-naħa tal-lemin tal-kaxxa 1 ta' l-imsemmija formola. L-ispazju vojt wara s-simbolu "T" irid jinqata' bl-linja; u aktar minn dan, il-kaxxi 15 "Pajjiż tad-dispaċċ/esportazzjoni", 32 "Oġġett Nru", 33 "Kodiċi tal-Komodità", 35 "Massa grossa (kg)", 38 "Massa netta (kg)", u fejn neċessarju, 44 "Informazzjoni Addizzjonali/Dokumenti Ċertifikati/Prodotti u awtorizzazzjonijiet" jkunu maqtugħin. Referenza lin-numru serjali tal-listi tat-tagħbija li għandhom x'jaqsmu ma' kull wieħed miż-żewġ tipi ta' oġġetti għandu jidaħħal f'kaxxa 31 "Pakki u deskrizzjoni ta' oġġetti" tal-formola użata.

Formoli tal-listi tat-tagħbija

Artikolu 6

Il-lista tat-tagħbija trid tinkludi:

(a) it-titolu "Lista tat-tagħbija";

(b) kaxxa, 70 × 55 mm, diviża f'parti ta' fuq 70 × 15 mm għall-dħul tas-simbolu "T" segwit minn waħda mid-dħul imsemmija fl-Artikolu 3, paragrafu 2, u parti ta' isfel 70 × 40 mm għall-referenzi imsemmija fl-Artikolu 5, paragrafu 4;

(ċ) kolonni, fl-ordni segwenti u bit-titolu kif muri:

- Oġġett Nru;

- Marki, numri, numru e tip ta' ippakkeġġjar; deskrizzjoni ta' l-oġġetti;

- Pajjiż tad-dispaċċ/esportazzjoni;

- Massa grossa (f'kilogrammi);

- Riżervata għad-dwana.

Il-wisa' tal-kolonni tista' tkun addatata kif jkun meħtieġ, bl-eċċezzjoni tal-wisa' tal-kolonna bit-titolu "Riżervata għad-dwana" ma tkunx inqas minn 30 mm. Spazji mhux riżervati għall-użu partilolari taħt sub-paragrafi (a) sa (ċ) aktar il-fuq jistgħu ukoll jintuża.

Kompletezza

Artikolu 7

1. Huwa biss fuq in-naħa ta' quddiem tal-formola li tista' tintuża bħala lista tat-tagħbija.

2. Kull oġġett muri fil-lista tat-tagħbija qabel irid ikollu miktub numru serjali.

3. (Dan l-Artikolu ma għandux il-paragrafu 3.)

4. Linja orizzontali trid tkun impinġija wara l-aħħar kitba u l-ispażju vojt għandu ikun maqtugħ sabiex ikun impossibbli li sussegwentement tinkiteb xi ħaġa oħra.

Proċeduri simplifikati

Artikolu 8

1. L-awtoritajiet doganali ta' kull pajjiz jistgħu jħallu ditti stabiliti fil-pajjiż tagħhom li r-rekords tagħhom huma bbażati fuq sistema ta' ipproċessar ta' informazzjoni elettronika jew awtomatika li jużaw listi ta' tagħbija msemmija fl-Artikolu 1 (2), li, għalkemm m'humiex skond il-kondizzjonijiet kollha ta' l-Artikolu 2 (1), (5) (a) u (9), l-aħħar żewġ sub-paragrafi, u ta' l-Artikolu 6, huma disinjati u kompletati b'mod li jistgħu jiġu użati mingħajr diffikoltà mill-awtoritajiet doganali u dawk statistiċi partikolari.

2. Għal kull oġġett dawn il-listi ta' tagħbija jridu jnkludu dejjem in-numru, tip u marki u numri tal-pakki, id-deskrizzjoni ta' l-oġġetti, massa grossa f'kilogrammi u l-pajjiż ta' dispaċċ/esportazzjoni.

Kunsinna bil-ferrovija

Artikolu 9

1. Meta l-Artikoli 29 sa 61 joperaw, l-Artikolu 5, (2), u l-Artikoli 6, 7 u 8 għandhom jgħoddu għal-listi ta' tagħbija li jakkumpanjaw in-nota ta' Kunsinna Internazzjonali jew in-Nota ta' Trasferiment TR. Fl-ewwel każ, in-numru ta' dawn il-listi għandu jdher fil-kaxxa 32 tan-nota ta' Kunsinna Internazzjonali; fit-tieni każ, in-numru ta' dawn il-listi għandu jidher fil-kaxxa għad-dettalji ta' dokumenti li jkunu qed jakkompanjaw in-Nota ta' Trasferiment TR.

Aktar minn dan, il-lista ta' tagħbija trid tinkludi n-numru tal-vagun li għaliha tirreferi n-nota ta' Kunsinna Internazzjonali jew, fejn huwa xieraq, in-numru tal-kontejner li fih jinstabu l-oġġetti.

2. Għall-operazzjonijiet li jibdew fit-territorju tal-Partijiet Kontraenti li jikkomprendu fl-istess waqt oġġetti li jiċċaqalqu taħt ilproċedura T 1 u oġġetti li jiċċaqalqu skond il-proċedura T 2, għandhom ikunu użati listi separati ta' tagħbija; fil-każ ta' oġġetti trasportati f'kontenituri kbar skond il-kappa ta' noti ta' trasferiment TR, dawn il-listi separati jridu jkunu mimlija għal-kull kontejner, li jkollu ż-żewġ kategoriji ta' oġġetti.

Għall-operazzjonijiet ta' trasport li jibda fil-Komunità in-numru serjali tal-listi ta' tagħbija li jirrelataw ma' oġġetti li jkunu qed jiġu ttrasportati skond il-proċedura T 1 jridu jinkitbu, kif inhuwa xieraq:

(a) f'kaxxa 25 tan-nota ta' Kunsinna Internazzjonali;

(b) fil-kaxxa riżervata għad-deskrizzjoni ta' l-oġġetti li hemm fuq in-nota ta' Kunsinna Internazzjonali TR.

Ghall-operazzjonijiet ta' trasport li jibdew f'pajjiż ta' l-EFTA, referenza lin-numri serjali tal-listi ta' tagħbija ta' l-oġġetti li jinstabu qed jiġu trasportati skond il-proċedura T 2 iridu jinkitbu, kif inhuwa xieraq:

(a) f'kaxxa 25 tan-nota ta' Kunsinna Internazzjonali;

(b) fil-kaxxa riżervata għad-deskrizzjoni ta' oġġetti tan-Nota ta' Trasferiment TR.

3. Fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 1 u 2 u għall-fini tal-proċeduri li hemm provduti fl-Artikoli 29 sa 61, il-listi ta' tagħbija li jakkumpanjaw in-nota ta' Kunsinna Internazzjonali jew in-Nota ta' Trasferiment TR tifforma parti integrali tagħha u jkollhom l-istess effetti legali.

L-oriġinali ta' dawn il-listi ta' tagħbija għandu ikollhom fuqhom it-timbru ta' l-istazzjon tad-dispaċċ.

Irċevuta

Użu ta' l-irċevuta

Artikolu 10

1. Kull persuna li tikkonsenja lill-uffiċċju ta' destinazzjoni dokument T 1 jew T 2 flimkien ma' kunsinna li tirreferi għal dak id-dokument tista' tikseb irċevuta wara talba.

2. L-irċevuta trid l-ewwel tkun kompluta minn persuna konċernata u tista' tikkontjeni dettalji oħra li għandhom x'jaqsmu mal-kunsinna, bl-eċċezzjoni ta' l-ispazju riservat għad-dwana, iżda ċ-ċertifikazzjoni doganali tkun valida biss għar-rigward tad-dettalji li jkunu jinstabu f'dak l-ispazju.

Ritorn tad-dokumenti

Uffiċċju ċentrali

Artikolu 11

Kull pajjiż jkollu d-dritt li jinnomina wieħed jew aktar uffiċċji ċentrali li fih għandhom jiġu ritornati dokumenti mill-awtoritajiet doganali kompetenti fil-pajjiż tad-destinazzjoni. Pajjiżi għandhom, wara li jiġu maħtura dawn l-uffiċċji għal dak il-għan, jinformaw il-Kumissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u jispeċifikaw il-kategorija tad-dokumenti li għandhom jiġu ritornati hemmhekk. Il-Kommissjoni għandha minn naħa tagħha tinnotifika lill-pajjiżi l-oħra.

TITOLU II

DISPOSIZZJONIJIET LI GĦANDHOM X'JAQSMU MAL-GARANZIJI

GARANZIJA KOMPRENSIVA

Ċertifikat ta' garanzija

Persuni awtorizzati

Artikolu 12

1. Il-prinċipal għandu, mar-rilaxx ta' ċertifikat ta' garanzija jew f'kull żmien ieħor waqt il-validità tiegħu, jinnomina fuq ir-responsabilità tiegħu fuq in-naħa ta' wara tà-ċertifikat, il-persuna, jew persuni, awtorizzati li jiffirmaw id-dikjarazzjonijiet T 1 jew T 2 f'ismu. Id-dettalji għandhom jinkludu l-kunjom u l-isem ta' kull persuna awtorizzata segwita mill-firma ta' dik il-persuna. Kull nomina ta' kull persuna awtorizzata trid tkun approvata permezz tal-firma tal-prinċipal. Il-prinċipal għandu jkun intitolat fid-diskrezzjoni tiegħu li jaqta' linji fil-kaxxi li mhux uzati.

2. Il-prinċipal jista' f'kull żmien iħassar l-isem ta' persuna mhux awtorizzata minn fuq in-naħa ta' wara tà-ċertifikat.

Aġenti awtorizzati

Artikolu 13

Kull persuna msemmija fuq in-naħa ta' wara tà-ċertifikat ta' garanzija li jkun ippreżentat f'uffiċċju tat-tluq għandha tkun ikkonsidrata l-aġent awtorizzata mill-prinċipal.

Perjodu ta' validità; estensjoni

Artikolu 14

Il-perjodu ta' validità ta' ċertifikat ta' garanzjija ma jistax jaqbeż sentejn. Iżda, dan il-perjodu jista' jiġi estiż mill-uffiċju ta' garanzija għal perjodu ieħor ulterjuri li ma jeċċediex sentejn.

Kanċellament

Artikolu 15

Jekk il-garanzija hija kkanċellata l-prinċipal ikun responsabbli li jirritorna lill-uffiċċju ta' garanzija ċ-ċertifikati kollħa ta' garanzija rilaxxjati lilu li għadhom validi.

Garanzija b'rata fissa

Dokument ta' garanzija

Artikolu 16

1. Meta persuna naturali jew persuna legali tipproponi li toqgħod garanti skond il-kondizzjonijiet imsemmija skond l-Artikoli 27 u 28 ta' u fit-termini msemmija fl-Artikolu 32 (1), ta' l- Appendiċi I, il-garanzija trid tingħata fil-forma kif murija fil-Kampjun III anness ma' l-Appendiċi I.

2. Meta liġi nazzjonali, prattika amministrattiva jew użanza àċettata hekk jeħtieġu, kull pajjiz jista' jeħtieġ l-użu ta' formola differenti ta' garanzija sakemm ikollha l-istess effetti legali bħall-garanzija imsemmija fil-paragrafu 1.

Vawċer ta' garanzija

Artikolu 17

1. L-aċettazzjoni tal-garanzija msemmija fl-Artikolu 16 mill-uffiċċju doganali fejn hija mogħtija (minn hawn 'il quddiem imsemmija bħala "l-uffiċċju ta' garanzija") tkun l-awtorità tal-garanti sabiex tirrilaxxja, taħt it-termini tal-garanzija, vawċer ta' garanzija b'rata fissa jew vawċers lill-persuni li għandhom l-intenzjoni li jaġixxu bħala prinċipal f'operazzjoni T 1 jew T 2 minn uffiċċju tat-tluq ta' l-għażla tagħhom.

Il-garanti jista' jirrilaxxja vawċers ta' garanzija b'rata fissa:

- li m'humiex validi għall-operazzjoni T 1 jew T 2 għal rigward ta' oġġetti li huma elenkati fl-Annessi VII sa l-Appendiċi, u

- li jistgħu jintużaw f'multipli sa seba' vawċers għal-kull mezz ta' trasport imsemmi fl-Artikolu 16 (2), ta' l-Appendiċi I għall-oġġetti minbarra dawk imsemmija fl-inċiż preċedenti.

Għal dan il-għan il-garanti għandu jimmarka dijagonalment b'ittri kbar dawn il-vawċers ta' garanzija b'rata fissa tas-segwenti frażijiet, billi wieħed iżid referenza għal dan is-sub-paragrafu:

- VALIDEZ LIMITADA

- BEGRÆNSET GYLDIGHED

- BESCHRÄNKTE GELTUNG

- ΠΕΡΙΟΡΙΣΜΕΝΗ ΙΣΧΥ

- LIMITED VALIDITY

- VALIDITÉ LIMITÉE

- VALIDITA LIMITATA

- BEPERKTE GELDIGHEID

- VALIDADE LIMITADA

- VOIMASSA RAJOITETUSTI

- TAKMARKAD GILDISSVID

- BEGRENSET GYLDIGHET

- BEGRÄNSAD GILTIGHET

It-tħassir tal-garanzija tkun notifikata minnufih lill-pajjiżi l-oħra mill-pajjiz li fih jinstab l-uffiċċju rilevanti ta' garanzija.

2. Il-garanti jkun responsabbli li jħallas sa ammont ta' 7000 ECU għal kull vawċer ta' garanzija b'rata fissa.

3. Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet fit-tieni u tielet sub-paragrafi tal-paragrafu 1 u fl-Artikolu 18, il-prinċipal jista' jopera waħda jew aktar operazzjonijiet T 1 jew T 2 taħt kull vawċer ta' garanzija b'rata fissa. Il-vawċer għandu jkun kunsinnjat lill-uffiċċju tat-tluq, fejn għandu jinzamm.

Żieda fil-garanzija; konverżjoni ta' l-ECU

Artikolu 18

1. Ħlief fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3, l-uffiċċju tat-tluq jista' ma jeħtieġx garanzija 'il fuq mir-rata fissa fl-ammont ta' 7000 ECU għal kull dikjarazzjoni T 1 jew T 2, irrispettivament mill-ammont tad-dazji u piżijet oħra li l-oġġetti koperti minn dikjarazzjoni partikolari jistgħu jkunu soġġetti għalihom

2. Meta, minħabba ċirkostanżi pekuljari għaliha, operazzjoni ta' trasport tinvolvi riskji żejda u l-uffiċċju tat-tluq jikkonsidera li l-garanzija ta' 7000 ECU hija b'mod ċar mhux suffiċjenti, jista'eċċezzjonalment jeħtieġ garanzija ta' ammont akbar f'multipli ta' 7000 ECU.

3. It-trasport ta' oġġetti elenkati fl-Anness VII ta' dan l-Appendiċi għandu jagħti lok għal żieda fl-ammont ta' garanzija b'rata fissa meta l-kwantità ta' oġġetti trasport teċċedi l-kwantità korrispondenti għar-rata fissa ta' ammont ta' 7000 ECU.

F'dak il-każ, l-ammont ta' rata fissa għandha tiżdied b'multipli ta' 7000 ECU neċessarji sabiex tiġi garantita l-kwantità ta' oġġetti destinati għad-dispaċċ.

4. Il-prinċipal għandu, fil-każijiet msemmija fil-paragrafi 2 u 3, jikkonsenjaw lill-uffiċċju tat-tluq vawċers ta' garanzija b'rata fissa korrispondenti għall-multipli metieġa ta' 7000 ECU.

5. Il-valur ta' skambju f'munita nazzjonali ta' l-ammonti espressi fl-ECU msemmija f'dan l-Appendiċi għandu jkun ikkalkulat billi wieħed juża r-rata tal-kambju fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xaħar ta' Ottubru, u jiġi applikat mill-1 ta' Jannar ta' sena ta' wara.

Jekk rata mhix disponibbli għall-munita partikolari nazzjonali r-rata li trid tiġi applikata għal dik il-munita għandha tkun dik li teżisti fl-aħħar jum li għaliha kienet ippublikata rata.

Il-valur ta' skambju ta' l-ECU li għandu jintuża fl-applikazzjoni ta' l-ewwel sub-paragrafu għandu jkun dak li kien applikabbli fid-data li fiha d-dikjarazzjoni T 1 jew T 2 koperta minn vawċer jew vawċers b'garanzija b'rata fissa kienet reġistrata.

Kunsinni li jikkomprendu kemm oġġetti sensittivi kif ukoll dawk li m'humiex sensittivi

Artikolu 19

1. Meta d-dikjarazzjoni T 1 jew T 2 tinkludi oġġetti oħra minbarra dawk murija fil-lista msemmija fl-Artikolu 18, paragrafu 3, id-disposizzjonijiet tal-garanzija b'rata fissa għandhom ikunu applikati bħalikieku żewġ kategoriji ta' oġġetti kienu koperti minn dikjarazzjonijiet separati.

2. Bħala deroga mill-paragrafu 1, ma titqiesx il-preżenza ta' oġġetti ta' kull kategorija jekk il-kwantità jew il-valur tagħha hija relattivament insinifikanti.

TITOLU III

Artikolu 20 sa 27

(Dan l-Appendiċi ma jikkontjenix l-Artikoli 20 sa 27.)

TITOLU IV

PROĊEDURI SIMPLIFIKATI

Regoli mhux affetwati minn dan it-titolu

Artikolu 28

Dan it-titolu jkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi fir-rigward tal-formalitajiet għad-dispaċċ, esportazzjoni jew għat-tpoġġija ta' oġġetti skond kull proċedura f'dak il-pajjiż ta' destinazzjoni.

KAPITOLU I

PROĊEDURA TA' TRANSITU GĦAL TRASPORTAZZJONI TA' OĠĠETTI PERMEZZ TAL-FERROVIJA

Disposizzjonijiet ġenerali li għandhom x' jaqsmu ma' trasport permezz ta' ferrovija

Ġenerali

Artikolu 29

Formalitajiet skond il-proċedura T 1 jew T 2 għandhom ikunu simplifikati skond l-Artikoli 30 sa 43 u 59 sa 61 għal trasport ta' oġġetti minn awtoritajiet ferrovjarji skond il-kopertura ta' Nota ta' Kunsinna Internazzjonali (CIM) jew Nota ta' Kunsinna Internazzjonali Express ta' Pakki (TIEx).

Valur legali ta' dokumenti użati

Artikolu 30

Nota ta' Kunsinna Internazzjonali jew Nota ta' Kunsinna Internazzjonali Express ta' Pakki għandha tkun ittrattata bħala ekwivalenti għal dikjarazzjoni T 1 jew T 2 kif ikun il-każ.

Kontroll ta' rekords

Artikolu 31

L-awtoritajiet ferrovjarji ta' kull pajjiż għandhom jagħmlu disponibbli lill-awtoritajiet doganali ta' pajjiżhom għall-fini ta' kontrol tar-rekords miżmuma fl-uffiċċji tagħhom ta' kontabilità.

Il-prinċipal

Artikolu 32

1. L-awtoritajiet ferrovjarji li jàċettaw l-oġġetti għal trasport akkompanjati minn Nota ta' Kunsinna Internazzjonali jew Nota ta' Kunsinna Internazzjonali Express ta' Pakki għandhom ikunu l-prinċipal għal dak li jirrigwarda proċedura T 1 jew T 2 konċernata.

2. L-awtoritajiet ferrovjarji tal-pajjiż li mit-teritorju tiegħu jidħlu l-oġġetti ġewwa t-territorju tal-Partijiet Kontraenti għandu jkun il-prinċipal għal dak li jirrigwarda l-proċedura T 1 jew T 2 għal dak li jirrigwarda oġġetti àċettati għat-trasport mill-awtoritajiet ferrovjarji ta' pajjiż terz.

Tikketta

Artikolu 33

L-awtoritajiet ferrovjarji għandhom jiżguraw li l-kunsinni ttrasportati skond il-proċedura T 1 jew T 2 huma identifikati minn tiketti li jkollhom pittogrammi fuqhom, li kampjun tagħhom jidħer fl-Anness VIII ta' dan l-Appendiċi.

It-tabelli għandhom jitwaħħlu fuq in-nota ta' Kunsinna Internazzjonali jew Nota ta' Kunsinna Internazzjonali Express ta' Pakki Nota u lill-vagun ferrovjarju rilevanti fil-każ ta' tagħbija mimlija jew f'kazijiet oħra, lill-pakk jew pakki.

Modifikazzjoni tal-kuntratt ta' trasport

Artikolu 34

Meta l-kuntratt ta' trasport huwa modifikat sabiex:

- operazzjoni ta' trasport ta' oġġetti li kellu jintemm barra t-territorju ta' Parti Kontraenti jintemm fit-territorju ta' dik il-Parti Kontraenti,

- operazzjoni ta' trasport ta' oġġetti li kellu jintemm fit-territory ta' Parti Kontraenti jispiċċa barra t-territorju ta' dik il-Parti Kontraenti,

l-awtoritajiet ferrovjarji ma jistgħux iwettqu l-kuntratt modifikat ħlief jekk hemm ftehim minn qabel mill-uffiċċju tat-tluq.

Meta l-kuntratt tal-ġarr ta' merkanzija huwa modifikat sabiex l-operazzjoni ta' ġarr ta' merkanzija jintemm fil-pajjiz tat-tluq, il-kuntratt modifikat għandu jitwettaq bla ħsara għall-kondizzjonijiet stabiliti mill-awtoritajiet doganali ta' dak il-pajjiż.

Fil-każijiet l-oħra kollha, l-awtoritajiet ferrovjarji jistgħu jwettqu l-kuntratt modifikat; huma jridu jinfurmaw minnufih l-uffiċċju tat-tluq bil-modifikazzjoni li tkun saret.

Moviment ta' l-Oġġetti bejn Partijiet Kontraenti

Status doganali ta' l-oġġetti; użu tan-Nota Internazzjonali ta' Kunsinna

Artikolu 35

1. In-Nota Internazzjonali ta' Kunsinna trid tkun ippreżentata fl-uffiċċju tat-tluq għal-rigward ġarr ta' merkanzija li jibda u għandu jintemm fit-territorju tal-Partijiet Kontraenti.

2. Oġġetti, li t-traspotazzjoni tagħhom tibda fil-Komunità għandhom ikunu kkunsidrati bħala li qegħdin jiċċaqalqu skond il-proċedura T 2. Jekk, iżda, l-oġġetti għandhom jiċċaqalqu skond il-proċedura T 1 l-uffiċċju tat-tluq għandu jindika fuq il-folji 1, 2 u 3 tan-Nota Internazzjonali ta' Kunsinna li l-oġġetti li għalihom jirreferi d-dokument huma trasportati skond il-proċedura T 1; is-simbolu "T 1" għandu jidher b'mod ċar fil-kaxxa 25. Fil-każ ta' oġġetti li jkunu qed jiċaqalqu skond il-proċedura T 2 is-simbolu "T 2" mgħandux bżonn jiddaħħal fid-dokument.

3. Oġġetti, li t-trasportazzjoni tagħhom tibda f'pajjiz ta' l-EFTA għandhom ikunu kkunsidrati bħalikieku qegħdin jiċċaqalqu taħt T 1 proċedura. Jekk, iżda, l-oġġetti għandhom jiċċaqalqu skond il-proċedura T 2 skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 2 (3) (b) tal-Konvenzjoni, l-uffiċċju tat-tluq għandu jindika fuq folja 3 tan-Nota Internazzjonali ta' Kunsinna li l-oġġetti li għaliha jirreferi d-dokument jseħħu skond il-proċedura T 2; is-simbolu "T 2" għandu jkun muri b'mod ċar f'kaxxa 25 flimkien mat-timbru ta' l-uffiċċju doganali tat-tluq u l-firma ta' l-uffiċjal responsabbli. Fil-każ ta' oġġetti li jkunu qed jiġu trasportati skond il-proċedura T 1 is-simbolu "T 1" m'għandhux bżonn ikun miktub fid-dokument.

4. Il-kopji kollha tan-Nota ta' Kunsinna Internazzjonali għandhom jintbagħtu lura lill-parti kkonċernata.

5. Kull Stat Membru tal-Komunità jista' jipprovdi li oġġetti li jkunu qed jiċċaqalqu skond il-proċedura T 2 tista', skond il-kondizzjonijiet u bl-eċċezzjonijiet li hija jew il-Komunità jistabbilixxu, jitpoġġew taħt il-proċedura T 2 mingħajr il-preżentazzjoni tagħhom fl-uffiċċju tat-tluq tan-Nota ta' Kunsinna Internazzjonali għar-rigward ta' l-oġġetti.

Kull pajjiż ta' l-EFTA jista' jiprovdi li oġġetti li jkunu qed jiġu trasportati skond il-proċedura T 1 mingħajr ma jeħtieġ li tiġi preżentata n-Nota ta' Kunsinna Internazzjonali fl-uffiċċju tat-tluq.

6. L-uffiċċju doganali għall-istazzjon tad-destinazzjoni għandu jaġixxi bħala l-uffiċċju tad-destinazzjoni. Jekk, iżda, l-oġġetti huma mdaħħla għall-użu domsetiku jew impoġġija taħt xi Proċedura oħra tad-dwana fi stazzjon intermedjarju, l-uffiċċju doganali responsabbli għal dak l-istazzjon għandu jaġixxi ta' uffiċċju ta' destinazzjoni.

Miżuri ta' identifikazzjoni

Artikolu 36

Bħala regola ġenerali u meta wieħed jqis miżuri ta' identifikazzjoni applikati mill-awtoritajiet ferrovjarji, l-uffiċċju tat-tluq m'għandux jissigilla l-mezz ta' trasport jew tal-pakki.

Użu ta' folji tan-Noti ta' Kunsinna Internazzjonali

Artikolu 37

1. L-awtoritajiet ferrovjarji tal-pajjiż responsabbli għall-uffiċċju tad-destinazzjoni għandhom jipprezentaw lil dan ta' l-aħħar folji 2 u 3 tan-Noti ta' Kunsinna Internazzjonali.

2. L-uffiċċju tad-destrinazzjoni għandu jirritorna minnufih il-folja 2 lill-awtoritajiet ferrovjarji wara li jkunu ttimbrawha u għandhom izommu folja 3.

Ġarr ta' oġġetti lil jew minn pajjizi terzi

Ġarr lejn pajjizi terzi

Artikolu 38

1. L-Artikoli 35 u 36 japplikaw għall-operazzjonijiet ta' ġarr ta' merkanzija li jibda minn ġo territorju tal-partijiet kontraenti u li hu destinat li jintemm barra mit-territorju tal-partijiet kontraenti.

2. L-uffiċċju doganali għall-istazzjon tal-fruntiera li minnu l-oġġetti fi Transitu jitilqu mit-territorju tal-Partijiet Kontraenti jridu jaġixxu ta' uffiċċju ta' destinazzjoni.

3. L-ebda formalitajiet m'għandhom bżonn iseħħu fl-uffiċċju tad-destinazzjoni.

Ġarr ta' merkanzija minn pajjizi terzi

Artikolu 39

1. L-uffiċċji doganali għall-istazzjon tal-fruntiera li minnha l-oġġetti jidħlu fit-territorju tal-partijiet kontraenti jridu jaġixxu bħala uffiċċju tat-tluq għall-operazzjonijiet ta' ġarr li jibdew barra mit-territorju tal-partijiet kontraenti u li għandu jispiċċa fit-territorju tal-partijiet kontraenti.

L-ebda formalità mgħandha bżonn isseħħ fl-uffiċċju tat-tluq.

2. L-uffiċċju doganali għall-istazzjon tad-destinazzjoni trid taġixxi bħala uffiċċju ta' destinazzjoni. Jekk, iżda, l-oġġetti huma mdaħħla għall-uzu domestiku jew impoġġija skond il-proċedura oħra tad-Dwana fi stazzjon intermedjarju, l-uffiċċju doganali għal dak l-istazzjon għandu jaġixxi bħala l-uffiċċju tad-destinazzjoni.

Il-formalitajiet preskritti mill-Artikolu 37 jridu jseħħu fl-uffiċċju tad-destinazzjoni.

Ġarr ta' oġġetti fi Transitu minn ġewwa t-territorju tal-Partijiet Kontraenti

Artikolu 40

1. L-uffiċċji doganali li għandhom jaġixxu bħala uffiċċju tat-tluq u uffiċċju tad-destinazzjoni għall-operazzjonijiet ta' ġarr ta' oġġetti li jibdew u għandhom jispiċċaw barra mit-territorju tal-Partijiet Kontraenti jkunu kif jirrizulta mill-Artikoli 39 (1), u 38 (2), rispettivament.

2. L-ebda formalità m'għandha bzonn isseħħ fl-uffiċċju tat-tluq jew tad-destinazzjoni.

Status doganali ta' oġġetti minn pajjizi terzi jew fi Transitu

Artikolu 41

Oġġetti li huma trasportati taħt id-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 39 (1), jew 40 (1), jkunu kunsidrati bħalikieku qegħdin jiċċaqalqu taħt proċedura T 1 sakemm dokument T 2 L li jiċċertifika l-istatus Komunitarju ta' l-oġġetti konċernati huwa mogħti għar-rigward tagħhom.

Provedimenti li għandhom x'jaqsmu ma' pakki Express

Provedimenti applikabbli

Artikolu 42

Soġġett għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 43, id-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 35 sa 41 japplikaw ukoll għall-ġarr ta' oġġetti skond il-kappa ta' Nota ta' Kunsinna Internazzjonali ta' Pakki Express.

Status doganali ta' oġġetti; użu ta' folji tad-dokument TIEx

Artikolu 43

Għar-rigward l-operazzjonijiet ta' ġarr ta' merkanzija li jseħħu skond il-kopertura ta' Nota ta' Kunsinna Internazzjonali ta' Pakki Express:

(a) is-simboli meħtieġa taħt:

- Artikolu 35 (2), għandu jiddaħħal fuq folji 2, 3 u 4 tan-Nota ta' Kunsinna Internazzjonali ta' Pakki Express,

- Artikolu 35 (3), għandu jidaħħal fuq folja 4 tan-Nota ta' Kunsinna Internazzjonali ta' Pakki Express;

(b) folji 2 u 4 tal-Nota ta' Kunsinna Internazzjonali ta' Pakki Express għandhom, kif impost mill-Artikolu 37, ikun ipprezentati lill-uffiċċju tad-destinazzjoni, li minnufih jirritorna folja 2 lill-awtoritajiet ferrovjarji wara li jkunu ttimbrawha u jridu jżommu folja 4.

Disposizzjonijiet li jirrelataw għall-oġġetti trasportati f'kontenituri kbar

Ġenerali

Artikolu 44

Formalitajiet skond il-proċedura T 1 jew T 2 tkun simplifikata skond l-Artikoli 45 sa 60 u l-Artikolu 61 (3) u (4), għat-trasport ta' oġġetti li l-amministrazzjonijiet ferrovjarji jwettqu permezz ta' kontenituri kbar, li jużaw impriżi ta' trasport bħala intermedjarji u li jagħmlu użu ta' Noti ta' trasferiment ta' tip ippreparat speċifikament għall-użu bħala dokument ta' transitu u li jsir referenza għaliha għall-finijiet ta' dan l-Appendiċi bħala "Nota ta' trasferiment TR". Dawn l-operazzjonijiet jinkludu, skond kif ikun il-kaz, id-dispaċċ ta' kunsinni minn impriżi ta' trasport li jużaw mezzi ta' trasport oħra li m'humiex dawk ferrovjarji, fil-pajjiż tal-kunsinna lill-istazzjon ferrovjaraju tat-tluq f'dak il-pajjiż u fil-pajjiż tad-destinazzjonimill-istazzjoni ferrovjarju tal-wasla f'dak il-pajjiż u kull trasport bil-baħar fil-proċess ta' moviment bejn dawn iż-żewġ stazzjonijiet.

Definizzjonijiet

Artikolu 45

Għall-finijiet ta' l-Artikoli 44 sa 60 u l-Artikolu 61 (3) u (4):

1. "Impriża ta' trasport" tfisser impriża kostitwita mill-amministrazzjonijiet ferrovjarji bħala entità korporata li tagħha huma membri, tali impriża tkun imwafqqa bil-għan li jiġu trasportati oġġetti permezz ta' kontenituri kbar skond il-kopertura ta' Noti ta' Trasferiment;

2. "kontejner kbir" ifisser tagħmir għall-ġarr ta' oġġetti li huwa:

- ta' natura permanenti,

- disinjat speċifikament sabiex jiffaċilita l-ġarr ta' oġġetti, mingħajr ksur tat-tagħbija, minn waħda jew aktar mezzi ta' Trasport,

- disinjati għall-attakkament u/jew trasferiment faċli,

- disinjati b'mod li tista' tiġi siġillata f'mod effettiv meta l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 53 jeħtieġ li jsir dan,

- ta' tali daqs li l-ispazju konfinat mill-erba' angoli esterni fil-baxx mhux inqas minn 7 m2.

3. "Nota ta' trasferiment TR" tfisser id-dokument li jikkomprendi fih il-kuntratt ta' ġarr li bih l-impriża tat-trasport jirranġa għal waħda jew aktar kontenituri kbar sabiex jiġarru minn konsenjatur sa destinatarju fi trasport internazzjonali. In-nota ta' trasferiment TR għandha tkun ennumerata b'numru serjali fil-kantuniera ta' fuq tan-naħa tal-lemin sabiex tista' tiġi identifikata. Dan in-numru jkun magħmul minn sitt ċifri, tlieta minnhom jiġu qabel u tlieta minnhom jiġu wara l-ittri "TR".

In-Nota ta' Trasferiment TR trid tikonsisti fis-segwenti folji, f'ordni numeriku:

1: | — | folja għall-uffiċċju ewlieni ta' impriża tat-trasport, |

2: | — | folja għar-rappreżentant nazzjonali ta' l-impriża tat-trasport fl-istazzjon tad-destinazzjoni, |

3 A: | — | folja għad-dwana, |

3 B: | — | folja għall-konsenjat, |

4: | — | folja għall-uffiċċju ewlieni ta' impriża tat-trasport, |

5: | — | folja għar-rappreżentant nazzjonali ta' l-impriża tat-trasport fl-istazzjon tat-tluq, |

6: | — | folja għall-konsenjatur. |

Kull folja tan-Nota ta' trasferiment TR, bl-eċċezzjoni ta' folja 3 A, jkollha linja ħadra wiesgħa ċirka erba' ċentimetri għat-tul kollu tat-tarf tan-naħa tal-lemin.

4. "Lista ta' kontenituri kbar", minn hawn 'il quddiem imsejħa bħala "lista", tfisser id-dokument mqabbad man-nota tat-Trasferiment TR, li tifforma parti integrali minnha li hija intiża sabiex tkopri l-kunsinna ta' numru ta' kontenituri kbar mill-istess stazzjon tat-tluq għall-istess stazzjon ta' destinazzjoni, li f'liema stazzjonijiet iseħħu l-formalitajiet doganali.

In-numru ta' listi jridu jintwerew fil-kaxxa użata għad-deskrizzjoni tad-dokumenti li jkunu qed jakkumpanjaw in-Nota ta' Trasferiment TR. Minn barra dan, in-numru serjali tan-nota rilevanti ta' trasferiment TR tkun imdaħħla fil-kantuniera ta' fuq tan-naħa tal-lemin ta' kull lista.

Valur legali tad-dokument użat

Artikolu 46

In-Nota ta' Trasferiment TR użat mill-impriża tat-trasport tkun trattata bħall-ekwivalenti għal dikjarazzjoni T 1 jew T 2, skond kif ikun il-każ.

Kontroll ta' rekords; informazzjoni li trid tiġi mogħtija

Artikolu 47

1. F'kull pajjiż l-impriża ta' trasport trid, għall-finijiet ta' kontroll, tagħmel disponibbli lill-awtoritajiet doganali permezz tar-rappreżentant jew rappreżentanti nazzjonali, it-tagħrif miżmuma fl-uffiċċju jew uffiċċji tal-kontabilitià jew f'dawk tar-rappreżentant jew rappreżentanti nazzjonali.

2. Fuq talba ta' l-awtoritajiet doganali, l-impriża ta' trasport jew tar-rappreżentant jew rappreżentanti nazzjonali jridu jikkomunikawlhom kull dokumenti, rekords ta' kontijiet jew informazzjoni li għandha x'taqsam ma operazzjonijiet ta' ġarr ġa kompletati jew li għadhom għaddejin li l-awtoritajiet jaħsbu li għandhom ikunu informati dwarhom.

3. L-impriża ta' trasport jew ir-rappreżentant jew rappreżentanti nazzjonali tagħha jridu jinformaw:

(a) lill-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni ta' kull Noti ta' trasferiment TR, folja 1 li ntbagħtitilha mingħajr timbru doganali;

(b) l-uffiċċju doganali tat-tluq ta' kull Nota ta' trasferiment TR, folja 1 li ma tkunx ġiet ritornata lilha u li għar-rigward tagħha ma jkunx possibbli tistabbilixxi li l-kunsinna jew tkun ġiet ipprezentata korretament lill-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni jew tkun ġiet esportata mill-partijiet Kontraenti lill-pajjiż terz skond l-Artikolu 55.

Il-prinċipal

Artikolu 48

1. Għall-ġarr ta' oġġetti kif ipprovdut skond l-Artikolu 44 àċettati minn impriża tat-trasport f'pajjiz, l-amministrazzjoni ferrovjarja ta' dak il-pajjiz tkun il-prinċipal.

2. Għall-ġarr ta' oġġetti kif ipprovdut mill-Artikolu 44 aċċettata minn impriża tat-trasport f'pajjiż terz, l-amministrazzjoni ferrovjarja tal-pajjiż li minnha l-oġġetti jkunu daħlu fit- territorju tal-pajjizi kontraenti jkun il-prinċipal.

Formalitajiet doganali waqt il-ġarr b'mezz ieħor li m'huwiex dak ferrovjarju

Artikolu 49

Fejn formalitajiet doganali seħħew waqt ġarr ta' merkanzija b'mezz ieħor li mhuwiex dak ferrovjarju sa l-istazzjon tat-tluq jew mill-istazzjon tad-destinazzjoni, kontejner kbir wieħed biss jista' jkun kopert minn kull Nota ta' Trasferiment TR.

Tabella

Artikolu 50

L-impriża tat-trasport trid tiżgura li kunsinni trasportati skond il-proċedura ta' transitu huma identifikati permezz ta' tabelli li jkollhom fuqhom pittogramm, li kampjun tiegħu jidħer fl-Anness VIII ta' dan l-Appendiċi. It-tabelli jridu jkunu mwaħħla man-Nota ta' Trasferiment TR u mal-kontejner jew kontenituri kbar konċernati.

Modifikazzjoni tal-kuntratt ta' ġarr

Artikolu 51

Meta kuntratt tal-ġarr huwa modifikat sabiex:

- operazzjoni ta' ġarr ta' merkanzija li kellu jispiċċa l-barra mit-territorju ta' Parti Kontraenti jispiċċa fit-territorju ta' dik il-Parti Kontraenti,

- operazzjoni ta' ġarr li kellu jispiċċa fit-territorju ta' Parti Kontraenti tispiċċa barra mit-territorju tal-Parti Kontraenti,

l-impriża tat-trasport ma ġġibx fis-seħħ il-kuntratt modifikat ħlief jekk jkun sar ftehim minn qabel ma' l-uffiċċju tat-tluq.

Fejn il-kuntratt tal-ġarr ta' merkanzija huwa modifikat sabiex il-ġarr jispiċċa f'pajjiż tat-tluq, il-kuntratt modifikat jseħħ soġġett għall-kondizzjonijiet li jiġu stabiliti mill-awtoritajiet doganali ta' dak il-pajjiż.

Fil-każijiet l-oħra kollha, l-impriża tat-trasport tista' ġġib fis-seħħ il-kuntratt modifikat; hi trid tinforma minnufih l-uffiċċju tat-tluq tal-modifikazzjoni magħmula.

Moviment ta' l-oġġetti bejn partijiet kontraenti

Status doganali ta' oġġetti; listi; rinunzja ta' ħtieġa li tiġi prodotta n-nota ta' trasferiment fl- uffiċċju tat-tluq

Artikolu 52

1. Meta operazzjoni ta' ġarr ta' merkanzija tibda u hija destinata li tispiċċa fit-territorju tal-partijiet Kontraenti, in-Nota ta' Trasferiment TR tkun preżentata fl-uffiċċju tat-tluq.

2. Oġġetti, li t-trasport tagħhom jibda fil-Komunità jkunu konsidrati li qed jiċċaqalqu skond il-proċedura T 2. Jekk, iżda, l-oġġetti għandhom jiċċaqalqu skond il-proċedura T 1 l-uffiċċju tat-tluq għandu jindika fuq il-folji 2, 3 A u 3 B tan-Nota ta' Trasferiment TR li l-oġġetti li d-dokument jirreferi għalihom huma trasportati skond il-proċedura T 1; is-simbolu "T 1" għandu jidher b'mod ċar fil-kaxxa għall-użu doganali tal-folji 2, 3 A u 3 B tan-Nota ta' Trasferiment TR. Fil-każ ta' oġġetti li jkunu qed jiċċaqalqu skond il-proċedura T 2 is-simbolu "T 2" m'għandux bżonn jiddaħħal fid-dokument.

3. Oġġetti, li t-trasportazzjoni tagħhom tibda f'pajjiz ta' l-EFTA tkun ikkonsidrata li qiegħda tiċċaqlaq skond il-proċedura T . Jekk, iżda, l-oġġetti ser jiċċaqalqu skond il-proċedura T 2 skond id-disposizzjonijiet ta' l-artikolu 2 (3) (b) tal-Konvenzjoni l-uffiċċju tat-tluq irid jindika fuq folja 3 A tan-nota ta-trasferiment TR li l-oġġetti li d-dokument jirreferi għalihom huma trasportati skond il-proċedura T 2; is-simbolu "T 2" għandu jidher b'mod ċar fil-kaxxa għall-użu doganali tal-folja 3 A tan-Nota ta' Trasferiment TR flimkien mat-timbru ta' l-uffiċċju tat-tluq u l-firma ta' l-uffiċjal responsabbli. Fil-każ ta' oġġetti li jkunu qed jiċċaqalqu skond il-proċedura T 1 is-simbolu "T 1" m'għandux bżonn ikun imdaħħal fid-dokument.

4. Fejn, fil-kaz ta' trasportazzjoni ta' oġġetti li jibda fil-Komunità, jekk wieħed jew aktar kontenituri kbar trasportat skond il-kopertura ta' Nota ta' Trasferiment TR jikkontjeni oġġetti li jkunu qed jiċċaqalqu taħt proċedura T 1 u l-kontejner jew kontenituri l-oħra jikkontjenu biss oġġetti li jkunu qed jiċċaqalqu taħt proċedura T 2, referenza għall-kontejner jew kontenituri kbar li jikontjenu oġġetti li jkunu qed jiċċaqalqu skond il-proċedura T 1 trid issir mill-uffiċċju tat-tluq fil-kaxxa riżervata għall-użu doganali ta' folji 2, 3 A u 3 B tan-Nota ta' Trasferiment TR, li hemm fuqin-naħa opposta tas-simbolu "T 1".

5. Meta fil-każ ta' trasport ta' oġġetti li jibda f'pajjiż ta' l-EFTA jekk wieħed jew aktar kontenituri kbar trasportat skond il-kopertura ta' Nota ta' Trasferiment TR jikkontjeni oġġetti li jkunu qed jiċċaqalqu skond il-proċedura T 1 u l-kontejner jew kontenituri l-oħra jikkontjenu biss oġġetti li jkunu qed jiċċaqalqu skond il-proċedura T 2 skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 2 (3) (b) tal-Konvenzjoni, għandha issir riferenza għall-kontejner jew kontenituri kbar li jikkontjenu l-oġġetti li jkunu qed jiċċaqalqu skond il-proċedura T 2 mill-uffiċċju tat-tluq fil-kaxxa riżervata għall-użu doganali f'folja 3 A tan-nota ta' Trasferiment TR, fuq in-naħa opposta tas-simbolu "T 2", flimkien mat-timbru ta' l-uffiċċju tat-tluq u l-firma ta' l-uffiċjal responsabbli.

6. Fejn fil-każ ipprovdut fil-paragrafi 4 u 5 listi ta' kontenituri kbar huma użati, listi separati jridu jkunu kompletati għall-kontenituri li jikkontjenu oġġetti li jkunu qed jiċċaqalqu skond il-proċedura T 1 u għall-kontenituri li jikkontjenu biss oġġetti li qed jiċċaqalqu skond il-proċedura T 2. dawn il-listi għandu ikollhom fuqhom numru serjali sabiex jistgħu jiġu identifikati.

Fil-każ ta' trasport ta' oġġett li jibda fil-Komunità referenza għan-numru(i) serjali tal-lista(i) ta' kontenituri kbar li jkunu qed jiċċaqalqu skond il-proċedura T 1 għandha tiddaħal mill-uffiċċju tat-tluq fil-kaxxa riżervata għal-użu doganali fuq folji 2, 3 A u 3 B tan-Nota ta' Trasferiment TR, fuq in-naħa opposta tas-simbolu "T 1".

Fil-każ ta' ġarr ta' oġġetti li jibda f'pajjiż ta' l-EFTA, referenza għan-numru(i) serjali tal-lista(i) ta' kontenituri kbar li fihom oġġetti li jkunu qed jiċċaqalqu skond il-proċedura T 2 skond l-Artikolu 2 (3) (b) tal-Konvenzjoni għandha tidaħħal mill-uffiċċju tat-tluq fil-kaxxa riżervata għal-użu doganali fuq folja 3 A tan-Nota ta' Trasferiment TR, fuq in-naħa opposta tas-simbolu "T 2", flimkien mat-timbru ta' l-uffiċċju tat-tluq u l-firma ta' l-uffiċjal responsabbli.

7. Il-folji kollha tan-Nota ta' Trasferiment TR jridu jkunu ritornati lill-parti konċernata.

8. Kull Stat Membru tal-Komunità jista' jippermetti li oġġetti li jkunu qed jiċċaqalqu skond il-proċedura T 2 jistgħu, taħt kondizzjonijiet u bl-eċċezzjonijiet li hija jew li l-Komunità jistabbilixxu, jitpoġġew skond il-proċedura T 2 mingħajr ma jkun neċessarju li tiġi preżentata fl-uffiċċju tat-tluq in-Nota ta' Trasferiment TR li tirreferi għal dawk l-oġġetti.

Kull pajjiż ta' l-EFTA jista' jipprovdi li oġġetti li jkunu qed jiċaqalqu skond il-proċedura T 1 jiġu trasportati skond il-proċedura T 1 mingħajr il-ħtieġa ta' Nota ta' Trasferiment TR jiġu preżentati f'uffiċċju tat-tluq.

9. In-Nota ta' Trasferiment TR trid tiġi prezentata f'uffiċċju doganali - minn hawn 'il quddiem imsemmija bħala l-uffiċċju tad- destinazzjoni - li fiha ssir dikjarazzjoni bil-għan li l-oġġetti in kwistjoni li jkunu qed jiddaħħlu għall-użu domestiku taħt xi proċedura oħra tad-dwana.

Miżuri ta' identifikazzjoni

Artikolu 53

Identifikazzjoni ta' oġġetti trid tiġi żgurata skond l-Artikolu 11 tal-Konvenzjoni. Iżda, fil-każijiet fejn, b'qbil mad-disposizzjonijiet applikabbli fil-partijiet kontraenti, in-Nota ta' Trasferiment TR mhijiex preżenatat fl-uffiċċju tat-tluq, id-dwana, wara li jiġi kunsidrati l-miżuri ta' identifikazzjoni meħuda mill-aministrazzjonijiet ferrovjarji, m'għandhomx normalment jissigillaw il-kontenituri il-kbar. Jekk sigilli doganali huma mwaħħla, l-ispazju riżervat għall-użu doganali f'folji 3 A u 3 B tan-Nota ta' Trasferiment TR jridu jkunu debitament mimlija.

Użu ta' folji ta' noti ta' trasferiment

Artikolu 54

1. L-impriża tat-trasport trid tippreżenta lill-uffiċċju doganali ta' destinazzjoni folji 1, 2 u 3 A tan-Nota ta' Trasferiment TR.

2. L-uffiċċju ta' destinazzjoni trid minnufih tirritorna l-folji 1 u 2 lill-impriża tat-trasport wara li tkun ittimbrathom u trid iżżomm folja 3 A.

Ġarr ta' oġġetti lejn jew minn pajjiżi terzi

Ġarr lejn pajjiżi terzi

Artikolu 55

1. Meta operazzjonijiet ta' trasport ta' oġġetti jibdew fit-territorju tal-partijiet kontraenti u għandhom jispiċċaw barra mit-territorju tal-partijiet kontraenti, l-Artikoli 52 u 53 japplikaw.

2. L-uffiċċju doganali għall-istazzjon tal-fruntiera li minnha l-oġġetti jitilqu t-territorju tal-partijiet kontraenti għandu jaġixxi bħala uffiċċju tad-destinazzjoni.

3. L-ebda formalitajiet mgħandhom bżonn iseħħu fl-uffiċċju tad-destinazzjoni.

Trasport ta' merkanzija minn pajjiżi terzi

Artikolu 56

1. Fejn operazzjoni ta' trasport ta' oġġeti jibda barra mit-territorju tal-partijiet kontraenti u huwa destinat li jispiċċa fit-territorju tal-partijiet kontraenti, l-uffiċċju doganali għall-istazzjon tal-fruntiera li minnha l-oġġetti jidħlu, l-partijiet kontraenti jaġixxu bħala l-uffiċċju tat-tluq. L-ebda formalitajiet m'għandhom bżonn iseħħu fl-uffiċċju tat-tluq.

2. L-uffiċċju doganali li fih jiġu ppreżentati l-oġġetti għandu jaġixxi bħala l-uffiċċju tad-destinazzjoni.

Il-formalitajiet li hemm provduti fl-Artikolu 54 jridu jsiru fl-uffiċċju tad-destinazzjoni.

Ġarr ta' oġġetti fi transitu minn ġot-territorju tal- Partijiet Kontraenti

Artikolu 57

1. Fejn operazzjoni ta' trasport ta' oġġetti tibda u hija destinata li tispiċċa barra mit-territorju tal-partijiet kontraenti, l-uffiċċju doganali li għandhom jaġixxu bħala l-uffiċċju tat-tluq u l-uffiċċju tad-destinazzjoni jkunu dawk imsemmija fl-Artikolu 56 (1) u 55 (2) rispettivament.

2. L-ebda formalitajiet mgħandhom bżonn iseħħu fl-uffiċċji tat-tluq jew tad-destinazzjoni.

Status doganali ta' oġġetti minn pajjiżi terzi jew fi transitu

Artikolu 58

Oġġetti li huma trasportati skond l-Artikoli 56 (1) jew 57 (1) ikunu kunsidrati bħallikieku qed jiċċaqilqu skond il-proċedura T 1 sakemm dokument T 2 L li jiċċertifika l-istatus Komunitarju ta' l-oġġetti konċernati huma sottomessi fir-rigward tagħhom.

Disposizzjonijiet statistiċi

Artikolu 59

(Dan l-Appendiċi ma jikkontjenix Artikolu 59.)

Disposizzjonijiet oħra

Disposizzjonijiet ta' l-Appendiċi I li m'humiex applikabbli

Artikolu 60

Id-disposizzjonijiet tat-Titoli II u III ta' l-Appendiċi I tal-Konvenzjoni mxejna bl-applikazzjoni ta' dan il-Kapitolu partikolarment l-Artikoli12 (3) sa (6), Artikoli 17 u 23, Artikoli 26 (1) u Artikoli 41 tagħha, ma japplikawx.

Skop tal-proċedura normali u tal-proċedura simplifikata

Artikolu 61

1. Id-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 29 sa 43 ma jwaqqfux l-użu tal-proċedura li hemm provdut fl-Appendiċi I, f'liema każ l-Artikoli 31 u 33 nonostante dan japplikaw.

2. F'dan il-każ, referenza trid tiddaħħal f'mod ċar fid-dokument jew dokumenti ta' transitu użati fil-kaxxa 32 jew kaxxa 20, rispetttivament, fiż-żmien meta n-nota ta' Kunsinna Internazzjonali jew in-nota ta' Kunsinna Internazzjonali ta' pakki Express hija mimlija. Din ir-referenza trid tispeċifika t-tip, uffiċċju ta' rilaxx, data u numru ta' reġistrazzjoni ta' kull dokument użat.

Aktar minn dan, folja 2 tan-nota ta' Kunsinna Internazzjonali jew in-nota ta' Kunsinna Internazzjonali ta' pakki Express trid tkun ittimbrata mill-awtoritajiet ferrovjarji responsabbli għall-aħħar stazzjon ferrovjarju involut fl-operazzjoni ta' transitu. L-awtorità trid tittimbra d-dokument wara li tivverifika li t-trasport ta' oġġetti huwa kopert mid-dokument jew dokumenti ta' transitu msemmija.

Meta l-operazzjonijiet ta' transitu msemmija fil-paragrafu 1 u fl-ewwel sub-paragrafu ta' dan il-paragrafu jispiċċaw f'pajjiż ta' l-EFTA, dak il-pajjiż jista' jistipula li folja 2 tan-nota ta' Kunsinna Internazzjonali jew in-nota ta' Kunsinna Internazzjonali ta' pakki Express trid tkun preżentata fl-uffiċċju doganali responsabbli għall-aħħar stazzjon involut fl-operazzjoni ta' transitu. Dak l-uffiċċju doganali għandu jittimbra l-folja wara li jivverifika li l-ġarr ta' oġġetti huwa kopert mid-dokument jew dokumenti ta' Transitu imsemmija.

3. Il-proċedura provduta mill-Appendiċi I ma tistax tintuża meta l-Artikoli 44 sa 58 huma applikati.

4. Fejn operazzjoni ta' transitu iseħħ skond il-kopertura ta' nota ta' trasfeiment TR skond l-Artikoli 44 sa 58, in-nota ta' kunsinna Internazzjonali użata għall-operazzjoni tkun eskluża mill-iskop ta' l-Artikoli 29 sa 43, 59 u 60, u Artikolu 61 (1) u (2). In-nota ta' kunsinna Internazzjonali trid ikollha fuqha referenża ċara fil-kaxxa 32 tan-Nota ta' Trasferiment TR. Din ir-referenża trid tinkludi fiha l-kliem "Nota ta' trasferiment" segwita min-numru serjali.

KAPITOLU II

SIMPLIFIKAZZJONI TAL-FORMALITAJIET LI GĦANDHOM ISEĦĦU FL-UFFIĊĊJU TAT-TLUQ U TAD-DESTINAZZJONI

Ġenerali

Artikolu 62

Kull pajjiż jista' jissimplifika l-formalitajiet relatati mal-proċeduri ta' transitu li għandhom iseħħu fl-uffiċċju tat-tluq u d-destinazzjoni fit-territorju tiegħu skond id-disposizzjonijiet segwenti.

Formalitajiet fl-uffiċċju tat-tluq

Il-kunsenjatur awtorizzat

Artikolu 63

L-awtoritajiet doganali ta' kull pajjiż jistgħu jawtorizzaw kull persuna li taderixxi għall-kondizzjonijiet imqiegħda mill-Artikolu 64 u li għandha l-intenzjoni li tagħmel operazzjoni ta' transitu (minn hawn 'il quddiem imsemmija bħala "il-konsenjatur awtorizzat") li ma tippreżentax fl-uffiċċju tat-tluq jew l-oġġetti konċernati jew id-dikjarazzjoni ta' transitu tagħha.

Kondizzjonijiet ta' l-awtorizzazzjoni

Artikolu 64

1. L-awtorizzazzjoni pprovduta fl-Artikolu 63 tkun konċessa lill-persuni:

(a) li frekwentement jikkonsenjaw oġġetti;

(b) li r-rekords tagħhom jagħmluha possibbli għall-awtoritajiet doganali sabiex jivverifikaw l-operazzjonijiet tagħhom; u

(ċ) li, meta garanzija hija mitluba skond il-proċedura T 1 jew T 2, jipprovdu garanzija komprensiva.

2. L-awtoritajiet doganali jistgħu ma jagħtux l-awtorizzazzjoni minn persuni li ma jistgħux joffru is-salvagwardji li huma jikonsideraw neċessarji.

3. L-awtoritajiet jistgħu jirtiraw l-awtorizzazzjoni partikolarment meta konsenjatur awtorizzat ma jaderixxix aktar għall-kondizzjonijiet tal-paragrafu 1 jew mhuwiex aktar fil-pożizzjoni li joffri s-salvagwardji msemmija fil-paragrafu 2.

Kontenut ta' l-awtorizzazzjoni

Artikolu 65

L-awtorizzazzjoni rilaxxjata mill-awtoritajiet doganali trid tispeċifika partikolarment:

(a) l-uffiċċju jew uffiċċji doganali li huma uffiċċju awtorizzati tat-tluq għall-kunsinni;

(b) il-perjodu li fih, u l-proċedura li biha, il-konsenjatur awtorizzat għandu jinforma lill-uffiċċju tat-tluq tal-kunsinni li għandhom jintbagħtu, sabiex l-uffiċċju jista' jagħmel kull kontroll neċessarju qabel it-tluq ta' l-oġġetti;

(ċ) il-perjodu li fih l-oġġetti jridu jkunu preżentati fl-uffiċċju tad-destinazzjoni; u

(d) il-miżuri ta' l-identifikazzjoni li għandhom jittieħdu. Għal dan il-għan l-awtoritajiet doganali jistgħu jippreskrivu li l-mezz ta' trasport jew il-pakk jew pakki għandu ikollhom fuqhom sigilli speċjali, àċettati mill-awtoritajiet doganali u mwaħħla mill-konsenjatur awtorizzat.

Awtentikazzjoni bil-quddiem

Artikolu 66

1. L-awtorizazzjoni trid tistpola li l-kaxxa riżervata għall-uffiċċju tat-tluq fuq in-naħa ta' quddiem tal-formola tad-dikjarazzjoni T 1 jew T 2

(a) tkun ittimbrata bil-quddiem bit-timbru ta' l-uffiċċju tat-tluq u tkun iffirmata minn uffiċjal ta' dak l-uffiċċju; jew

(b) tkun ittimbrata minn konsenjatur approvat b'timbru speċjali tal-metall approvata mill-awtoritajiet doganali u konformi mall-kampjun fl-Anness IX ta' dan l-Appendiċi. Il-marka tat-timbru tista' tkun stampata minn qabel fuq il-formola fejn l-istampar għandu jsir minn stampatur approvat għal dawk l-fini.

Il-konsenjatur awtorizzat għandu jimla l-kaxxa billi jindika d-data tal-kunsinna ta' l-oġġetti u għandu jalloka lid-dikjarazzjoni n-numru skond ir-regoli mqiegħda għal dak il-għan fl-awtorizzazzjoni.

2. Awtoritajiet doganali jistgħu jippreskrivu l-użu ta' formoli li jkollhom fuqhom marka distintiva bħala mezz ta' identifikazzjoni.

Formalitajiet mat-tluq ta' oġġetti

Artikolu 67

1. Il-konsenjatur awtorizzat għandu, mhux aktar tard miż-żmien tad-dispaċċ ta' l-oġġetti, idaħħal fuq in-naħa ta' quddiem tal-kopji 1, 4 u 5 tad-dikjarazzjoni T 1 jew T 2 debitament mimlija fil-kaxxa "Kontroll tal-uffiċċju tat-tluq" dettalji tal-perjodu li fih l-oġġetti jridu jkunu preżentati fl-uffiċċju tad-destinazzjoni u l-miżuri ta' identifikazzjoni applikati u waħda mis-segwenti kitbiet:

- Procedimiento simplificado

- Forenklet procedure

- Vereinfachtes Verfahren

- Απλουστευμέυη διαδικασια

- Simplified procedure

- Procédure simplifiée

- Procedura semplificata

- Vereenvoudigde regeling

- Procedimento simplificado

- Yksinkertaistettu menettely

- Einföldun afgreidslu

- Forenklet prosedyre

- Förenklat förfarande

2. Wara id-dispaċċ ta' l-oġġetti, kopja 1 trid tintbagħat mingħajr telf ta' żmien fl-uffiċċju tat-tluq. L-awtoritajiet doganali jistgħu jipprovdu, fl-awtorizzazzjoni, li kopja 1 tkun mibgħuta lill-uffiċċju tat-tluq malli d-dikjarazzjoni T 1 jew T 2 tkun kompluta. Il-kopji l-oħra jridu jakkumpanjaw l-oġġetti skond id- disposizzjonijiet ta' l-Appendiċi I.

3. Meta l-awtoritajiet doganali tal-pajjiż tat-tluq jagħmlu xi kontroll fuq it-tluq ta' kunsinna, huma jridu jżommu rekord ta' dan fil-kaxxa "Kontroll mill-uffiċċju tat-tluq" fuq in-naħa ta' quddiem tal-kopji 1, 4 u 5 tad- dikjarazzjoni T 1 jew T 2.

Il-prinċipal

Artikolu 68

Id-dikjarazzjoni T 1 jew T 2, debitamet mimlija u awtorizzata kif speċifikat fl-Artikolu 67 (1), trid tkun trattata bħala ekwivalenti għad-dokument T 1 jew dokument T 2 skond il-każ, u l-konsenjatur awtorizzat li ffirma d-dikjarazzjoni jkun il-prinċipal.

Rinunzja ta' firma

Artikolu 69

1. L-awtoritajiet doganali jistgħu jawtorizzaw lill-konsenjatur awtorizzat sabiex ma jiffirmax id-dikjarazzjonijiet T 1 jew T 2 li jkollhom fuqhom it-timbru speċjali msemmi fl-Anness IX ta' dan l-Appendiċi meta tali dikjarazzjonijiet u timbru huma prodotti b'sistema elettronika jew awtomatika ta' ipproċessar ta' informazzjoni. Tali awtorizzazzjoni tkun soġġetta għall-kondizzjonijiet li l-konsenjatur awtorizzat jkun preċedentement ta lil dawk l-awtoritajiet ftehim bil-miktub fejn huwa juri li huwa konxju li huwa l-prinċipal għall-operazzjonijiet kollha T 1 jew T 2 li jseħħu skond il-kopertura ta' dokumenti T 1 jew T 2 li jkollhom fuqhom it-timbri speċjali.

2. Dokumenti T 1 jew T 2 ippreparati skond il-paragrafu 1 irid ikollhom fil-kaxxa riżervata għall-firma tal-prinċipal waħda mis-segwenti frazijiet:

- Dispensa de firma

- Fritaget for underskrift

- Freistellung von der Unterschriftsleistung

- Δευ απαιτείται υπογραφή

- Signature waived

- Dispense de signature

- Dispensa dalla firma

- Van ondertekening vrijgesteld

- Dispensada a assinatura

- Vapautettu allekirjoituksesta

- Frátekid fyrir undirskrift

- Fritatt for underskrift

- Befriad trän underskrift

Responsabilità tal-konsenjatur awtorizzat

Artikolu 70

1. Il-konsenjatur awtorizzat għandu:

(a) iħares id-disposizzjonijiet ta' dan il-Kapitlu u l-kondizzjonijiet ta' l-awtorizzazzjoni; u

(b) jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jiżgura s-salvagwardja tat-timbru speċjali jew tal-formoli li jkollhom fuqhom il-marka tat-timbru ta' l-uffiċċju tat-tluq jew il-marka tat-timbru tat-timbru speċjali.

2. Fil-każ ta' użu irregolari minn persuna ta' formoli ttimbrati bil-quddiem bit-timbru ta' l-uffiċċju doganali responsabbli jew bit-timbru speċjali, il-konsenjatur awtorizzat jkun responabbli, mingħajr preġudizzju għal kull proċeduri kriminali, għall-ħlas ta' dażji u piżijet oħra pagabbli f'pajjiż partikolari għar-rigward oġġetti trasportati skond il-kopertura ta' tali formoli sakemm mhux għax jista' jissodisfa lill-awtoritajiet doganali li kienu awtorizzawh li ħa miżuri mitluba minnu skond il-paragrafu 1 (b).

Formalitajiet fl-uffiċċju tad-destinazzjoni

Id-destinatarju awtorizzat

Artikolu 71

1. L-awtoritajiet doganali ta' kull pajjiż jistgħu ma jippreżentawx fl-uffiċċju tad-destinazzjoni ta' l-oġġetti trasportati skond il-proċedura T 1 jew T 2 meta oġġetti huma intiżi għall-persuna li taderixxi għall-kondizzjonijiet preskritti fl-Artikolu 72 (minn hawn 'il quddiem imsemmija bħala "id-destinatarju awtorizzat") awtorizzat bil-quddiem mill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż responsabbli għall-uffiċċju tad-destinazzjoni.

2. F'tali każ, il-prinċipal għandu ikun osserva l-obbligi kollha imposti mid-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 13 (a) ta' l-Appendiċi I meta l-kopji tad-dokument T 1 jew T 2 li akkumpanjaw il-kunsinna, flimkien mal-oġġetti sħaħ, kienu kunsinnjati fiż-żmien stipulat lid-destinatarju awtorizzat fil-fond tiegħu jew fil-postijiet speċifikati fl-awtorizzazzjoni, u b'osservanza xierqa tal-mizuri ta' identifikazzjoni.

3. Id-destinatarju awtorizzat għandu fuq talba ta' minn ikun qed iġorr jirrilaxxa riċevuta għal kull kunsinna konsenjata skond il-kondizzjonijiet tal-paragrafu 2 b'dikjarazzjoni li d-dokument u l-oġġetti kienu konsenjati.

Kondizzjonijiet ta' l-awtorizzazzjoni

Artikolu 72

1. , L-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 71 tkun konċessa biss lill-persuni:

(a) li frekwentement jirċievu kunsinni soġġett għall-kontroll doganali; u

(b) li r-rekords jagħtu lill-awtoritajiet doganali l-possibilità li jivverifikaw l-operazzjonijiet.

2. L-awtoritajiet doganali jistgħu jżommu l-awtorizzazzjoni minn persuni li ma jistgħux joffru s-salvagwardji li jikkonsideraw neċessarji.

3. L-awtorizzazzjoni tista' tiġi rtirata, partikolarment meta destinatarju awtorizzata ma taderixxix aktar għall-kondizzjonijiet tal-paragrafu 1 jew mhix aktar fil-posizzjoni li toffri salvagwardji msemmija fil-paragrafu 2.

4. Id-destinatarju awtorizzat għandu jħares il-kondizzjonijiet kollha li hemm provduti f'dan il-Kapitolu u fl-awtorizzazzjoni.

Kontenut ta' l-awtorizzazzjoni

Artikolu 73

1. L-awtorizzazzjoni rilaxxjata mill-awtoritajiet doganali trid tispeċifika partikolarment:

(a) l-uffiċċju jew uffiċċji doganali li huma uffiċċju awtorizzati tad-destinazzjoni għall-kunsinni li l-destinatarju awtorizzat jirċevi; u

(b) il-perjodu li fih, u l-proċeduri li bihom, l-destinatarju awtorizzat għandu jinforma l-uffiċċju tad-destinazzjoni tal-wasla ta' oġġetti, sabiex dak l-uffiċċju jkun jista' jgħamel kull kontrolli neċessarji mal-wasla ta' l-oġġetti.

2. Mingħajr preġudizzju għal Artikolu 76, awtoritajiet doganali jridu jispeċifikaw fl-awtorizzazzjoni jekk kull azzjoni mill-uffiċċju tad-destrinazzjoni hija rikjesta qabel mad-destinatarju awtorizzat jkun jista' jiddisponi minn oġġetti li jkunu waslu.

Obbligazzjonijiet ta' destinatarju awtorizzat

Artikolu 74

1. Destinatarju awtorizzat għandu għar-rigward ta' kunsinni li jaslu fil-fond tiegħu jew fil-postijiet speċifikat fl-awtorizzazzjoni:

(a) immedjatament jinforma lill-uffiċċju ta' destinazzjoni skond il-proċedura preskritta fl-awtorizzazzjoni ta' kull eċċessi fi kwantitajiet, nuqqasijiet, sostituzzjonijiet jew irregolaritajiet oħra bħalma huma siġilli mkissra; u

(b) jibgħat minnufih lill-uffiċċju tad-destinazzjoni il-kopji tad-dokument T 1 jew T 2 li akkumpanjaw il-kunsinna, bl-indikazzjoni tad-data tal-wasla u l-kondizzjoni ta' kull siġill imwaħħal.

2. L-uffiċċju tad-destinazzjoni jrid jieħu annotament xieraq ta' tali kopji tad-dokument T 1 jew T 2.

Disposizzjonijiet oħra

Kontrolli

Artikolu 75

L-awtoritajiet doganali jistgħu jagħmlu fuq konsenjaturi awtorizzati u fuq destinatarji awtorizzati kull kontroll li jikkonsideraw neċessarju. L-imsemmija konsenjaturi u destinatarji jridu jipprovdu l-informazzjoni kollha neċessarja u l-fàilitajiet kollha għal dan il-għan.

Esklużjoni ta' ċerti oġġetti

Artikolu 76

L-awtoritajiet doganali tal-pajjiż tat-tluq jew tad-destinazzjoni jistgħu jeskludu ċerti kategoriji ta' oġġetti mill-fàilitajiet li jipprovdu għalihom l-Artikoli 63 u 71.

Każ speċjali ta' kunsinni bil-ferrovija

Artikolu 77

1. (Dan l-Artikolu ma jikkontjenix paragrafu 1.)

2. Meta oġġetti trasportati skond l-Artikoli 29 sa 61 huma intiżi għad-destinatarju awtorizzat, l-awtoritajiet doganali iżda jistgħu, permezz ta' deroga mill-Artikolu 71 (2), u Artikolu 74 (1) (b), folji 2 u 3 tan-nota ta' kunsinna internazzjonali, folji 2 u 4 tan-nota internazzjonali ta' pakki Express jew folji 1, 2 u 3 A tan-Nota ta' Trasferiment TR għandhom jiġu konsenjati direttament mill-impriża ferrovjarja jew ta' trasport ta' l-uffiċċju tad-destinazzjoni.

KAPITOLU III

Artikolu 78 sa 81

(Dan l-Appendiċi ma jikkontjenix l-Artikoli 78 sa 81.)

TITOLU V

DISPOSIZZJONIJIET RELATATI MAD-DOKUMENT LI JIĊĊERTIFIKA L-ISTATUS KOMUNITARJU TA' OĠĠETTI LI MA JKUNUX QED JIĊĊAQALQU TAĦT IL-PROĊEDURA 2

(DOKUMENT T 2 L)

KAPITOLU I

RILAXX U UŻU TAD-DOKUMENT

Formoli - Skop

Artikolu 82

1. Id-dokument T 2 L għandu jinkiteb bl-użu tal-formoli msemmija fl-Artikolu 1 (7) ta' dan l-Appendiċi.

2. Dawn il-formoli jkunu mimlija skond in-noti spjegattivi li hemm fl-Anness VIII ta' l-Appendiċi III.

3. Id-dokument T 2 L jkun rilaxxjat għall-oġġetti li għandħom status komunitarju iżda m'humiex qed jiċċaqalqu skond il-proċedura T 2 bl-eċċezzjoni ta' oġġetti:

(a) li huma intiżi għall-esportazzjoni 'l barra mit-territorju tal-partijiet kontraenti; jew

(b) f'pakki li m'humiex ta' status komunitarju; jew

(ċ) trasportati skond il-proċedura għat-trasport internazzjonali ta' oġġetti skond il-kopertura ta' carnets TIR sakemm:

- oġġetti li huma destinati li jiġu mħottija fit-territorju ta' Parti Kontraenti huma trasportati flimkien mal-oġġetti li ser jiġu skarikati f'pajjiż terz; jew

- oġġetti huma trasportati mit-territorju ta' wieħed mill-partijiet kontraenti sa ieħor tramite pajjiż terz.

4. Id-dokument T 2 L jista' wkoll ikun rilaxxat għal rigward:

- kunsinni postali (li jinkludu pakki postali) li huma mibgħuta minn uffiċċju postali ta' Parti Kontraenti wieħed lill-uffiċċju postali ta' Parti Kontraenti oħra,

- oġġetti, li in vista ta' l-artikolu 49 ta' l-Appendiċi I, m'humiex trasportati skond il-proċedura T 2.

Kondizzjoni ta' ġarr dirett

Artikolu 83

Id-dokument T 2 L jista' jintuża għall-fini ta' ċertifikazzjoni ta' l-istatus Komunitarju ta' l-oġġetti li għalihom jirreferi biss jekk tali oġġetti huma trasportati direttament minn pajjiż għall-ieħor.

Is-segwenti jkunu meqjusa bħala trasportati direttament minn pajjiż wieħed għall-ieħor:

(a) oġġetti trasporti mingħajr ma jgħaddu minn ġo territorju ta' pajjiż terż;

(b) oġġetti trasport minn ġo territorju ta' pajjiż terż wieħed jew aktar iżda trasport ta' oġġetti minn ġo tali pajjiżi huwa kopert minn dokument ta' trasport singolu magħmul f'Parti Kontraenti.

Kondizzjonijiet ta' rilaxx; rilaxx retroattiv

Artikolu 84

1. Id-dokument T 2 L għandu, ħlief kif ipprovdut fl-Artikolu 92, jkun magħmul f'kopja waħdanija.

2. Id-dokument T 2 L u, fejn neċessarju, dokument(i) T 2 L biss jkunu awtentikati fil-kaxxa Ċ "Uffiċċju tat-tluq" ta' dawn id-dokumenti mill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż tat-tluq fuq applikazzjoni mill-persuna konċernata. Id-dokumenti jridu jkunu ritornati lill-persuna konċernata malli l-formalitajiet doganali konessi mad-dispaċċ ta' oġġetti lill-pajjiż tad-destinazzjoni jkunu ġew kompletati.

3. Għal kull raġuni valida l-persuna konċernata jista' jkollha dokument T 2 L mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż tat-tluq rilaxxjata b'effett retro-attiv; f'tali każ jkun mdaħħal fuqu bil-lewn aħmar waħda mis-segwenti frażijiet:

- Expedido a posteriori

- Udsted efterfølgende

- Nachträglich ausgestellt

- Εκδοθέν εκ των υστέρων

- Issued retroactively

- Délivré a posteriori

- Rilasciato a posteriori

- Achteraf afgegeven

- Emitido a posteriori

- Annettu jälkikäteen

- Útgefid eftirá

- Utstedt i etterhånd

- Utfärdat i efterhand

Użu ta' listi ta' tagħbija

Artikolu 85

1. Meta d-dokument T 2 L għandu jiġi kompletat għal rigward ta' kunsinna li tikkomprendi żewġ tipi jew aktar ta' oġġetti, id-dettalji li għandhom x'jaqsmu ma' dawk l-oġġetti jistgħu jiddaħħlu fuq waħda jew aktar listi ta' tagħbija li jaqaw fit-tifsira ta' l-Artikolu 5 (2), minflok tal-kaxxi 31 "Pakki u deskrizzjoni ta' oġġetti", 32 "Oġġett Nru", 33 "KodiċI Komunitarju", 35 "Massa Grossa (kg)", 38 "Massa netta (kg)", u, fejn applikabbli, 44 "Informazzjoni addizzjonali/Dokumenti Prodotti/certifikati u awtorizzazzjonijiet" tal-formoli meħtieġa sabiex jiġi komplut id-dokument T 2 L.

Meta listi ta' tagħbija huma użati, il-kaxxi in kwistjoni fid-dokument T 2 L għandhom ikunu maqtugħin.

2. Il-parti ta' fuq tal-kaxxa msemmija fl-Artikolu 6 (b) hija intiża għas-simbolu "T 2 L"; il-parti ta' isfel tal-kaxxa hija maħsuba għat-timbru doganali.

Il-kolonna "Pajjiż tad-dispaċċ/esportazzjoni" tal-listi ta' tagħbija m'għandhiex tiġi kompletata.

3. Il-lista ta' tagħbija trid tiġi preżenatat fl-istess numru ta' kopji bħad-dokument T 2 L li għaliha tirrelata; din trid tiġi ffirmata mill-persuna li tiffirma d-dokument T 2 L.

4. Meta tnejn jew aktar listi ta' tagħbija huma mqabbda ma' dokument wieħed T 2 L, tali listi ta' tagħbija għandu ikollhom fuqhom numru serjali assenjat mill-persuna konċernata; in-numru ta' listi ta' tagħbija mqabbda trid tkun imnizzla fil-kaxx tal-"listi ta' tagħbija" tal-formola użata sabiex jiġi ppreparat id-dokument T 2 L.

Produzzjoni tad-dokumenti T 2 L fid-destinazzjoni

Artikolu 86

1. Dokumenti T 2 L jridu jiġu preżentati fl-uffiċċju doganali fejn l-oġġetti ser jitpoġġew skond il-proċeduri doganali li ma jkunx dak li taħtu ġew trasportati.

2. Meta l-oġġetti jkunu ġew trasportati bil-baħar, bl-ajru jew bil-pipeline dokumenti T 2 L jkunu preżentati fl-uffiċċju doganali li fih l-oġġetti jitpoġġew skond il-proċedura doganali.

Kontroll ta' dokumenti T 2 L

Artikolu 87

Il-pajjiżi jridu jipprovdu bejniethom għajnuna reċiproka fil-verifika ta' l-awtentiċità ta' dokumenti T 2 L u l-preċiżjoni ta' l-informazzjoni li jikkontjenu.

Dokumenti T 2 L fi tliet kopji identiċi

Artikolu 88

(Dan l-Appendiċi ma jinkludix Artikolu 88.)

KAPITOLU II

PROĊEDURA SIMPLIFIKATA GĦAR-RILAXX TA' DOKUMENT T 2 L

Il-konsenjatur awtorizzat

Artikolu 89

L-awtoritajiet doganali ta' kull pajjiż jistgħu jawtorizzaw kull persuna minn hawn 'il quddiem imsemmija bħala "il-konsenjatur awtorizzat", li jissodisfa l-kondizzjonijiet impoġġija fl-Artikolu 90 u li għandu l-intenżjoni li jiddispaċċa oġġetti taħt dokument T 2 L, sabiex juża dan id-dokument mingħajr ma josserva d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 84 (2).

Kondizzjonijiet ta' l-awtorizzazzjoni

Artikolu 90

1. L-awtorizzazzjoni pprovduta fl-Artikolu 89 tkun konċessa biss lill-persuni:

(a) li frekwentement jikkonsenjaw oġġetti;

(b) li r-rekords tagħhom jagħmluha possibbli għall-awtoritajiet doganali sabiex jivverifikaw l-operazzjonijiet tagħhom.

2. L-awtoritajiet doganali jistgħu jżommu l-awtorizzazzjoni minn persuni li ma jistgħux joffru salvagwardji li huma jikkonsideraw neċessarji.

3. L-awtoritajiet jistgħu jirtiraw l-awtorizzazzjoni, partikolarment meta konsenjatur awtorizzazzat ma jaderixxix aktar għall-kondizzjonijiet tal-paragrafu 1 jew mhux aktar f'posizzjoni li jipprovdi aktar is-salvagwardji msemmija fil-paragrafu 2.

Kontenut ta' l-awtorizzazzjoni

Artikolu 91

1. L-awtorizzazzjoni rilaxxjata mill-awtoritajiet doganali trid tispeċifika partikolarment:

(a) l-uffiċċju doganali li ġie assenjat sabiex jawtentika minn qabel il-formoli użati fil-preparazzjoni tad-dokumenti T 2 L kif ipprovdut mill-Artikolu 92 (1) (a); u

(b) il-mod li biħ il-konsenjatur awtorizzat għandu jistabilixxi li dawk il-formoli kienu użati f'mod xieraq.

2. L-awtoritajiet doganali jridu jispeċifikaw il-perjodu li fih u l-mod li bih il-konsenjatur awtorizzat għandu jinnotifika lill-uffiċċju doganali responsabbli sabiex dak l-uffiċċju jista' jagħmel dawk il-kontrolli kollha neċessarji qabel it-tluq ta' l-oġġetti.

Awtentikazzjoni bil-quddiem ta' formalitajiet mat-tluq

Artikolu 92

1. L-awtorizzazzjoni trid tistipola li kaxxa ¬ "uffiċċju tat-tluq" fuq in-naħa ta' quddiem tal-formola użata fil-preparazzjoni tad-dokument T 2 L u, fejn neċessarju, dokument(i) T 2 L bis:

(a) jkunu ttimbrati bil-quddiem b'timbru ta' l-uffiċċju doganali imsemmi fl-Artikolu 91 (1) (a), u jkun iffirmat minn uffiċjal ta' dak l-uffiċċju; jew

(b) jkun ittimbrat mill-konsenjatur awtorizzat b'timbru speċjali tal-metall approvat mill-awtoritajiet doganali u li huma konformi mal-kampjun fl-Anness IX ta' dan l-Appendiċi. Il-marka tat-timbru tista' tkun stampata fuq il-formola jekk l-istampar huwa inkarigat f'idejn stampatur approvata għal dan il-għan.

2. Mhux aktar tard minn meta ssir il-kunsinna ta' oġġetti, il-konsenjatur awtorizzat għandu jimla l-formola u jiffirmaha. Minbarra dan, għandu jikteb fil-kaxxa riżervata għall-kontroll mill-uffiċċju tat-tluq l-isem ta' l-uffiċċju doganali responsabbli mid-data tal-mili tad-dokument, tali partikolari tad-dokument ta' esportazzjoni kif inhuma mitluba mill-pajjiż tat-tluq u waħda mis-segwenti kitbiet:

- Procedimiento simplificado

- Forenklet procedure

- Vereinfachtes Verfahren

- Απλουστευμέυη διαδικασια

- Simplified procedure

- Procédure simplifiée

- Procedura semplificata

- Vereenvoudigde regeling

- Procedimento simplificado

- Yksinkertaistettu menettely

- Einföldun afgreidslu

- Forenklet prosedyre

- Förenklat förfarande.

3. Il-formola, mimlija f'mod xieraq u kompletat fil-mod speċifilkata fil-paragrafu 2 u iffirmat mill-konsenjatur awtorizzat, jkun itrattat bħala ekwivalenti għall-dokument li jiċertifika l-istatus komunitarju ta' oġġetti.

Obbligu li ssir kopja

Artikolu 93

Il-konsenjatur awtorizzat għandu jagħmel kopja ta' kull dokument T 2 L rilaxxjat taħt dan il-Kapitolu. L-awtoritajiet doganali jridu jispeċifikaw il-kondizzjonijiet li taħthom id-dokument ikkopjat jikun preżentat għall-fini ta' kontroll u miżmum għal-mhux inqas minn sentejn.

Kontrolli fuq il-konsenjatur awtorizzat

Artikolu 94

Awtoritajiet doganali jistgħu jagħmlu fuq konsenjaturi awtorizzati kull kontroll li huma jidhrilhom neċessarju. L-imsemmija konsenjaturi jridu jgħatu l-informazzjoni u l-fàilitajiet kollha neċessarji għal dan il-għan.

Responsabilità tal-konsenjatur awtorizzat

Artikolu 95

1. Il-konsenjatur awtorizzat għandu:

(a) iħares id-disposizzjonijiet ta' dan il-kapitolu u ta' l-awtorizzazzjoni; u

(b) jieħu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jiżgura s-salvagwardja tat-timbru speċjali jew tal-formola li għandha fuqha l-marka tat-timbru ta' uffiċċji awtentikanti, kif imsemmi fl-Artikolu 91 (1) (a), jew tat-timbru speċjali.

2. Fil-każ ta' użu irregolari minn kull persuna ta' formoli li huma intiżi għall-użu fil-preparazzjoni tad-dokumenti T 2 L u li għandhom fuqhom il-marka tat-timbru ta' l-uffiċċju doganali msemmi fl-Artikolu 91 (1) (a) jew ta' timbru speċjali, għalhekk, mingħajr preġudizzju għal kull proċeduri kriminali, u sakemm huwa jista' jissodisfa lill-awtoritajiet doganali li kienu awtorizzawh li huwa ħa l-miżuri meħtieġa minnu taħt paragrafu 1 (b), il-konsenjatur awtorizzat jkun responsabli għall-ammont pagabbli in rispett tad-dazji u miżati oħra li ma tħallsux d' kull pajjiż b'konsegwenza ta' tali użu irregolari.

Esklużjoni ta' ċerti oġġetti

Artikolu 96

L-awtoritajiet doganali tal-pajjiż ta' esportazzjoni jistgħu eskludu ċerti kategoriji ta' oġġetti u tipi ta' traffiku mill-fàilitajiet li huma provduti f'dan il-Kapitolu.

--------------------------------------------------

ANNESS I

+++++ TIFF +++++

(Firma)

--------------------------------------------------

ANNESS II

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS III

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS IV

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS V

(recto)

TRANSITU KOMUNI TRANSITU KOMUNITARJU | A 000000 |

VAWĊER TA' GARANZIJA B'RATA FISSA Rilaxxjat minn:… … (Isem u l-indirizz ta' l-indiviwu jew ditta) (Impriża tal-garanti aċċettata fil-.… mill-uffiċċju tal-garanzija ta'…)… Dan il-vawċer huwa validu għall-ammont sa 7000 ECU għall-operazzjoni waħda T 1 jew T 2 li tibda… mhux aktar tard minn… u li għaliha l-prinċipal huwa.… (Isem u kunjom ta' l-individwu jew ditta) |

… | … |

(Firma tal-prinċipal) | (Firma u timbru tal-garanti) |

Din il-parti għandha tintela mill-uffiċċju tat-tluq Operazzjoni ta' transitu li seħħ taħt dokument T 1 / T 2 / T 2 ES / T 2 PT reġistrat… fil-… taħt… Nru. .… mill-… …Uffiċċju fil-… |

… | … |

(Timbru uffiċjali) | (Firma) |

--------------------------------------------------

ANNESS VI

(dan l-Appendiċi ma jikkontjenix Anness VI.)

--------------------------------------------------

ANNESS VII

LISTA TA' OĠĠETTI LI META TRASPORTATI JAGĦTU LOK GĦAL-ŻIEDA FIL- GARANZIJA TAR-RATA FISSA

1 | 2 | 3 |

Sistema Armonizzata Titlu Nru | Deskrizzjoni | Kwantità li tikkorispondi ma' l-Ammont standard ta' 7000 ECU |

02.01 | Laħam ta' annimali bovini, frisk jew mkessaħ | 3000 kg |

02.02 | Laħam ta' annimali bovini, friżati | 3000 kg |

ex 02.10 | Laħam ta' annimali bovini, melħin, fis-salmura, mnixxfin jew affumigati | 3000 kg |

04.02 | Ħalib u krema, konċentrata jew li tikontjeni zokkor miżjud jew materjal ieħor ħelu | 5000 kg |

04.05 | Butir u xaħmijiet oħra u żjut derivati mill-ħalib | 3000 kg |

04.06 | Ġobon u baqta | 3500 kg |

ex 09.01 | Kafè, mhux mixwi, kemm jekk huwa dekafinat jew le | 3000 kg |

ex 09.01 | Kafè, mixwi, kemm jekk huwa dekafinat jew le | 2000 kg |

09.02 | Te | 3000 kg |

ex 16.01 | Zalzett u prodotti simili tal-laħam, offal tal-laħam jew demm, ta' ħanżir domestiku | 4000 kg |

ex 16.02 | Laħam ieħor preparat jew preservat, skart tal-laħam jew demm, ta' ħanżir of domestiku | 4000 kg |

ex 16.02 | Laħam ieħor preparat jew preservat, offal tal-laħam jew demm, ta' annimali bovini | 3000 kg |

ex 21.01 | Estratti, essenza u konċentrati, tal-kafè | 1000 kg |

ex 21.01 | Estratti, essenzi u konċentrati, tat-tè | 1000 kg |

ex 21.06 | Preparazzjonijiet ta' l-ikel mhux speċifikati jew inklużi x'imkien ieħor, li jikkontjenu 18 jew aktar ta' xaħam tal-ħalib skond it-toqol | 3000 kg |

22.04 | Inbid mgħamul minn għeneb frisk, li jinkludi imbejjed iffortifikati; l-għenba trid ma tkunx taqa' taħt it-titolu Nru 20.09 | 15 hl |

22.05 | Vermut and inbid ieħor mgħamul minn għeneb frisk, inbid mgħamul minn għeneb frisk saporit bil-pjanti jew sustanzi aromatiċi | 15 hl |

ex 22.07 | Alkoħol etili mhux snaturat ta' saħħa alkoħolika skond il-volum ta' 80 % vol jew aktar | 3 hl |

ex 22.08 | Alkoħol etili mhux snaturat ta' saħħa alkoħolika skond il-volum ta' inqas minn 80 % vol | 3 hl |

ex 22.08 | Spirti, liqwuri u xorb ieħor li fihom l-ispirtu | 5 hl |

ex 24.02 | Sigaretti | 70000 oġġetti |

ex 24.02 | Sigarellos | 60000 oġġetti |

ex 24.02 | Sigarri | 25000 ioġġetti |

ex 24.03 | Tabakk tat-tipjip | 100 kg |

ex 27.10 | Żjut tal-pitrolju ħfief u medji u żjut tal-gas | 200 hl |

33.03 | Fwejjaħ u likwidi tat-twaletta | 5 hl |

--------------------------------------------------

ANNESS VIII

LABEL (Artikoli 33 sa 50)

+++++ TIFF +++++

Kulur: iswed fuq l-aħdar

--------------------------------------------------

ANNESS IX

TIMBRU SPEĊJALI

+++++ TIFF +++++

1. Arma ta' pajjiż

2. Uffiċċju doganali

3. Numru tad-dokument

4. Data

5. Konsenjatur awtorizzat

6. Awtorizzazzjoni

--------------------------------------------------

APPENDIĊI III

Artikolu 1

1. Il-formoli li fuqhom id-dikjarazzjonijiet T 1 jew T 2 huma magħmula skond l-Anness I sa IV ta' l-Appendiċi.

2. Id-dettalji li instabu fil-formoli għandhom jidhru permezz ta' proċess ta' self-copying:

(a) fil-każ ta' Annessi I u III fuq il-kopji mogħtija fl-Anness V;

(b) fil-każ ta' l-Annessi II u IV fuq il-kopji mogħtija fl-Anness VI.

3. Il-formoli jkunu mimlija u użati:

(a) bħala dikjarazzjonijiet T 1 jew T 2 in konformità man-noti spjegattivi fl-Anness VII;

(b) bħala dokumenti T 2 L in konformità man-noti spjegattivi kontenuti fl-Anness VIII.

Fiż-żewġ każijiet għandu jsir użu, fejn xieraq, tan-noti mogħtija fl-Anness IX.

Artikolu 2

1. Formoli jridu jkunu stampati fuq karta self-copying ippreparati għall-skopijiet ta' kitba u li jiżnu għall-inqas 40 grammi għal kull metru kwadru. Il-karta trid tkun suffiċjentement opaka sabiex l-informazzjoni miktuba fuq naħa waħda ma taffetwax il-leġibilità ta' l-informazzjoni fuq in-naħa l-oħra u s-saħħa għandha tkun tali li f'użu normali hi ma tiqattax jew titkemmex faċilment. Il-karta trid tkun ta' lewn abjad għall-kopji kollha. Iżda, fuq il-kopji użati għal transitu (1, 4, 5 u 7), kaxxi nri 1 (bl-eċċezzjoni tas-sud-diviżjoni tan-nofs), 2, 3, 4, 5, 6, 8, 15, 17, 18, 19, 21, 25, 27, 31, 32, 33 (l-ewwel sub-diviżjoni fuq in-naħa tax-xellug), 35, 38, 40, 44, 50, 51, 52, 53, 55 u 56 irid ikollhom sfond aħdar. Il-formoli jridu jkunu stampati b'inka ħadra.

2. L-għamla tal-formola trid tkun ta' 210 b'297 millimetri b'tolleranza massima ta' 5 millimetri inqas u 8 millimetri aktar għal dak li jirrigwarda t-tul tagħhom.

3. Partijiet kontraenti jistgħu jeħtieġu li l-formola turi ukoll l-isem u l-indirizz ta' l-istampatur jew il-marka li tagħmilha possibbli li jiġi identifikat l-istampatur.

4. Fil-kantuniera ta' fuq tan-naħa tax-xellug tal-formola il-partijiet kontraenti jistgħu jistampaw indikazzjoni li tiddentifika l-partijiet kontraenti konċernati. Huma jistgħu jistampaw ukoll il-kliem "TRANSITU KOMUNI" fil-post tal-kliem "TRANSITU KOMUNITARJU". Dokumenti li jkollhom fuqhom tali indikazzjoni jew espressjoni oħra tkun aċċettata meta tkun ippreżentata f'Parti Kontraenti oħra.

Artikolu 3

1. Meta formalitajiet huma kompletati bl-użu ta' kompjuters pubbliċi jew privati, l-awtoritajiet kompetenti jridu jawtorizzaw persuni li talbuhom sabiex tissostitwixxi l-firem miktubin bl-id ma' tagħmir tekniku paragunabbli, li jista', fejn applikabbli, ikun ibbażat fuq l-użu ta' kodiċijiet, u li għandu l-istess konsegwenzi legali bħall-firma miktuba bl-id. Din il-faċilità tkun konċessa biss jekk il-kondizzjonijiet tekniċi u amministrattivi imposti mill-awtoritajiet kompetenti jintlaħqu.

2. Meta formalitajiet huma kompletati bl-użu ta' kompjuters pubbliċi jew privati li jistampaw ukoll dikjarazzjonijiet, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipprovdu awtentikazzjoni diretta b'dawk is-sistemi tad-dikjarazzjonijiet prodotti f'dan il-mod, minflok l-applikazzjoni manwali jew mekkanika tat-timbru ta' l-uffiċċju doganali u l-firma ta' l-uffiċjal kompetenti.

--------------------------------------------------

ANNESS I

KAMPJUN TAL-FORMOLI GĦAD-DIKJARAZZJONI T 1 JEW T 2

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS II

KAMPJUN ALTERNATTIV TA' FORMOLA GĦAD-DIKJARAZZJONI T 1 JEW T 2

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS III

KAMPJUN TA' FORMOLA TA' FOLJA TA' KONTINWAZZJONI SABIEX TINTUŻA FLIMKIEN MAL-FORMOLA KAMPJUN LI TINSTAB FL-ANNESS I

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS IV

FORMOLA KAMPJUN TA' FOLJA TA' KONTINWAZZJONI SABIEX TINTUZA FLIMKIEN MAL-FORMOLA KAMPJUN LI TINSTAB FL-ANNESS II

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS V

INDIKAZZJONI TAL-KOPJI TAL-FORMOLA MOGĦTIJA FL-ANNESSI I U III LI FUQHA D-DETTALJI LI JINSTABU FIHA JRIDU JIDHRU PERMEZZ TA' PROĊESS SELF-COPYING

(kopja ta' l-għadd 1)

Nru tal-Kaxxa | Kopji | Nru tal-Kaxxa | Kopji |

I. KAXXA GĦALL-OPERAZZJONIJIET KUMERĊJALI |

1 | 1 sa 8 | 32 | 1sa 8 |

Ħlief is-sotto-diviżjoni tan-nofs: | 33 | L-ewwel sub-diviżjoni |

1 sa 3 | Fuq in-naħa tax-xellug |

2 | 1 sa 5 | 1 sa 8 |

3 | 1 sa 8 | Il-kumplament: |

4 | 1 sa 8 | 1 sa 3 |

5 | 1 sa 8 | 35 | 1 sa 8 |

6 | 1 sa 8 | 38 | 1 sa 8 |

8 | 1 sa 5 | 40 | 1 sa 5 |

15 | 1 sa 8 | 44 | 1 sa 5 |

17 | 1 sa 8 | 50 | 1 sa 8 |

18 | 1 sa 5 | 51 | 1 sa 8 |

19 | 1 sa 5 | 52 | 1 sa 8 |

21 | 1 sa 5 | 53 | 1 sa 8 |

25 | 1 sa 5 | 54 | 1 sa 4 |

27 | 1 sa 5 | 55 | - |

31 | 1 sa 8 | 56 | - |

II. KAXXI AMMINISTRATTIVI |

C | 1 sa 8 | G | - |

D | 1 sa 4 | H | - |

E | — | I | - |

F | — | — |

--------------------------------------------------

ANNESS VI

INDIKAZZJONI TAL-KOPJI TAL-FORMOLA MOGĦTIJA FL-ANNESSI II U IV LI FUQHA D-DETTALJI LI JINSTABU FIHA JRIDU JIDHRU PERMEZZ TA' PROĊESS SELF-COPYING

(kopja ta' l-għadd 1)

Nru tal-Kaxxa | Kopji | Nru tal-Kaxxa | Kopji |

I. KAXXI GĦALL-OPERAZZJONIJIET KUMERĊJALI |

1 | 1 sa 4 | 32 | 1 sa 4 |

Bl-eċċezzjoni tas-sub-diviżjoni tan-nofs: | 33 | L-ewwel sub-diviżjoni fuq ix-xellug |

2 | 1 sa 3 | 1 sa 4 |

3 | 1 sa 4 | Il-kumplament |

4 | 1 sa 4 | 1 sa 3 |

5 | 1 sa 4 | 35 | 1 sa 4 |

6 | 1 sa 4 | 38 | 1 sa 4 |

8 | 1 sa 4 | 40 | 1 sa 4 |

15 | 1 sa 4 | 44 | 1 sa 4 |

17 | 1 sa 4 | 50 | 1 sa 4 |

18 | 1 sa 4 | 51 | 1 sa 4 |

19 | 1 sa 4 | 52 | 1 sa 4 |

21 | 1 sa 4 | 53 | 1 sa 4 |

25 | 1 sa 4 | 54 | 1 sa 4 |

27 | 1 sa 4 | 55 | — |

31 | 1 sa 4 | 56 | — |

II. KAXXI AMMINISTRATTIVI |

C | 1 sa 4 | G | — |

D/J | 1 sa 4 | H | — |

E/J | — | I | — |

F | — | |

--------------------------------------------------

ANNESS VII

NOTI SPJEGATTIVI DWAR L-UŻU TAL-FORMOLA SABIEX ISIRU DIKJARAZZJONIJIET T 1 U T 2

TITOLU I

Rimarki ġenerali

A. Deskrizzjoni Ġenerali

Il-formoli msemmija fl-Annessi I sa IV ta' l-appendiċi għandhom jintużaw għall-moviment ta' l-oġġetti skond il-proċedura T 1 jew T 2 bejn il-pajjiżi konċernati (ħlief skond il-proċeduri simplifikati ta' transitu għall-ġarr ta' oġġetti minn ċerti mezzi ta' trasport).

Fil-każ ta' formoli msemmija fl-Annessi I u III ta' dan l-Appendiċi, il-kopji 1, 4, 5 u 7 biss għandhom jintużaw:

- kopja 1 li għandha tiġi ritenuta mill-awtoritajiet tal-pajjiż ta' dispaċċ/esportazzjoni (formalitajiet ta' dispaċċ u transitu),

- kopja 4 li għandha tinżamm mill-uffiċċju tad-destinazzjoni (formalitajiet ta' transitu u evidenza ta' status komunitarju ta' l-oġġetti),

- kopja 5 li hija l-kopja li hija l-kopja tar-return f'proċedura ta' transitu,

- kopja 7 li għandha tintuża għall-istatistika mill-pajjiżi tad-destinazzjoni (għal-formalitajiet ta' transitu u wasla/importazzjoni).

(Kopja 7 tista' tintuża għal skopijiet oħra amministrattivi skond il-ħtiġijiet tal-partijiet kontraenti.)

Il-formoli msemmija fl-Annessi II u IV ta' dan l-Appendiċi jistgħu jintużaw ukoll, partikolarment fejn id-dikjarazzjonijiet huma proċessati minn sistema kompjuterizzata. Żewġ settijiet, kull waħda tikkomprendi għall-inqas żewġ kopji 1/6, 2/7 u 4/5, għandhom jintużaw f'tali każijiet, l-ewwel sett imbagħad jiġi jikorrispondi, għar-rigward id-dettalji li għandhom jingħataw fiha, lill-kopji 1 u 4 hawn fuq, u t-tieni waħda għall-kopji 5 u 7.

Fil-każ, f'kull sett, in-numri tal-kopji li jkunu qed jitużaw jridu jiġu murija billi jitħassru n-numri, fil-marġni tal-formola, li jirreferu għall-kopji li ma jkunux qed jintużaw.

Kull sett li jaqa' taħt tali definizzjoni huwa disinjat sabiex l-informazzjoni li trid tiġi riprodotta fuq il-kopji varji jkunu riprodotti permezz ta' trattament kimiku tal-karta.

Dawn huma sitwazzjonijiet li fihom huwa essenzjali li jiġu provduti evidenza fid-destinazzjoni ta' l-istatus komunitarju ta' oġġetti in kwistjoni għalkemm ma sarx użu tal-proċedura T 1 jew T 2. F'tali każijiet jkun neċessarju li tiġi użata formola li hija konformi ma' kopja 4 tal-kampjun li jinstab fl-Anness I ta' l-appendiċi jew ta' kopja 4/5 tal-kampjun li jinstab fl-Anness II ta' dan l-Appendiċi. Dik il-formola trid tkun supplementata fejn neċessarju, b'formola waħda jew aktar li huma konformi ma kopja 4 jew ma kopja 4/5 tal-kampjun li jinstab fl-Annessi III u IV ta' l-appendiċi rispettivament jew tal-kampjun li jinstab fl-Annessi I u II ta' dan l-Appendiċi rispettivament, meta, fil-fil-każ ta' użu ta sistemi kompjuterizzati għall-ipproċessar ta' dikjarazzjonijiet li tirilaxxa tali dikjarazzjonijiet, il-formoli fl-Annessi III u IV ta' dan l-Appendiċi m'humiex użati bħala formoli supplementarji.

Negozjanti jistgħu wkoll, jekk jixtiequ, jużaw settijiet stampati privatament tat-tip li jikorispondi mal-għażla tagħhom diment li l-formola użata hija konformi mal-kampjun uffiċjali.

B. Dettalji meħtieġa

Il-formoli konċernati jikkontjenu d-dettalji kollha li jistgħu jkunu meħtieġa mill-pajjizi diversi. Jekk huwa obbligatorju li ċerti kaxxi jkunu mimlija, filwaqt li oħrajn iridu jkunu mimlija biss fuq talba tal-pajjiż li fiha l-formalitajiet huma kompletati. Għal dan ir-rigward is-sezzjoni ta' din in-nota spjegattiva li tittratta l-użu tal-varji kaxxi għandha tiġi esegwita mill-qrib.

In-numru massimu ta' kaxxi li jinħtieġu li jintlew huwa kif ser jingħad:

kaxxi 1 (bl-eċċezzjoni tat-tieni sub-diviżjoni), 2, 3, 4, 5, 6, 8, 15, 17, 18, 19, 21, 25, 27, 31, 32, 33 (l-ewwel sub-diviżjoni), 35, 38, 40, 44, 50, 51, 52, 53, 55, 56 (kaxxi bi sfond aħdar).

C. Struzzjonijiet għall-użu tal-formola

Il-formoli jridu jkunu kompletati bl-użu ta' typewriter jew proċess mekkaniku simili. Huma jistgħu jintlew wkoll f'mod leġġibli bl-id, f'inka u f'ittra kapitali. Sabiex jiġi faċilitat il-mili permezz ta' typewriter il-formola trid tidaħħal fil-magna f'tali mod li l-ewwel ittra tad-dettalji li jidaħħlu f'kaxxa 2 jitpoġġew fil-kaxxa ta' pożizzjoni fil-kaxxa ta' fuq tan-naħa xellugija.

Il-formoli ma jistgħux jikkontjenu tħassir jew kitba fuq oħra. Kull alterazzjoni trid issir permezz ta' qtugħ tad-dettalji żbaljati u, fejn xieraq, biż-żieda ta' dawk meħtieġa. Kull alterazzjoni magħmula f'dan il-mod għandu jitpoġġa l-inizjali mill-persuna li tkun qed tagħmilhom u awtentikata espressament mill-awtoritajiet kompetenti. Dan ta' l-aħħar jista' fejn huwa neċessarju, jeħtieġ li tiġi magħmula dikjarazzjoni ġdida.

Minn barra dan, il-formola tista' tkun kompletata bl-użu ta' proċess awtomatiku ta' reproduzzjoni minflok kull proċedura msemmija hawn fuq. Huma jistgħu wkoll ikunu prodotti u kompletati b'dan il-mezz iżda d-disposizzjonijiet għal dak li jirigwarda kampjuni, karta, daws, lingwa użata, leġibilità, projbizzjoni ta' tħassir u ta' alterazzjonijiet u għal dak li jirigwarda emendi huma strettament osservati.

Kaxxi numerati biss, fejn neċessarju, għandhom jiġu kompletati. Il-kaxxi, indikati mill-ittri kapitali, huma riżervati esklussivament għall-użu intern mill-amministrazzjonijiet.

Il-kopja li għandha tibqa' fl-uffiċċju tat-tluq għandu ikollha fuqha l-firma oriġinali tal-prinċipal. Il-firma oriġinali tal-prinċipal jew, fejn applikabbli, r-rappreżentant awtorizzat, jorbtu għal dak li jirigwarda d-dettalji kollha li għandhom x'jaqsmu ma' operazzjoni ta' transitu in segwitu ta' l-Appendiċi I għall-Konvenzjoni u kif deskritt f'sezzjoni B hawn fuq.

TITOLU II

Dettalji li għandhom jiddaħħlu f'kaxxi differenti

I. Formalitajiet fil-pajjiż tat-tluq

Kaxxa 1: Dikjarazzjoni

Id-dettalji li għandhom jiġu inklużi fit-tielet sub-diviżjoni ta' din il-kaxxa huwa kif ser jingħad:

1) Oġġetti dispaċċjati jew re-dispaċċjati skond il-proċedura T 2 minn wieħed mill-Istati Membri tal-Komunità għall-oħra

T2

2) Oġġetti esportati minn stati membru tal-Komunità għall-pajjiż ta' l-EFTA jew rekonsenjat f'pajjiz ta' l-EFTA, skond il-proċedura

T2

3) Oġġetti dispaċċjati jew esportati skond il-proċedura

T1

4) Kunsinna mħallta ta' oġġetti kemm tal-komunità kif ukoll mhux tal-komunità speċifikati f'formola addizzjonali separata jew listi ta' tagħbija għal kull tip ta' oġġett

T

5) Dispaċċ jew or re-dispaċċ/re-esportazzjoni ta' oġġetti mingħajr l-użu tal-proċedura T 2 iżda b'evidenza ta' l-istatus komunitarju ta' l-oġġetti

T 2 L

Kaxxa 2: Konsenjant/Esportatur

Din il-kaxxa mhix obbligatorja għall-partijiet kontraenti.

Daħħal l-isem, kunjom u indirizz sħiħ tal-persuna jew kumpannija konċernata. Sa fejn jikonċerna n-numru ta' identifikazzjoni, l-avviż jista' jkun kompletat mill-partijiet kontraenti (numru ta' identifikazzjoni allokata lill-persuna konċernata mill-awtoritajiet kompetenti għall-skopijiet fiskali, statistiċi jew skopijiet oħra).

Fil-każ ta' tagħbija ta' groupage, il-partijiet kontraenti jistgħu jipprovdu li l-kelma "varji" tidaħħal f'din il-kaxxa u li l-lista ta' konsenjanti tiġi mqabbda mad-dikjarazzjoni.

Kaxxa 3: Formoli

Daħħal in-numru serjali tas-sett u n-numru totali ta' settijiet tal-formoli u folji kontinwi użati (per eżempju, jekk hemm formola waħda u zewġ folji kontinwi, daħħal 1/3 fuq il-formola, 2/3 fuq l-ewwel folja ta' kontinwazzjoni u 3/3 fuq it-tieni folja ta' kontinwazzjonion).

Meta d-dikjarazzjoni tkopri biss oġġett wieħed (jiġifieri meta kaxxa waħda ta' "deskrizzjoni ta' oġġett" trid tkun mimlija) tikteb xejn f'kaxxa 3 iżda daħħal in-numru 1 fil-kaxxa 5.

Meta żewġ settijiet ta' 4 kopji huma użati minflok ta' sett wieħed ta' 8 kopji, iż-żewġ settijiet għandhom ikunu trattati bħala wieħed.

Kaxxa 4: In-numru tal-listi ta' Tagħbija

Daħħal fil-forma ta' figuri n-numri ta' kull listi ta' tagħbija mqabbda jew ta' kull listi kummerċjali deskrittivi awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti.

Kaxxa 5: Oġġetti

Daħħal in-numru totali ta' oġġetti dikjarati mill-persuna konċernata fin-numru totali ta' formoli u folji ta' kontinwazzjoni (jew listi ta' tagħbija jew listi kummerċjali) użati. In-numru ta' oġġetti għandu jikorrispondi man-numru ta' kaxxi ta' "deskrizzjoni ta' oġġetti" li għandhom jintlew.

Kaxxa 6: Pakki totali

Din il-kaxxa mhix obbligatorja għall-partijiet kontraenti. Daħħal in-numru totali ta' pakki li jiformaw il-kunsinna in kwistjoni.

Kaxxa 8: Riċevent

Daħħal l-isem, kunjom u indirizz sħiħ tal-persuna(i) jew kumpannija(i) lill-minn l-oġġetti għandhom jiġu konsenjati.

In-numru ta' identifikazzjoni m'għandux bżonn jintwera f'dan l-istadju.

Kaxxa 15: Pajjiż tad-dispaċċ/esportazzjoni

Daħħal l-isem fuq il-formola tal-pajjiż li minnha l-oġġetti huma dispaċċjati/esportati.

Kaxxa 17: Pajjiż ta' destinazzjoni

Daħħal l-isem tal-pajjiż konċernat.

Kaxxa 18: Identità u nazzjonalità tal-mezz tat-trasport fit-tluq

Daħħal l-identità, per eżempju numru(i) ta' reġistrazzjoni jew isem ta' mezz ta' trasport (trakk, vapur, vagun ferrovjarju, inġenju ta' l-ajru) li fuqu l-oġġetti huma mgħobbija direttament fuq preżentazzjoni fl-uffiċċju doganali fejn il-formalitajiet ta' dispaċċ/esportazzjoni jew transitu huma kompletati, segwiti mill-kodiċi ta' nazzjonalita tal-mezz ta' trasport (jew dik tal-vejilkolu li jkunu qed imexxu l-oħrajn jekk hemm numru ta' mezzi ta' trasport) skond il-kodiċi mpoġġija Għal dan il-għan, per eżempju, fil-każ ta' użu ta' tractor u trailer b'numri ta' liċenzja differenti, daħħal in-numri ta' reġistrazzjoni ta' kemm it-tractor u tat-trailer, flimkien man-nazzjonalità tat-tractor.

Fil-każ ta' kunsinni postali jew trasport permezz ta' installazzjonijiet fissi ta' trasport, xejn m'għandu jiddaħħal f'din il-kaxxa għall-rigward in-numru ta' reġistrazzjoni jew nazzjonalità. Fil-każ ta' ġarr bil-ferrovija, in-nazzjonalità għandha tiddaħħal.

F'każijiet oħra, dikjarazzjoni ta' nazzjonalità mhix obbligatorja għall-partijiet kontraenti.

Kaxxa 19: (Ctr)

Din il-kaxxa mhix obbligatorja għall-partijiet kontraenti.

Daħħal skond il-kodiċi li jinstabu fl-Anness IX ta' dan l-Appendiċi d-dettalju neċessarji għal dak li jirigwardja s-sitwazzjoni preżunta fil-fruntiera tal-pajjiż tad-dispaċċ/esportazzjoni, kif magħruf fiż-żmien ta' kompletezza tal-formalitajiet tad-dispaċċ/esportazzjoni jew transitu.

Kaxxa 21: Identità u nazzjonalità tal-mezz attiv ta' trasport li jkun qed jaqsam il-fruntiera

Din il-kaxxa mhix obbligatorja għall-partijiet kontraenti għal dak li jirrigwarda l-identità.

Din il-kaxxa hija obbligatorja għal dak li jirigwarda n-nazzjonalità.

Iżda, fil-każ ta' kunsinni postali jew ġarr permezz tal-ferrovija jew installazzjoni fissa ta' trasport xejn mgħandu jiddaħħal għal rigward in-numru ta' reġistrazzjoni jew nazzjonalità.

Daħħal it-tip (trakk, vapur, vagun ferrovjarju, inġenju ta' l-ajru, eċċ.), segwit mill-identità, per eżempju numru ta' reġistrazzjoni jew isem tal-mezz attiv ta' trasport (jiġifieri dak li jmexxi l-mezz ta' trasport) li hija preżunta li tiġI użata fil-punt fil-fruntiera fejn isir il-qsim mill-pajjiż tad-dispaċċ/esportazzjoni, segwit mill-kodiċi li jikorrispondi man-nazzjonalità tagħha, kif magħrufa fil-ħin tal-kompleteizza tal-formalitajiet tad-dispaċċ/esportazzjoni jew tat-transitu, billi jiġi użat il-kodiċi relattiv.

Fil-każ ta' trasport kombinat jew jekk hemm diversi mezzi ta' trasport, il-mezz attiv ta' trasport huwa dak li jċaqlaq il-kombinazzjoni kollha. Per eżempju, jekk huwa trakk fuq opra tal-baħar, il-mezz attiv ta' trasport huwa l-vapur, jekk huwa tractor u trailer, il-mezz attiv ta' trasport huwa t-tractor, eċċ.

Kaxxa 25: Mezz ta' trasport fil-fruntiera

Din il-kaxxa mhix obbligatorja għall-partijiet kontraenti.

Daħħal, skond il-kodiċi mpoġġija f'dan l-Anness IX ta' dan l-Appendiċi, il-mezz ta' tasport korrispondenti għall-mezz attiv ta' tasport li huwa preżunt li ser jiġi użat għall-ħruġ mit-territorju tal-pajjiż tad-dispaċċ/esportazzjoni.

Kaxxa 27: Post tat-tagħbija

Din il-kaxxa mhix obbligatorja għall-partijiet kontraenti. Daħħal, jekk huwa applikabli kodiċi formola, fejn huwa provdut, il-post tat-tagħbija ta' oġġetti għal-fuq il-mezz attiv tat-trasport li fuqhom għandhom jaqsmu l-fruntiera tal-pajjiż tad-dispaċċ/esportazzjoni, kif magħrufa fiż-żmien tal-kompletezza tal-formalitajiet tad-dispaċċ/esportazzjoni jew transitu.

Kaxxa 31: Pakki u deskrizzjoni ta' oġġetti - Marki u numri - Nru(i) tal-kontejner- Numru u tip

Daħħal il-marki, numri, kwantità u tip ta' pakki jew, fil-każ ta' oġġetti mhux ippakkjati, in-numru ta' tali oġġetti koperti mid-dikjarazzjoni, jew il-kelma "bulk", kif ikun xieraq, flimkien mad-dettalji neċessarji sabiex jiġu identifikati l-oġġetti. Id-deskrizzjoni ta' oġġetti tfisser id-deskrizzjoni normali tas-sengħa espressa f'termini suffiċjentement preċiżi sabiex jippermettu l-identifikazzjoni u klassifikazzjoni tagħhom. Din il-kaxxa trid turi ukoll id-dettalji meħtieġa minn kull regoli speċifiċi (Dażji tat-taxxi tas-sisa, eċċ.). Jekk huma użati l-kontenituri, il-marki ta' identifikazzjoni tagħhom iridu jiddħħlu wkoll f'din il-kaxxa.

Kaxxa 32: Numru ta' l-oġġett

Daħħal in-numru serjali ta' l-oġġett in kwistjoni in relazzjoni man-numru totali ta' l-artikoli dikjarati fil-formola użata, kif definita fin-nota fuq kaxxa 5.

Meta d-dikjarazzjoni tkopri biss oġġett wieħed, mhux neċessarju li l-partijiet kontraenti jeħteiġu li din l-kaxxa tiġi kompletata, jekk il-figura 1 tkun idaħħlet fil-kaxxa nru 5.

Kaxxa 33: Kodiċi tal-kommodità

Din il-kaxxa mhix obbligatorja għall-partijiet kontraenti. Daħħal il-kodiċi li hemm ipprovdut fl-Anness IX.

Din il-kaxxa trid tkun kompletata fuq dikjarazzjonijiet T 2 magħmula biss f'pajjiż ta' l-EFTA fejn id-dokument preċedenti T 2 jikontjenu indikazzjoni tal-kodiċi tal-kommodità; in-numru tal-kodiċi fuq id-dokument preċedenti T 2 għandu jiddaħħal.

Kaxxa 35: Massa grossa

Daħħal il-massa grossa ta' l-oġġetti deskritti fil-kaxxa korrispondenti kaxxa 31, espressa f'kilogrammi. Il-massa grossa hija l-massa kollha f'daqqa ta' l-oġġetti bl-ippakkjar kollu tagħhom, bl-esklużjoni tal-kontenituri u tagħmir ieħor ta' trasport.

Kaxxa 38: Massa netta

Din il-kaxxa mhix obbligatorja għall-partijiet kontraenti. Daħħal il-massa netta ta' l-oġġetti deskritti fil-kaxxa 31 korrispondenti, espressa f'kilogrammi. Il-massa netta hija l-massa ta' l-oġġetti innifishom mingħajr ippakkjar.

Din il-kaxxa trid tkun kompletata fuq dikjarazzjonijiet T 2 magħmula biss f'pajjiżi ta' l-EFTA fejn id-dokument preċedenti T 2 jikkontjeni indikazzjoni tal-massa netta.

Kaxxa 40: dikjarazzjoni/dokument preċedenti

Din il-kaxxa mhix obbligatorja għall-partijiet kontraenti (numru tar-referenza tad-dokumenti li għandhom x'jaqsmu ma' proċedura amministrattiva preċedenti ta' dispaċċ/esportazzjoni lejn pajjiż ieħor).

Kaxxa 44: Informazzjoni addizzjonali, dokumenti preżentati, ċertifikati u awtorizzazzjonijiet

Daħħal id-dettalji meħtieġa taħt kull regoli speċifiċi applikabbli fil-pajjiż tad-dispaċċ/esportazzjoni flimkien man-numru tar-referenza tad-dokumenti preżentati sabiex isaħħu d-dikjarazzjoni. (Dan jista' jinkludi Nri serjali ta' kopji ta' kontroll (T 5; Nru ta' l-esportazzjoni liċenza/permess; informazzjoni li tikonċerna regoli veterinarji u fiżjosanitarji; Nru bill of lading eċċ.). Fis-sub-diviżjoni "Kodiċi informazzjoni addizzjonali (A. I)", daħħal kif neċessarju n-numru tal-kodiċi, li hemm ipprovdut Għal dan il-għan għall-informazzjoni addizzjonali li tista' tkun meħtieġa għall-fini ta' transitu. Din is-sub-diviżjoni m'għandhiex tintuża sakemm sistema kompjuterizzata għar-rilaxx ta' operazzjonijiet ta' transitu tiġi fis-seħħ.

Kaxxa 50: Prinċipal u rappreżentant li għandu l-awtorità, post, data u firma

Daħħal l-isem komplut(persuna jew kumpannija) u l-indirizz tal-prinċipal, u n-numru ta' identifikazzjoni, jekk jiżisti, allokat mill-awtoritajiet kompetenti. Jekk ikun xieraq, daħħal l-isem komplut (persuna jew kumpannija) tar-rapreżentant awtorizzat li jkun qed jiffirma akkont tal-prinċipal.

Soġġett għal disposizzjonijiet speċifiċi li għandhom jiġu adottati għal dak li jirigwarda l-użu ta' sistemi kompjuterizzati, l-oriġinali tal-firma miktuba bl-id tal-persuna konċernata trid tingħata fuq il-kopja li għandha tibqa fl-uffiċċju tat-tluq. Meta l-persuna konċernata hija persuna legali, il-firmatarju għandu jżid wara l-firma tiegħu ismu kollu u l-Istat tiegħu.

Kaxxa 51: Uffiċċji intiżi għal transitu (u pajjiżi)

Daħħal l-uffiċċju ntiż ta' dħul f'kull pajjiż li huwa maħsub li jsir passaġġ minn got-territorju tiegħu fil-proċess tat-trasport jew, meta it-trasport għandu jgħaddi minn ġo t-territorju ieħor li mhuwiex tal-partijiet kontraenti, l-uffiċċju ta' ħruġ li minnu l-mezz ta' trasport jitlaq mit-territorju tal-partijiet kontraenti. L-uffiċċji ta' transitu huma listjati fil-lista ta' uffiċċji doganali kompetenti għall-operazzjonijiet ta' transitu. Wara l-isem ta' l-uffiċċju, daħħal il-kodiċI relatat mall-pajjiż ikkonċernat.

Kaxxa 52: Garanzija

Daħħal skond il-kodiċi mpoġġija għal dan il-għan it-tip ta' garanzija użata għall-operazzjoni konċernata segwita, jekk ikun neċessarju, min-numru taċ-ċertifikat ta' garanzija jew tal-vawċer konċernat u l-uffiċċju ta' garanzija.

Jekk garanzija comprehensive jew individual mhix valida għall-pajjiżi jew jekk il-prinċipal jeskludi ċerti pajjiżi mill-applikazzjoni tal-garanzija comprehensive, żid wara l-kliem "mhux validu għall-" il-pajjiż(i) konċernati skond il-kodiċi imqiegħda għal dan il-għan.

Kaxxa 53: Uffiċċju tad-destinazzjoni (u pajjiż)

Daħħal l-isem ta' l-uffiċċju fejn l-oġġetti għandhom jiġu ppreżentati sabiex tiġi kompletata l-operazzjoni ta' transitu. L-uffiċċji ta' destinazzjoni huma elenkati fil-"lista ta' uffiċċji dognali kompetenti għall-operazzjonijiet ta' transitu".

Wara l-isem ta' l-uffiċċju, daħħal il-kodiċi relatat mal-pajjiż ikonċernat.

II. Formalitajiet en route

Bejn iż-żmien meta l-oġġetti jitilqu l-uffiċċju ta' l-esportzzjoni u/jew tluq, u ż-żmien meta huma jaslu fl-uffiċċju tad-destinazzjoni, huwa possibli li ċerti dettalji jkunu jridu jiġu miżjuda fuq il-kopji tad-dokument ta' transitu li jakkompanjaw l-oġġetti. Dawn id-dettalji jikkonċernaw l-operazzjoni ta' trasport u jridu jiġu miżjuda fid-dokument mit-trasportatur responsabbli għall-mezz ta' trasport li fuqhom l-oġġetti jitgħabbew direttament, kif u meta l-operazzjonijiet ta' trasport jiġu fis-seħħ. Dawn id-dettalji jistgħu jiġu miżjuda f'mod leġibbli bl-id; f'dan il-każ, il-formola għandha tkun kompletata fl-inka u f'ittri kapitali.

Dawn id-dettalji jikkonċernaw is-segwenti kaxxi (kopji 4 u 5 biss):

- Trasbord: uża kaxxa 55

Kaxxa 55 (trasbordijiet):

L-ewwel tliet linji ta' din il-kaxxa jkunu kompletati mit-trasportatur meta fil-proċess ta' l-operazzjoni in kwistjoni l-oġġetti huma trasbordjati minn mezz wieħed ta' trasport għall-ieħor jew minn kontejner għall-ieħor.

Għandu jiġu nnotat li meta oġġetti huma trasbordjati t-trasportatur għandu jikkontatja lill-awtoritajiet kompetenti, partikolarment meta jkun neċessarju li jitwaħħlu siġilli ġodda, sabiex ijkun awtentikat id-dokument ta' transitu.

Meta s-servizz doganali awtorizza trasbord mingħajr sorveljanza, it-trasportatur għandu personalment jannota d-dokument ta' transitu u, għall-finijiet ta' awtentikazzjoni, jinforma l-uffiċċju doganali li jmiss li fih l-oġġetti jridu jkunu preżentati,

- Inċidenti oħra: uża kaxxa 56

Kaxxa 56 (inċidenti oħra waqt it-trasport):

Kaxxa li trid tintela skond l-obbligi eżistenti għal transitu.

Aktar minn dan, meta l-oġġetti kienu mgħobbija fuq semi-trailer u l-vejikolu tat-tractor biss huwa mibdul waqt il-vjaġġ (mingħajr l-oġġetti li jkunu qed jiġu ħħendiljati jew trasbordjati) daħħal f'din il-kaxxa n-numru ta' reġistrazzjoni u n-nazzjonalità tat-tractor il-ġdid. F'tali każijiet ċ-ċertifikazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti mhix neċessarja.

TITOLU III

Remarki li jikonċernaw folji ta' kontinwazzjoni

A. Folji ta' kontinwazzjoni għandhom jintużaw biss jekk id-dikjarazzjoni tkopri aktar minn oġġett wieħed (cf. kaxxa 5). Huma jridu jkun preżentati flimkien ma' formola kontenuta fl-Annessi I u II.

B. Ir-remarki li jinstabu fit-titoli I u II hawn fuq japplikaw ukoll għall-folji ta' kontinwazzjoni.

Iżda:,

- s-simboli "T 1 bis" jew "T 2 bis" ijridu jidhru fit-tielet sub-diviżjoni ta' kaxxa 1,

- kaxxa 2 u kaxxa 8 tal-kampjun tal-formola ta' kontinwazzjoni li tinsab fl-Anness III u kaxxa 2/8 tal-kampjun tal-formola ta' kontinwazzjoni li tinstab fl-Anness IV huma għall-użu mhux obbligatorju mill-partijiet kontraenti u għandhom juru biss l-isem u n-numru ta' identifikazzjoni, jekk ikun hemm, tal-persuna konċernata.

C. Jekk folji ta' kontinwazzjoni huma użati, il-kaxxi "deskrizzjoni ta' oġġetti" li ma ntużawx iridu jiġu maqtugħa sabiex jipprevjenu kull użu sussegwenti.

--------------------------------------------------

ANNESS VIII

NOTA SPJEGATTIVA DWAR L-UŻU TA' FORMOLI GĦALL-PREPARAMENT TA' DOKUMENTI LI JIĊĊERTIFIKAW L-ISTATUS KOMUNITARJU TA' OĠĠETTI LI MA JSEĦĦUX TAĦT PROĊEDURA T 2

(T 2 L DOKUMENT)

A. Deskrizzjoni ġenerali

1. Id-dokument T 2 L li jiċċertifika l-istatus Komunitarju ta' l-oġġetti li għalihom jirreferi għandu jiġi ppreparat skond l-Artikolu 1 (7), ta' l-Appendiċi II.

2 Il-kaxxi biss li huma indikati fil-parti ta' fuq tal-formola taħt it-titolu "Nota importanti" għandhom jiġu kompletati mid-dikjarant.

3. Il-formola trid tiġi kompletata bl-użu ta' typewriter jew proċess mekkaniku jew proċess simili, jew f'mod leġġibli f'manuskritt; f'l-aħħar każ trid tiġi kompletata fl-inka u f'ittri kapitali.

4. L-ebda tħassir jew alterazzjonijiet ma jistgħu jsiru. Emendi jridu jsiru bil-qtugħ tad-dettalji inkorretti partikolarment u fejn huwa applikabbli, jiżdidu dawk meħtieġa. Kull emenda għandu jkollha inizjali tal-persuna li tkun qed tagħmel l-emendi u awtentikata mill-awtorità kompetenti. Dan ta' l-aħħar jista' fejn huwa neċessarju, jirikjedi li tiġi magħmula dikjarazzjoni ġdida.

5. Dokumenti T 2 L jridu jkunu kompletati fil-lingwa speċifikata mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż tat-tluq.

6. Kull spazji mhux użati fil-kaxxi li għandhom jiġu kompletati mid-dikjarant jridu jiġu maqtugħa sabiex l-ebda użi sussegwenti kitbiet ma jkunu jistgħu jsiru.

7. Dokumenti T 2 L jridu jintużaw skond it-titolu V ta' l-Appendiċi II.

B. Detalji li jikkonċernaw kaxxi speċifiċi

Kaxxa 1: Dikjarazzjoni

Daħħal is-simbolu "T 2 L" fit-tielet sub-diviżjoni.

Jekk folji ta' kontinwazzjoni huma użati, kaxxa 1 tal-formola(i) rilevanti jridu juru s-simbolu "T 2 L bis" fit-tielet sub-diviżjoni.

Kaxxa 2: Konsenjant/Esportatur

Din il-kaxxa mhix obbligatorja għall-partijiet kontraenti. Daħħal l-isem u indirizz sħiħ tal-persuna jew kumpannija konċernata. Sa fejn in-numru ta' l-identifikazzjoni hija konċernata, l-avviż jista' jkun kompletat mill-pajjiżi konċernati (numru ta' identifikazzjoni allokata lill-persuna konċernata mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet fiskali, statistiċi jew finijiet oħra). Fil-każ ta' tagħbija ta' groupage, il-pajjizi jistgħu jiprovdu li l-kelma "varji" tinkiteb f'din il-kaxxa u li l-lista ta' konsenjanti tkun imqabbda mad-dikjarazzjoni.

Kaxxa 3: Formola

Daħħal in-numru serjali tal-formola fost in-numru totali ta' formoli użati.

Eżempji Jekk id-dokument T 2 L huwa magħmul fuq formola waħdanija, ikteb 1/1; jekk id-dokument T 2 L huwa kompost minn folja ta' kontinwazzjoni T 2 L bis, ikteb 1/2 fuq id-dokument T 2 L u 2/2 fuq il-folja ta' kontinwazzjoni; jekk id-document T 2 L huwa kompost minn żewġ folji ta' kontinwazzjoni T 2 L bis, ikteb 1/3 fuq id-dokument T 2 L, 2/3 fuq l-ewwel dokument T 2 L u 3/3 fuq id-dokument T 2 L bis.

Kaxxa 4: Listi ta' tagħbija

Daħħal in-numru tal-listi ta' tagħbija mqabbda mad-dokument T 2 L.

Kaxxa 5: Oġġetti

Daħħal in-numru totali ta' oġġetti dikjarati mill-persuna konċernata fil-formoli kollha ta' dikjarazzjoni (T 2 L u formoli supplementari jew listi ta' tagħbija) użati. In-numru ta' oġġetti jridu jikkorrispondu man-numru ta' kaxxi "deskrizzjoni ta' oġġetti" li jridu jiġu kompletati.

Kaxxa 14: Dikjarant/Rappreżentant

Ikteb l-isem u l-indirizz sħiħ tal-persuna jew kumpannija konċernata skond id-disposizzjonijiet in vigore. Jekk id-dikjarant u r-riċevent huma l-isetess persuna, daħħal il-kelma "Riċevent". Sa fejn huwa konċernat in-numru ta' identifikazzjoni, l-avviż jista' jkun kompletat mill-pajjiż konċernat (numru ta' identifikazzjoni allokati lill-persuna konċernata mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet fiskali, statistiċi jew finijiet oħra).

Kaxxa 31: Pakki u deskrizzjoni ta' oġġetti - marki u numri - Nru tal-kontejner

Ikteb il-marki, numri, kwantità u t-tip ta' pakki jew, fil-każ ta' oġġetti mhux ippakkjati, in-numru ta' tali oġġetti koperti mid-dikjarazzjoni, jew il-kelma "bulk", kif ikun xieraq, flimkien mad-dettalji neċessarji sabiex jiġu identifikati l-oġġetti. Deskrizzjoni ta' oġġetti tfisser id-deskrizzjoni normali tas-sengħa espressa f'termini suffiċjentement preċiżi sabiex jippermettu l-identifikazzjoni u klassifikazzjoni tagħhom. Din il-kaxxa trid turi wkoll id-dettalji meħtieġa minn kull regli speċifiċi (Dazji tat-taxxa tas-sisa, eċċ.). Jekk , jintużaw il-kontenituri, il-marki ta' identifikazzjoni tagħhom iridu wkoll jinkitbu f'din il-kaxxa.

Kaxxa 32: Numru ta' l-oġġett

Ikteb in-numru serjali ta' l-oġġett in kwistjoni in relazzjoni man-numru totali ta' l-artikolu dikjarati fid-dokument T 2 L u fil-formola supplementarja użata, kif definita fin-nota fuq kaxxa 5.

Kaxxa 33: Kodiċi tal-komodità

Din il-kaxxa trid tkun kompletata biss f'pajjiż ta' l-EFTA fejn dokument preċedenti T 2 jikontjeni indikazzjoni tal-kodiċi tal-komodità; in-numru tal-kodiċi dwar id-dokument T 2 trid tkun inkluża.

Kaxxa 35: Massa grossa

Ikteb il-massa grossa ta' l-oġġetti deskritti fil-kaxxa korrispondenti 31, espressa f'kilogrammi. Il-massa grossa hija l-massa totali ta' l-oġġetti bl-ippakkjar tagħhom, bl-esklużjoni tal-kontenituri u tagħmir ieħor ta' trasport.

Kaxxa 38: Massa netta

Din il-kaxxa trid tintela biss f'pajjiż ta' l-EFTA fejn id-dokument preċedenti T 2 jikontjeni indikazzjoni tal-massa netta.

Ikteb il-massa netta ta' oġġetti deskritti fil-kaxxa korrispondenti 31, espressa f'kilogrammi. Il-massa netta hija l-massa ta' l-oġġetti stess mingħajr ippakkjar.

Kaxxa 40: Rendikont tad-dikjarazzjoni/dokument preċedenti

Għall-oġġetti trasportati skond il-proċeduri TIR jew Rhine Manifest jew skond il-kopertura ta' ATA carnet, ikteb "TIR", "Rhine Manifest" jew "ATA" skond il-każ, segwita mid-data tar-rilaxx u n-numru ta' referenza tad-dokument li jikorrispondi mal-proċedura użata.

Kaxxa 44: Informazzjoni addizzjonali/dokumenti certificati u awtorizzazzjonijiet/presentati

Din il-kaxxa trid tkun kompletata biss f'pajjiz ta' l-EFTA fejn id-dokument preċedenti T 2 jikkontjeni detalji f'din il-kaxxa; dawn id-dettalji jridu jkunu reprodotti fuq id-dokument T 2 L.

Kaxxa 54: Post u data, firma u isem tad-dikjarant jew ir-rappreżentant tiegħu

Soġġett għal disposizzjonijiet speċifiċi li għandhom jiġu adottati għal rigward l-użu ta' sistemi kompjuterizzati, il-firma tal-persuna konċernati jridu jingħataw fuq id-dokument T 2 L, segwit mill-isem komplut ta' dik il-persuna. Meta persuna konċernata hija persuna legali, il-firmatarju għandu jżid l-Istat tiegħu wara din il-firma u isem.

--------------------------------------------------

ANNESS IX

KODIĊI LI GĦANDHOM JINTUŻAW FIL-FORMOLA SABIEX ISIRU D-DIKJARAZZJONIJIET T 1 U T 2

Kaxxa 1: Dikjarazzjoni

(Ara l-Anness VII)

Kaxxa 19: Kontejner

Il-kodiċi li japplikaw huma mogħtija aktar 'l isfel:

0: oġġetti mhux trasportati f'kontenituri;

1: oġġetti trasportati f'kontenituri.

Kaxxa 25: Mezz ta' trasport fil-fruntiera

Il-lista ta' kodiċi applikabbli hija mogħtija aktar 'l isfel:

Kodiċi għall-mezzi ta' trasport, posta u kunsinni oħra

A. 1-kodiċi ta' figura (obbligatorja);

B. 2-kodiċi ta' figura (it-tieni numru mhux obbligatorju għall-partijiet kontraenti)

A | B | Denominazzjoni |

| |

1 | 10 | Trasport bil-baħar |

12 | | Vagun ferrovjarju fuq biċċa tal-baħar |

16 | | Vejikolu tat-triq mekkanizzat fuq biċċa tal-baħar |

17 | | Trailer jew semi-trailer fuq biċċa tal-baħar |

18 | | Vettura ta' l- ilma intern fuq biċċa tal-baħar |

2 | 20 | Trasport ferrovjarju |

23 | | Vejikolu tat-triq fuq vagun ferrovjarju |

3 | 30 | Trasport tat-triq |

4 | 40 | Trasport bl-ajru |

5 | 50 | Posta |

7 | 70 | Installazzjonijiet ta' trasport fissi |

8 | 80 | Trasport fuq ilma intern |

9 | 90 | Propulsjoni proprja |

Kaxxa 27: Post ta' tagħbija/skarikar

Kodiċi li għandhom jiġu adottati mill-partijiet kontraeni.

Kaxxa 33: Kodiċi tal-kommodità

L-ewwel sub-diviżjoni

Fil-Komunità indika t-tmien numri tan-Nomenklatura Integrata. Fil-pajjizi ta' l-EFTA indika fin-naħa xellugija ta' din is-sub-diviżjoni is-sitt numri tas-Sistema Armonizzata tad-Deskrizzjoni u Kodifika ta' Kommodità, soġġetta għall-ħtiġijiet addizzjonali għall-dokumenti T 2 jew T 2 L.

Sub-diviżjonijiet oħra

Għandhom jiġu kompletati bl-użu ta' kodiċi oħra speċifiċi tal-partijiet kontraenti (tali kodiċi għandhom jiddaħħlu u jitpoġġew immedjatament wara l-ewwel sub-diviżjoni).

Kaxxa 51: Uffiċċju ta' transitu intiż

Indikazzjoni ta' pajjiżi

A Lista ta' kodiċi applikabbli hija mogħtija hawn taħt:

Belġju | B jew BE |

Id-Danimarka | DK |

Il-Ġermanja | D jew DE |

Il-Greċja | EL jew GR |

Franza | FR |

L-Irlanda | IRL jew IE |

L-Italja | IT |

Il-Lussemburgu | LU |

L-Olanda | NL |

Ir-Renju Unit | GB |

L-Isvizzera | CH |

L-Awstrija | A jew AT |

Spanja | ES |

Il-Portugall | PT |

In-Norveġja | NO |

L-Isvezja | SE |

Il-Finlandja | FI |

L-Islanda | IS |

Kaxxa 52: Garanzija

Tip ta' garanzija

Lista ta' kodiċi applikabbli hija mogħtija hawn taħt:

Sitwazzjoni | Kodiċi | Indikazzjonijiet neċessarji oħra |

Għall-garanzija comprehensive | 1 | numru taċ-ċertifikatuffiċċju ta' garanzija |

Għall-garanzija individwali | 2 | |

Għall-garanzija ta' depożitu ta' flus kontani | 3 | |

Għall-garanzija b' rata fissa | 4 | numru tal-vawċer ta' garanzija |

Għall-garanzija mhux meħtieġa (Titolu IV ta' l-appendiċi I) | 6 | |

Garanziji mhux meħtieġa għall-vjaġġ bejn l-uffiċju tat-tluq u l-uffiċju tat-transitu (Artikolu 10 (2) (b) tal-konvenzjoni) | 7 | |

Garanziji mhux meħtieġa għal ċerti entitajiet pubbliċi | 8 | |

Indikazzjoni tal-pajjiżi:

Dawn il-kodiċi adottati għal kaxxa 51 huma applikabbli.

Kaxxa 33: Uffiċċju tad-destinazzjoni (u pajjiż)

Il-kodiċi adottati għal kaxxa 51 huma applikabbli.

--------------------------------------------------