21987A0410(04)



Official Journal L 098 , 10/04/1987 P. 0011 - 0011
Finnish special edition: Chapter 4 Volume 2 P. 0183
Swedish special edition: Chapter 4 Volume 2 P. 0183


Il-Ftehim

fil-forma ta' skambju ta' Ittri dwar l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Możambik dwar sajd barra l-kosta ta' Możambik, inizjalat fi Brussell fil-11 ta' Diċembru 1986, għall-perjodu li jibda fl-1 ta' Jannar 1987

A. Ittra mill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Możambik

Sinjur,

B'referenza għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Możambik dwar sajd barra l-kosta ta' Możambik, inizjalat fi Brussel fil-11 ta' Diċembru 1986, għandi l-unur li ninfurmak li l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Możambik huwa lest li japplika dan il-Ftehim fuq bażi provviżorja, b'effett mill-1 ta' Jannar 1987, sad-dħul fis-seħħ tiegħu skond l-Artikolu 16 ta' l-imsemmi Ftehim, sakemm il-Komunità Ekonomika Ewropea hija disposta li tagħmel l-istess.

Dan huwa bil-ftehim li l-ħlas ta' l-ewwel pagament ugwali għal terz tal-kumpens finanzjarju speċifikat fil-Ftehim jiġi effettwat sal-31 ta' Marzu 1987.

Inkun obbligat jekk tikkonferma l-qbil tal-Komunità Ekonomika Ewropea ma' dik l-applikazzjoni provviżorja.

Jekk jogħġbok aċċetta, sinjur, l-assigurazzjoni ta' l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi.

Għall-Gverntar-Repubblika tal-Poplu tal-Możambik

B. Ittra mill-Komunità Ekonomika Ewropea

Sinjur,

Irċevejt l-ittra tiegħek bid-data ta' llum, li taqra kif ġej:

"B'referenza għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Możambik dwar sajd barra l-kosta ta' Możambik, inizjalat fi Brussel fil-11 ta' Diċembru 1986, għandi l-unur li ninfurmak li l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Możambik huwa lest li japplika dan il-Ftehim fuq bażi provviżorja, b'effett mill-1 ta' Jannar 1987, sad-dħul fis-seħħ tiegħu skond l-Artikolu 16 ta' l-imsemmi Ftehim, sakemm il-Komunità Ekonomika Ewropea hija disposta li tagħmel l-istess.

Dan huwa bil-ftehim li l-ħlas ta' l-ewwel pagament ugwali għal terz tal-kumpens finanzjarju speċifikat fil-Ftehim jiġi effettwat sal-31 ta' Marzu 1987.

Inkun obbligat jekk tikkonferma l-qbil tal-Komunità Ekonomika Ewropea ma' dik l-applikazzjoni provviżorja."

Għandi l-unur nikkonferma l-qbil tal-Komunità Ekonomika Ewropea ma' din l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim.

Jekk jogħġbok aċċetta, sinjur, l-assigurazzjoni ta' l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi.

Għan-nomtal-Kunsill Tal-Komunitajiet Ewropej

--------------------------------------------------