21986A1122(11)



Official Journal L 328 , 22/11/1986 P. 0099 - 0112


Ftehim

Fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-agrikultura u s-sajd

Skambju ta' Ittri Nru I

Brussel, 14 ta' Lulju, 1986.

Sinjur,

Għandi l-unur nagħmel referenza għall-Iskambju ta' Ittri tal-21 ta' Lulju, 1972, u tal-5 ta' Frar, 1981, bejn il-Komunità u l-Konfederazzjoni Svizzera, u għan-negozjati li kienu saru bejn iż-żewġ partijiet bil-ħsieb li jkunu aġġustati l-imsemmija Skambji ta' l-Ittri u bil-ħsieb li jkunu stabbiliti l-arranġamenti tal-kummerċ għal ċerti prodotti agrikoli fl-ispirtu ta' l-Artikolu 15 tal-Ftehim tal-Kummerċ Ħieles KEE-Svizzera, wara l-Adeżjoni tar-Renju ta' Spanja u tar-Repubblika Portugiża fil-Komunità.

Jiena b'dan il-mezz nikkonferma li r-riżultati tan-negozjati kienu kif ġej:

I. Il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Komunità jaqblu li, mill-1 ta' Marzu 1986, il-konċessjonijiet reċiproki koperti mill-Iskambji ta' l-Ittri msemmija hawn fuq għandhom jiġu estiżi għall-Komunità mkabbra.

Iżda l-konċessjonijiet bla tariffa mogħtija mill-Isvizzera lill-Komunità għandhom ikunu emendati kif ġej:

(a) Fjuri maqtugħin:

Il-kwota kuntrattwali ta' 6500 kwintali mogħtija mill-Konfederazzjoni Svizzera lill-Komunità għandha tiżdied għal 7000 kwintali.

(b) Inbid aħmar fil-btieti:

Il-kwoti kuntrattwali eżistenti għal inbid aħmar fil-btieti għandhom jiżdiedu bi 415000 ettolitri, li minnhom 315000 ettolitri għandhom ikunu rriservati għal Spanja u 100000 ettolitri għall-Portugall.

II. Il-Konfederazzjoni Svizzera għandha tagħti wkoll lill-Komunità mill-1 ta' Marzu 1986, fuq bażi unilaterali, il-konċessjonijiet tat-tariffi stabbiliti fl-Anness ta' din l-ittra.

Kien hemm ukoll qbil li għal prodotti li jidħlu taħt is-subintestatura ex 20.02.10 (polpa, purée u konċentrat tat-tadam, f'reċipjenti ta' aktar minn ħames kilogrammi) mill-Portugal, il-Konfederazzjoni Svizzera għandha terġa' ddaħħal id-dazju normali ta' SwF 13/100 kilogramm skond l-iskeda li ġejja:

- fl-1 ta' Marzu 1986: dazju inizjali ta' SwF 3/100 kilogramm

- mill-1 ta' Jannar 1987: erba' żidiet annwali ta' SwF 1,00/100 kilogramm u tliet żidiet annwali ta' SwF 2,00/100 kilogramm.

Fl-aħħarnett, kien hemm qbil li l-Konfederazzjoni Svizzera għandha żżomm l-arranġamenti favorevoli dwar it-taxxa għal importazzjonijiet ta' l-imbejjed Port u Madeira.

III. Mill-1 ta' Marzu, 1986, il-Komunità għandha tiftaħ għall-Isvizzera kwota ta' tariffa annwali tal-Komunità ta' 1000 tunnella f'rata ta' mingħajr dazju għaċ-ċirasa, apparti milli ċ-ċirasa Morello (subintestatura 08.07 C tat-Tariffa Doganali Komuni).

Dan l-Iskambju ta' Ittri għandu jkun approvat mill-Partijiet Kontraenti bi qbil mal-proċeduri normali tagħhom.

Inkun grat jekk tikkonferma li taqbel mal-kontenut ta' din l-ittra.

Jekk jogħġbok, Sinjur, aċċetta l-assigurazzjoni ta' l-ogħla stima tiegħi.

Għall-Gvern tal-Konfederazzjoni Svizzera

Brussel, l-14 ta' Lulju, 1986.

Sinjur,

Għandi l-unur ngħarrfek li waslitli l-ittra tiegħek bid-data tal-lum li tgħid dan li ġej:

"Għandi l-unur nagħmel referenza għall-Iskambju ta' Ittri tal-21 ta' Lulju 1972 u tal-5 ta' Frar 1981 bejn il-Komunità u l-Konfederazzjoni Svizzera, u għan-negozjati li kienu saru bejn iż-żewġ partijiet bil-ħsieb li jkunu aġġustati l-imsemmija Skambji ta' l-Ittri u bil-ħsieb li jkunu stabbiliti l-arranġamenti tal-kummerċ għal ċerti prodotti agrikoli fl-ispirtu ta' l-Artikolu 15 tal-Ftehim tal-Kummerċ Ħieles KEE-Svizzera, wara l-Adezzjoni tar-Renju ta' Spanja u tar-Repubblika Portugiża fil-Komunità.

Jiena b'dan il-mezz nikkonferma li r-riżultati tan-negozjati kienu kif ġej:

I. Il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Komunità jaqblu li, mill-1 ta' Marzu 1986, il-konċessjonijiet reċiproki koperti mill-Iskambji ta' l-Ittri msemmija hawn fuq għandhom ikunu estiżi għall-Komunità mkabbra.

Iżda l-konċessjonijiet bla tariffa mogħtija mill-Isvizzera lill-Komunità għandhom ikunu emendati kif ġej:

(a) Fjuri maqtugħin:

Il-kwota kontrattwali ta' 6500 kwintali mogħtija mill-Konfederazzjoni Svizzera lill-Komunità għandha tiżdied għal 7000 kwintali.

(b) Inbid aħmar fil-btieti:

Il-kwoti kontrattwali eżistenti għal inbid aħmar fil-btieti għandhom jiżdiedu bi 415000 ettolitri, li minnhom 315000 ettolitri għandhom ikunu rriservati għal Spanja u 100000 ettolitri għall-Portugall.

II. Il-Konfederazzjoni Svizzera għandha tagħti wkoll lill-Komunità mill-1 ta' Marzu 1986, fuq bażi unilaterali, il-konċessjonijiet tat-tariffi stabbiliti fl-Anness ta' din l-ittra.

Kien hemm ukoll qbil li għal prodotti li jidħlu taħt is-subintestatura ex 20.02.10 (polpa, purée u konċentrat tat-tadam, f'reċipjenti ta' aktar minn ħames kilogrammi) mill-Portugal, il-Konfederazzjoni Svizzera għandha terġa ddaħħal id-dazju normali ta' SwF 13/100 kilogramm bi qbil mat-tabella taż-żmien kif ġej:

- fl-1 ta' Marzu 1986: dazju inizjali ta' SwF 3/100 kilogramm

- mill-1 ta' Jannar 1987: erba' żjidiet annwali ta' SwF 1,00/100 kilogramm u tlett żjidiet annwali ta' SwF 2,00/100 kilogramm.

Fl-aħħarnett, kien hemm qbil li l-Konfederazzjoni Svizzera għandha żżomm l-arranġamenti favorevoli dwar it-taxxa għal importazzjonijiet ta' l-imbejjed Port u Madeira.

III. Mill-1 ta' Marzu, 1986, il-Komunità għandha tiftaħ għall-Isvizzera kwota ta' tariffa annwali tal-Komunità ta' 1000 tunnella f'rata ta' mingħajr dazju għaċ-ċirasa, apparti milli ċ-ċirasa Morello (subintestatura 08.07 C tat-Tariffa Doganali Komuni).

Dan l-Iskambju ta' Ittri għandu jiġi approvat mill-Partijiet Kontrattwali bi qbil mal-proċeduri normali tagħhom.

Inkun grat jekk tikkonferma li taqbel mal-kontenut ta' din l-ittra."

Għandi l-unur nikkonferma li l-Komunità taqbel mal-kontenut ta' l-ittra tiegħek.

Jekk jogħġbok, Sinjur, aċċetta l-assigurazzjoni ta' l-ogħla stima tiegħi.

Għall-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej

ANNESS

Intestatura tat-Tariffa Doganali Svizzera | Deskrizzjoni | Dazji fi SwF/100 kg gross |

| | Rata normali | Rata applikabbli |

08.02 | | Frott taċ-ċitru, frisk jew imnixxef: | | |

| 20 | —Lumi | 2 | B'xejn |

08.05 | | Lewż apparti dak li jidħol taħt l-intestatura Nru 08.01, frisk jew imnixxef, bil-qoxra jew mingħajr qoxra: | | |

| 10 | —Lewż | 1,5 | B'xejn |

16.04 | ex 24 | Sardin (saraga): | 20 | B'xejn |

20.02 | | Ħaxix imħejji jew ippreservat apparti milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku: | | |

| | —Ieħor, f'recipjenti ta': | | |

| | —aktar minn 5 kg: | | |

| ex 22 | —Żebbuġ | 42 | B'xejn |

| | —5 kg jew anqas | | |

| ex 33 | —Żebbuġ | 55 | B'xejn |

Skambju ta' Ittri Nru 2

Brussel, l-14 ta' Lulju 1986

Sinjur,

B'referenza għall-Protokolli Addizzjonali dwar il-Ftehim bejn il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Komunitajiet Ewropej wara l-Adezzjoni tar-Renju ta' Spanja u tar-Repubblika Portugiża fil-Komunitajiet u għal Ftehim oħrajn ffirmati llum, jiena nikkonferma li l-Konfederazzjoni Svizzera qiegħda tassumi li, wara l-Adeżjoni tar-Renju ta' Spanja u tar-Repubblika Portugiża, l-esportazzjoni tal-frott u l-ħxejjex mill-Komunità lejn l-Isvizzera ma jpoġġux fil-periklu l-marketing tal-produzzjoni domestika fi prezzijiet ġusti.

Il-Konfederazzjoni Svizzera ħadet nota tar-riżoluzzjoni konġunta taż-żewġ partijiet li jżommu kuntatt kemm jista' jkun mill-qrib possibbli sabiex jitjieb l-iżvilupp bla nkwiet tal-kummerċ, matul is-snin ta' marketing tal-frott u l-ħxejjex u, jekk ikun hemm xi problemi li jkollhom x'jaqsmu mal-marketing, li jidħlu f'konsultazzjonijiet u, jekk ikun hemm bżonn, jieħdu miżuri xierqa.

Inkun grat jekk int tikkonferma l-qbil tiegħek għal din il-forma ta' kooperazzjoni.

Jekk jogħġbok, Sinjur, aċċetta l-assigurazzjoni ta' l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi.

Għall-Gvern tal-Konfederazzjoni Svizzera

Brussel, 14 ta' Lulju 1986

Sinjur,

Għandi l-unur ngħarrfek li waslitli l-ittra tiegħek bid-data tal-lum li tgħid li ġej:

"B'referenza għall-Protokolli Addizzjonali dwar il-Ftehim bejn il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Komunitajiet Ewropej wara l-Adezzjoni tar-Renju ta' Spanja u tar-Repubblika Portugiża fil-Komunitajiet u għal Ftehim oħrajn ffirmati llum, jiena nikkonferma li l-Konfederazzjoni Svizzera qegħda tassumi li, wara l-Adeżjoni tar-Renju ta' Spanja u tar-Repubblika Portugiża, l-esportazzjoni tal-frott u l-ħxejjex mill-Komunità lejn l-Isvizzera ma jpoġġux fil-periklu l-marketing tal-produzzjoni domestika fi prezzijiet ġusti.

Il-Konfederazzjoni Svizzera ħadet nota tar-riżoluzzjoni konġunta taż-żewġ partijiet li jżommu kuntatt kemm jista' jkun mill-qrib possibbli sabiex jitjieb l-iżvilupp bla nkwiet tal-kummerċ, matul is-snin ta' marketing tal-frott u l-ħxejjex u, jekk ikun hemm xi problemi li jkollhom x'jaqsmu mal-marketing, li jidħlu f'konsultazzjonijiet u, jekk ikun hemm bżonn, jieħdu miżuri xierqa.

Inkun grat jekk int tikkonferma li taqbel ma' din il-forma ta' kooperazzjoni."

Għandi l-unur nikkonferma li l-Komunità taqbel mal-kontenut ta' l-ittra tiegħek.

Jekk jogħġbok, Sinjur, aċċetta l-assigurazzjoni ta' l-ogħla stima tiegħi.

Għall-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej

Skambju ta' Ittri Nru 3

Brussel, l-14 ta' Lulju 1986

Sinjur,

Għandi l-unur nirreferi għall-konċessjonijiet tat-tariffi li l-Komunità u l-Konfederazzjoni Svizzera taw lil xulxin fir-rigward ta' ġobon, u għan-negozjati li saru sabiex dawn il-konċessjonijiet jiġu addattati minħabba l-Adezzjoni tar-Renju ta' Spanja u tar-Repubblika Portugiża fil-Komunità.

Jiena b'dan nikkonferma li r-riżultati tan-negozjati kienu kif ġej:

I. Il-Komunità u l-Konfederazzjoni Svizzera jaqblu li, matul il-perjodu ta' transizzjoni stabbilit bl-Att ta' l-Adezzjoni, id-dazji ta' l-importazzjoni fuq il-kwantitajiet annwali ta' ġobon elenkati hawn taħt u intiżi għas-swieq ta' Spanja u tal-Portugall għandhom jinżammu fil-livelli kif ġej:

(a) ma' l-importazzjoni fi Spanja:

Ġobon li joriġina fi u li jkun ġej mill-Isvizzera akkompanjat b'ċertifikat approvat:

Deskrizzjoni | Dazju fuq l-importazzjoni (ECU/100 kg piz nett) jew % ad valorum | Kwantità (tunnellati) |

1986 | 1987 | 1988 | 1989 |

—Emmentaler, Gruyère, Sbrinz, Appenzell, Vacherin fribourgeois u Tête de moine, mhux maħkuk tat-trab, ta' kontenut ta' xaham minimu ta' 45 % bil-piż fil-materja niexfa, immaturat għal mill-inqas xahrejn fil-każ ta' Vacherin fribourgeois u għal ta' l-inqas tliet xhur għall-oħrajn, li jaqa' taht sottotitolu 04.04 A tat-Tariffa tad-Dwana Komuni: | 1844 | 2121 | 2439 | 2805 |

—ġobnijiet sħaħ tal-forma ċilindrika ċatta konvenzjonali, ta' valur ħieles fil-fruntjiera li għandu jigi stabbilit | 18,13 |

—biċċiet ippakkjati f'vakum jew f'gass inerti, bil-qoxra fuq mill-inqas naħa waħda, ta' piż nett ta' mhux inqas minn 1 kg iżda inqas minn 5 kg, ta' valur hieles fil-frutjiera li għandu jiġi stabbilit | 18,13 |

—Emmentaler, Gruyère, Sbrinz, Appenzell, Vacherin fribourgeois u Tête de moine, mhux maħkuk jew tat-trab, ta' kontenut ta' xaham minimu ta' 45 % bil-piż fil-materja niexfa, immaturat għal mill-inqas xahrejn fil-każ ta' Vacherin fribourgeois u għal ta' l-inqas tliet xhur għall-oħrajn, li jaqa' taht sottotitolu 04.04 A tat-Tariffa tad-Dwana Komuni: | |

—ġobnijiet sħaħ tal-forma ċilindrika ċatta konvenzjonali, ta' valur ħieles fil-fruntiera li għandu jigi stabbilit | 9,07 |

—biċċiet ippakkjati f'vakum jew f'gass inerti, bil-qoxra fuq mill-inqas naħa waħda, ta' piż nett ta' mhux inqas minn 1 kg iżda inqas minn 5 kg, ta' valur hieles fil-frutjiera li għandu jiġi stabbilit | 9,07 |

—biċċiet ippakkjati f'vakum jew f'gass inerti, ta' mhux inqas minn 450 g, u ta' valur hieles fil-frutjiera li għandu jiġi stabbilit | 9,07 |

—Ġobon bil-ħwawar Glarus (magħruf bħala 'Schabziger'), magħmul minn ħalib xkumat u mħallat bi ħwawar mitħunin tajjeb, li jaqa' taħt sottotitolu 04.04D tat-Tariffa tad-Dwana | 6% |

—Tilsit, kontenut ta' xaham, bil-piż, fil-materja niexfa, li ma jaqbiżx 48 %, li jaqa' taħt sottotitolu 04.04E 1 b) 2 tat-Tariffa tad-Dwana | levy |

—Tilsit, kontenut ta' xaham, bil-piż, fil-materja niexfa, li jaqbeż 48 %, li jaqa' taħt sottotitolu 04.04E 1 b) 2 tat-Tariffa tad-Dwana | levy |

—Ġobon ipproċessat, mhux maħkuk jew tat-trab, li fit-taħlita tiegħu ikunu ġew użati biss Emmentaler, Gruyère u Appenzell u li jista' jiżdied fiha, ġobon bil-ħwawar Glarus (maghħruf bħala 'Schabziger'), mibjugħ bl-imnut, b'valur ħieles fil-fruntiera li għad irid jiġi stabbilit, u b'kontenut ta' xaħam, bil-piż, fil-materja niexfa, li ma jaqbiżx 56 %, li jaqa' taħt sottotitolu 04.04D tat-Tariffa tad-Dwana Komuni | 36,27 | 96 | 110 | 127 | 146 |

Matul il-perjodu ta' transizzjoni, l-applikazzjoni tad-dazji ta' l-importazzjoni elenkati hawn fuq għandha teskludi l-imposizzjoni ta' ammont kompensatorju stabbilit skond id-disposizzjonijiet ta' l-Att ta' Adeżjoni.

Id-dazji murija hawn fuq għandhom ikunu applikabbli bil-kondizzjoni li l-Konfederazzjoni Svizzera twiegħed li fejn ikun applikabbli tosserva valur ħieles fil-fruntiera Spanjola. Fil-bidu tal-perjodu ta' transizzjoni, dan il-valur għandu jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-livelli ta' prezzijiet irrekordjati fis-suq Spanjol għall-ġobon in kwistjoni, imnaqqas bil-ħlasijiet totali ta' importazzjoni.

Matul il-perjodu transitorju, il-valuri ħielsa fil-fruntiera Spanjola li għandhom jiġu osservati mill-Konfederazzjoni Svizzera għandhom jiġu aġġustati sabiex jagħtu każ ta' l-allinjament tal-prezzijiet tal-ġobon fis-suq Spanjol ma' dawk fis-suq tal-Komunità sakemm dawk il-valuri jkunu identiċi ma' dawk applikabbli għal importazzjonijiet ġewwa l-Komunità kif inhija kkostitwita fil-31 ta' Diċembru 1985.

Mill-1 ta' Jannar 1990 u sa l-aħħar tal-perjodu ta' transizzjoni, il-kwantitajiet indikati hawn fuq għandhom jiġu addattati kull sena bi qbil mar-regoli applikabbli għal importazzjonijiet fi Spanja mill-Komunità kif inhija kkostitwita fil-31 ta' Diċembru 1985.

(b) Ma' l-importazzjoni fil-Portugall:

Deskrizzjoni | Dazju fuq l-importazzjoni (ECU/100 kg piż nett) jew % ad valorum | Kwantità (tunnellati) |

1986 | 1987 | 1988 | 1989 |

—Emmentaler, Gruyère, Sbrinz, Appenzell, Vacherin fribourgeois u Tête de moine, mhux maħkuk jew tat-trab, ta' kontenut ta' xaħam minimu ta' 45 % bil-piż fil-materja niexfa, immaturat għal mill-inqas xahrejn fil-każ ta' Vacherin fribourgeois u għal ta' l-inqas tliet xhur għall-oħrajn, li jaqgħu taht sottotitolu 04.04 A tat-Tariffa tad-Dwana Komuni: | 50 | 58 | 66 | 76 |

—ġobnijiet sħaħ tal-forma ċilindrika ċatta konvenzjonali, ta' valur ħieles fil-frutjiera li għandu jiġi stabbilit | 9,07 |

—biċċiet ippakkjati f'vakum jew f'gass inerti, bil-qoxra fuq għallinqas naħa waħda, ta' piż nett ta' mhux inqas minn 1 kg iżda inqas minn 5 kg, ta' valur ħieles fil-frutjiera li għandu jiġi stabbilit | 9,07 |

—biċċiet ippakkjati f'vakum jew f'gass inerti, ta' mhux inqas minn 450 g, u ta' valur ħieles fil-frutjiera li għandu jiġi stabbilit | 9,07 |

—Ġobon ipproċessat, mhux maħkuk jew tat-trab, li fit-taħlita tiegħu intużaw biss Emmentaler, Gruyère u Appenzell, u li jista' jkollu fih, bħala żjieda, ġobon bil-ħwawar Glarus (magħruf bħala 'Schabziger'), mibjugħ bl-imnut, valur bla dazju fil-fruntiera għadu mhux stabbilit, u b'kontenut ta' xaħam, skond il-piż, tal-materjal xott, mhux aktar minn 56 %, fis-sub-intestatura 04.04 D tat-Tariffa Doganali Komuni | 36,27 | 85 | 98 | 113 | 130 |

Matul il-perjodu ta' transizzjoni, l-applikazzjoni tad-dazji ta' importazzjoni elenkati hawn fuq għandha teskludi l-imposizzjoni ta' ammont kompensatorju stabbilit skond id-disposizzjonijiet ta' l-Att ta' l-Adeżjoni.

Id-dazji indikati hawn fuq għandhom ikunu applikabbli bil-kondizzjoni li l-Konfederazzjoni Svizzera twiegħed li, meta applikabbli, tosserva l-valur ħieles fil-fruntiera Spanjola. Fil-bidu tal-perjodu ta' transizzjoni, dan il-valur għandu jkun stabbilit fuq il-bażi tal-livelli tal-prezzijiet irrekordjati fis-suq Spanjol għall-ġobon in kwistjoni, imnaqqas bil-ħlasijiet totali ta' l-importazzjoni.

Matul il-perjodu transitorju, il-valuri ħielsa fil-fruntiera Spanjola li għandhom ikunu osservati mill-Konfederazzjoni Svizzera għandhom jiġu aġġustati sabiex jagħtu każ ta' l-allinjament ta' prezzijiet tal-ġobon fis-suq Spanjol ma' dawk fis-suq tal-Komunità sakemm dawk il-valuri jkunu identiċi ma' dawk applikabbli għal importazzjonijiet ġewwa l-Komunità kif inhija kkostitwita fil-31 ta' Diċembru 1985.

Mill-1 ta' Jannar 1990 u sa l-aħħar tal-perjodu ta' transizzjoni, il-kwantitajiet indikati hawn fuq għandhom jiġu addattati kull sena bi qbil mar-regoli applikabbli għal importazzjonijiet fi Spanja mill-Komunità kif inhija kkostitwita fil-31 ta' Diċembru 1985.

II. Il-Komunità taqbel ma' l-inklużjoni tal-ġobon imsejjaħ "Vacherin Mont d'Or" f'is-subintestatura 04.04 A tat-Tariffa Doganali Komuni.

Dan l-Iskambju ta' Ittri għandu jiġi approvat mill-Partijiet Firmatarji bi qbil mal-proċeduri normali tagħhom.

Inkun grat jekk tikkonferma li l-Gvern tiegħek jaqbel mal-kontenut ta' din l-ittra.

Jekk jogħġbok, Sinjur, aċċetta l-assigurazzjoni ta' l-ogħla stima tiegħi.

Għall-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej

Brussel, l-14 ta' Lulju 1986

Sinjur,

Għandi l-unur ngħarrfek li bil-wasla ta' l-ittra tiegħek bid-data tal-lum li taqra kif ġej:

"Għandi l-unur nirreferi għall-konċessjonijiet tat-tariffi li l-Komunità u l-Konfederazzjoni Svizzera taw lil xulxin fir-rigward ta' ġobon, u għan-negozjati li saru sabiex dawn il-konċessjonijiet jiġu addattati minħabba l-Adeżjoni tar-Renju ta' Spanja u tar-Repubblika Portugiża fil-Komunità.

Jiena b'dan nikkonferma li r-riżultati tan-negozjati kienu kif ġej:

I. Il-Komunità u l-Konfederazzjoni Svizzera jaqblu li, matul il-perjodu ta' transizzjoni stabbilit bl-Att ta' l-Adeżjoni, id-dazji ta' l-importazzjoni fuq il-kwantitajiet annwali ta' ġobon elenkati hawn taħt u intiżi għas-swieq ta' Spanja u tal-Portugall għandhom jinżammu fil-livelli kif ġej:

(a) ma' l-importazzjoni fi Spanja:

Ġobon li joriġina fi u li jkun ġej mill-Isvizzera akkompanjat b'ċertifikat approvat:

Deskrizzjoni | Dazju fuq l-importazzjoni (ECU/100 kg piz nett) jew % ad valorum | Kwantità (tunnellati) |

1986 | 1987 | 1988 | 1989 |

—Emmentaler, Gruyère, Sbrinz, Appenzell, Vacherin fribourgeois u Tête de moine, mhux maħkuk jew tat-trab, ta' kontenut ta' xaham minimu ta' 45 % bil-piż fil-materja niexfa, immaturat għal mill-inqas xahrejn fil-każ ta' Vacherin fribourgeois u għal ta' l-inqas tliet xhur għall-oħrajn, li jaqa' taht sottotitolu 04.04 A tat-Tariffa tad-Dwana Komuni: | 1844 | 2121 | 2439 | 2805 |

—ġobnijiet sħaħ tal-forma ċilindrika ċatta konvenzjonali, ta' valur ħieles fil-fruntjiera li għandu jigi stabbilit | 18,13 |

—biċċiet ippakkjati f'vakum jew f'gass inerti, bil-qoxra fuq mill-inqas naħa waħda, ta' piż nett ta' mhux inqas minn 1 kg iżda inqas minn 5 kg, ta' valur hieles fil-frutjiera li għandu jiġi stabbilit | 18,13 |

—Emmentaler, Gruyère, Sbrinz, Appenzell, Vacherin fribourgeois u Tête de moine, mhux maħkuk jew tat-trab, ta' kontenut ta' xaħam minimu ta' 45 % bil-piż, fil-materja niexfa, immaturat għal mill-inqas xahrejn fil-każ ta' Vacherin fribourgeois u għal mill-inqas tliet xhur għall-oħrajn, li jaqgħu taħt sottotitolu 04.04 A tat-Tariffa tad-Dwana Komuni: | |

—ġobnijiet sħaħ tal-forma ċilindrika ċatta konvenzjonali, ta' valur ħieles fil-fruntjiera li għandu jigi stabbilit | 9,07 |

—biċċiet ippakkjati f'vakum jew f'gass inerti, bil-qoxra fuq mill-inqas naħa waħda, ta' piż nett ta' mhux inqas minn 1 kg, ta' valur hieles fil-fruntiera li għandu jiġi stabbilit | 9,07 |

—biċċiet ippakkjati f'vakum jew f'gass inerti, ta' mhux inqas minn 450 g, u ta' valur hieles fil-fruntiera li għandu jiġi stabbilit | 9,07 |

—Ġobon bil-ħwawar Glarus (magħruf bħala 'Schabziger'), magħmul minn ħalib xkumat u mħallat bi ħwawar mitħunin tajjeb, li jaqa' taħt sottotitolu 04.04D tat-Tariffa tad-Dwana | 6% |

—Tilsit, kontenut ta' xaham, bil-piż, fil-materja niexfa, li ma jaqbiżx 48 %, li jaqa' taħt sottotitolu 04.04E 1 b) 2 tat-Tariffa tad-Dwana | Levy |

—Tilsit, kontenut ta' xaham, bil-piż, fil-materja niexfa, li jaqbeż 48 %, li jaqa' taħt sottotitolu 04.04E 1 b) 2 tat-Tariffa tad-Dwana | Levy |

—Ġobon ipproċessat, mhux maħkuk jew tat-trab, li fit-taħlita tiegħu ikunu ġew użati biss Emmentaler, Gruyère u Appenzell u li jista' jkun miżjud fiha, ġobon bil-ħwawar Glarus (maghħruf bħala 'Schabziger'), impoġġi għall-bejgħ bl-imnut, b'valur ħieles fil-fruntjiera li għad irid jiġi stabbilit, u b'kontenut ta' xaħam, bil-piż, fil-materja niexfa, li ma jaqbiżx 56 %, li jaqa' taħt sottotitolu 04.04D tat-Tariffa tad-Dwana Komuni | 36,27 | 96 | 110 | 127 | 146 |

Matul il-perjodu ta' transizzjoni, l-applikazzjoni tad-dazji ta' l-importazzjoni elenkati hawn fuq għandha teskludi l-imponiment ta' ammont kompensatorju stabbilit bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta' l-Att ta' l-Adeżjoni.

Id-dazji murija hawn fuq għandhom ikunu applikabbli basta li l-Konfederazzjoni Svizzera twiegħed li fejn ikun applikabbli tosserva valur ħieles fil-fruntiera Spanjola. Fil-bidu tal-perjodu ta' transizzjoni, dan il-valur għandu jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-livelli ta' prezzijiet irrekordjati fis-suq Spanjol għall-ġobon in kwistjoni, imnaqqas bil-ħlasijiet totali ta' importazzjoni.

Matul il-perjodu transitorju, il-valuri ħielsa fil-fruntiera Spanjola li għandhom jiġu osservati mill-Konfederazzjoni Svizzera għandhom jiġu aġġustati sabiex jagħtu każ ta' l-allinjament tal-prezzijiet tal-ġobon fis-suq Spanjol ma' dawk fis-suq tal-Komunità sakemm dawk il-valuri jkunu identiċi ma' dawk applikabbli għal importazzjonijiet ġewwa l-Komunità kif inhija kkostitwita fil-31 ta' Diċembru 1985.

Mill-1 ta' Jannar 1990 u sa l-aħħar tal-perjodu ta' transizzjoni, il-kwantitajiet indikati hawn fuq għandhom jiġu addattati kull sena bi qbil mar-regoli applikabbli għal importazzjonijiet fi Spanja mill-Komunità kif inhija kkostitwita fil-31 ta' Diċembru 1985.

(b) Ma' l-importazzjoni fil-Portugall:

Deskrizzjoni | Dazju fuq l-importazzjoni (ECU/100 kg piz nett) jew % ad valorum | Kwantità (tunnellati) |

1986 | 1987 | 1988 | 1989 |

—Emmentaler, Gruyè, Sbrinz, Appenzell, Vacherin fribourgeois u Tête de moine, mhux maħkuk jew tat-trab, ta' kontenut ta' xaħam minimu ta' 45 % bil-piż fil-materja niexfa, immaturat għal mill-inqas xahrejn fil-każ ta' Vacherin fribourgeois u għal ta' l-inqas tliet xhur għall-oħrajn, li jaqgħu taħt sottotitolu 04.04 A tat-Tariffa tad-Dwana Komuni: | 50 | 58 | 66 | 76 |

—ġobnijiet sħaħ tal-forma ċilindrika ċatta konvenzjonali, ta' valur ħieles fil-fruntiera li għandu jiġi stabbilit | 9,07 |

—bicciet ippakkjati f'vakum jew f'gass inerti, bil-qoxra fuq għallinqas naħa waħda, ta' piż nett ta' mhux inqas minn 1 kg iżda inqas minn 5 kg, ta' valur ħieles fil-fruntiera li għandu jiġi stabbilit | 9,07 |

—biċċiet ippakkjati f'vakum jew f'gass inerti, ta' mhux inqas minn 450 g, u ta' valur ħieles fil-fruntiera li għandu jiġi stabbilit | 9,07 |

—Ġobon ipproċessat, mhux maħkuk jew tat-trab, li fit-taħlita tiegħu jkunu ġew użati biss Emmentaler, Gruyère u Appenzell u li jista' jkun miżjud fiha, ġobon bil-ħwawar Glarus (magħruf bħala 'Schabziger'), impoġġi għall-bejgħ bl-imnut, b'valur ħieles fil-fruntiera li għad irid jiġi stabbilit, u b'kontenut ta' xaħam, bil-piż, fil-materja niexfa, li ma jaqbiżx 56 %, li jaqa' taħt sottotitolu 04.04D tat-Tariffa Doganali Komuni | 36,27 | 85 | 98 | 113 | 130 |

Matul il-perjodu ta' tranżizzjoni, l-applikazzjoni tad-dazji ta' l-importazzjoni elenkati hawn fuq għandha teskludi l-imponiment ta' ammont kompensatorju stabbilit bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta' l-Att ta' l-Adeżjoni.

Id-dazji indikati hawn fuq għandhom ikunu applikabbli basta li l-Konfederazzjoni Svizzera twiegħed li, meta applikabbli, tosserva l-valur ħieles fil-fruntiera Spanjola. Fil-bidu tal-perjodu ta' transizzjoni, dan il-valur għandu jkun stabbilit fuq il-bażi tal-livelli tal-prezzijiet irrekordjati fis-suq Spanjol għall-ġobon in kwistjoni, imnaqqas bil-ħlasijiet totali ta' l-importazzjoni.

Matul il-perjodu ta' transizzjoni, il-valuri ħielsa fil-fruntiera Spanjola li għandhom ikunu osservati mill-Konfederazzjoni Svizzera għandhom jiġu aġġustati sabiex jagħtu każ ta' l-allinjament ta' prezzijiet tal-ġobon fis-suq Spanjol ma' dawk fis-suq tal-Komunità sakemm dawk il-valuri jkunu identiċi ma' dawk applikabbli għal importazzjonijiet ġewwa l-Komunità kif inhija kkostitwita fil-31 ta' Diċembru 1985.

Mill-1 ta' Jannar 1990 u sa l-aħħar tal-perjodu ta' transizzjoni, il-kwantitajiet indikati hawn fuq għandhom jiġu addattati kull sena bi qbil mar-regoli applikabbli għal importazzjonijiet fi Spanja mill-Komunità kif inhija kkostitwita fil-31 ta' Diċembru 1985.

II. Il-Komunità taqbel ma' l-inklużjoni tal-ġobon imsejjaħ "Vacherin Mont d'Or" fis-subintestatura 04.04 A tat-Tariffa Doganali Komuni.

Dan l-Iskambju ta' Ittri għandu jiġi approvat mill-Partijiet Firmatarji bi qbil mal-proċeduri normali tagħhom.

Inkun grat jekk tikkonferma li l-Gvern tiegħek jaqbel mal-kontenut ta' din l-ittra."

Jekk jogħġbok, Sinjur, aċċetta l-assigurazzjoni ta' l-ogħla stima tiegħi.

Għandi l-unur nikkonferma li l-Gvern tiegħi jaqbel mal-kontenut ta' l-ittra tiegħek.

Għall-Gvern tal-Konfederazzjoni Svizzera

Skambju ta' Ittri Nru 4

Brussel, 14 ta' Lulju, 1986.

Sinjur,

Għandi l-unur nirreferi għall-konċessjonijiet tat-tariffi li l-Komunità u l-Konfederazzjoni Svizzera taw lil xulxin fir-rigward ta' ġobon, u għan-negozjati li saru llum sabiex dawn il-konċessjonijiet jiġu addattati minħabba l-Adeżjoni tar-Renju ta' Spanja u tar-Repubblika Portugiża fil-Komunità.

Nikkonferma li l-Komunità twiegħed li tidħol f'konsultazzjonijiet mal-Konfederazzjoni Svizzera jekk ikun hemm problemi fl-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim.

Jekk jogħġbok, Sinjur, aċċetta l-asigurazzjoni ta' l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi.

Għall-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej

Brussel, l-14 ta' Lulju 1986

Sinjur,

Għandi l-unur ngħarrfek li waslitli l-ittra tiegħek bid-data tal-lum li taqra kif ġej:

"Għandi l-unur nirreferi għall-konċessjonijiet tat-tariffi li l-Komunità u l-Konfederazzjoni Svizzera taw lil xulxin fir-rigward ta' ġobon, u għan-negozjati li saru llum sabiex dawn il-konċessjonijiet jiġu addattati minħabba l-Adeżjoni tar-Renju ta' Spanja u tar-Repubblika Portugiża fil-Komunità.

Nikkonferma li l-Komunità twiegħed li tidħol f'konsultazzjonijiet mal-Konfederazzjoni Svizzera jekk ikun hemm problemi fl-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim."

Għandi l-unur nikkonferma li l-Gvern tiegħi huwa fi qbil mal-kontenut ta' l-ittra tiegħek.

Jekk jogħġbok, Sinjur, aċċetta l-assigurazzjoni ta' l-ogħla stima tiegħi.

Għall-Gvern tal-Konfederazzjoni Svizzera

Skambju ta' Ittri Nru 5

Brussel, l-14 ta' Lulju 1986

Sinjur,

Għandi l-unur ninfurmak li fil-kuntest ta' l-addattament tal-Ftehim bejn il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Komunità wara l-Adeżjoni tar-Renju ta' Spanja u tar-Repubblika Portugiża, il-Komunità sejra tkompli tissospendi, kif hemm ipprovdut fl-Iskambju ta' Ittri ta' l-1972, id-dazji doganali fuq l-importazzjoni fuq dawn il-prodotti li ġejjin li joriġinaw fl-Isvizzera:

Intestatura CCT Nru | Deskrizzjoni tal-prodott |

03.01 | Ħut, frisk (ħaj jew mejjet), imkessaħ jew iffriżat: A.Ħut ta' l-ilma ħelu:I.Trota u ħut ieħor li jixbaħ is-salamun:(ċ)Ħut abjad tal-lag(d)IeħorIV.Ieħor |

Din is-sospensjoni, fl-ispirtu ta' l-Artikolu 15 tal-Ftehim riferit hawn fuq, issa sejra tkun fuq bażi preferenzjali.

F'dak li jirrigwardja lil Spanja u lill-Portugall, it-tariffi fuq il-prodotti in kwistjoni li joriġinaw fl-Isvizzera għandhom jitnaqqsu għax-xejn nhar l-1 ta' Jannar 1986, bi 12,5 % tar-rata bażika applikata f'kull wieħed miż-żewġ pajjiżi konċernati, u bi 12,5 % oħrajn nhar l-1 ta' Jannar ta' kull waħda mis-seba' snin sussegwenti.

Jekk jogħġbok, Sinjur, aċċetta l-assigurazzjoni ta' l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi.

Għall-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej

Brussel, l-14 ta' Lulju 1986

Sinjur,

Għandi l-unur ngħarrfek li waslitli l-ittra tiegħek bid-data tal-lum li taqra kif ġej:

"Għandi l-unur ninfurmak li fil-kuntest ta' l-addattament tal-Ftehim bejn il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Komunità wara l-Adeżjoni tar-Renju ta' Spanja u tar-Repubblika Portugiża, il-Komunità sejra tkompli tissospendi, kif hemm ipprovdut fl-Iskambju ta' Ittri ta' l-1972, id-dazji doganali fuq l-importazzjoni fuq dawn il-prodotti li ġejjin li joriġinaw fl-Isvizzera:

Intestatura CCT Nru | Deskrizzjoni tal-prodott |

03.01 | Ħut, frisk (ħaj jew mejjet), imkessaħ jew iffriżat: A.Ħut ta' l-ilma ħelu:I.Trota u ħut ieħor li jixbaħ is-salamun:(ċ)Ħut abjad tal-lag(d)IeħorIV.Ieħor |

Din is-sospensjoni, fl-ispirtu ta' l-Artikolu 15 tal-Ftehim riferit hawn fuq, issa sejra tkun fuq bażi preferenzjali.

F'dak li jirrigwardja lil Spanja u lill-Portugall, it-tariffi fuq il-prodotti in kwistjoni li joriġinaw fl-Isvizzera għandhom jitnaqqsu għax-xejn nhar l-1 ta' Jannar 1986, bi 12,5 % tar-rata bażika applikata f'kull wieħed miż-żewġ pajjiżi konċernati, u bi 12,5 % oħrajn nhar l-1 ta' Jannar ta' kull waħda mis-seba' snin sussegwenti."

Għandi l-unur ngħarrfek li l-Gvern tiegħi ħa nota tal-kontenut ta' l-ittra tiegħek.

Jekk jogħġbok, Sinjur, aċċetta l-assigurazzjoni ta' l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi.

Għall-Gvern tal-Konfederazzjoni Svizzera

--------------------------------------------------

Klawsola li tikkonċerna l-Gżejjer Kanarji, Ceuta and Melilla

Fir-rigward tal-Gżejjer Kanarji, Ceuta and Melilla, iż-żewġ partijiet qablu kif ġej:

(a) Il-Konfederazzjoni Svizzera għandha tapplika għall-importazzjoni mit-territorji ta' hawn fuq il-konċessjonijiet tat-tariffi li joħorġu mill-Iskambju ta' l-Ittri tal-21 ta' Lulju 1972 u tal-5 ta' Frar 1981 kif ukoll dawk li joħorġu minn dan l-Iskambju ta' Ittri. F'dak li jikkonċerna l-konċessjonijiet kwantitattivi, ishma ta' kwoti għall-Gżejjer Kanarji, Ceuta u Melilla, għandhom jiġu stabbiliti mill-Konfederazzjoni Svizzera b'konsultazzjoni mal-Komunità, filwaqt li jingħata każ ta' l-importazzjonijiet mit-territorji msemmija.

(b) Jekk ikun hemm bdil fl-arranġamenti għal importazzjoni ta' prodotti agrikoli fil-Gżejjer Kanarji, Ceuta u Melilla li jistgħu jaffettwaw l-esportazzjoni mill-Isvizzera, il-Komunità u l-Konfederazzjoni Svizzera għandhom jikkonsultaw lil xulxin bil-ħsieb li jadottaw miżuri addattati sabiex jieħdu ħsieb is-sitwazzjoni.

(ċ) Il-Kumitat Konġunt għandu jadotta kwalunkwe aġġustamenti għar-regoli ta' l-oriġini li jistgħu jkunu meħtieġa għall-iskopijiet sabiex jiġu implimentati l-punti (a) u (b).

--------------------------------------------------