21986A1122(05)



Official Journal L 328 , 22/11/1986 P. 0039 - 0048
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 4 P. 0139
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 4 P. 0139


Ftehim

fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunitá Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar prodotti mhux agrikoli u prodotti agrikoli proċessati mhux koperti mill-Ftehim.

Brussel, fl-14 ta' Lulju 1986

Sinjur,

Għandi l-unur nirreferi għall-Protokoll Addizzjonali bejn il-Komunitá Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera bħala konsegwenza ta' l-adeżjoni tar-Renju ta' Spanja u tar-Repubblika Portuġiża fil-Komunitá, iffirmat illum, u għan-negozjati li saru bejn il-Komunitá u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-arranġamenti transitorji doganali li għandhom jiġu applikati fil-kummerċ bejn Spanja u Portugall, minn naħa waħda u l-Konfederazzjoni Svizzera minn naħa l-oħra, fil-każ ta' prodotti mhux agrikoli u prodotti agrikoli proċessati mhux koperti mill-Ftehim.

Għall-prodotti fil-lista fl-Annessi I u II, jiena hawnhekk nikkonferma li r-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Portuġiża sejrin jeliminaw bil-mod id-differenzi li jeżistu bejn id-dazju bażiku kif definit skond l-Artikoli 4 u 10 tal-Protokoll Addizzjonali u t-Tariffa Doganali Komuni sabiex jintlaħaq id-dazju stipulat f'dik it-Tariffa sa l-1 ta' Jannar 1993. Dan l-eliminazzjoni għandu jsir għal Spanja f'passi ta' 10 %, 12,5 %, 15 %, 15 %, 12,5 %, 12,5 %, 12,5 % u 10 %, rispettivament. Għal Portugall l-eliminazzjoni għandu jsir f'passi ta'10 %, 10 %, 15 %, 15 %, 10 %, 10 %, 15 % u 15 %, rispettivament.

Mill-1 ta' Marzu 1986, fil-każijiet ta' intestaturi tat-tariffa li taħthom ma jkunx hemm differenza fid-dazji bażiċi ta' iżjed minn 15 % f'kull direzzjoni mid-dazji fit-Tariffa Doganali Komuni jew fit-tariffa unita tal-KEFA, dawn id-dazji ta' l-aħħar għandhom jiġu applikati mir-Renju ta' Spanja.

Mill-1 ta' Marzu 1986, ir-Repubblika Portuġiża għandha tapplika dazju li jnaqqas b'10 % id-differenza bejn id-dazju bażiku u d-dazju fit-Tariffa Doganali Komuni. Mill-1 ta' Jannar 1987, fil-każijiet ta' intestaturi tat-tariffa li taħthom ma jkunx hemm differenza fid-dazji bażiċi ta' iżjed minn 15 % f'kull direzzjoni mid-dazji fit-Tariffa Doganali Komuni jew fit-tariffa unita tal-KEFA, dawn id-dazji ta' l-aħħar għandhom jiġu applikati mill-Portugall.

Il-Konfederazzjoni Svizzera għandha timxi bl-istess mod fil-każ tal-prodotti msemmija fl-Anness III li joriġinaw fil-Portugall, sabiex tilħaq sa' l-1 ta' Jannar 1993 id-dazju stipulat fit-Tariffa Doganali ta' l-Isvizzera.

Dan l-iSkambju ta' Ittri għandu jiġi approvat mill-Partijiet Kontraenti skond il-proċeduri tagħhom.

Inkun obbligat jekk tista' tikkonferma li l-Gvern tar-Repubblika ta' l-Awstrija jaqbel ma dak li huwa miktub hawn fuq.

Sinjur, jekk jogħġbok aċċetta l-assigurazzjoni ta' l-għola konsiderazzjoni tiegħi.

Għan-nom tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej

Brussel, fl-14 ta' Lulju 1986

Sinjur,

Għandi l-pjaċir ngħarfek dwar il-wasla ta' l-ittra tiegħek bid-data ta' llum li taqra kif ġej:

"Għandi l-unur nirreferi għall-Protokoll Addizzjonali bejn il-Komunitá Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera bħala konsegwenza ta' l-adeżjoni tar-Renju ta' Spanja u tar-Repubblika Portuġiża fil-Komunitá, iffirmat illum, u għan-negozjati li saru bejn il-Komunitá u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-arranġamenti transitorji doganali li għandhom jiġu applikati fil-kummerċ bejn Spanja u Portugall, minn naħa waħda u l-Konfederazzjoni Svizzera minn naħa l-oħra, fil-każ ta' prodotti mhux agrikoli u prodotti agrikoli proċessati mhux koperti mill-Ftehim.

Għall-prodotti fil-lista fl-Annessi I u II, jiena hawnhekk nikkonferma li r-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Portuġiża sejrin jeliminaw bil-mod id-differenzi li jeżistu bejn id-dazju bażiku kif definit skond l-Artikoli 4 u 10 tal-Protokoll Addizzjonali u t-Tariffa Doganali Komuni sabiex jintlaħaq id-dazju stipulat f'dik it-Tariffa sa l-1 ta' Jannar 1993. Dan l-eliminazzjoni għandu jsir għal Spanja f'passi ta' 10 %, 12,5 %, 15 %, 15 %, 12,5 %, 12,5 %, 12,5 % u 10 %, rispettivament. Għal Portugall l-eliminazzjoni għandu jsir f'passi ta'10 %, 10 %, 15 %, 15 %, 10 %, 10 %, 15 % u 15 %, rispettivament.

Mill-1 ta' Marzu 1986, fil-każijiet ta' intestaturi tat-tariffa li taħthom ma jkunx hemm differenza fid-dazji bażiċi ta' iżjed minn 15 % f'kull direzzjoni mid-dazji fit-Tariffa Doganali Komuni jew fit-tariffa unita tal-KEFA, dawn id-dazji ta' l-aħħar għandhom jiġu applikati mir-Renju ta' Spanja.

Mill-1 ta' Marzu 1986, ir-Repubblika Portuġiża għandha tapplika dazju li jnaqqas b'10 % id-differenza bejn id-dazju bażiku u d-dazju fit-Tariffa Doganali Komuni. Mill-1 ta' Jannar 1987, fil-każijiet ta' intestaturi tat-tariffa li taħthom ma jkunx hemm differenza fid-dazji bażiċi ta' iżjed minn 15 % f'kull direzzjoni mid-dazji fit-Tariffa Doganali Komuni jew fit-tariffa unita tal-KEFA, dawn id-dazji ta' l-aħħar għandhom jiġu applikati mill-Portugall.

Il-Konfederazzjoni Svizzera għandha timxi bl-istess mod fil-każ tal-prodotti msemmija fl-Anness III li joriġinaw fil-Portugall, sabiex tilħaq sa' l-1 ta' Jannar 1993 id-dazju stipulat fit-Tariffa Doganali ta' l-Isvizzera.

Dan l-iSkambju ta' Ittri għandu jiġi approvat mill-Partijiet Kontraenti skond il-proċeduri tagħhom.

Inkun obbligat jekk tista' tikkonferma li l-Gvern tal-Konfederazzjoni Svizzera jaqbel ma dak li huwa miktub hawn fuq.'"

Għandi pjaċir li nikkonferma li l-Gvern tiegħi jaqbel mal-kontenut ta' l-ittra tiegħek.

Sinjur, jekk jogħġbok aċċetta l-assigurazzjoni ta' l-għola konsiderazzjoni tiegħi.

Għall-Gverntal-Konfederazzjoni Svizzera

--------------------------------------------------

ANNESS I

SPANJA

TDK Intestatura Nru | Deskrizzjoni |

21.05 | Sopop u brodu, f'forma likwida, solida jew tat-trab; preparati ta' l-ikel kompost omoġenizzat: B.Preparati ta' l-ikel kompost omoġenizzat |

21.06 | Ħmira naturali (attiv jew inattiv); Trabijiet tal-ħami bħala sostitut tal-ħmira preparati: C.Trabijiet tal-ħami bħala sostitut tal-ħmira preparati |

21.07 | Preparati ta' l-ikel mhux indikati jew inklużi xi mkien ieħor: G.Oħrajn1.Li ma fihomx xaħmijiet tal-ħalib jew li fihom inqas minn 1.5 % fl-użin ta' dawn ix-xaħmijiet:(a)Li ma fihomx sukrosju jew li fihom inqas minn 5 % fl-użin tas-sukrosju (inkluż Iż-żokkor invertit espress bħala sukrosju):eż 1.Li ma fihomx lamtu jew li fihom inqas minn 5 % fl-użin tal-lamtu:Preparati ta' l-ikel li huma sostituti għal ħalib tal-bnedmin u użati għat-trattament tal-bidliet metaboliċi fit-trabi, u ċerti preparati ta' l-ikel oħrajn |

--------------------------------------------------

ANNESS II

IL-PORTUGALL

TDK Intestatura Nru | Deskrizzjoni |

05.03 | Xagħar taż-żiemel u skart tx-xagħar taż-żiemel, sew jekk imqiegħed fuq saff jew bejn żewġ saffi ta' materjal ieħor: B.Oħrajn |

05.07 | Ġlud u partijiet oħra ta' l-għasafar bir-rix jew biż-żajbar tagħhom, rix u partijiet mir-rix (sewwa jekk bit-trufijiet mirquma u sewwa jekk le) u żajbar, mhux maħduma aktar milli mnaddfa, diżinfettati jew trattati għall-preservazzjoni; trab u skart tar-rix jew partijjiet tar-rix: A.Rix tas-sodda; żajbar:II.OħrajnB.Oħrajn |

05.13 | Sponoż naturali: B.Oħrajn |

13.02 | Xellak, gommalakka taż-żerriegħa, gommalakka tal-ħatar; gommom naturali, reżini, raża tal-gomma u balzmi: A.Raża tal-konifera |

13.03 | Linfa u estratti tal-ħxejjex; sustanzi tal-pektin, pektinati u pektati; agar-agar u muċilaġni u prodotti oħra li jgħaqqdu, miksuba minn prodotti tal-ħxejjex: A.Linfa u estratti tal-ħxejjex:III.Tal-kwassja (Quassia amara)IV.Ta' l-għud is-susV.Tal-pyrethrum u l-għeruq ta' pjanti li fihom ir-rotenoneVI.Tal-ħopsVII.Taħlitiet ta' estratti tal-ħxejjex, għall-fabrikazzjoni ta' xorb jew ta' preparati ta' l-ikel.VIII.Oħrajn:(a)MediċinaliB.Sustanzi tal-pektin, pektinati u pektati:eż 1.Niexfa:barra minn sustanzi tal-pektineż II.Oħrajn:barra minn sustanzi tal-pektinC.Agar-Agar u muċilaġni u prodotti oħra li jgħaqqdu, miksuba minn prodotti tal-ħxejjex:I.Agar-AgarII.Muċilaġni u prodotti oħra li jgħaqqdu, miksuba mill-ħarrub jew miż- żerriegħa tal-ħarrub |

14.01 | Materjali tal-ħaxxix tat-tip użati primarjament għad-dafra (per eżempju, tiben taċ-ċereali, nadif, bliċjat jew mogħti ż-żebgħa, żafżaf, qasab, ġummar, kannadindja, bambu, raffja u qoxra tax-xkomp): A.Żafżaf:II.OħrajnB.Tiben taċ-ċereali, nadif, bliċjat jew mogħti ż-żebgħa |

15.05 | Xaħam tas-suf u sustanzi tax-xaħam miksuba minnhom (inkluż il-lanolin) |

15.06 | Żjut u xaħmijiet oħra ta' l-annimali (inkluż Iż-żejt mis-sieq ta' l-ifrat u xaħmijiet mill-qadam jew mill-iskart) |

15.08 | Żjut ta' l-annimali u tal-ħxejjex, mgħollija, ossidizzati, deidratti, ittrattati bil-kubrit, minfuha jew ippolimerizzati bis-sħana f'vakuum jew f'gas inert, jew modifikati b'xi mod ieħor. |

15.10 | Aċidi xaħmin; żjut ta' l-aċidu mir-raffinar; alkoħol imxaħħam: A.Aċidu stearikuB.Aċidu oleiceż C.Aċidi xaħmin oħra; żjut ta' l-aċidu mir-raffinarbarra minn prodotti miksuba mill-injam ta' l-arżnu, b'kontenut ta' aċidu mxaħħam tad-90 % jew iżjed bl-użinD.Alkoħol imxaħħam |

15.11 | Gliċerina u soluzzjonijiet alkalini tal-gliċerina |

15.15 | Spermaċeti, mhux raffinat, magħsur jew raffinat, sewwa jekk kuluriti u sewwa jekk le; xama' tan-naħal u xama' oħra ta' l-insetti, sewwa jekk kuluriti u sewwa jekk le: A.Spermaċeti, mhux raffinat, magħsur jew raffinat, sewwa jekk kuluriti u sewwa jekk leB.xama' tan-naħal u xama' oħra ta' l-insetti, sewwa jekk kuluriti u sewwa jekk leII.Oħrajn |

15.16 | Xama' tal-ħxejjex, sewwa jekk kuluriti u sewwa jekk le: B.Oħrajn |

15.17 | Degras; reżidwi li jirriżultaw mit-trattament ta' sustanzi xaħmin jew xama' ta' l-annimali jew tal-ħxejjex: A.Degras |

18.03 | Pejst tal-kawkaw (bl-ingrossa jew bil-blokok) bix-xaħam imneħħi jew le |

18.04 | Butir tal-kawkaw (xaħam jew żejt) |

18.05 | Trab tal-kawkaw, mhux ħelu |

21.02 | Estratti, essenzi jew konċentrati tal-kafe, tat-te jew tal-mate u preparati b'bażi ta' dawk l-estratti, essenzi jew konċentrati; ċikwejra mixwija u sostituti oħrajn tal-kafe mixwija u estratti, essenzi jew konċentrati tagħhom: A.Estratti, essenzi jew konċentrati tal-kafe u preparati b'bażi ta' dawk l-estratti, essenzi jew konċentratiB.Estratti, essenzi jew konċentrati tat-te jew tal-mate u preparati b'bażi ta' dawk l-estratti, essenzi jew konċentratiC.Ċikwejra mixwija u sostituti oħrajn tal-kafe mixwija:I.Ċikwejra mixwijaD.Estratti, essenzi jew konċentrati taċ-ċikwejra mixwija u sostituti oħrajn tal-kafe mixwijaI.ta' Ċikwejra mixwija |

21.03 | Tqiq tal-mustarda u mustarda preparata |

21.05 | Sopop u brodu, f'forma likwida, solida jew tat-trab; preparati ta' l-ikel kompost omoġenizzat: B.Preparati ta' l-ikel kompost omoġenizzat |

21.06 | Ħmira naturali (attiv jew inattiv); Trabijiet tal-ħami bħala sostitut tal-ħmira preparati: A.Ħmira naturali attivi:I.Ħmira tal-kulturaIII.OħrajnC.Trabijiet tal-ħami bħala sostitut tal-ħmira preparati |

21.07 | Preparati ta' l-ikel mhux indikati jew inklużi xi mkien ieħor: G.Oħrajn:I.Li ma fihomx xaħmijiet tal-ħalib jew li fihom inqas minn 1.5 % fl- użin ta' dawn ix-xaħmijiet:(a)Li ma fihomx sukrosju jew li fihom inqas minn 5 % fl-użin tas- sukrosju (inkluż iż-żokkor invertit espress bħala sukrosju):eż 1.Li ma fihomx lamtu jew li fihom inqas minn 5 % fl-użin tal-lamtu:bl-esklużjoni ta' idrolistati tal-proteini u ta' l-awtolistati tal-ħmira |

22.01 | Ilmijiet, fosthom ilmijiet ta' l-iSpa u ilmijiet effervexxenti; silġ A.Ilmijiet ta' l-iSpa, naturali jew artifiċjali; ilmijiet effervexxenti |

22.02 | Luminati, ilmijiet ta' l-iSpa mħawra u ilmijiet effervexxenti mħawra, xorb ieħor mhux alkoħoliku, mhux inkluż il-meraq magħsur mill-frott u ħxejjex li jaqgħu taħt l-intestatura Nru. 20.07: eż A.Li ma fihomx ħalib jew xaħmijiet tal-ħalibli ma fihomx żokkor (sukrosju jew żokkor ivertit) |

22.08 | Alkoħol etiliku jew spirti newtrali, mhux żnaturati, ta' qawwa alkoħoliku tat-80 % vol jew iktar; spirti żnaturati (inklużi l-alkoħol etiliku jew spirti newtrali) ta' kull qawwa: eż A.Spirti żnaturati (inklużi l-alkoħol etiliku jew spirti newtrali) ta' kull qawwa:Għajr dawk miksuba mill-prodotti agrikoli mniżżla fl-Anness II mat-Trattat tal-KEEeż B.Alkoħol etiliku jew spirti newtrali, mhux żnaturati, ta' qawwa alkoħoliku tat-80 % vol jew iktarGħajr dawk miksuba mill-prodotti agrikoli mniżżla fl-Anness II mat-Trattat tal-KEE |

22.09 | Spirti (għajr dawk ta' l-intestatura Nru 22.08); likuri u xorb distillat ieħor; preparati alkoħoliċi komposti (magħrufa bħala "estratti konċentrati") għall-fabbrikazzjoni tax-xorb: A.Spirti (għajr dawk ta' l-intestatura Nru 22.08), f'kontenituri li jżommu:eż I.Żewġ litri jew inqas:Għajr dawk miksuba mill-prodotti agrikoli mniżżla fl-Anness II mat-Trattat tal-KEEeż II.Iżjed minn żewġ litri:Għajr dawk miksuba mill-prodotti agrikoli mniżżla fl-Anness II mat-Trattat tal-KEEB.preparati alkoħoliċi komposti (magħrufa bħala "estratti konċentrati") għall-fabbrikazzjoni tax-xorb:II.OħrajnC.Xorb distillat:I.Rum, għarrak, tafiaII.ĠinnIII.WiskiIV.Vodka ta' qawwa alkoħoliku tal-45,4 % vol jew inqas, u spirti ta' l-għanbaqar, tal-lanġasa u taċ-ċirasa (esklużi l-likuri)V.Oħrajn, f'kontenituri li jżommu:eż a)Żewġ litri jew inqas:Esklużi dawk li fihom bajd jew l-isfra tal-bajd u/jew żokkor (sukrosju jew żokkor ivertit)eż b)Iżjed minn żewġ litri:Esklużi dawk li fihom bajd jew l-isfra tal-bajd u/jew żokkor (sukrosju jew żokkor ivertit) |

24.02 | Tabakk iffabbrikat; estratti u essenzi tat-tabakk |

--------------------------------------------------

ANNESS III

IL-PORTUGALL

Tariffa Doganali Svizzera Inestatura Nru. | Deskrizzjoni |

| |

0501. | | Xagħar tal-bnedmin, mhux maħdum, sewwa jekk maħsul jew imnaddaf u sewwa jekk le; skart tax-xagħar tal-bnedmin |

0502. | | Lanżit jew xagħar tal-ħnieżer, qżieqeż u ħnieżer selvaġġi, xagħar tal-baġer u xagħar ieħor għall-għamil ta' l-ixkupilji; skart ta' dawn il-lanżit jew xagħar |

0503. | | Xagħar taż-żiemel u skart tx-xagħar taż-żiemel, sew jekk imqiegħed fuq saff jew bejn żewġ saffi ta' materjal ieħor |

0505. | | Skart tal-ħut |

0507. | | Ġlud u partijiet oħra ta' l-għasafar bir-rix jew biż-żajbar tagħhom, rix u partijiet mir-rix (sewwa jekk bit-trufijiet mirquma u sewwa jekk le) u żajbar, mhux maħduma aktar milli mnaddfa, diżinfettati jew trattati għall-preservazzjoni; trab u skart tar-rix jew partijjiet tar-rix |

0508. | | Għadam u ġewwieni tal-qrun, mhux maħduma, bix-xaħam imneħħi, preparat sempliċement (iżda mhux maqtugħ f'xi forma jew daqs), trattati bl-aċidu jew bil-ġelatina mneħħija: |

10 | – Trab ta' l-għadam |

0509. | | Avorju, qoxra tal-fekruna, qrejjen, qarn imsaġġar, qawqab, dwiefer, dwiefer ippuntati u munqari, mhux maħduma jew preparati sempliċement iżda mhux maqtugħa f'xi forma jew daqs, skart u trab ta' dawn il-prodotti; għadma tal-baliena u oġġetti simili, mhux maħdum jew preparat sempliċement iżda mhux maqtugħ f'xi forma jew daqs, xagħar u skart ta' dawn il-prodotti. |

0512. | | Qroll u sustanzi simili; mhux maħdum jew preparat sempliċement iżda mhux maħdum mod ieħor, qxur mhux maħdum jew preparat sempliċement iżda mhux maqtugħ f'xi forma jew daqs; trab u skart tal-qxur. |

0513. | | Sponoż naturali |

0514. | | Ambra griża, castoreum, żibett u misk; kantaridi; bili, mnixxfin jew le; prodotti ta' l-annimali, friski, imkessħin jew iffriżati, jew preservati proviżorjament b'xi mod ieħor, tat-tip użati fil-preparazzjoni tal-prodotti farmaċewtiċi. |

1302. | | Xellak, gommalakka taż-żerriegħa, gommalakka tal-ħatar; gommom naturali, reżini, raża tal-gomma u balzmi |

1303. | | Linfa u estratti tal-ħxejjex; sustanzi tal-pektin, pektinati u pektati; agar-agar u muċilaġni u prodotti oħra li jgħaqqdu, miksuba minn prodotti tal-ħxejjex: |

| – Linfa u estratti tal-ħxejjex: |

10 | – Oppju |

20 | – Meraq ta' l-għud is-sus; manna |

22 | – Oħrajn |

– Sustanzi tal-pektin, pektinati u pektati: |

52 | – Pektinati u pektati |

– Agar-Agar u muċilaġni u prodotti oħra li jgħaqqdu, miksuba minn prodotti tal-ħxejjex: |

– Tqiq ta' l-endosperma tal-ħarrub jew żerriegħa tal-guar, sewwa jekk modifikati ftit b'trattament kimiku sabiex il-proprjetajiet muċilaġinużi taghħom jiġu stabilizzati u sewwa jekk le: |

60 | – Għal skopijiet tekniċi |

62 | – Oħrajn |

64 | – Oħrajn |

1401. | | Materjali tal-ħaxxix tat-tip użati primarjament għad-dafra (per eżempju, tiben taċ-ċereali, nadif, bliċjat jew mogħti ż-żebgħa, żafżaf, qasab, ġummar, kannadindja, bambu, raffja u qoxra tax-xkomp) |

1402. | | Materjal tal-ħaxix, sew jekk imqiegħed fuq saff jew bejn żewġ saffi ta' materjal ieħor, tat-tip użat primarjament għal mili jew kuttunar (per eżempju, kapok, xagħar tal-ħaxix u ħaxixet is-sallura) |

1403. | | Materjali tal-ħaxxix tat-tip użati primarjament fl-ixkupilji jew fl-ixkupi (per eżempju sorgu,paissiva,niġem u istle), sewwa jekk f'faxex jew f'marelli u sewwa jekk le |

1405. | | Prodotti tal-ħaxxix mhux indikati jew inklużi xi mkien ieħor |

1505. | | Xaħam tas-suf u sustanzi tax-xaħam miksuba minnhom (inkluż il-lanolin) |

1506. | | Żjut u xaħmijiet oħra ta' l-annimali (inkluż iż-żejt mis-sieq ta' l-ifrat u xaħmijiet mill-qadam jew mill-iskart) |

ex 40 | – iż-żejt mis-sieq ta' l-ifrat u żjut u xaħmijiet mill-qadam, għall skopijiet tekniċi |

1508. | | Żjut ta' l-annimali u tal-ħxejjex, mgħollija, ossidizzati, deidratti, ittrattati bil-kubrit, minfuha jew ippolimerizzati bis-sħana f'vakuum jew f'gas inert, jew modifikati b'xi mod ieħor |

1510. | | Aċidi xaħmin; żjut ta' l-aċidu mir-raffinar; alkoħol imxaħħam: |

10 | – Stearina |

ex 20 | – Aċidi xaħmin oħra, għajr aċidi xaħmin twal |

1511. | | Gliċerina u soluzzjonijiet alkalini tal-gliċerina |

1515. | | Spermaċeti, mhux raffinat, magħsur jew raffinat, sewwa jekk kuluriti u sewwa jekk le; xama' tan-naħal u xama' oħra ta' l-insetti, sewwa jekk kuluriti u sewwa jekk le |

1516. | | Xama' tal-ħxejjex, sewwa jekk kuluriti u sewwa jekk le |

1517. | | Degras; reżidwi li jirriżultaw mit-trattament ta' sustanzi xaħmin jew xama' ta' l-annimali jew tal-ħxejjex |

1704. | | Ħelu taż-żokkor, li ma fihomx il-kawkaw |

10 | – Meraq ta' l-għud is-sus, mhux ħelu, mħawwar jew f'forma ta' pastilji, pirmli eċċ. |

1803. | | Pejst tal-kawkaw (bl-ingrossa jew bil-blokok) bix-xaħam imneħħi jew le |

1804. | | Xaħam tal-kawkaw (butir tal-kawkaw) u żejt tal-kawkaw |

1805. | | Trab tal-kawkaw, mhux ħelu |

1806. | | Ċikkulata u preparati ta' l-ikel li fihom il-kawkaw: |

| – Taħlit li fihom iżjed mit-12 % bl-użin tax-xaħam tal-butir jew iżjed mill-20 % tax-xaħam tal-ħalib, f'kontenituri ta' iżjed minn kilogramm 1: |

| – Li fihom xaħam tal-buttir bl-użin: |

20 | – Iżjed mill-85 % |

22 | – Iżjed mill-50 % sal-85 % |

24 | – Iżjed mill-25 % sal-50 % |

26 | – Iżjed mill11 % sal-25 % |

27 | – Iżjed mill1.5 % sal-11 % |

28 | – Oħrajn |

1902. | | Estratt tax-xgħir; preparati tat-tqiq, tal-lamtu jew ta' l-estratt tax-xgħir, tat-tip użati bħala ikel għat-trabi jew għal skopijiet dijetetiċi jew tat-tisjir, li fihom inqas mill-50 % bl-użin tal-kawkaw: |

| – Preparati li fihom tqiq tal-patata ippredomina, sewwa jekk fil-forma tas-smid, msaffaf eċċ, u preparati tat-trab tal-ħalib: |

| – li fihom iżjed mit-12 % bl-użin tax-xaħam tal-ħalib: |

ex 04–(ikompli) | – Ikel tat-trabi |

– Oħrajn: |

ex 06 | – Li fihom Iżjed mill-25 % bl-użin tax-xaħam tal-ħalib |

ex 08 | – Oħrajn |

– Preparati oħrajn, f'kontenituri ta' iżjed minn 2 kg |

– li fihom iżjed mit-12 % bl-użin tax-xaħam tal-ħalib: |

ex 20 | – li fihom iżjed mill-25 % bl-użin tax-xaħam tal-ħalib, f'kontenituri ta' iżjed minn 2 kg |

ex 22 | – Oħrajn |

2102. | | Estratti, essenzi jew konċentrati tal-kafe, tat-te jew tal-mate u preparati b'bażi ta' dawk l-estratti, essenzi jew konċentrati; ċikwejra mixwija u sostituti oħrajn tal-kafe mixwija u estratti, essenzi jew konċentrati tagħhom: |

10 | – Estratti, essenzi jew konċentrati tal-kafe u preparati b'bażi ta' dawk l-estratti, essenzi jew konċentrati |

12 | – Estratti, essenzi jew konċentrati tat-te jew tal-mate u preparati b'bażi ta' dawk l-estratti, essenzi jew konċentrati |

ex 20 | – Ċikwejra mixwija |

ex 22 | – Prodotti taċ-ċikwejra mixwija |

2103. | | Tqiq tal-mustarda u mustarda preparata |

2105. | | Sopop u brodu, f'forma likwida, solida jew tat-trab; preparati ta' l-ikel kompost omoġenizzat: |

ex 20 | – Preparati ta' l-ikel kompost omoġenizzat, għajr dawk li fihom laħam jew ġewwieni ta' l-annimali |

2106. | | Ħmira naturali (attiv jew inattiv); Trabijiet tal-ħami bħala sostitut tal-ħmira preparati: |

ex 20 | – Ħmira naturali, għajr ħmira naturali inattiv |

30 | – Trabijiet tal-ħami bħala sostitut tal-ħmira preparati |

2107. | | Preparati ta' l-ikel mhux indikati jew inklużi xi mkien ieħor: |

02 | – Żokkor artifiċjali f'forma ta' pirmli |

– Preparati li fihom iżjed mit-12 % bl-użin tax-xaħam tal-butir u iżjed mill-20 % tax-xaħam tal-ħalib, f'kontenituri ta' iżjed minn 1 kg: |

– Li fihom xaħam tal-buttir bl-użin: |

40 | – Iżjed mill-85 % |

42 | – Iżjed mill-50 % sal-85 % |

44 | – Iżjed mill-25 % sal-50 % |

46 | – Iżjed mill1.5 % sal-25 % |

47 | – 1.5 % jew inqas |

48 | – Oħrajn |

2201. | | Ilmijiet, fosthom ilmijiet ta' l-iSpa u ilmijiet effervexxenti; silġ |

2202. | | Luminati, ilmijiet ta' l-iSpa mħawra u ilmijiet effervexxenti mħawra, xorb ieħor mhux alkoħoliku, mhux inkluż il-meraq magħsur mill-frott u ħxejjex falling li jaqgħu taħt l-intestatura Nru. 2007: |

| – Meraq magħsur mill-frott u ħxejjex mgħammed jew effervexxenti: |

| – Meraq magħsur mill-frott, oħrajn, ħelu: |

ex 20 | – Meraq tal-ħawħ, mirtilli, ċawsli, rużberri, mgħammdin bl-ilma, f'kontenut ta' merq naturali tas-60 % jew inqas, u meraq tar-ribes mgħammed bl-ilma, f'kontenut ta' merq naturali tas-35 % jew inqas, f'fliexken tal-ħġieġ li jżommu 2 dl jew inqas. |

ex 22 | – Meraq tal-ħawħ, mirtilli, ċawsli, rużberri, mgħammdin bl-ilma, f'kontenut ta' merq naturali tas-60 % jew inqas, u meraq tar-ribes mgħammed bl-ilma, f'kontenut ta' merq naturali tas-35 % jew inqas, f'kontenituri oħra |

2208. | | Alkoħol etiliku jew spirti newtrali, mhux żnaturati, ta' qawwa alkoħoliku tat-80 % vol jew iktar; spirti żnaturati (inklużi l-alkoħol etiliku jew spirti newtrali) ta' kull qawwa |

2209. | | Spirti (għajr dawk ta' l-intestatura Nru 2208); likuri u xorb distillat ieħor; preparati alkoħoliċi komposti (magħrufa bħala "estratti konċentrati") għall-fabbrikazzjoni tax-xorb: |

| – Brandi bħalma huma cognac, armagnac u brandi ta' l-inbid oħrajn, xorb distillat ieħor magħmula minn frott biż-żerriegħa, kirsch, wiski, eċċ.: |

| – F'bittija: |

20 | – Brandi ta' l-inbid |

ex 24 | – Ġinn |

– F' fliexken: |

30 | – Brandi ta' l-inbid |

ex 34 | – Ġinn |

ex 40 | – Likuri u xorb distillat ħelu ieħor, sewwa jekk mħawra u sewwa jekk le: ħelwin jew li fihom il-bajd. |

50 | – preparati alkoħoliċi komposti (magħrufa bħala "estratti konċentrati") għall-fabbrikazzjoni tax-xorb |

2402 | | Tabakk iffabbrikat; estratti u essenzi tat-tabakk |

--------------------------------------------------