21985A1121(01)



Official Journal L 309 , 21/11/1985 P. 0023 - 0026
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 11 P. 0236
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 11 P. 0236
Spanish special edition: Chapter 11 Volume 23 P. 0008
Portuguese special edition Chapter 11 Volume 23 P. 0008


Ftehim

fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar arranġamenti tal-kummerċ għal sopop, zlazi u kondimenti

Ittra Nru 1

Sinjur,

Għandi l-unur li nirreferi għan-negozjati li saru bejn il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Komunità Ekonomika Ewropea dwar l-arranġamenti applikabbli għall-kummerċ fis-sopop, zlazi u kondementi.

F'dan ir-rigward jien hawnhekk nikkonferma wara li l-awtoritajiet Svizzeri abolixxew b'effett mill-1 ta' Lulju 1977 dazji doganali fuq prodotti li ma fihomx tadam li jkunu jinsabu fl-intestatura 2104.20 (zlazi, kondimenti u ħwawar imħallta) u 2105.10 (sopop) tat-Tariffa Doganali Zvizzera, għandhom jirrinunzjaw għad-dritt ta' imposta doganali fuq il-prodotti fl-istess intestaturi li jkun fihom it-tadam.

Fl-istess waqt il-Komunià għandha tabolixxi d-dazji doganali li hi timponi fuq prodotti fl-intestaturi 21.04 B u Ċ (zlazi li jkun fihom it-tadam u zlazi oħra u 21.05 A (sopop bi-tadam jew mingħajru) tat-Tariffa Komuni Doganali. Jiena hawnhekk nipproponi li, bla ħsara għall-approvazzjoni parlamentari meħtieġa fil-pajjiż tiegħi, dawn l-arranġamenti l-ġodda għandhom jidħlu fis-seħħ fl-1 Jannar 1986.

It-Tabelli I u II tal-Protokoll Nru 2 ta' l-Arranġament bejn il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Komunità Ekonomika Ewropea tat-22 Lulju 1972 għandhom jiġu hekk emendati. L-emendi jidhru fl-Anness li jinsab ma' din l-ittra.

Ikun obbligat jekk tikkonferma l-qbil tal-Komunità ma’ dak ta’ hawn fuq.

Jekk jogħġbok aċċetta, sinjur, l-assigurazzjoni ta’ l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi.

Għall-Gvern tal-Konfederazzjoni Svizzera

ANNESS

Emenda għall-Ftehim bejn il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Komunità Ekonomika Ewropea

Mill-1 ta' Jannar 1986, it-Tabelli I u II li jinsabu mal-Protokoll Nru 2 għandhom jiġu emendati kif ġej:

TABELLA I

(Komunità Ekonomika Ewropea)

Tariffa Komuni Doganali Intestatura Nru | Deskrizzjoni | Dazji bażiċi | Dazju applikabbli mill-1 ta' Jannar 1986 |

21.04 | Zlazi: kondimenti mħallta, u ħwawar imħallta: | | |

B.Zlazi b'bażi ta' puree tat-tadam | (mhux mibdula) | 0 |

Ċ.Oħrajn | | |

li jkun fihom it-tadam | (mhux mibdula) | 0 |

mhux speċifikat | (mhux mibdula) | 0 |

21.05 | Sopop u brodu, f'forma likwida, solida jew trab: preparazzjonijiet omoġenizzati kompożiti ta' ikel: | | |

A.Sopop u brodu, f'forma likwida, solida jew trab: | | |

li jkun fihom it-tadam | (mhux mibdula) | 0 |

oħrajn | (mhux mibdula) | 0 |

TABELLA II

(Konfederazzjoni Svizzera)

Tariffa Komuni Doganali Intestatura Nru | Deskrizzjoni | Dazji bażiċi | Dazju applikabbli mill-1 ta' Jannar 1986 |

2104 | Zlazi: kondimenti mħallta, u ħwawar imħallta: | | |

10 | maħsuba għall-manifattura industrijali | (mhux mibdula) | (mhux mibdula) |

20 | oħrajn: | | |

prodotti li jkun fihom it-tadam | (mhux mibdula) | 0 |

mhux speċifikat | (mhux mibdula) | (mhux mibdula) |

2105 | Sopop u brodu, f'forma likwida, solida jew trab; preparazzjonijiet omoġenizzasti kompożiti ta' ikel: | | |

10 | Sopop u brodu, f'forma likwida, solida jew trab: | | |

li jkun fihom it-tadam | (mhux mibdula) | 0 |

oħrajn | (mhux mibdula) | (mhux mibdula) |

Ittra Nru 2

Sinjur,

Fl-ittra tiegħek li ġġib id-data ta’ llum int infurmajtni kif ġej:

"Għandi l-unur li nirreferi għan-negozjati li saru bejn il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Komunità Ekonomika Ewropea dwar l-arranġamenti applikabbli għall-kummerċ fis-sopop, zlazi u kondementi.

F’dan ir-rigward jien hawnhekk nikkonferma wara li l-awtoritajiet Svizzeri abolixxew b’effett mill-1 ta’ Lulju 1977 dazji doganali fuq prodotti li ma fihomx tadam li jkunu jinsabu fl-intestatura 2104.20 (zlazi, kondimenti u ħwawar imħallta) u 2105.10 (sopop) tat-Tariffa Doganali Zvizzera, għandhom jirrinunzjaw għad-dritt ta’ imposta doganali fuq il-prodotti fl-istess intestaturi li jkun fihom it-tadam.

Fl-istess waqt il-Komunià għandha tabolixxi d-dazji doganali li hi timponi fuq prodotti fl-intestaturi 21.04 B u Ċ (zlazi li jkun fihom it-tadam u zlazi oħra u 21.05 A (sopop bi-tadam jew mingħajru) tat-Tariffa Komuni Doganali. Jiena hawnhekk nipproponi li, bla ħsara għall-approvazzjoni parlamentari meħtieġa fil-pajjiż tiegħi, dawn l-arranġamenti l-ġodda għandhom jidħlu fis-seħħ fl-1 Jannar 1986.

It-Tabelli I u II tal-Protokoll Nru 2 ta’ l-Arranġament bejn il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Komunità Ekonomika Ewropea tat-22 Lulju 1972 għandhom jiġu hekk emendati. L-emendi jidhru fl-Anness li jinsab ma’ din l-ittra.

Ikun obbligat jekk tikkonferma l-qbil tal-Komunità ma’ dak ta’ hawn fuq."

Għandi l-unur li nikkonferma li l-Komunità hija fi qbil mal-kontenut ta’ l-ittra tiegħek.

Jekk jogħġbok aċċetta, sinjur, l-assigurazzjoni ta’ l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi.

Għall-Kunsill tal-Komunitajiet Ewroprej

ANNESS

Emenda għall-Ftehim bejn il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Komunità Ekonomika Ewropea

Mill-1 ta' Jannar 1986, it-Tabelli I u II li jinsabu mal-Protokoll Nru 2 għandhom jiġu emendati kif ġej:

TABELLA I

(Komunità Ekonomika Ewropea)

Tariffa Komuni Doganali Intestatura Nru | Deskrizzjoni | Dazji bażiċi | Dazju applikabbli mill-1 ta' Jannar 1986 |

21.04 | Zlazi: kondimenti mħallta, u ħwawar imħallta: | | |

B.Zlazi b'bażi ta' puree tat-tadam | (mhux mibdula) | 0 |

Ċ.Oħrajn | | |

li jkun fihom it-tadam | (mhux mibdula) | 0 |

mhux speċifikat | (mhux mibdula) | 0 |

21.05 | Sopop u brodu, f'forma likwida, solida jew trab: preparazzjonijiet omoġenizzati kompożiti ta' ikel: | | |

A.Sopop u brodu, f'forma likwida, solida jew trab: | | |

li jkun fihom it-tadam | (mhux mibdula) | 0 |

oħrajn | (mhux mibdula) | 0 |

TABELLA II

(Konfederazzjoni Svizzera)

Tariffa Komuni Doganali Intestatura Nru | Deskrizzjoni | Dazji bażiċi | Dazju applikabbli mill-1 ta' Jannar 1986 |

2104. | Zlazi: kondimenti mħallta, u ħwawar imħallta: | | |

10 | maħsuba għall-manifattura industrijali | (mhux mibdula) | (mhux mibdula) |

20 | oħrajn: | | |

prodotti li jkun fihom it-tadam | (mhux mibdula) | 0 |

oħrajn | (mhux mibdula) | (mhux mibdula) |

2105. | Sopop u brodu, f'forma likwida, solida jew trab: preparazzjonijiet omoġenizzasti kompożiti ta' ikel: | | |

10 | Sopop u brodu, f'forma likwida, solida jew trab: | | |

li jkun fihom it-tadam | (mhux mibdula) | 0 |

oħrajn | (mhux mibdula) | (mhux mibdula) |

--------------------------------------------------