21985A0731(06)



Official Journal C 191 , 31/07/1985 P. 0003 - 0006
Spanish special edition: Chapter 12 Volume 5 P. 0003
Portuguese special edition Chapter 12 Volume 5 P. 0003


Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri

bejn il-Komunità’ Ewropea dwar l-Enerġija Atomika (Euratom) u l-Gvern tal-Kanada, li jemenda il-ftehim bejn il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika (Euratom) u l-Gvern tal-Kanadatas-6 ta' Ottubru 1959dwar kooperazzjoni għall-użu paċifiku ta' l-enerġija atomika

(85/K 191/03)

A. Ittra mill-Komunità

Brussel, 21 ta' Ġunju 1985

Eċċellenza,

Nirriferi għall-ftehim bejn il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika (Euratom) u l-Gvern tal-Kanada għall-koperazzjoni fl-Użu Paċifiku tal-Enerġija Atomika, iffirmat fis-6 ta' Ottubru 1959 u sussegwentement emendat bi skambju ta' ittri tas-16 ta' Jannar 1978 u it-18 ta' Diċembru 1981, minn hawn il-quddiem msejjaħ bħala il-"Ftehim".

Ir-relazzjoni nuklejari bejn il-Euratom u l-Kanada kibret b’mod sinjifikanti u ttrasformat ruħha mill-1959. Hemm għalhekk ċerta importanza fir-reviżjoni tal-Ftehim biex ikun jista’ jipprovdi bażi legali aktar stabbli, prevedibli u qafas legali amministrativament effettiv bejn il-Partijiet Kontraenti.

Għal dan il-għan, għandi l-unur nipproponi li l-Ftehim jiġi rivedut u kompletat kif ġej:

1. Skond l-Artikolu XV.2 tal-Ftehim, wara l-perjodu inizjali ta' 10 snin, li skada fis-17 ta' Novembru 1969, kull waħda mill-Partijiet Kontraenti tista’ ttemm il-Ftehim f'kwalunkwe mument, billi jagħti preavviż ta' sitt xhur. Il-Partijiet Kontraenti qegħdin hawnhekk jaqblu illi l-Ftehim għandu jibqa’ fis-seħħ għall-perjodu ieħor ta' 20 sena mid-data ta' llum. Jekk l-ebda wieħed mill-Partijiet Kontraenti ma jkunu nnotifikaw lill-Parti Kontraenti l-oħra bl-intenzjoni tagħha li tittermina l-Ftehim mill-anqas sitt xhur qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Ftehim għandu jibqa’ fis-seħħ għall-perjodu addizzjonali ta' ħames snin kull darba, kemm-il darba, mill-anqas sitt xhur qabel it-tmiem ta' xi wieħed minn dawn il-perjodi addizzjonali, wieħed mill-Partijiet Kontraenti jinnotifika lil parti l-oħra bl-intenzjoni tiegħu li jittermina l-Ftehim.

2. L-Artikolu IX (1) tal-Ftehim jipprovdi li l-kunsens bil-miktub bil-quddiem tal-Komunità jew il-Gvern tal-Kanada, skond il-każ, huwa rikjest għat-trasferiment li ma jkunx fil-kontroll ta' l-ebda wieħed mill-Partijiet Kontraenti ta' materjal jew makkinarju miksub skond il-Ftehim jew sors ta' materjal nukleari speċjali derivat mill-użu ta' dan il-materjal jew makkinarju. Biex tiġi faċilitata l-amministrazzjoni ta' dan il-Ftehim:

(a) Fil-każ ta' uranju naturali, uranju impoverit, materjali oħra li jikostitwixxu sors, uranju arrikit sa 20 % jew anqas fl-isotopu U-235 u ilma tqil, il-Kanada qegħda hawnhekk tipprovdi il-kunsens tagħha għar-ritrasferimenti futuri ta' ħwejjeġ simili mill-Komunità’ lil terzi partijiet, basta:

(i) dawn it-terzi partijiet ikunu ġew identifikati mill-Kanada;

(ii) il-proċeduri aċċettabli għaż-żewġ Partijiet Kontraenti relatati ma’ dawn ir-ritrasferimenti għandhom jiġu stabbiliti;

(b) Ir-ritrasferimenti lejn terzi partijiet ta' materjal jew makkinarju minbarra dawk imsemmijin f’(a) hawn fuq, għandhom jkomplu jirrikjedu l-kunsens bil-quddiem tal-Kanada qabel ir-ritrasferiment;

(ċ) fil-każ li l-Euratom ma tottemporax ruħha mad-dispożizzjonijiet f'dan il-paragrafu, il-Kanada jkollha d-dritt li tittermina l-arranġamenti magħmula skond dan il-paragrafu kollu jew parti minnu.

3. In segwitu għall-Artikolu IX (1) tal-Ftehim, il-Kanada qegħda hawnhekk tipprovdi l-kunsens tagħha għar-ritrasferiment, f'kull perjodu ta' 12-il-xahar, lejn kwalunkwe terza parti, firmatarja tat-trattat kontra il-proliferazzjoni nuklejari, ta' dawn il-materjali u kwantitajiet:

(a) materjal speċjali fissjonabli (50 gramma effettivi);

(b) uranju naturali (500 kilogramma);

(ċ) uranju mpoverit (1000 kilogramma), u

(d) thorium (1000 kilogramma).

Il-Grupp ta' Ħidma Tekniku Konġunt għandu jistabbilixxi arranġamenti amministrattivi bil-għan li jirrevedi l-implimentazzjoni ta' din id- dispożizzjoni.

4. B'referenza għall-paragrafu (d) tal-bdil ta' ittri tas-16 ta' Jannar 1978 li jemenda il-Ftehim bejn il-Euratom u l-Kanada tal-1959, il-Euratom taqbel li tirrinunzja għar-rekwiżit tan-notifika minn qabel f'każi fejn l-Euratom tirċievi l-uranju naturali, l-uranju mpoverit, materjali oħra li jikkostiwixxu sors, uranju arrikit sa 20 % jew anqas fl-isotopu U-235 u ilma tqil mingħand xi terza parti, identifikata skond paragrafu 2 (a) (i) ta'hawn fuq, li identifika l-ħaġa jew il-ħwejjeġ bħala li huma soġġetti għall-Ftehim mal-Kanada.

F'każi bħal dawn il-ħaġa jew il-ħwejjeġ għandhom ikunu soġġetti għall-Ftehim minn meta jiġu riċevuti.

5. Il-Partijiet Kontraenti jistgħu jixtiequ, f'ċirkostanzi partikolari, li japplikaw mekkaniżmi oħra minflok dawk stabbiliti fil-Ftehim biex:

(a) jagħmlu materjal soġġett għall-Ftehim, jew

(b) ineħħu materjal mill-kopertura tal-Ftehim.

Għandu jkun hemm ftehim bil-quddiem bejn il-Parijiet Kontraenti f'kull każ fuq il-kondizzjonijiet li taħthom dawn il-mekkanismi għandhom jiġu applikati.

6. Il-Partijiet Kontraenti jirrikonoxxu li l-programm li hemm provdut fl-Artikolu II tal-Ftehim ġie mwettaq u mitmum u jerġgħu jsostnu l-impenn tagħhom għal kooperazzjoni reċiproka fir-riċerka u liż-żvilupp nukleari kif stabbiliti fl-Artikolu I. Huma jinnotaw li l-lista ta' arja ta' kooperazzjoni, imniżżla fl-Artikolu I, hija illustrattiva u mhux kompleta.

Jekk dan t'hawn fuq huwa aċċettabli għall-Gvern tal-Kanada, jiena għandi l-unur li nipproponi li din l-ittra, li hija awtentika kemm bl-Ingliż kif ukoll bil-Franċiż, flimkien mar-risposta ta' l-Eċċellenza Tiegħek fir-rigward għandhom jikkostitwixxu ftehim li jemenda l-Ftehim. Il-ftehim presenti għandu jidħol fis-seħħ fid-data tar-risposta ta' l-Eċċellenza Tiegħek.

Jekk jogħoġbok, Eċċellenza, aċċetta l-assigurazzjoni ta' l-istima mill-aktar għolja.

Għall-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika

Willy De Clercq

B. Ittra mill-Gvern tal-Kanada

Brussels, 21 ta' Ġunju 1985

Sinjur,

Għandi l-unur li nikkonferma li rċevejt l-ittra tiegħek bid-data tal-llum li taqra hekk:

"Nirriferi għall-ftehim bejn il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika (Euratom) u l-Gvern tal-Kanada għal kooperazzjoni fl-Użu Paċifiku tal-EnerġijaAtomika, iffirmat fis-6 ta' Ottubru 1959 u sussegwenetement emendat bi skambju ta' ittri tas-16 ta' Jannar 1978 u it-18 ta' Diċembru 1981, minn hawn il-quddiem msejjaħ bħala il-"Ftehim".

Ir-relazzjoni nuklejari bejn il-Euratom u il-Kanada kibret b’mod sinjifikanti u ttrasformat ruħha mill-1959. Hemm għalhekk ċerta mportanza fir-reviżjoni tal-Fftehim biex ikun jista’ jipprovdi bażi legali aktar stabbli, prevedibbli u qafas legali amministativament effetiv bejn il-Partijiet Kontraenti.

Għal dan il-għan, għandi l-unur nipproponi li l-Ftehim jiġi rivedut u kompletat kif ġej:

1. Skond l-Artikolu XV.2 tal-Ftehim, wara il-perjodu inizjali ta' 10 snin, li skada fis-17 ta' Novembru 1969, kull wieħed mill-Partijiet Kontraenti jista’ jtemm il-Ftehim f'kwalunkwe mument, billi jagħti avviż ta' sitt xhur. Il-Partijiet Kontraenti qegħdin hawnhekk jaqblu li l-Ftehim għandu jibqa’ fis-seħħ għall-perjodu ieħor ta' 20 sena mid-data ta' llum. Jekk l-ebda wieħed mill-Partijiet Kontraenti ma jkunu nnotifikaw lill-Parti Kontraenti l-oħra bl-intenzjoni tagħha li tittermina il-Ftehim mill-anqas sitt xhur qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Ftehim għandu jibqa’ fis-seħħ għall-perjodu addizzjonali ta' ħames snin kull darba, kemm-il darba, mill-anqas sitt xhur qabel it-tmiem ta' xi wieħed minn dawn il-perjodi addizzjonali, wieħed mill Partijiet Kontraenti jinnotifika lil parti l-oħra bl-intenzjoni tiegħu li jittermina l-Ftehim.

2. L-Artikolu IX (1) tal-Ftehim jipprovdi li l-kunsens bil-miktub bil-quddiem tal-Komunità jew il-Gvern tal-Kanada, skond il-każ, huwa rikjest għat-trasferiment li ma jkunx fil-kontroll ta' l-ebda wieħed mill-Partijiet Kontraenti ta' materjal jew makkinarju miksub skond il-Ftehim jew sors ta' materjal nukleari speċjali derivat mill-użu ta' dan il-materjal jew makkinarju. Biex tiġi faċilitata l-amministrazzjoni ta' dan il-Ftehim:

(a) Fil-każ ta' uranju naturali, uranju mpoverit, materjali oħra li jikostitwixxu fonti, uranju arrikit sa 20 % jew anqas fl-isotope U-235 u ilma tqil, il-Kanada qegħda hawnhekk tipprovdi il-kunsens tagħha għar-ritrasferimenti futuri ta' ħwejjeġ simili mill-Komunità lil terzi partijiet, basta li:

(i) dawn it-terzi partijiet ikunu ġew identifikati mill-Kanada;

(ii) il-proċeduri aċċettabli għaż-żewġ Partijiet Kontraenti relatati ma’ dawn ir-ritrasferimenti għandhom jiġu stabbiliti;

(b) Ir-ritrasferimenti lejn terzi partijiet ta' materjal jew makkinarju minbarra dawk imsemmijin f’(a) hawn fuq, għandhom jkomplu jirrikjedu l-kunsens bil-quddiem tal-Kanada qabel ir-ritrasferiment;

(ċ) fil-każ li l-Euratom ma tottemporax ruħha mad-dispożizzjonijiet f'dan il-paragrafu, il-Kanada jkollha d-dritt li tittermina l-arranġamenti magħmula skond dan il-paragrafu kollu jew parti minnu.

3. In segwitu għal Artikolu IX (1) tal-Ftehim, il-Kanada qiegħda hawnhekk tipprovdi l-kunsens tagħha għar-ritrasferiment, f'kull perjodu ta' 12-il-xahar, lejn kwalunkwe terza parti, firmatarja tat-trattat kontra il-proliferazzjoni nuklejari, ta' dawn il-materjali u kwantitajiet:

(a) materjal speċjali fissjonabli (50 gramma effettivi);

(b) uranju naturali (500 kilogramma);

(ċ) uranju mpoverit (1000 kilogramma), u

(d) thorium (1000 kilogramma).

Il-Grupp ta' Ħidma Tekniku Konġunt għandu jistabbilixxi: arranġamenti amministrattivi bil-għan li jirrevedi l-implimentazzjoni ta' din id- dispożizzjoni.

4. B'referenza għall-paragrafu (d) ta' l-iskambju ta' ittri tas-16 ta' Jannar 1978 li jemenda il-Ftehim bejn il-Euratom u l-Kanada tal-1959, il-Euratom taqbel li tirrinunzja għar-rekwiżit tan-notifika minn qabel f'każi fejn l-Euratom tirċievi l-uranju naturali, l-uranju mpoverit, materjali oħra li jikkostiwixxu sors, uranju arrikit sa 20 % jew anqas fl-isotope U-235 u ilma tqil mingħand xi terza parti, identifikata skond paragrafu 2 (a) (i) ta' hawn fuq, li identifika l-ħaġa jew il-ħwejjeġ bħala li huma soġġetti għall-Ftehim mal-Kanada. F'każi bħal dawn il-ħaġa jew il-ħwejjeġ għandhom ikunu soġġetti għall-Ftehim minn meta jiġu rċevuti.

5. Il-Partijiet Kontraenti jistgħu jixtiequ, f'ċirkostanzi partikolari, li japplikaw mekkanismi oħra minflok dawk stabbiliti fil-Ftehim biex:

(a) jagħmlu materjal soġġett għal Ftehim, jew

(b) ineħħu materjal mill-kopertura tal-Ftehim.

Għandu jkun hemm ftehim bil-quddiem bejn il-Parijiet Kontraenti f'kull każ fuq il-kondizzjonijiet li taħthom dawn il-mekkaniżmi għandhom jiġu applikati.

6. Il-Partijiet Kontraenti jirrikonoxxu li l-programm li hemm provdut fl-Artikolu II tal-Ftehim ġie mwettaq u mitmum u jerġgħu jsostnu l-impenn tagħhom għal koperazzjoni reċiproka fir-riċerka u l-iżvilupp nuklejari kif stabbiliti fl-Artikolu I. Huma jinnotaw li l-lista ta' arja ta' koperazzjoni, imniżżla fl-Artikolu I, hija illustrattiva u mhux sħiħa.

Jekk dan t'hawn fuq huwa aċċettabli għall-Gvern tal-Kanada, jiena għandi l-unur li nipproponi li din l-ittra, li hija awtentika kemm bl-Ingliż kif ukoll bil-Franċiż, flimkien mar-risposta ta' l-Eċċellenza Tiegħek fir-rigward għandhom jikkostitwixxu ftehim li jemenda il-Ftehim. Il-ftehim presenti għandu jidħol fis-seħħ fid-data tar-risposta ta' l-Eċċellenza Tiegħek."

Għandi l-unur ninfurmak li l-Gvern tal-Kanada jaqel mal-kontenut tal-ittra tiegħek, u nikonferma li l-ittra tiegħek u din it-twegiba, li hija awtentika bl-Ingliż u bil-Franċiż, għandhom jikkostittwixxu ftehim li jemenda il-Ftehim bejn il-Gvern tal-Kanada u l-Komunità’ Ewropea dwar l-Enerġija Atomika (Euratom) tas-6 ta' Ottubru 1959, kif emendat, li għandu jidħol fis-seħħ fid- data ta' din l-ittra.

Jekk jogħġbok, Sinjur aċċetta, l-assigurazzjoni tal-għola stima tiegħi.

Għall-Gvern tal-Kanada

Jacques Gignac

--------------------------------------------------

Il-MINUTI MIFTHIEMA

għall-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika (Euratom) u l-Gvern tal-Kanada, li jemenda il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika (Euratom) u l-Gvern tal-Kanada tas-6 ta' Ottubru ta' l-1959 għal koperazzjoni fl-użu paċifiku ta' l-enerġija atomika.

1. Paragrafu 2 (a) tal-Ftehim presenti jikkontempla proċeduri sempliċi għat-trasferiment ta' oġġetti nuklejari.

2. Fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija il-Kanada għandha tipprovdi lill-Kommunità, b'lista ta' pajjiżi li lejhom jistgħu jiġu trasferiti oġġetti nuklejari skond id- dispożizzjonijiet hawn fuq imsemmija u għandha iżżom aġġornata din il-lista. Fl-identifikazzjoni ta' dawn il-pajjiżi, il-Kanada ser tikkonsidra kemm il-politika tan-non-proliferazzjoni tal-Gvern Kanadiż kif ukoll it-talba magħmula mill-Komunità’ li jiġu koperti l-industrija u l-interessi kummerċjail tagħha. Il-Kanada se tkun ppreparata biex tikkonsidra kull talba magħmula mill-Komunità għat-tħollija fuq il-lista ta' kwalunkwe pajjiżi u l-inklużjoni ta' kwalunkwe pajjiżi addizjonali fuqha.

3. Waqt in-negozzjati tad-19 u l-20 ta' Novembru ta' l-1984, id-delegazzjoni Kanadiża qalet, b'referenza ghall-paragrafu 2 (a) (ii) tal-Ftehim presenti, li il-Kanada se tagħmel l-aħjar sforz tagħha biex f’diskussjonijiet ma’ sħab oħra fil-kummerċ li huma kkonċernati li jissimplifikaw progressivament kemm l-aktar possibli, b'mod konsistenti mal-politika tan-non-proliferazzjoni tagħha, in-notifika u l-proċeduri relatati konessi ma’ ritrasferimenti. L-Għan ġenerali tal-Kanada huwa li twaqqaf għaqda ta' pajjiżi sħab li fihom materjal nuklejari li joriġina fil-Kanada jkun jista’ jiċċirkola bl-aktar mod faċli possibli.

4. B'referenza għall-paragrafu 5 tal-Ftehim preżenti, l-intenzjoni tal-Partijiet Kontraenti hija, li flimkien u b'mod progressiv, jiżvillupaw korp ta' preċedenti amministrattivi intenzjonati biex jippermettu lil kazi individwali biex jiġu trattati malajr kemm jista'jkun.

--------------------------------------------------