21984A0512(01)



Official Journal L 126 , 12/05/1984 P. 0003 - 0019
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 11 P. 0116
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 11 P. 0116
Spanish special edition: Chapter 02 Volume 10 P. 0230
Portuguese special edition Chapter 02 Volume 10 P. 0230


Konvenzjoni internazzjonali dwar l-armonizzazzjoni tal-kontroll tal-fruntieri tal-merkanzija

IL-PARTIJIET KONTRAENTI,

XEWQANA li jtejbu l-moviment internazzjonali ta' l-merkanzija,

TENUT KONT tal-ħtieġa li jiġi faċilitat il-passaġġ tal-merkanzija fil-fruntieri,

JINNUTAW li lmiżuri ta' kontroll huma applikati fil-fruntieri minn servizzi tal-kontroll differenti,

JIFMHU li l-kondizzjonijiet li taħthom isiru t-tali kontrolli jistgħu jiġu estensivament armonizzati mingħajr ma jiġu mxekkla l-iskop tagħħom, l-implimentazzjoni korretta tagħhom u l-effettività tagħħom,

KONVINTI li l-armonizzazzjoni tal-kontrolli tal-fruntiera tikkostitwixxi mezz importanti biex jintlaħqu dawn l-għanijiet,

FTIEHMU kif ġej:

KAPITOLU I

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta' din il-Konvenzjoni:

(a) "Dwana" tfisser is-Servizz Governattiv li huwa responsabbli mill-amministrazzjoni tal-liġi doganali u għall-ġbir tad-dazji u taxi dwar l-importazzjoni u l-esortazzjoni u li għandu wkoll ir-responsabbilità għall-applikazzjoni ta' liġijiet u regolamenti rigward, inter alia, l-importazzjoni, tranżitu u l-esportazzjoni tal-merkanzija;

(b) "kontroll doganali" tfisser miżuri applikati sabiex tiġi żgurata aderenza mal-liġijiet u regolamenti li d-Dwana hija responsabbli sabiex tinforza;

(ċ) "Spezzjoni mediko-sanitarja" tfisser spezzjonijiet eżerċitati għall-protezzjoni tal-ħajja u s-saħħa tal-persuni, bl-eċċezzjonijiet tal-ispezzjoni veterinarja;

(d) "Spezzjoni veterinarja" tfisser l-ispezzjoni sanitarja applikata għall-annimali u prodotti ta' l-annimali bil-għan li jiġu protetti l-ħajja u s-saħħa tal-persuni u annimali, kif ukoll dik li titwettaq fuq merkanzija jew merkanzija li jistgħu iservu biex jinġarr il-mard ta' l-annimali;

(e) "Spezzjoni fitosanitarja" tfisser l-ispezzjoni maħsuba sabiex tipprevjeni l-firxa u l-introduzzjoni fil-fruntieri nazzjonali ta' pesti tal-pjanti u prodotti tal-pjanti;

(f) "kontroll ta' konformità ma' standards tekniċi" tfisser il-kontroll sabiex jiġi żgurat li l-merkanzija tilħaq l-istandards minimi internazzjonali jew nazzjonali speċifikati mill-liġijiet u regolamenti relevanti;

(g) "kontroll ta' kwalità" tfisser kwalunkwe kontroll għajr dak hawn fuq msemmi biex jiżgura li l-merkanzija tikkorrispondi mat-tifsiriet minimi internazzjonali jew nazzjonali ta' kwalità speċifikati mil-liġijiet u regolamenti relevanti;

(h) "Servizzi ta' kontroll" tfisser kwalunkwe servizz responsabbli biex jitwettqu il-kontrolli kollha hawn fuq imsemmija jew parti minnhom jew kwalunkwe kontrolli oħra regolarment applikati għall-importazzjoni, esportazzjoni jew tranżitu ta' merkanzija.

Artikolu 2

Għan

Sabiex jiġi faċilitat il-moviment internazzjonali tal-merkanzija, din il-Konvenzjoni timmiri sabiex tnaqqas il-ħtiġijiet biex jiġu kompletati l-formalitajiet kif ukoll in-numru u d-durazzjoni tal-kontrolli, partikolarment permezz ta' ko-ordinazzjoni nazzjonali u internazzjonali ta' proċeduri ta' kontroll u tal-metodi ta' applikazzjoni tagħhom.

Artikolu 3

Skop

1. Din il-Konvenzjoni tapplika għall-merkanzija kollha li tkun qed tiġi importata jew esportata jew li tkun fi tranżitu, meta tkun qed taqsam fruntiera waħda jew iżjed marittima, tal-ajru jew ta' l-art.

2. Din il-Konvenzjoni tapplika għas-servizzi kollha ta' kontroll tal-Partijiet Kontraenti.

KAPITOLU II

ARMONIZZAZZJONI TAL-PROĊEDURI

Artikolu 4

Kordinazzjoni tal-kontrolli

Il-Partijiet Kontraenti għandhom jobbligaw ruħhom, sa fejn ikun possibbli, biex jorganizzaw f'manjiera armonizzata l-intervent tas-servizzi doganali u servizzi oħra ta' kontroll.

Artikolu 5

Riżorsi tas-servizzi

Biex jiġi żgurat li s-servizzi ta' kontroll joperaw b'mod sodisfaċenti, il-Partijiet Kontraenti għandom jaċċertaw li, sakemm hu possibli, u fi ħdan il-qafas tal-liġi nazzjonali, jkunu provduti bi:

(a) personnel kwalifikat f'numru suffiċjenti konsistenti mal-ħtiġijiet tat-traffiku:

(b) tagħmir u faċilitajiet adegwati għall-ispezzjoni, tenut kont tal-mod ta' transport, il-merkanzija li għandha tiġi kontrollata u l-ħtiġijiet tat-traffiku;

(ċ) struzzjonijiet uffiċjali lill-uffiċjali biex jaġixxu skond il-ftehim u l-arranġamenti internazzjonali u d-dispożizzjonijiet nazzjonali kurrenti.

Artikolu 6

Koperazzjoni internazzjonali

Il-Partijiet Kontraenti jobbligaw ruħhom li jikkoperaw ma' xulxin u jfittxu l-koperazzjoni meħtieġa mill-entitajiet internazzjonali kompetenti, sabiex jilħqu l-għanijiet ta' din il-Konvenzjoni, u inoltrè jattentaw li jaslu fi ftehim jew arranġamenti ġodda multilaterali jew bilaterali, jekk meħtieġ.

Artikolu 7

Koperazzjoni bejn pajjiżi li jmissu ma' xulxin

Kull darba li fruntiera komuni tiġi maqsuma, il-Partijiet Kontraenti konċernati għandhom jieħdu l-miżuri xierqa, kull meta jkun possibbli, biex jiġi faċilitat il-passaġġ tal-merkanzija, u huma għandhom, b'mod partikolari:

(a) jippruvaw jirranġaw għall-kontroll konġunt tal-merkanzija u d-dokumenti, billi jiġu provduti faċilitajiet bi sħubija;

(b) jippruvaw jiżguraw li s-segwenti jikkorrispondu:

- il-ħinijiet tal-ftuħ tal-postijiet tal-fruntieri,

- is-servizzi ta' kontroll li joperaw hemmhekk,

- il-kategoriji ta' merkanzija, il-modi ta' trasport u l-proċeduri doganli internazzjonali ta' tranżitu aċċettati jew użati hemmhekk.

Artikolu 8

Skambju ta' informazzjoni

Il-Partijiet Kontraenti għandhom, fuq talba, jibgħatu lil xulxin l-informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni ta' din il-Konvenzjoni taħt il-kondizzjonijiet speċifikati fl-Annessi.

Artikolu 9

Dokumenti

1. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jippruvaw iżidu l-użu, bejniethom u mal-entitajiet kompetenti internazzjonali, tad-dokumenti alinjati fil-Layout Key tan-Nazzjonijiet Uniti.

2. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jaċċettaw dokumenti prodotti minn kull proċess tekniku adegwat sakemm jikkonformaw ma' regolamenti uffiċjali rigward il-forma, awtentiċità u ċertifikazzjoni tagħhom, u li jkunu leġibbli u li jinftehmu.

3. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jiżguraw li d-dokumenti meħtieġa huma preparati u awtentikati b'aderenza riġida mal-leġislazzjoni relevanti.

KAPITOLU III

DISPOSIZZJONIJIET RIGWARD TRANŻITU

Artikolu 10

Merkanzija fi tranżitu

1. Il-Partijiet Kontraenti għandhom, kull meta jkun possibbli, jipprovdu trattament sempliċi u veloċi għall-merkanzija fi tranżitu, speċjalment għal dik li tkun qed tivvjaġġa taħt il-kopertura ta' proċedura internazzjonali doganali ta' tranżitu, billi jillimitaw l-ispezzjoniiet tagħhom għall-każijiet meta dawn huma meħtieġa miċ-ċirkostanzi jew riskji attwali. In oltrè, għandhom jieħdu in konsiderazzjoni s-sitwazzjoni ta' pajjiżi mingħajr aċċess għall-baħar. Għandhom jippruvaw jipprovdu għall-estensjoni tas-siegħat u l-kompetenza tal-postijiet doganali eżistenti li huma disponibbli għall-approvazzjoni doganali għall-merkanzija li qed tinġarr taħt proċedura doganli internazzjonali ta' tranżitu.

2. Għandhom jippruvaw jiffaċilitaw kemm jistgħu it-tranżitu ta' merkanzija li tinġarr f'containers jew unitajiet ta' tgħabija oħra li jipprovdu sigurtà adegwata.

KAPITOLU IV

DISPOSIZZJONIJIET OĦRAJN

Artikolu 11

Ordni pubblika

1. L-ebda dispożizzjoni f'din il-Konvenzjoni m'għandha tipprekludi l-applikazzjoni tal-projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet relatati mal-importazzjoni, esportazzjoni, jew tranżitu, imposti għar-raġunijiet ta' ordni pubblika, partikolarment is-sigurtà pubblika, il-moralità, u s-saħħa, jew għall-protezzjoni ta' l-ambjent, tal-wirt kultutali jew propjetà industrijali, kummerċjali jew intellettwali.

2. Madankollu, kull meta jkun possibbli mingħajr preġudizzju tal-kontrolli, il-Partijiet Kontraenti għandhom jippruvaw japplikaw il-kontrolli in konnessjoni ma' l-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 hawn fuq is-dispożizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni inter alia dawk li huma smerkanzija għall-Artikoli 6 sa 9.

Artikolu 12

Miżuri ta' emereġenza

1. Il-miżuri ta' emerġenza li l-Partijiet Kontraenti jistgħu jkunu mġegħla jintroduċu minħabba ċirkostanzi partikolari, għandhom ikunu proporzjonali mar-raġunijiet li jkun taw lok għall-introduzzjoni tagħħom u għandhom jiġu sospiżi jew imħassra meta dawn ir-raġunijiet ma jibqgħux jeżistu.

2. Kulle meta huwa possibbli mingħajr preġudizzju għall-effettività tal-miżuri, il-Partijiet Kontraenti għandhom jippubblikaw id-dispożizzjonijiet relevanti għal tali miżuri.

Artikolu 13

Anness

1. l-Annessi għal din il-Konvenzjoni jiffurmaw parti integrali mill-Konvenzjoni.

2. L-Annessi ġodda li jirrigwardaw setturi oħra ta' kontroll jistgħu jiġu miżjuda ma' din il-Konvenzjoni skond il-proċedura speċifikata fl-Artikoli 22 jew 24 t'hawn taħt.

Artikolu 14

Relazzjoni ma' trattati oħrajn

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6, il-Konvenzjoni m'għandiex tissupera d-dritijiet u l-obbligazzjonijiet li joħprġu minn trattati li l-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni ikkonkludew qabel ma saru Partijiet Kontraenti għal din il-Konvenzjoni.

Artikolu 15

Din il-Konvenzjoni m'għanhiex tipprevjeni l-applikazzjoni ta' iżjed faċilitajiet li żewġ Partijiet Kontraenti jew iżjed jistgħu jixtiequ li jagħtu lil xulxin, u lanqas id-dritt ta' organizazzjonijiet għall-integrazzjoni ekonomika reġjonali msemmija fl-Artikolu 16 li huma Partijiet Kontraenti li japplikaw il-leġislazzjoni tagħħom għall-kontrolli fil-fruntieri interni tagħhom, bil-kondizzjoni li dan ma jnaqqas bl-ebda mod il-faċilitajiet li jemanaw minn din il-Konvenzjoni.

Artikolu 16

Iffirmar, ratifikazzjoni, aċċettazzjoni, approvazzjoni u adeżjoni

1. Din il-Konvenzjoni, depożitata mas-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, għandha tkun miftuħa għall-parteċipazzjoni ta' l-Istati kollha u tal-organizazzjonijiet għall-integrazzjoni ekonomika reġjonali kostitwiti mill-Istati sovrani li għandhom kompetenza biex jinnegozjaw, jikkonkludu u japplikaw ftehim internazzjonali dwar materji koperti mill-Konvenzjoni.

2. L-organizazzjonijiet għall-integrazzjoni ekonomika reġjonali msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu, fil-materji li jaqgħu fil-kompetenza tagħhom, jeżerċitaw f'isimhom stess id-drittijiet u jissodisfaw ir-responsabbilitajiet li din il-Konvenzjoni altrimenti tikkonferixxi fuq l-Istati Membri tagħhom li huma Partijiet Kontraenti għal din il-Konvenzjoni. Fit-tali każijiet l-Istati Membri tal-organizazzjonijiet imsemmija m'għandhomx ikunu intitolati sabiex jeserċitaw individwalment it-tali drittijiet, inkluż id-dritt għall-vot.

3. Stati u organizazzjonijiet għall-integrazzjoni ekonomika reġjonali msemmija hawn fuq jistgħu isiru Partijiet Kontraneti għal din il-Konvenzjoni:

(a) billi jiddepożitaw strument ta' ratfikazzjoni, aċċettazzjoni jew approvazzjoni wara li jkunu iffirmawh

(b) billi jiddepożitaw strument ta' adeżjoni.

4. Din il-Konvenzjoni għandha tkun miftuħa mill-1 ta' April 1983 sal-31 ta' Marzu 1984 inkluz għall-iffirmar fl-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti f'Ġinevra mill-Istati kollha u mill-organizazzjonijiet għall-integrazzjoni ekonomika reġjonali msemmija fil-paragrafu 1.

5. Mill-1 ta' April 1983 għandha tkun miftuħa għall-adeżjoni tagħħom.

6. L-istrumenti ta' ratifikazzjoni, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni għandhom jiġu depożitati mas-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.

Artikolu 17

Dħul fis-seħħ

1. Din il-Konvenzjoni għandha tidħol fis-seħħ tlett xhur wara d-data li fiha ħames Stati jkunu iddepożitaw l-istrumenti ta' ratfikazzjoni, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni.

2. Wara li ħames Stati jkunu ddepożitaw l-istrumenti ta' ratifikazzjoni, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni, din il-Konvenzjoni għandha tidħol fis-seħħ għal iżjed Partijiet Kontraenti tlett xhur wara d-data tad-depożitu ta' l-istrumenti tagħħom ta' ratifikazzjoni, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni.

3. Kwalunkwe strument ta' ratifikazzjoni, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni depożitat wara d-dħul fis-seħħ ta' emenda f'din il-Konvenzjoni għandu jitiqes li japplika għal din il-Konvenzjoni kif emendata.

4. Kwalunkwe tali strument depożitat wara li emenda tkun ġiet aċċettata skond il-proċedura fl-Artikolu 22 imma qabel ma tkun daħlet fis-seħħ għandu jitiqes li japplika għal din il-Konvenzjoni kif emendata fid-data meta l-emenda tidħol fis-seħħ.

Artikolu 18

Denunzja

1. Kwalunkwe Stat Kontraenti jista' jiddenunzja din il-Konvenzjoni billi jinnotifika s-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.

2. Id-denunzja għandha tieħu effett sitt xhur wara d-data li fiha s-Segretarju-Ġenerali jirċievi n-notifika tad-denunzja.

Artikolu 19

Terminazzjoni

Jekk, wara d-dħul fis-seħħ ta' din il-Konvenzjoni, in-numru ta' Stati li huma Partijiet Kontraenti jkun għal kwalunkwe perjodu ta' 12-il xahar konsekuttiv ridott għal inqas minn ħamsa, il-Konvenzjoni għandha tieqaf milli seħħ mit-tmiem tal-perjodu ta' 12-il xahar.

Artikolu 20

Soluzzjoni għall-konflitti

1. Kwalunkwe konflitt bejn tnejn jew iżjed mill-Partijiet Kontraenti rigward l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' din il-Konvenzjoni għandu, sakemm huwa possibbli, jiġi solvut b'negozjati bejniethom jew b'mezzi oħra ta' soluzzjoni.

2. Kwalnukwe konflitt bejn tnejn jew iżjed mill-Partijiet Kontraenti rigward l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' din il-Konvenzjoni li ma jistax jiġi solvut bil-mezzi indikati fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu, fuq talba ta' wieħed minnhom, jiġi riferut lil tribunal ta' l-arbitraġġ magħmul kif ġej: kull parti fil-kunflitt għandha taħtar arbitru u dawn l-arbitri għandhom jaħtru arbitru ieħor, li għandu jippresjedi. Jekk, wara tlett xhur wara li tiġi riċevuta talba, waħda mill-partijiet tkun naqset milli taħtar arbitru jew jekk l-arbitri jkunu naqsu milli jeleġġu lill-President, kwalunkwe mill-partijiet tista' titlob lis-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti biex jaħtar arbitru jew lill-President tat-tribunal tal-arbitraġġ.

3. Id-deċiżjoni tat-tribunal stabbilit taħt id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2 għandha tkun finali u turbot lill-partijiet fil-kunflitt.

4. It-tribunal ta' l-arbitraġġ għandu jistabilixxi r-regoli tal-proċedura tiegħu stess.

5. It-tribunal ta' l-arbitraġġ għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b'maġġoranza u a bażi tat-trattati eżistenti bejn il-partijiet fil-kunflitt u l-liġi internazzjonali ġenerali.

6. Kwalunkwe kontroversja li tista' tinqala' bejn il-partijiet fil-kunflitt rigward l-interpretazzjoni u l-eżekuzzjoni tal-award tista' tiġi sottomessa minn kwalunkwe waħda mill-partijiet sabiex tiġi ġudikata mir-tribunal ta' l-arbitraġġ li jkun ta l-award.

7. Kull parti fil-kunflitt għandha tħallas l-ispiża tal-arbitru maħtur minnha u tar-rappreżentanti tagħha fil-proċeduri arbitrali; l-ispiża tal-President u l-ispejjeż rimanenti għandhom jinqasmu f'partijiet ugwali mill-partijiet fil-kunflitt.

Artikolu 21

Riżervi

1. Kwalunkwe Parti Kontraenti tista', fil-mument meta tiffirma, tirratifika, taċċetta jew tapprova din il-Konvenzjoni jew taċċedi għaliha, tiddikjara li ma tikkonsidrax lilha nfisha marbuta bl-Artikolu 20(2) sa (7) ta' din il-Konvenzjoni. Il-Partijiet Kontraenti l-oħra m'għandhomx ikunu marbuta b'dawn il-paragrafi fir-rigward ta' kwalunkwe Stat Kontraenti li jkun għamel tali riżerva.

2. Kwalunkwe Parti Kontraenti li tkun għamlet riżerva kif msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu tista' fi kwalunkwe moment tirtira tali riżerva billi tinnotifika lis-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.

3. Minbarra r-riżervi msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-ebda riżerva għal din il-Konvenzjoni ma hi permessa.

Artikolu 22

Proċedura biex tiġi emendate din il-Konvenzjoni

1. Din il-Konvenzjoni, inkluż l-Annessi tagħha, tista' tiġi emendate fuq proposta ta' Parti Kontraenti permezz tal-proċedura speċifikata f'dan l-Artikolu.

2. Kwalunkwe emenda proposta għal din il-Konvenzjoni għandha tiġi konsiderata f'Kumitat Amministrattiv magħmul mill-Partijiet Kontraenti skond ir-regoli tal-proċedura stipulata fl-Anness 7. Kwalunkwe tali emenda konsiderata jew ippreparata matul il-laqgħa tal-Kumitat Amministrattiv u adottat minnu għandha tiġi komunikata mis-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti lill-Partijiet Kontraenti għall-aċċettazzjoni tagħħom.

3. Kwalunkwe emenda proposta ikkomunikata skond il-paragrafu preċedenti għandha tidħol fis-seħħ fir-rigward tal-Partijiet Kontraenti kollha tlett xhur wara l-iskadenza ta' perjodu ta' 12-il xahar wara d-data tal-komunikazzjoni tal-emenda proposta matul liema perjodu l-ebda oġġezzjoni għall-emenda proposta ma tkun ġiet komunikata lis-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti minn Stat li huwa Parti Kontraenti jew minn organizazzjoni għall-integrazzjoni ekonomika reġjonali, li hi stess tkun Parti Kontraenti, li imbagħad taġixxi skond il-kondizzjonijiet speċifikatifl-Artikolu 16(2) ta' din il-Konvenzjoni.

4. Jekk oġġezzjoni għal emenda proposta tkun ġiet komunikata skond il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, l-emenda għandha tiqies li ma ġietx aċċettata u m'għandu jkollha l-ebda effett.

Artikolu 23

Talbiet, komunikazzjonijiet u oġġezzjonijiet

Is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti għandu jinforma l-Partijiet Kontraenti kollha u l-Istati kollha dwar kull talba, komunikazzjoni jew oġġezzjoni skond l-Artikolu 22 u dwar id-data li fiha xi emenda tibda sseħħ.

Artikolu 24

Konferenza ta' reviżjoni

Wara li din il-Konvenzjoni tkun ilha fis-seħħ għall-ħames snin, kwalunkwe Parti Kontraenti tista', b'notfika lis-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, titlob li tiġi mlaqqa' konferenza bil-għan li tiġi riveduta l-Konvenzjoni, u tindika l-proposti li għandha tieħu ħsieb il-konferenza. F'dak il-każ:

(i) Is-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti għandu jinnotifika lill-Partijiet Kontraenti kollha bit-talba u jistiedinhom sabiex jissottomettu, f'perjodu ta' tlett xhur, il-kummenti tagħħom dwar il-proposti oriġinali u proposti oħra li huma jixtiequ lill-konferenza tikkonsidra.

(ii) Is-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti għandu jikkomunika lill-Partijiet Kontraenti kollha t-test ta' kwalunkwe proposti oħra li jkunu saru u għandu jlaqqa' konferenza ta' reviżjoni jekk, f'perjodu ta' sitt xhur mid-data ta' dik il-komunika, mhux inqas minn terz tal-Partijiet Kontraenti jinnotifikaw lis-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tal-konkorrenza tagħħom mat-tlaqqigħ tat-tali konferenza.

(iii) Madankollu, jekk is-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti jikkonsidera li proposta għar-reviżjoni tista' titqies bħala emenda proposta taħt il-paragrafu 1 tal-Artikolu 22, huwa jista', bi qbil mal-Parti Kontraenti li tkun għamlet il-proposta, jimplimenta l-proċedura ta' emendar maħsuba fl-Artikolu 22 minflok il-proċedura ta' reviżjoni.

Artikolu 25

Notifiki

Minbarra n-notifiki u l-komunikazzjonijiet maħsuba fl-Artikoli 23 u 24, is-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti għandu jinnotifika lill-Istati kollha bis-segwenti:

(a) firem, ratifiki, aċċettazzjonijiet, approvazzjonijiet u adeżjonijiet taħt l-Artikolu 16;

(b) id-dati tad-dħul fis-seħħ ta' din il-Konvenzjoni skond l-Artikolu 17;

(ċ) denunzji taħt l-Artikolu 18;

(d) it-terminazzjoni ta' din il-Konvenzjoni taħt l-Artikolu 19;

(e) riżervi taħt l-Artikolu 21.

Artikolu 26

Kopji veri attestati

Wara l-31 ta' Marzu 1984 is-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti għandu jibgħat żewġ kopji veri attestati ta' din il-Konvenzjoni lil kull waħda mill-Partijiet Kontraenti u lill-Istati kollha li mhumiex Partijiet Kontraenti.

Magħmul f'Ġinevra, dan il-wieħed u għoxrin jum ta' Ottubru elf disa' mija u tnejn u tmenin, f'oriġinal wieħed, li l-verżjonijiet bl-Ingliż, Franċiż, Russu u Spanjol huma ugwalment awtentiċi.

B'xhieda ta' dan, il-plenipotenzarji sottofirmati, debitament awtorizzati għalhekk, iffirmaw din il-Konvenzjoni.

--------------------------------------------------

ANNESS 1

ARMONIZZAZZJONI TAL-KONTROLLI DOGANALI U KONTROLLI OĦRAJN

Artikolu 1

Prinċipji

1. Billi d-dwani huma preżenti fil-fruntieri kollha u billi l-interventi tagħhom huwa ta' natura ġenerali, kontrolli oħra għandhom, sa fejn hu possibbli, jiġu organizzati f'majiera armonizzata mal-kontrolli doganali.

2. Biex jiġi applikat dan il-prinċipju, huwa possibli jekk xieraq li dawn il-kontrolli kollha jew parti minnhom isiru f'post ieħor mhux fil-fruntiera, sakemm il-proċeduri użati jikkontribwixxu biex jiffaċilitaw il-moviment ħieles tal-merkanzija.

Artikolu 2

1. Id-dwana għandha tinżamm kompletament informata bil-ħtiġijiet mitluba mil-liġijiet jew regolamenti li jistgħu iwasslu għall-operazzjoni ta' kontrolli minbarra l-kontrolli doganali.

2. Fejn jinsatb li kontrolli oħra huma meħtieġa, id-dwana għandha tiżgura li s-servizzi konċernati huma informati u għandha tikkopera magħhom.

Artikolu 3

Organizazzjoni tal-kontrolli

1. Meta diversi kontrolli jridu jitwettqu fl-istess post, is-servizzi kompetenti għandhom jagħmlu l-arranġamenti xierqa biex iwettquhom simultanjament, jekk inhu possibbli, jew bl-inqas dewmien. Għandhom jippruvaw jikkordinaw il-ħtiġijiet tagħħom rigward dokumenti u informazzjoni.

2. B'mod partikolari, is-servizzi kompetenti għandhom jagħmlu l-arranġamenti kollha xierqa sabiex il-personnel u l-faċilitajiet meħtieġa jkunu disponibbli fil-post fejn jitwettqu l-kontrolli.

3. Id-dwana jistgħu, permezz ta' delegazzjoni espliċità tal-poteri mis-servizzi kompetenti, iwettqu għan-nom tagħhom il-kontrolli kollha minn liema dawn is-servizzi huma responsabbli jew parti minnhom. F'dan il-każ, dawn is-servizzi jridu jaraw li l-mezzi meħtieġa jiġu fornuti lid-dwana.

Artikolu 4

Riżultat tal-kontrolli

1. Fil-materji kollha trattati minn din il-Konvenzjoni, is-servizzi tal-kontroll u d-dwana għandhom jiskambjaw l-informazzjoni kollha relevanti malajr kemm jista' jkun sabiex jiżguraw li l-kontrolli jkunu effiċjenti.

2. A bażi tar-riżultati tal-kontrolli mwettqa, is-servizzi kompetenti għandhom jiddeċiedu dwar it-trattament sussegwenti tal-merkanzija, u jekk meħtieġ, jinformaw lis-servizzi responsabbli għal kontrolli oħra. A bażi ta' din id-deċiżjoni d-dwana għandhom jissoġġettaw il-markanzija għall-proċedura doganali xierqa.

--------------------------------------------------

ANNESS 2

SPEZZJONI MEDIKO-SANITARJA

Artikolu 1

Prinċipji

Kull meta titwettaq, spezzjoni mediko-sanitarja għandha tikkonforma mal-prinċipji stipulati f'din il-Konvenzjoni, u partikolarnent l-Anness 1 tagħha.

Artikolu 2

Tagħrif

Kull Parti Kontraenti għandha tiżgura li tagħrif dwar is-segwenti huwa faċilment disponibbli lil kwalunkwe persuna interessata:

- il-merkanzija soġġetta għall-ispezzjoni mediko-sanitarja;

- il-postijiet fejn il-merkanzija in kwistjoni tista' tiġi preżentata għall-ispezzjoni;

- il-ħtiġijiet kif stipulati fil-liġijiet u r-regolamenti li rrigwardaw l-ispezzjoni mediko-sanitarja kif ukoll il-proċeduri tagħhom li japplikaw b'mod ġenerali.

Artikolu 3

Oganizazzjoni tal-kontrolli

1. Is-servizzi tal-kontroll għandhom jaraw li l-faċilitajiet meħtieġa fil-punti tal-fruntiera fejn l-ispezzjoni mediko-sanitarja titwettaq ikunu provduti.

2. L-ispezzjoni mediko-sanitarja tista' titwettaq ukoll f'postijiet fl-intern tal-pajjiż, jekk joħroġ ċar miċ-ċertifikati preżentati u mit-tekniċi tat-trasport użati, li l-merkanzija ma tistax tiddeterjora jew tikkawża kontaminazzjoni waqt it-trasport.

3. Fi ħdan il-qafas tal-Konvenzjonijiet fis-seħħ il-Partijiet Kontraenti għandhom jippruvaw sabiex jnaqqsu, kemm ikun possibbli, il-kontrolli fiżiċi tal-merkanzija li tiddeterjorafit-triq.

4. Meta l-merkanzija trid tinżamm sakemm jitlestew ir-riżultati tal-ispezzjoni mediko-sanitarja, is-servizzi tal-kontroll tal-Partijiet Kontraenti għandhom jirranġaw illi tali ħażna tkun f'kondizzjonijiet li jippermettu l-konservazzjoni tal-merkanzija u jinvolvu l-formalitajiet minimi doganali.

Artikolu 4

Merkanzija fi tranżitu

Fi ħdan il-qafas tal-Konvenzjonijiet fis-seħħ il-Partijiet Kontraenti għandhom, kemm ikun possibbli, jiddispensaw mill-ispezzjoni mediko-sanitarja tal-merkanzija fi tranżitu f'dawk iċ-ċirkostanzi meta ma hemmx riskju ta'kontaminazzjoni.

Artikolu 5

Koperazzjoni

1. Is-servizzi tal-ispezzjoni mediko-sanitarja għandhom jikoperaw mas-servizzi korrispondenti tal-Partijiet Kontraenti l-oħrajn sabiex iħaffu l-passaġġ ta' merkanzija li tiddeterjorali tiġi soġġetta għall-ispezzjoni mediko-sanitarja inter alia permezz ta' l-iskambju ta' tagħrif utili.

2. Meta konsenja ta' merkanzija li tiddeterjoratiġi interċettata waqt l-ispezzjoni mediko-sanitarja, is-servizz kompetenti għandhom jipprova jinnotifika lis-servizz korrispondenti tal-pajjiż ta' esportazzjoni fi żmien qasir kemm jista' jkun, u jindika r-raġunijiet għall-interċettazzjoni u l-miżuri meħuda fir-rigward tal-merkanzija.

--------------------------------------------------

ANNESS 3

SPEZZJONI VETERINARJA

Artikolu 1

Prinċipji

Kull meta titwettaq, l-ispezzjoni veterinarja għandha tikkonforma mal-prinċipji stipulati fil-Konvenzjoni, u partikolarment fl-Anness 1 tagħha.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

L-ispezzjoni veterinarja mfissra fl-Artikolu 1(d) ta' din il-Konvenzjoni tkopri wkoll l-ispezzjoni tal-mezzi u kondizzjonijiet tat-trasport ta' l-annimali u l-prodotti ta' l-annimali. Tista' tinkludi wkoll spezzjonijiet li jirrigwardaw l-istandards tal-kwalità u r-regolamenti varji, bħall-ispezzjoni immirata għall-konservazzjoni tal-ispeċijiet f'periklu, li, għar-raġunijiet ta' effettività, huma ħafna drabi assoċjati mal-ispezzjoni veterinarja.

Artikolu 3

Tagħrif

Kull Partijiet Kontraenti għanda tiżgura li informazzjoni dwar is-segwenti hija faċilment disponibbli li kwalunkwe persuna interessata:

- il-merkanzija soġġetta għall-ispezzjoni veterinarja,

- il-postijiet fejn il-merkanzija tista' tiġi ippreżentata għall-ispezzjoni,

- il-mard li jrid jiġi notifikat bilfors,

- il-ħtiġijiet kif stipulati fil-liġijiet u r-regolamenti li jirrigwardaw l-ispezzjoni veterinarja kif ukoll il-proċeduri tagħhom ta' li japplikaw b'mod ġenerali.

Artikolu 4

Organizazzjoni tal-kontrolli

1. il-Partijiet Kontraenti għandhom jippruvaw:

- biex jistabilixxu, fejn meħtieġ u possibbli, faċilitajiet xierqa għall-ispezzjoni veterinarja, skond il-ħtiġijiet tat-traffiku,

- biex jiġi faċilitat il-moviment tal-merkanzija, partikolarment permezz tal-kordinazzjoni tas-siegħat tax-xogħol tas-servizzi veterinarji u doganali u qbil biex l-approvazzjoni tiġi effetwata barra mis-siegħat normali, meta l-wasla tagħhom tkun ġiet notifikata minn qabel.

2. L-ispezzjoni veterinarja ta' prodotti ta' l-annimali tista' titwettaq f'punti fil-pajjiż sakemm jista' jintwera, u l-mezzi tat-traport użati huma tali, illi l-prodotti mhumiex se jiddeterjoraw jew jikkawżaw kontaminazzjoni waqt li qed jiġu trasportati.

3. Fi ħdan il-qafas tal-Konvenzjonijiet fis-seħħ, il-Partijiet Kontraenti għandhom jippruvaw inaqqsu, kemm ikun possibbli, il-kontrolli fiżiċi tal-merkanzija li tiddeterjora fit-triq.

4. Meta l-merkanzija trid tinżamm sakemm jitlestew ir-riżultati tal-ispezzjoni veterinarja, is-servizzi tal-kontroll kompetenti tal-Partijiet Kontraenti għandhom jirranġaw sabiex tali ħażna ssir bil-formalitajiet minimi doganali u f'kondizzjonijiet li jipprovdu għas-sigurtà tal-kwarantina u l-konservazzjoni tal-merkanzija.

Artikolu 5

Merkanizja fi tranżitu

Fi ħdan il-Konvenzjonijiet fis-seħħ il-Partijiet Kontraenti għandhom, sa fejn hu possibbli, jiddispensaw bl-ispezzjoni veterinarja tal-prodotti ta' l-annimali fi tranżitu f'dawk iċ-ċirkostanzi fejn ma hemm l-ebda riskju ta' kontaminazzjoni.

Artikolu 6

Koperazzjoni

1. Is-servizzi tal-ispezzjoni veterinarja għandhom jikkoperaw mas-servizzi korrispondenti tal-Partijiet Kontraenti l-oħrajn sabiex jitħaffef il-passaġġ ta' merkanzija soġġetta għall-ispezzjoni veterinarja inter alia permezz ta' l-iskambju ta' informazzjoni utili.

2. Fejn konsenja ta' merkanzija li tiddeterjorajew ta' annimali ħajjin tiġi interċettata watq ispezzjoni veterinarja, is-servizz kompetenti għandu jipprova jinnotifika lis-servizz korrispondenti tal-pajjiż ta' esportazzjoni f'ħin qasir kemm jista' jkun, u jindika r-raġunijiet għall-interċettazzjoni u l-miżuri meħuda fir-rigward tal-merkanzija.

--------------------------------------------------

ANNESS 4

SPEZZJONI FITOSANITARJA

Artikolu 1

Prinċipji

Kull meta titwettaq, l-ispezzjoni fitosanitarja għandha tħares il-prinċipji stipulati f'din il-Konvenzjoni, u partikolarment l-Anness 1 tagħha.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

L-ispezzjoni fitosanitarja mfissra fl-Artikolu 1(e) tal-Konvenzjoni preżenti tkopri wkoll l-ispezzjoni tal-mezzi u l-kondizzjonijiet tat-traport tal-pjanti u prodotti tal-pjanti. Tista' tkopri wkoll il-miżuri immirati għall-konservazzjoni tal-ispeċi tal-pjanti li huma fil-perikolu.

Artikolu 3

Tagħrif

Kwalunkwe Parti Kontraenti għandha tiżgura li tagħrif dwar is-segwenti huwa faċilment disponibbli lil kwalunkwe persuna interessata:

- il-merkanzija soġġetta għal kondizzjonijiet fitosanitarji speċjali,

- il-postijiet fejn pjanti partikolari u prodotti tal-pjanti jistgħu jiġu preżentati għall-ispezzjoni,

- il-lista ta' pesti tal-pjanti u prodotti tal-pjanti għal liema hemm fis-seħħ projbizzjonijiet u restrizzjonijiet,

- il-lista ta' ħtiġijiet kif stipulati fil-liġijiet u regolamenti li jirrigwardaw l-ispezzjoni fitosanitarja kif ukoll il-proċeduri tagħħom ta' applikazzjoni ġenerali.

Artikolu 4

Organizazzjoni tal-kontrolli

1. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jippruvaw:

- illi jistabilixxu, fejn meħtieġ u possibbli, spezzjoni fitosanitarja xierqa, ħażna u faċilitajiet ta' diżinfestazzjoni u dizinfezzjoni, li jħarsu l-ħtiġijiet tat-traffiku,

- illi jiffaċilitaw il-moviment tal-merkanzija, partikolarment permezz tal-kordinazzjoni tas-siegħat tax-xogħol tas-servizzi fitosanitarji u doganali u ftehim biex l-approvazzjoni tal-merkanzija li tiddeterjorassir barra l-ħinijiet normali meta l-wasla tagħhom tkun ġiet notifikata minn qabel.

2. L-ispezzjoni fitosanitarja ta' pjanti u prodotti ta' pjanti tista' titwettaq f'punti fil-pajjiż sakemm jista' jintwera, u l-mezzi tat-trasport użati huma tali, illi l-merkanzija mhux se tikkawża infestazzjoni waqt li qed tiġi traportata.

3. Fi ħdan il-qafas tal-Konvenzjonijiet fis-seħħ il-Partijiet Kontraenti għandhom jippruvaw inaqqsu, kemm ikun possibbli, l-kontrolli fiżiċi matul ir-rotta ta' pjanti u prodotti tal-pjanti li jiddeterjoraw.

4. Meta l-merkanzija jkollha tinżamm sakemm jitlestew ir-riżultati tal-ispezzjoni fitosanitarja, is-servizzi tal-kontroll kompetenti tal-Partijiet Kontraenti għandhom jirranġaw illi tali ħażna ssir bil-formalitajiet doganali minimi u f'kondizzjonijiet li jipprovdu għas-sigurtà tal-kwarantina u l-konservazzjoni tal-merkanzija.

Artikolu 5

Merkanzija fi tranżitu

Fi ħdan il-qafas tal-Konvenzjonijiet fis-seħħ il-Partijiet Kontraenti għandhom, kemm ikun possibbli, jiddispensaw bl-ispezzjoni fitosanitarja tal-merkanzija fi tranżitu, sakemm tali miżuri ma jkunux meħtieġa għall-protezzjoni tal-pjanti tagħhom.

Artikolu 6

Koperazzjoni

1. Is-servizzi fito sanitarji għandhom jikoperaw mas-servizzi korrispendenti tal-Partijiet Kontraenti l-oħrajn sabiex iħaffu l-passaġġ tal-pjanti u prodotti tal-pjanti soġġettati għall-ispezzjoni fitosanitarja inter alia permezz tal-iskambju ta' tagħrif utili.

2. Meta konsenja ta' pjanti jew prodotti tal-pjanti tiġi interċetatta waqt ispezzjoni fitosanitarja, is-servizz kompetenti għandu jipprova jinnotifika lis-servizz korrispondenti tal-pajjiż ta' l-esportazzjoni f'ħin qasir kemm jista' jkun, u jindika r-raġunijiet għall-interċettazzjoni u l-miżuri meħuda rigward il-merkanzija.

--------------------------------------------------

ANNESS 5

KONTROLL TA' ADERENZA MA L-ISTANDARDS TEKNIĊI

Artikolu 1

Prinċipji

Kull meta jitwettaq, il-kontroll ta' aderenza mal-istandards tekniċi li jirrigwardaw il-merkanzija koperta minn din il-Konvenzjoni, għandu jħares il-prinċipji stipulati minn din il-Konvenzjoni, u partikolarment l-Anness 1 tagħha.

Artikolu 2

Tagħrif

Kull Parti Kontraenti għandha tiżgura illi tagħrif dwar is-segwenti huwa faċilment disponibbli lil kwalunkwe persuna interessata:

- l-standards li hija tapplika,

- il-postijiet fejn il-merkanzija tista' tiġi preżentata għall-ispezzjoni,

- il-ħtiġijiet kif stipulati fil-liġijiet u regolamenti li jirrigwardaw il-kontroll tal-konformità mal-istandards tekniċi u kif ukoll il-proċeduri tagħhom li japplikaw b'mod ġenerali.

Artikolu 3

Armonizzazzjoni ta' l-istandards

Fin-nuqqas ta' standards internazzjonali, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw standards nazzjonali għandhom jippruvaw sabiex jarmonizzawhom permezz ta' ftehim internazzjonali.

Artikolu 4

Organizazzjoni tal-kontrolli

1. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jippruvaw:

- jistabbilixxu, fejn ikun meħtieġ u possibbli, stazzjonijiet għall-kontroll tal-konformità ma' standards tekniċi, skond il-ħtiġiet tat-traffiku,

- illi jiffaċilitaw il-moviment tal-merkanzija, partikolarment permezz tal-kordinazzjoni tas-siegħat tax-xogħol tas-servizz responsabbli mill-kontroll tal-ħarsien tal-istandards tekniċi u s-servizzi doganali u qbil sabiex l-approvazzjoni tal-merkanzija li tiddeterjora ssir barra s-siegħat normali meta l-wasla tagħhom tkun ġiet notifikata minn qabel.

2. Il-kontroll tal-ħarsien mal-istandards tekniċi jista' jitwettaq f'punti fil-pajjiz sakemm jista' jintwera, u l-mezzi tat-trasport użati huma tali, illi l-merkanzija, u speċjalment il-merkanzija li tiddeterjora, ma tiddeterjorax waqt li qed tiġi trasportata.

3. Fi ħdan il-qafas tal-Konvenzjonijiet fis-seħħ il-Partijiet Kontraenti għandhom jippruvaw sabiex inaqqsu, kemm ikun possibbli, il-kontrolli fiżiċi matul ir-rotta ta' merkanzija li tiddeterjora u li hija soġġetta għall-kontroll tal-ħarsien ta' l-istandards tekniċi.

4. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jorganiżżaw il-kontroll tal-ħarsien ta' l-istandards tekniċi, u jarmonizzaw kull fejn huwa pssibbli il-proċeduri tas-servizz responsabbli għal dawn il-kontrolli ma' dawk ta' kwalunkwe servizzi responsabbli għall-kontrolli u spezzjonijiet oħra.

5. Fil-każ ta' merkanzija li tiddeterjorali tinżamm sakemm jitlestew ir-riżultati tal-kontroll tal-ħarsien tal-istandards tekniċi, is-servizzi tal-kontroll kompetenti tal-Partijiet Kontraenti għandhom jiżguraw illi l-hażna tal-merkanzija jew l-ipparkeġġjar tat-tagħmir tat-trasport iseħħ bil-formalitajiet minimi doganali u f'kondizzjonijiet li jipprovdu l-konservazzjoni tal-merkanzija.

Artikolu 5

Merkanzija fi tranżitu

Il-kontrolli tal-ħarsien mal-istandards tekniċi normalment ma japplikawx għall-merkanzija fi tranżitu.

Artikolu 6

Koperazzjoni

1. Is-servizzi responsabbli mill-kontroll tal-ħarsien tal-istandards tekniċi għandhom jikkoperaw mas-servizzi korrispondenti tal-Partijite Kontraenti l-oħrajn sabiex iħaffu l-passaġġ tal-merkanzija li tiddeterjorau li hija soġġetta għall-kontroll tal-ħarsien mal-istandards tekniċi inter alia permezz ta' l-iskambju tal-informazzjoni utili.

2. Meta konsenja ta' merkanzija li tiddeterjora tiġi interċettata waqt kontroll tal-ħarsien mal-istandards tekniċi, is-servizz kompetenti għandu jipprova jinnotifika s-servizz korrispondenti tal-pajjiż ta' esportazzjoni fi żmien qasir kemm jista' jkun, u jindika r-raġunijiet għall-interċettazzjoni u l-miżuri meħuda fir-rigward tal-merkanzija.

--------------------------------------------------

ANNESS 6

KONTROLL TAL-KWALITÀ

Artikolu 1

Prinċipji

Kull meta titwettaq, il-kontroll tal-kwalità tal-merkannzija koperta b'din il-Konvenzjoni, għandha tħares il-prinċipji stipulati fil-Konvenzjoni, u partikolarment fl-Anness 1 tagħha.

Artikolu 2

Tagħrif

Kull Parti Kontraenti għandha tiżgura li tagħrif dwar is-segwenti huwa faċilment disponibbli lil kwalunkwe persuna interessata:

- il-post fejn il-merkanzija tista' tiġi preżentata għall-ispezzjoni,

- il-ħtiġijiet kif stipulati fil-liġijiet u regolamenti li jirrigwardaw il-kontroll tal-kwalità u kif ukoll il-proċeduri tagħhom ta' applikazzjoni ġenerali.

Artikolu 3

Organizazzjoni tal-kontrolli

1. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jippruvaw:

- illi jistabilixxu, fejn meħtieġ u possibbli, stazzjonijiet għall-kontroll tal-kwalità, b'ħarsien tal-ħtipijiet tal-kontroll tat-traffiku;

- illi jiffaċilitaw il-moviment tal-Merkanzija, partikolarment permezz tal-kordinazzjoni tas-siegħat tax-xogħol tas-servizzi tal-kontroll tal-kwalità u doganali u jaqblu li jeffetwaw l-approvazzjoni tal-merkanzija li tiddeterjora barra s-siegħat normali meta l-wasla tagħhom tkun ġiet notifikata minn qabel.

2. Il-kontroll tal-kwalità jista' jitwettaq f'punti fil-pajjiż sakemm il-proċeduri użati jikkontribwixxu biex jiġi faċilitat il-moviment internazzjonali tal-Merkanzija.

3. Fi ħdan il-qafas tal-Konvenzjonijiet fis-seħħ il-Partijiet Kontraenti għandhom jippruvaw illi jnaqqsu, kemm ikun possibbli, il-kontrolli fiżiċi fir-rotta tal-merkanzija li tiddeterjora u li hija soġġetta għall-kontroll tal-kwalità.

4. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jorganiżżaw il-kontroll tal-kwalità, billi jarmonizzaw kull fejn ikun possibbli l-proċeduri tas-servizz responsabbli għal dan il-kontroll ma' dawk ta' kwalunkwe servizzi oħra responsabbli għall-kontrolli u spezzjonijiet oħra.

Artikolu 4

Merkanzija fi tranżitu

Il-kontrolli tal-kwalità normalment ma japplikawx għall-merkanzija fit-tranżitu.

Artikolu 5

Koperazzjoni

1. Is-servizzi tal-kontroll tal-kwalità għandhom jikoperaw mas-servizzi korrispondenti tal-Partijiet Kontraenti l-oħrajn sabiex iħaffu l-passaġġ tal-merkanzija li tiddeterjora u li hija soġġetta għall-kontroll tal-kwalità inter alia permezz tal-iskambju ta' tagħrif utili.

2. Meta konsenja ta' merkanzija li tiddeterjora tkun interċettata waqt kontroll tal-kwalità, is-servizz kompetenti għandu jipprova jinnotifika lis-servizz korrispondenti tal-pajjiż ta' esportazzjoni f'ħin qasir kemm jista' jkun, u jindika r-raġunijiet għall-interċettazzjoni u l-miżuri meħuda rigward il-merkanzija.

--------------------------------------------------

ANNESS 7

REGOLI TA' PROĊEDURA TAL-KUMITAT AMMINISTRATTIV MSEMMI FL-ARTIKOLU 22 TA' DIN IL-KONVENZJONI

Artikolu 1

Membri

Il-Membri tal-Kumitat Amministrattiv għandhom ikunu l-Partijiet Kontraenti għal din il-Konvenzjoni.

Artikolu 2

Osservaturi

1. Il-Kumitat Amministrattiv jista' jiddeċiedi illi jistieden lill-amministrazzjonijiet kompetenti tal-Istati kollha li mhumiex Partijiet Kontraenti, jew rappreżentanti ta' organizazzjonijiet internazzjonali li mhumiex Partijiet Kontraenti, sabiex jattendu, għad-domandi li jinterressawhom, għas-sessjonijiet tal-Kumitat bħala osservaturi.

2. Madankollu, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 1, l-organizazzjonijiet internazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 li huma kompetenti għas-suġġetti msemmija fl-Annessi għal din il-Konvenzjoni, għandu jkollhom id-dritt illi jipparteċipaw bħala osservaturi fix-xogħol tal-Kumitat Amministrattiv.

Artikolu 3

Segretarjat

Is-Segretarjat talKumitat għandu jiġi provdut mis-Segretarju Eżekuttiv tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa.

Artikolu 4

Konvokazzjonijiet

Is-Segretarju Eżekuttiv għall-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa għandu jlaqqa' lill-Kumitat:

(i) sentejn wara li l-Konvenzjoni tkun daħlet fis-seħħ;

(ii) wara dan, f'data iffissata mill-Kumitat, iżda mhux inqas frekwenti minn kull ħames snin;

(iii) fuq talba tal-amministrazzjonijiet kompetenti ta' mill-inqas ħames Stati li huma Partijiet Kontraenti.

Artikolu 5

Uffiċjali

Il-Kumitat għandu jeleġġi president u viċi-President fl-okkażjoni ta' kull sessjoni.

Artikolu 6

Kworum

Kworum li jkun jikkonsisti f'mhux inqas minn terz tal-Istati li huma Partijiet Kontraenti huwa meħtieġ sabiex jittieħdu d-deċiżjonijiet.

Artikolu 7

Deċiżjonijiet

(i) Il-proposti għandhom jinġiebu għall-vot.

(ii) Kull Stat li huwa Parti Kontraenti rappreżentata fis-sessjoni għandu jkollu vot wieħed.

(iii) Meta japplika l-Artikolu 16(2) tal-Konvenzjoni, organizazzjonijiet għall-integrazzjoni ekonomika reġjonali li huma partijiet għall-Konvenzjoni għandu jkollhom biss fil-każ ta' votazzjoni numru ta' voti ugwali għall-voti totali allokati lill-Istati Membri tagħħom li huma wkoll partijiet għall-Konvenzjoni. F'dan l-aħħar każ, dawn l-Istati Membri m'għandhomx jeserċitaw id-dritt tal-vot tagħhom.

(iv) Soġġett għad-dispożizzjonijiet tas-subparagrafu (v) t'hawn taħt, il-proposti għandhom jiġu adottati b'maġġoranza sempliċi tal-membri preżenti u li jivvutaw skond il-kondizzjonijiet speċifikati fis-subparagrafi (ii) u (iii) t'hawn fuq.

(v) Emendi għal din il-Konvenzjoni għandhom jiġu adottati b'maġġoranza ta' żewġ-terzi tal-membri preżenti u li jivvutaw skond il-kondizzjonijiet speċifikati fis-subparagrafi (ii) u (iii) hawn fuq.

Artikolu 8

Rapport

Qabel l-għeluq tas-sessjoni tiegħu, il-Kumitat għandu jadotta r-rapport tiegħu.

Artikolu 9

Dispożizzjonijiet supplementari

Fin-nuqqas ta' dispożizzjonijiet relevanti, f'dan l-Anness, ir-Regoli ta' Proċedura tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa għandhom japplikaw, kemm-il darba l-Kumitat ma jiddeċidix mod ieħor.

--------------------------------------------------